European flag

Il-Ġurnal Uffiċjali
ta'l-Unjoni Ewropea

MT

Serje L


2023/2584

21.11.2023

DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2023/2584

tal-15 ta’ Novembru 2023

dwar standards armonizzati għall-interoperabbiltà tas-sistemi ferrovjarji abbozzati b’appoġġ għad-Direttiva (UE) 2016/797 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1025/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Ottubru 2012 dwar l-Istandardizzazzjoni Ewropea, li jemenda d-Direttivi tal-Kunsill 89/686/KEE u 93/15/KEE u d-Direttivi 94/9/KE, 94/25/KE, 95/16/KE, 97/23/KE, 98/34/KE, 2004/22/KE, 2007/23/KE, 2009/23/KE u 2009/105/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li jħassar id-Deċiżjoni tal-Kunsill 87/95/KEE u d-Deċiżjoni Nru 1673/2006/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 10(6) tiegħu,

Billi:

(1)

F’konformità mal-Artikolu 17 tad-Direttiva (UE) 2016/797 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2), il-kostitwenti u s-subsistemi tal-interoperabilità li jkunu konformi mal-istandards armonizzati jew ma’ partijiet minnhom, li r-referenzi tagħhom ikunu ġew ippubblikati f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, għandhom ikunu preżunti konformi mar-rekwiżiti essenzjali koperti minn dawk l-istandards jew minn partijiet minnhom, stabbiliti f’dik id-Direttiva.

(2)

Bid-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni C(2023) 1057 (3), il-Kummissjoni talbet lill-Kumitat Ewropew għall-Istandardizzazzjoni (CEN) u lill-Kumitat Ewropew għall-Istandardizzazzjoni Elettroteknika (Cenelec) għall-abbozzar u għar-reviżjoni tal-istandards armonizzati b’appoġġ għad-Direttiva (UE) 2016/797, li ħassret id-Direttiva 2008/57/UE.

(3)

Abbażi tat-talba stabbilita fid-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni C(2023) 1057, is-CEN u s-Cenelec abbozzaw l-istandards armonizzati l-ġodda li ġejjin: EN 15085-3:2022+A1:2023; EN 15085-6:2022; EN 16334-1:2014+A1:2022; EN 16704-1:2016+A1:2021; EN 16704-3:2016+A1:2021; EN 16839:2022; EN 50641:2020 u l-emenda EN 62580-1:2016/A11:2017 għall-istandard armonizzat EN 62580-1:2016.

(4)

Barra minn hekk, abbażi tat-Talba, is-CEN u s-Cenelec irrevedew l-istandards armonizzati li ġejjin, li r-referenzi għalihom huma ppubblikati fis-serje C ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea permezz tal-Komunikazzjonijiet 2011/C 214/02 (4) u 2018/C 282/03 (5), u d-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2020/453 (6), sabiex jiġu adattati għall-progress teknoloġiku: EN ISO 3381:2011, EN 12080:2017, EN 12082:2017, EN 13103-1:2017, EN 13230-4:2009, EN 13260:2009+A1:2010, EN 13261:2009+A1:2010, EN 13262:2004+A2:2011, EN 13272:2012, EN 13481-2:2012+A1:2017, EN 13481-3:2012, EN 13481-5:2012+A1:2017, EN 13481-7:2012, EN 13674-2:2006+A1:2010, EN 13715:2006+A1:2010, EN 13749:2011, EN 13979-1:2003+A2:2011, EN 14033-1:2017, EN 14067-5:2006+A1:2010, EN 14363:2016+A1:2018, EN 14531-1:2015, EN 14535-1:2005+A1:2011, EN 14535-2:2011, EN 14535-3:2015, EN 14601:2005+A1:2010, EN 14752:2015, EN 15020:2006+A1:2010, EN 15153-1:2013+A1:2016, EN 15153-2:2013, EN 15227:2008+A1:2010, EN 15302:2008+A1:2010, EN 15427:2008+A1:2010, EN 15437-1:2009, EN 15437-2:2012, EN 15528:2015, EN 15551:2017, EN 15566:2016, EN 15595:2009+A1:2011, EN 15611:2008+A1:2010, EN 15612:2008+A1:2010, EN 15624:2008+A1:2010, EN 15625:2008+A1:2010, EN 15654-1:2018, EN 15663:2009, EN 15663:2009/AC:2010, EN 15686:2010, EN 15687:2010, EN 15734-1:2010EN 15734-2:2010 kif ikkoreġut b’EN 15734-2:2010/AC:2012, EN 15746-1:2010+A1:2011, EN 15746-2:2010+A1:2011, EN 15806:2010, EN 15807:2011, EN 15892:2011, EN 16116-1:2013, EN 16116-2:2013, EN 16185-1:2014, EN 16185-2:2014, EN 16186-3:2016+A1:2018, EN 16207:2014, EN 16334:2014, EN 45545-2:2013+A1:2015, EN 50122-2:2010, EN 50122-3:2010, EN 50155:2007 kif ikkoreġut b’EN 50155:2007/AC:2010 u EN 50155:2007/AC:2012, EN 50159:2010, EN 50163:2004 kif ikkoreġut b’EN 50163:2004/AC:2010 u EN 50163:2004/AC:2013 kif emendat b’EN 50163:2004/A1:2007, EN 50238-1:2003 kif ikkoreġut b’EN 50238-1:2003/AC:2014EN 50317:2012, EN 50317:2012/AC:2012EN 50367:2012, EN 50367:2012/AC:2013 u emendat b’EN 50367:2012/A1:2016, EN 50388:2012 kif ikkoreġut b’EN 50388:2012/AC:2013, EN 50553:2012 kif ikkoreġut b’EN 50553:2012/AC:2013 u emendat b’EN 50553:2012/A1:2016.

(5)

Dan irriżulta fl-adozzjoni tal-istandards armonizzati emendatorji li ġejjin: EN 13481-2:2022; EN 13481-3:2022; EN 14363:2016+A2:2022; EN 15437-2:2012+A1:2022; EN 15551:2022; EN 15566:2022; EN 15611:2020+A1:2022; EN 15624:2021; EN 15625:2021; EN 15734-1:2010+A1:2021; EN 15807:2021; EN 16116-1:2022; EN 16116-2:2021; EN 16186-3:2022; EN 50155:2021.

(6)

Barra minn hekk, abbażi tat-Talba, is-CEN u s-Cenelec emendaw/irrevedew l-istandards li ġejjin, li r-referenzi għalihom huma inklużi fl-Anness I tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2020/453: EN 14067-6:2018, EN 14198:2016+A1:2018, EN 50122-1:2011 kif emendat b’EN 50122-1:2011/A1:2011, EN 50122-1:2011/A2:2016, EN 50122-1:2011/A3:2016 u EN 50122-1:2011/A4:2017 kif ikkoreġut b’EN 50122-1:2011/AC:2012, EN 50318:2018.

(7)

Dan irriżulta fl-adozzjoni tal-istandards armonizzati emendatorji li ġejjin: EN 14198:2016+A2:2021 u EN 50318:2018 kif emendat b’EN 50318:2018/A1:2022.

(8)

Il-Kummissjoni flimkien mas-CEN u mas-Cenelec ivvalutat jekk dawk l-istandards abbozzati jew riveduti mis-CEN u mis-Cenelec jikkonformawx mat-talba stabbilita fid-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni C(2023) 1057.

(9)

L-istandards armonizzati abbozzati, riveduti u emendati mis-CEN u mis-Cenelec abbażi tat-Talba, għajr għall-istandard armonizzat EN 50641:2020, jissodisfaw ir-rekwiżiti kollha, li għandhom l-għan li jkopru u li huma stabbiliti fid-Direttiva (UE) 2016/797. Għalhekk, jixraq li r-referenzi ta’ dawk l-istandards jiġu ppubblikati f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

(10)

Madankollu, wara li eżaminat l-istandard EN 50641:2020, il-Kummissjoni kkonkludiet li l-istandard jissodisfa r-rekwiżiti stabbiliti fid-Direttiva (UE) 2016/797 biss fir-rigward tal-klawżola 4.2.4 tar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1301/2014 (7). Għalhekk, jixraq li r-referenza ta’ dan l-istandard tiġi ppubblikata b’restrizzjonijiet f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

(11)

Fl-interessi taċ-ċarezza u tar-razzjonalità, jenħtieġ li tiġi ppubblikata f’att uniku lista sħiħa ta’ referenzi tal-istandards armonizzati abbozzati b’appoġġ għad-Direttiva (UE) 2016/797 u li jissodisfaw ir-rekwiżiti li għandhom l-għan li jkopru. Għalhekk, jenħtieġ li r-referenzi l-oħra tal-istandards armonizzati oriġinarjament ippubblikati fid-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2020/453 u fil-Komunikazzjoni 2018/C 282/03 jiġu inklużi f’din id-Deċiżjoni jekk il-validità tagħhom tiġi kkonfermata, jew inkella jiġu rtirati fid-data tal-pubblikazzjoni ta’ din id-Deċiżjoni minn Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

(12)

Ħafna mir-referenzi għall-istandards armonizzati ppubblikati fil-Komunikazzjoni 2018/C 282/03 diġà ġew irtirati permezz tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2020/453.

(13)

Għalhekk, jenħtieġ li d-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2020/453 titħassar u jenħtieġ li l-Komunikazzjoni 2018/C 282/03 ma tibqax tapplika.

(14)

Il-konformità ma’ standard armonizzat tikkonferixxi preżunzjoni ta’ konformità mar-rekwiżiti essenzjali korrispondenti stabbiliti fil-leġiżlazzjoni tal-Unjoni dwar l-armonizzazzjoni mid-data tal-pubblikazzjoni tar-referenza ta’ tali standard f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. Għalhekk, jenħtieġ li din id-Deċiżjoni tidħol fis-seħħ fid-data tal-pubblikazzjoni tagħha,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Ir-referenzi tal-istandards armonizzati għall-interoperabbiltà tas-sistemi ferrovjarji u abbozzati b’appoġġ għad-Direttiva (UE) 2016/797, elenkati fl-Anness I ta’ din id-Deċiżjoni huma b’dan ippubblikati f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. Ir-referenza elenkata fir-ringiela 114 ta’ dak l-Anness hija ppubblikata b’restrizzjonijiet.

Artikolu 2

Il-Komunikazzjoni 2018/C 282/03 għandha tieqaf tapplika.

Ir-referenzi tal-istandards armonizzati ppubblikati f’dik il-Komunikazzjoni u elenkati fl-Anness II ta’ din id-Deċiżjoni, huma b’dan irtirati minn Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Artikolu 3

Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2020/453 titħassar.

Ir-referenzi tal-istandards armonizzati ppubblikati f’dik id-Deċiżjoni u elenkati fl-Anness III ta’ din id-Deċiżjoni, huma b’dan irtirati minn Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, il-15 ta’ Novembru 2023.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Ursula VON DER LEYEN


(1)   ĠU L 316, 14.11.2012, p. 12.

(2)  Id-Direttiva (UE) 2016/797 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Mejju 2016 dwar l-interoperabbiltà tas-sistema ferrovjarja fl-Unjoni Ewropea (ĠU L 138, 26.5.2016, p. 44).

(3)  Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni C(2023) 1057 finali tal-20 ta’ Frar 2023 dwar talba ta’ standardizzazzjoni lill-Kumitat Ewropew għall-Istandardizzazzjoni u lill-Kumitat Ewropew għall-Istandardizzazzjoni Elettroteknika rigward prodotti b’appoġġ għad-Direttiva (UE) 2016/797 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.

(4)  Komunikazzjoni tal-Kummissjoni fil-qafas tal-implimentazzjoni tad-Direttiva 2008/57/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ Ġunju 2008 dwar l-interoperabilità tas-sistema ferrovjarja fil-Komunità (ĠU C 214, 20.7.2011, p. 54).

(5)  Komunikazzjoni tal-Kummissjoni fil-qafas tal-implimentazzjoni tad-Direttiva 2008/57/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-interoperabilità tas-sistema ferrovjarja fil-Komunità (ĠU C 282, 10.8.2018, p. 6).

(6)  Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2020/453 tas-27 ta’ Marzu 2020 dwar l-istandards armonizzati għall-prodotti ferrovjarji abbozzati b’appoġġ għad-Direttiva 2008/57/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-interoperabilità tas-sistema ferrovjarja fil-Komunità (ĠU L 95, 30.3.2020, p. 1).

(7)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1301/2014 tat-18 ta’ Novembru 2014 dwar l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi tal-interoperabbiltà relatati mas-sottosistema tal-enerġija tas-sistema ferrovjarja tal-Unjoni (ĠU L 356, 12.12.2014, p. 179).


ANNESS I

Nru

Referenza tal-istandard

1.

EN 12081:2017

Applikazzjonijiet ferrovjarji – Axleboxes – Griż lubrifikanti

2.

EN 12663-1:2010+A1:2014

Applikazzjonijet ferrovjarji – Rekwiżiti strutturali għal bodies ta’ vetturi ferrovjarji – Parti 1: Lokomotivi u rolling stock tal-passiġġieri (u metodi alternattivi għal vaguni tal-merkanzija)

3.

EN 12663-2:2010

Applikazzjonijet ferrovjarji – Rekwiżiti strutturali għal bodies ta’ vetturi ferrovjarji – Parti 2: Vaguni tal-merkanzija

4.

EN 13129:2016

Applikazzjonijet ferrovjarji – Sistema tal-arja kundizzjonata għal rolling stock prinċipali – Parametri ta’ kumdità u testijiet tat-tip

5.

EN 13145:2001+A1:2011

Applikazzjonijet ferrovjarji – Binarju – Traversi ferrovjarji tal-injam

6.

EN 13230-1:2016

Applikazzjonijet ferrovjarji – Binarju – Traversi ferrovjarji tal-konkrit – Parti 1: Rekwiżiti ġenerali

7.

EN 13230-2:2016

Applikazzjonijet ferrovjari – Binarju – Traversi ferrovjarji tal-konkrit – Parti 2: Traversi ferrovjari monoblock tal-konkrit prestressed

8.

EN 13230-3:2016

Applikazzjonijet ferrovjarji – Binarju – Traversi ferrovjarji tal-konkrit – Parti 3: Traversi ferrovjarji twin-block tal-konkrit rinfurzat

9.

EN 13231-5:2018

Applikazzjonijiet ferrovjarji – Binarju – Aċċetazzjoni ta’ xogħolijiet – Parti 5: Proċeduri għal profil ġdid tal-linja tal-ferrovija f’linji ferrovjarji miftuħa, qlib, qsim u apparati ta’ espansjoni

10.

EN 13232-2:2003+A1:2011

Applikazzjonijet ferrovjarji – Binarju – Qlib u qsim – Parti 2: Rekwiżiti għal disin ġeometriku

11.

EN 13232-3:2003+A1:2011

Applikazzjonijet ferrovjarji – Binarju – Qlib u qsim – Parti 3: Rekwiżiti għal interazzjoni bejn roti u linji

12.

EN 13232-4:2005+A1:2011

Applikazzjonijet ferrovjarji – Binarju – Qlib u qsim – Parti 4: Attwazzjoni, illokkjar u detezzjoni

13.

EN 13232-5:2005+A1:2011

Applikazzjonijet ferrovjarji – Binarju – Qlib u qsim – Parti 5: Qlib

14.

EN 13232-6:2005+A1:2011

Applikazzjonijet ferrovjarji – Binarju – Qlib u qsim – Parti 6: Qsim komuni u akut fiss

15.

EN 13232-7:2006+A1:2011

Applikazzjonijet ferrovjarji – Binarju – Qlib u qsim – Parti 7: Qsim b’partijiet mobbli

16.

EN 13232-8:2007+A1:2011

Applikazzjonijet ferrovjarji – Binarju – Qlib u qsim – Parti 8: Apparati ta’ espansjoni

17.

EN 13232-9:2006+A1:2011

Applikazzjonijet ferrovjarji — Binarju — Qlib u qsim — Parti 9: Tqassim

18.

EN 13481-2:2022

Applikazzjonijet ferrovjarji – Binarju – Rekwiżiti ta’ prestazzjoni għal sistemi ta’ rbit – Parti 2: Sistemi ta’ rbit għal traversi ferrovjarji tal-konkrit għall-ballast

19.

EN 13481-3:2022

Applikazzjonijet ferrovjarji – Binarju – Rekwiżiti ta’ prestazzjoni għal sistemi ta’ rbit – Parti 3: Sistemi ta’ rbit għal traversi ferrovjarji tal-injam u ta’ komposti polimeriċi

20.

EN 13674-1:2011+A1:2017

Applikazzjonijiet ferrovjarji – Binarju – Linja ferrovjarja – Parti 1: Binarji ferrovjarji tat-tip Vignole 46 kg/m u ogħla

21.

EN 13674-3:2006+A1:2010

Applikazzjonijiet ferrovjarji – Binarju – Linja ferrovjarja – Parti 3: Kontrobinarji

22.

EN 13803-1:2010

Applikazzjonijet ferrovjarji – Binarju – Paramateri għad-disinn ta’ allinjamenti tal-binarji – Gauges tal-binarji 1 435  mm u usa’ – Parti 1: Linja ferrovjarja miftuħa

23.

EN 13803-2:2006+A1:2009

Applikazzjonijet ferrovjarji – Binarju – Paramateri għad-disinn ta’ allinjament tal-binarji – Gauges tal-binarji 1 435  mm u usa’ – Parti 2: Qlib u qsim u sitwazzjonijiet ta’ disinn ta’ allinjamenti komparabbli li jkollhom bidliet għal għarrieda fil-kurvaturi

24.

EN 13848-5:2017

Applikazzjonijet ferrovjarji – Binarju – Kwalità ġometrika tal-binarju – Parti 5: Livelli ta’ kwalità ġeometrika – Linji ferrovjarji miftuħa, qlib u qsim

25.

EN 14067-4:2013+A1:2018

Applikazzjonijet ferrovjarji – Ajrudinamika – Parti 4: Rekwiżiti u proċeduri ta’ ttestjar għal ajrudinamika fuq binarji miftuħin

26.

EN 14198:2016+A2:2021

Applikazzjonijiet ferrovjarji – Ibbrejkjar – Rekwiżiti għas-sistema tal-ibbrejkjar tal-ferroviji miġbuda minn lokomottivi

27.

EN 14363:2016+A2:2022

Applikazzjonijiet ferrovjarji – Ittestjar u Simulazzjoni għall-aċċettazzjoni ta’ karatteristiċi tat-tħaddim tal-vetturi ferrovjarji – Testijiet tal-imġiba waqt it-tħaddim u testijiet stazzjonarji

28.

EN 14531-2:2015

Applikazzjonijet ferrovjarji – Metodi għall-kalkolu ta’ distanzi li tulhom il-ferrovija tieqaf, distanzi li tulhom il-ferrovija tnaqqas il-veloċità, u bbrekjar biex il-ferrovija tieqaf għalkollox – Parti 2: Kalkolu pass pass għal settijiet ta’ ferroviji jew vetturi waħedhom

29.

EN 14587-2:2009

Applikazzjonijet ferrovjarji – Binarju – Iwweldjar elettroniku tal-linji ferrovjarji – Parti 2: Linji ġodda ta’ grad R220, R260, R260Mn u R350HT iwweldjati b’magni mobbli fuq il-post iżda mhux f’impjant fiss

30.

EN 14813-1:2006+A1:2010

Applikazzjonijet ferrovjarji – Sistema tal-arja kundizzjonata għal kabini tas-sewqan – Parti 1: Parametri ta’ kumdità

31.

EN 14813-2:2006+A1:2010

Applikazzjonijet ferrovjarji – Sistema tal-arja kundizzjonata għal kabini tas-sewqan – Parti 2: Testijiet tat-tip

32.

EN 14865-1:2009+A1:2010

Applikazzjonijet ferrovjarji – Griż lubrifikanti għall-axlebox – Parti 1: Metodu għall-ittestjar ta’ kapaċità li jillubrifika

33.

EN 14865-2:2006+A2:2010

Applikazzjonijet ferrovjarji – Griż lubrifikanti għall-axlebox – Parti 2: Metodu għall-ittestjar tal-istabilità mekkanika biex tkopri veloċità ta’ vetturi sa 200 km/h

34.

EN 15085-3:2022+A1:2023

Applikazzjonijiet ferrovjarji – Iwweldjar ta’ vetturi u komponenti ferrovjarji – Parti 3: Rekwiżiti tad-disinn

35.

EN 15085-6:2022

Applikazzjonijiet ferrovjarji - Iwweldjar ta’ vetturi u komponenti ferrovjarji - Parti 6: Rekwiżiti tal-iwweldjar tal-manutenzjoni

36.

EN 15220:2016

Applikazzjonijet ferrovjarji – Indikaturi tal-brejkijiet

37.

EN 15273-2:2013+A1:2016

Applikazzjonijiet ferrovjarji – Gauges – Parti 2: Gauge tar-rolling stock

38.

EN 15273-3:2013+A1:2016

Applikazzjonijiet ferrovjarji – Gauges – Parti 3: Gauges tal-istruttura

39.

EN 15313:2016

Applikazzjonijet ferrovjarji – Rekwiżiti għall-operazzjoni ta’ settjiet ta’ roti fis-servizz – Manutenzjoni ta’ settjiet ta’ roti fis-servizz u meta ma jkunux mal-vettura

40.

EN 15355:2019

Applikazzjonijiet ferrovjarji – Ibbrejkjar – Valvs tad-distributur u apparati li jiżolaw id-distributur

41.

EN 15437-2:2012+A1:2022

Applikazzjonijet ferrovjarji – Monitoraġġ tal-kundizzjoni tal-axlebox – Rekwiżiti tal-interfaċċi u tad-disinn – Parti 2: Rekwiżiti tal-prestazzjoni u tad-disinn ta’ sistemi abbord għall-monitoraġġ tat-temperatura

42.

EN 15461:2008+A1:2010

Applikazzjonijiet ferrovjarji – Emissjonijiet ta’ storbju – Karatterizzazzjoni tal-propjetajiet dinamiċi ta’ sezzjonijiet tal-binarju bil-kejl tal-ħsejjes waqt l-użu

43.

EN 15551:2022

Applikazzjonijet ferrovjarji – Rolling stock ferrovjarju – Buffers

44.

EN 15566:2022

Applikazzjonijet ferrovjarji – Rolling stock ferrovjarju – Apparat ta’ trazzjoni u akkopjament bil-kamin

45.

EN 15594:2009

Applikazzjonijet ferrovjarji – Binarju – Tiswija ta’ linji b’iwweldjar b’ark elettriku

46.

EN 15610:2019

Applikazzjonijiet ferrovjarji - Akustika - Kejl tal-ħruxija tal-linji ferrovjarji u tar-roti relatat mal-ġenerazzjoni tal-istorbju

47.

EN 15611:2020+A1:2022

Applikazzjonijiet ferrovjarji – Ibbrejkjar – Valvs relay

48.

EN 15624:2021

Applikazzjonijiet ferrovjarji – Ibbrejkjar – Apparati tat-tibdil vojt/mgħobbi

49.

EN 15625:2021

Applikazzjonijiet ferrovjarji – Ibbrejkjar – Apparati b’sensuri awtomatiċi ta’ tagħbijiet varjabbli

50.

EN 15723:2010

Applikazzjonijiet ferrovjarji – Apparati li jagħlqu u jillokkjaw għal apparati li jipproteġu t-tagħbija utli minn influwenzi ambjentali – Rekwiżiti ta’ durabbiltà, tħaddim, indikazzjoni, manutenzjoni, riċiklaġġ

51.

EN 15734-1:2010+A1:2021

Applikazzjonijiet ferrovjarji – Sistemi tal-ibbrejkjar ta’ ferroviji ta’ velocità għolja – Parti 1: Rekwiżiti u definizzjonijiet

52.

EN 15807:2021

Applikazzjonijiet ferrovjarji – Semiakkopjamenti pnewmatiċi

53.

EN 15827:2011

Applikazzjonijet ferrovjarji – Rekwiżiti għal bogies u għal tagħmir tas-sewqan

54.

EN 15877-1:2012+A1:2018

Applikazzjonijiet ferrovjarji – Sinjali fuq vetturi ferrovjarji – Parti 1: Vaguni tal-merkanzija

55.

EN 15877-2:2013

Applikazzjonijiet ferrovjarji – Sinjali fuq vetturi ferrovjarji – Parti 2: Sinjali fuq barra fuq kowċis, unitajiet awtomotivi, lokomotivi u makkinarju tal-binarji

56.

EN 16019:2014

Applikazzjonijiet ferrovjarji – Akkoppjament awtomatiku – Rekwiżiti ta’ prestazzjoni, ġometrija tal-interfaċċi speċifika u metodu ta’ ttestjar.

57.

EN 16116-1:2022

Applikazzjonijiet ferrovjarji – Rekwiżiti ta’ disinn għal turġien, poġġamani u aċċess relatat għall-persunal – Parti 1: Vetturi tal-passiġġieri, vannijiet u lokomotivi

58.

EN 16116-2:2021

Applikazzjonijiet ferrovjarji – Rekwiżiti ta’ disinn għal turġien, poġġamani u aċċess relatat għall-persunal – Parti 2: Vaguni tal-merkanzija

59.

EN 16186-1:2014+A1:2018

Applikazzjonijiet ferrovjarji – Kabina tas-sewwieq – Parti 1: Data antropometrika u viżibbiltà

60.

EN 16186-2:2017

Applikazzjonijiet ferrovjarji - Kabina tas-sewwieq - Parti 2: Integrazzjoni ta’ unitajiet tal-wiri, kontrolli u indikaturi

61.

EN 16186-3:2022

Applikazzjonijiet ferrovjarji – Kabina tas-sewwieq – Parti 3: Disinn ta’ unitajiet tal-wiri għall-vetturi ferrovjarji tqal

62.

EN 16235:2013

Applikazzjonijiet ferrovjarji – Ittestjar għall-aċċettazzjoni ta’ karatteristiċi tat-tħaddim tal-vetturi ferrovjarji – Vaguni tal-merkanzija – Kundizzjonijiet għat-tqassim ta’ vaguni tal-merkanzija b’karatteristiċi definiti minn testijiet magħmulin fuq il-binarji skont EN 14363

63.

EN 16241:2014+A1:2016

Applikazzjonijiet ferrovjarji – Apparat għall-aġġustament tal-laxkezza

64.

EN 16286-1:2013

Applikazzjonijiet ferrovjarji – Sistemi ta’ passarella bejn vetturi – Parti 1: Applikazzjonijiet ewlenin

65.

EN 16334-1:2014+A1:2022

Applikazzjonijiet ferrovjarji – Sistema ta’ allarm għall-passiġġieri – Parti 1: Rekwiżiti tas-sistema għal-linji ferrovjarji tal-linja prinċipali

66.

EN 16404:2016

Applikazzjonijiet ferrovjarji – Rekwiżiti għal tibdil fil-binarji u salvataġġ għal vetturi tal-ferroviji

67.

EN 16452:2015+A1:2019

Applikazzjonijiet ferrovjarji – Ibbrejkjar – Blokok tal-brejkijiet

68.

EN 16494:2015

Applikazzjonijiet ferrovjarji – Rekwiżiti għat-Tabelli ta’ Maġenb il-Binarji tal-ERTMS

69.

EN 16584-1:2017

Applikazzjonijiet ferrovjarji – Disinn għall-użu tal-PRM – Rekwiżiti ġenerali – Parti 1: Kuntrast

70.

EN 16584-2:2017

Applikazzjonijiet ferrovjarji – Disinn għall-użu tal-PRM – Rekwiżiti ġenerali – Parti 2: Informazzjoni

71.

EN 16584-3:2017

Applikazzjonijiet ferrovjarji – Disinn għall-użu tal-PRM – Rekwiżiti ġenerali – Parti 3: Karatteristiċi Ottiċi u ta’ Frizzjoni

72.

EN 16585-1:2017

Applikazzjonijiet ferrovjarji – Disinn għall-użu tal-PRM – Tagħmir u komponenti abbord ir-rolling stock – Parti 1: Tojlits

73.

EN 16585-2:2017

Applikazzjonijiet ferrovjarji – Disinn għall-użu tal-PRM – Tagħmir u komponenti abbord ir-rolling stock – Parti 2: Elementi biex tpoġġi, toqgħod bil-wieqfa u tiċċaqlaq

74.

EN 16585-3:2017

Applikazzjonijiet ferrovjarji – Disinn għall-użu tal-PRM – Tagħmir u komponenti abbord ir-rolling stock – Parti 3: Passaġġi u bibien interni

75.

EN 16586-1:2017

Applikazzjonijiet ferrovjarji – Disinn għall-użu tal-PRM – Aċċessibbiltà ta’ persuni b’mobbiltà mnaqqsa għar-rolling stock – Parti 1: Tarġiet għall-aċċess u l-ħruġ

76.

EN 16586-2:2017

Applikazzjonijiet ferrovjarji – Disinn għall-użu tal-PRM – Aċċessibbiltà ta’ persuni b’mobbiltà mnaqqsa għar-rolling stock – Parti 2: Għajnuniet għat-tlugħ abbord

77.

EN 16587:2017

Applikazzjonijiet ferrovjarji – Disinn għal użu ta’ PRM – Rekwiżiti għal rotot mingħajr ostakli għal infrastruttura

78.

EN 16683:2015

Applikazzjonijiet ferrovjarji – Apparat ta’ sejħa għall-għajnuna u ta’ komunikazzjoni – Rekwiżiti

79.

EN 16704-1:2016+A1:2021

Applikazzjonijet ferrovjarji – Binarju – Protezzjoni tas-sikurezza fuq il-binarji waqt ix-xogħol – Parti 1: Riskji ferrovjarji u prinċipji komuni għall-protezzjoni ta’ siti tax-xogħol fissi u mobbli

80.

EN 16704-3:2016+A1:2021

Applikazzjonijet ferrovjarji – Binarju – Protezzjoni tas-sikurezza fuq il-binarji waqt ix-xogħol – Parti 3: Kompetenzi għall-persunal relatati max-xogħol fuq jew qrib il-binarji

81.

EN 16729-1:2016

Applikazzjonijiet ferrovjarji – Infrastruttura – Ittestjar mhux distruttiv fuq il-linji ferrovjarji fil-binarju – Parti 1: Rekwiżiti għall-prinċipji ta’ spezzjoni u evalwazzjoni ultrasonika

82.

EN 16729-3:2018

Applikazzjonijiet ferrovjarji – Infrastruttura – Ittestjar mhux distruttiv fuq il-linji ferrovjarji fil-binarju – Parti 3: Rekwiżiti biex jiġu iddentifikati difetti interni u fuq il-wiċċ tal-linja ferrovjarja

83.

EN 16729-4:2018

Applikazzjonijiet ferrovjarji – Infrastruttura – Ittestjar mhux distruttiv fuq il-linji ferrovjarji fil-binarju – Parti 4: Kwalifika tal-persunal għall-ittestjar mhux distruttiv fuq il-linji ferrovjarji

84.

EN 16839:2022

Applikazzjonijiet ferrovjarji – Rolling stock – Tqassim tal-vetturi ewlenin

85.

EN 16922:2017+A1:2019

Applikazzjonijiet ferrovjarji – Servizzi bbażati fuq l-art – Tagħmir tal-iskariku ta’ ilma minn vetturi

86.

EN 17023:2018

Applikazzjonijiet ferrovjarji – Manutenzjoni tal-vetturi ferrovjarji – Ħolqien u modifika tal-pjan ta’ manutenzjoni

87.

EN 17069-1:2019

Applikazzjonijiet ferrovjarji – Sistemi u proċeduri għall-bdil fil-gauge tal-binarju – Parti 1: Sistemi awtomatiċi ta’ gauge varjabbli

88.

EN 45545-1:2013

Applikazzjonijiet ferrovjarji – Protezzjoni ta’ vetturi ferrovjarji kontra n-nar – Parti 1: Ġenerali

89.

EN 45545-3:2013

Applikazzjonijiet ferrovjarji – Protezzjoni ta’ vetturi ferrovjarji kontra n-nar – Parti 3: Rekwiżiti ta’ reżistenza għan-nar tal-ilqugħ kontra n-nirien

90.

EN 45545-4:2013

Applikazzjonijiet ferrovjarji – Protezzjoni ta’ vetturi ferrovjarji kontra n-nar – Parti 4: Rekwiżiti tas-sikurezza kontra n-nirien għad-disinn tar-rolling stock

91.

EN 45545-5:2013+A1:2015

Applikazzjonijiet ferrovjarji – Protezzjoni ta’ vetturi ferrovjarji kontra n-nar – Parti 5: Rekwiżiti tas-sikurezza kontra n-nirien għal tagħmir elettriku inkluż dak ta’ trolley buses, karozzi tal-linja ggwidati minn binarju u vetturi b’levitazzjoni manjetika

92.

EN 45545-6:2013

Applikazzjonijiet ferrovjarji – Protezzjoni ta’ vetturi ferrovjarji kontra n-nar – Parti 6: Sistemi ta’ kontroll u mmaniġġjar tan-nirien

93.

EN 45545-7:2013

Applikazzjonijiet ferrovjarji – Protezzjoni ta’ vetturi ferrovjarji kontra n-nar – Parti 7: Rekwiżiti tas-sikurezza kontra n-nirien għal installazzjonijiet ta’ likwidi li jaqbdu n-nar u ta’ gassijiet li jaqbdu n-nar

94.

EN 50124-1:2017

Applikazzjonijiet ferrovjarji – Koordinament tal-iżolazzjoni – Parti 1: Rekwiżiti bażiċi – Spazji u distanzi ta’ iżolament għal kull tagħmir elettriku u elettroniku

95.

EN 50124-2:2017

Applikazzjonijiet ferrovjarji – Koordinament tal-iżolazzjoni – Parti 2: Vultaġġi ogħla milli suppost u protezzjoni relatata magħhom

96.

EN 50125-2:2002

Applikazzjonijiet ferrovjarji – Kundizzjonijiet ambjentali għat-tagħmir – Parti 2: Installazzjonijiet elettriċi fissi

EN 50125-2:2002/AC:2010

97.

EN 50125-3:2003

Applikazzjonijiet ferrovjarji – Kundizzjonijiet ambjentali għat-tagħmir – Parti 3: Tagħmir għas-sinjalar u t-telekomunikazzjoni

EN 50125-3:2003/AC:2010

98.

EN 50126-1:2017

Applikazzjonijiet ferrovjarji – L-Ispeċifikazzjoni u d-Dimostrazzjoni tal-Affidabbiltà, id-Disponibbiltà, il-Mantenibbiltà u s-Sikurezza (RAMS) – Parti 1: Proċess Ġeneriku tal-RAMS

99.

EN 50126-2:2017

Applikazzjonijiet ferrovjarji – L-Ispeċifikazzjoni u d-Dimostrazzjoni tal-Affidabbiltà, id-Disponibbiltà, il-Mantenibbiltà u s-Sikurezza (RAMS) – Parti 2: Approċċ Sistematiku għas-Sikurezza

100.

EN 50129:2018

Applikazzjonijiet ferrovjarji – Sistemi ta’ komunikazzjoni, sinjalar u proċessar – Sistemi elettroniċi għal sinjalar relatati mas-sikurezza

EN 50129:2018/AC:2019-04

101.

EN 50155:2021

Applikazzjonijiet ferrovjarji – Rolling stock – Tagħmir elettroniku

102.

EN 50318:2018

Applikazzjonijiet ferrovjarji – Sistemi ta’ ġbir tal-kurrent – Validazzjoni tas-simulazzjoni tal-interazzjoni dinamika bejn pantografu u linja ta’ kuntatt sospiża

EN 50318:2018/A1:2022

103.

EN 50405:2015

Applikazzjonijiet ferrovjarji – Sistemi ta’ ġbir tal-kurrent – Pantografi, metodi ta’ ttestjar għall-istrixxi ta’ kuntatt

EN 50405:2015/A1:2016

104.

EN 50463-1:2017

Applikazzjonijiet ferrovjarji – Kejl tal-enerġija abbord il-ferroviji – Parti 1: Ġenerali

105.

EN 50463-2:2017

Applikazzjonijiet ferrovjarji – Kejl tal-enerġija abbord il-ferroviji – Parti 2: Kejl tal-enerġija

EN 50463-2:2017/AC:2018-10

106.

EN 50463-3:2017

Applikazzjonijiet ferrovjarji – Kejl tal-enerġija abbord il-ferroviji – Parti 3: Immaniġġjar ta’ data

107.

EN 50463-4:2017

Applikazzjonijiet ferrovjarji – Kejl tal-enerġija abbord il-ferroviji – Parti 4: Komunikazzjoni

108.

EN 50463-5:2017

Applikazzjonijiet ferrovjarji – Kejl tal-enerġija abbord il-ferroviji – Parti 5: Valutazzjoni tal-konformità

109.

EN 50533:2011

Applikazzjonijiet ferrovjarji – karatteristiċi tal-vultaġġ trifażi tal-linji ferrovjarji

EN 50533:2011/A1:2016

110.

EN 50562:2018

Applikazzjonijiet ferrovjarji – Installazzjonijiet fissi – Proċess, miżuri protettivi u dimostrazzjoni tas-sikurezza għal sistemi ta’ trazzjoni elettrika

111.

EN 50592:2016

Applikazzjonijiet ferrovjarji – Ittestjar tar-rolling stock għall-kompatibbiltà elettromanjetika mal-kuntjaturi tal-fusien

112.

EN 50617-1:2015

Applikazzjonijiet ferrovjarji – Paramateri tekniċi ta’ sistemi ta’ detezzjoni tal-ferroviji għall-interoperabbiltà tas-sistema ferrovjarja trans-Ewropea – Parti 1: Ċirkwiti tal-binarju

113.

EN 50617-2:2015

Applikazzjonijiet ferrovjarji – Paramateri tekniċi ta’ sistemi ta’ detezzjoni tal-ferroviji għall-interoperabbiltà tas-sistema ferrovjarja trans-Ewropea – Parti 2: Kuntjaturi tal-fusien

EN 50617-2:2015/AC:2016

114.

EN 50641:2020

Applikazzjonijiet ferrovjarji – Installazzjonijiet fissi – Rekwiżiti għall-validazzjoni tal-għodod ta’ simulazzjoni użati għad-disinn ta’ sistemi ta’ provvista tal-enerġija tat-trazzjoni elettrika

Restrizzjoni: L-istandard jagħti l-preżunzjoni ta’ konformità għall-klawsola 4.2.4. tar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1301/2014 biss.

115.

EN 61375-1:2012

Tagħmir elettroniku ferrovjarju – Network ta’ komunikazzjoni tal-ferroviji (TCN) – Parti 1: Arkitettura ġenerali (IEC 61375-1:2012)

116.

EN 61375-2-1:2012

Tagħmir elettroniku ferrovjarju – Network ta’ komunikazzjoni tal-ferroviji (TCN) – Parti 2-1: Wire Train Bus (WTB) (IEC 61375-2-1:2012)

117.

EN 61375-2-2:2012

Tagħmir elettroniku ferrovjarju – Network ta’ komunikazzjoni tal-ferroviji (TCN) – Parti 2-2: Ittestjar tal-konformità tal-Wire Train Bus (IEC 61375-2-2:2012)

118.

EN 61375-2-5:2015

Tagħmir elettroniku ferrovjarju – Network ta’ komunikazzjoni tal-ferroviji (TCN) – Parti 2-5: Ethernet train backbone (IEC 61375-2-5:2014)

119.

EN 61375-3-1:2012

Tagħmir elettroniku ferrovjarju – Network ta’ komunikazzjoni tal-ferroviji (TCN) – Parti 3-1: Multifunction Vehicle Bus (MVB) (IEC 61375-3-1:2012)

120.

EN 61375-3-2:2012

Tagħmir elettroniku ferrovjarju – Network ta’ komunikazzjoni tal-ferroviji (TCN) – Parti 3-2: Ittestjar tal-konformità tal-MVB (Multifunction Vehicle Bus) (IEC 61375-3-2:2012)

121.

EN 61375-3-3:2012

Tagħmir elettroniku ferrovjarju – Network ta’ komunikazzjoni tal-ferroviji (TCN) – Parti 3-3: CANopen Consist Network (CCN) (IEC 61375-3-3:2012)

122.

EN 62580-1:2016

Tagħmir elettroniku ferrovjarju – Subsistemi telematiċi u multimedia abbord għal-linji ferrovjarji – Parti 1: Arkitettura ġenerali (IEC 62580-1:2015)

EN 62580-1:2016/A11:2017

123.

EN 62621:2016

Applikazzjonijiet ferrovjarji – Installazzjonijet fissi – Trazzjoni elettrika – Rekwiżiti speċifiċi għal iżolaturi komposti użati għas-sistemi ta’ linja ta’ kuntatt sospiża (IEC 62621:2011)

EN 62621:2016/A1:2016


ANNESS II

Nru

Referenza tal-istandard

Data tal-irtirar

1.

EN ISO 3381:2011

Applikazzjonijet ferrovjarji – Akustika – Kejl ta’ storbju magħmul f’vetturi fuq il-linji ferrovjarji (ISO 3381:2005)

21 ta’ Novembru 2023

2.

EN 12080:2017

Applikazzjonijet ferrovjarji – Axleboxes – Roller bearings

21 ta’ Novembru 2023

3.

EN 12082:2017

Applikazzjonijiet ferrovjarji – Axleboxes – Ittestjar tal-prestazzjoni

21 ta’ Novembru 2023

4.

EN 13103-1:2017

Applikazzjonijiet ferrovjarji – Settijiet tar-roti u bogies – Parti 1: Metodu tad-disinn għall-fusien b’ġurnali esterni

21 ta’ Novembru 2023

5.

EN 13230-4:2009

Applikazzjonijet ferrovjari – Binarju – Traversi ferrovjarji tal-konkrit – Parti 4: Traversi ferrovjarji tal-konkrit prestressed għall-qlib u l-qsim

21 ta’ Novembru 2023

6.

EN 13260:2009+A1:2010

Applikazzjonijiet ferrovjarji – Settijiet tar-roti u bogies – Settijiet tar-roti – Rekwiżiti tal-prodott

21 ta’ Novembru 2023

7.

EN 13261:2009+A1:2010

Applikazzjonijiet ferrovjarji – Settijiet tar-roti u bogies – Fusien – Rekwiżiti tal-prodott

21 ta’ Novembru 2023

8.

EN 13262:2004+A2:2011

Applikazzjonijiet ferrovjarji – Settijiet tar-roti u bogies – Roti – Rekwiżit għall-prodott

21 ta’ Novembru 2023

9.

EN 13272:2012

Applikazzjonijiet ferrovjarji – Dawl elettriku għar-rolling stock f’sistemi ta’ trasport pubbliku

21 ta’ Novembru 2023

10.

EN 13481-2:2012+A1:2017

Applikazzjonijet ferrovjarji – Binarju – Rekwiżiti ta’ prestazzjoni għal sistemi ta’ rbit – Parti 2: Sistemi ta’ rbit għal traversi ferrovjarji tal-konkrit

21 ta’ Novembru 2023

11.

EN 13481-3:2012

Applikazzjonijet ferrovjarji – Binarju – Rekwiżiti ta’ prestazzjoni għal sistemi ta’ rbit – Parti 3: Sistemi ta’ rbit għal traversi ferrovjarji tal-injam

21 ta’ Novembru 2023

12.

EN 13481-5:2012+A1:2017

Applikazzjonijet ferrovjarji – Binarju – Rekwiżiti ta’ prestazzjoni għal sistemi ta’ rbit – Parti 5: Sistemi ta’ rbit għal binarji bla ballast b’linji ferrovjarji fuq is-superfiċje jew b’linji ferrovjarji mdaħħlin f’kanal

21 ta’ Novembru 2023

13.

EN 13481-7:2012

Applikazzjonijet ferrovjarji – Binarju – Rekwiżiti ta’ prestazzjoni għal sistemi ta’ rbit – Parti 7: Sistemi speċjali ta’ rbit għall-qlib u l-qsim u l-kontrobinarji

21 ta’ Novembru 2023

14.

EN 13674-2:2006+A1:2010

Applikazzjonijiet ferrovjarji – Binarju – Linja ferrovjarja – Parti 2: Qlib u kontrobinarji tal-ferrovija li jintużaw b’binarji ferrovjarji tat-tip Vignole 46 kg/m u ogħla

21 ta’ Novembru 2023

15.

EN 13715:2006+A1:2010

Applikazzjonijiet ferrovjarji – Settijiet tar-roti u bogies – Roti – Profil tat-tread

21 ta’ Novembru 2023

16.

EN 13749:2011

Applikazzjonijiet ferrovjarji – Settijiet tar-roti u bogies – Metodu għall-ispeċifikazzjoni tar-rekwiżiti strutturali tal-bogie frames

21 ta’ Novembru 2023

17.

EN 13979-1:2003+A2:2011

Applikazzjonijiet ferrovjarji – Settijiet tar-roti u bogies – Roti monoblock – Proċedura tal-approvazzjoni teknika – Parti 1: Roti tal-azzar mikwi u rroljat

21 ta’ Novembru 2023

18.

EN 14033-1:2017

Applikazzjonijet ferrovjarji – Binarju – Makkinarju għall-kostruzzjoni u l-manutenzjoni fuq il-linji ferrovjarji – Parti 1: Rekwiżiti tekniċi għal tħaddim

21 ta’ Novembru 2023

19.

EN 14067-5:2006+A1:2010

Applikazzjonijet ferrovjarji – Ajrudinamika – Parti 5: Rekwiżiti u proċeduri ta’ ttestjar għall-ajrudinamika ġewwa mini

21 ta’ Novembru 2023

20.

EN 14363:2016+A1:2018

Applikazzjonijiet ferrovjarji – Ittestjar u Simulazzjoni għall-aċċettazzjoni ta’ karatteristiċi tat-tħaddim tal-vetturi ferrovjarji – Testijiet tal-imġiba waqt it-tħaddim u testijiet stazzjonarji

Avviż: Il-preżunzjoni ta’ konformità għandha tingħata biss meta tintuża flimkien mal-opinjoni teknika tal-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Ferroviji ERA-OPI-2018–3 (https://www.era.europa.eu/library/opinions-and-technical-advices_en).

21 ta’ Novembru 2023

21.

EN 14531-1:2015

Applikazzjonijet ferrovjarji – Metodi għall-kalkolu ta’ distanzi li tulhom il-ferrovija tieqaf, distanzi li tulhom il-ferrovija tnaqqas il-veloċità, u bbrekjar biex il-ferrovija tieqaf għalkollox – Parti 1: Algoritmi ġenerali li jutilizzaw kalkolu ta’ valur ibbażat fuq il-medja għal settijiet ta’ ferroviji jew vetturi waħedhom

21 ta’ Novembru 2023

22.

EN 14535-1:2005+A1:2011

Applikazzjonijet ferrovjarji – Diski tal-brejkijiet għal vaguni tar-rolling stock – Parti 1: Diski tal-brejkijiet ippressati jew imwaħħlin b’retrazzjoni termika fuq il-fus jew ix-xaft tat-trażmissjoni, id-dimensjonijiet u r-rekwiżiti tal-kwalità

21 ta’ Novembru 2023

23.

EN 14535-2:2011

Applikazzjonijet ferrovjarji – Diski tal-brejkijiet għal vaguni tar-rolling stock – Parti 2: Diski tal-brejkijiet immuntati fuq ir-rota, id-dimensjonijiet u r-rekwiżiti tal-kwalità

21 ta’ Novembru 2023

24.

EN 14535-3:2015

Applikazzjonijet ferrovjarji – Diski tal-brejkijiet għal vaguni tar-rolling stock – Parti 3: Diski tal-brejkijiet, prestazzjoni tad-diski u akkoppjament ta’ frizzjoni, klassifikazzjoni

21 ta’ Novembru 2023

25.

EN 14601:2005+A1:2010

Applikazzjonijet ferrovjarji – Viti dritti u angolati fit-tarf għal pajpijiet tal-brejk u għall-pajp tal-riserva prinċipali

21 ta’ Novembru 2023

26.

EN 14752:2015

Applikazzjonijet ferrovjarji – Sistemi ta’ dħul mill-ġenb għar-rolling stock

21 ta’ Novembru 2023

27.

EN 15020:2006+A1:2010

Applikazzjonijet ferrovjarji – Akkoppjament tas-salvataġġ – Rekwiżiti ta’ prestazzjoni, ġometrija tal-interfaċċi speċifika u metodi ta’ ttestjar

21 ta’ Novembru 2023

28.

EN 15153-1:2013+A1:2016

Applikazzjonijet ferrovjarji – Apparati viżibbli minn barra u li jagħtu sinjal ta’ twissija li jinstema’ għall-ferroviji – Parti 1: Bozoz ta’ quddiem, li jimmarkaw il-pożizzjoni u ta’ wara

21 ta’ Novembru 2023

29.

EN 15153-2:2013

Applikazzjonijet ferrovjarji – Apparati viżibbli minn barra u li jagħtu sinjal ta’ twissija li jinstema’ għall-ferroviji – Parti 2: Ħornijiet ta’ twissija

21 ta’ Novembru 2023

30.

EN 15227:2008+A1:2010

Applikazzjonijet ferrovjarji –Rekwiżiti tar-reżistenza għall-ħabtiet tal-bodies ta’ vetturi ferrovjarji

21 ta’ Novembru 2023

31.

EN 15302:2008+A1:2010

Applikazzjonijet ferrovjarji – Metodu għad-determinazzjoni tal-koniċità ekwivalenti

21 ta’ Novembru 2023

32.

EN 15427:2008+A1:2010

Applikazzjonijiet ferrovjarji – Immaniġġjar tal-frizzjoni bejn ir-roti u l-linji – Lubrikazzjoni tal-Flanġ

21 ta’ Novembru 2023

33.

EN 15437-1:2009

Applikazzjonijet ferrovjarji – Monitoraġġ tal-kundizzjoni tal-axlebox – Rekwiżiti tal-interfaċċi u tad-disinn – Parti 1: Tagħmir ta’ maġenb il-binarji u l-axlebox tar-rolling stock

21 ta’ Novembru 2023

34.

EN 15437-2:2012

Applikazzjonijet ferrovjarji – Monitoraġġ tal-kundizzjoni tal-axlebox – Rekwiżiti tal-interfaċċi u tad-disinn – Parti 2: Rekwiżiti tal-prestazzjoni u tad-disinn ta’ sistemi abbord għall-monitoraġġ tat-temperatura

21 ta’ Novembru 2023

35.

EN 15528:2015

Applikazzjonijet ferrovjarji – Kategoriji ta’ linji għall-immaniġġjar tal-interfaċċa bejn il-limiti tat-tagħbija ta’ vetturi u l-infrastruttura

21 ta’ Novembru 2023

36.

EN 15551:2017

Applikazzjonijet ferrovjarji – Rolling stock ferrovjarju – Buffers

21 ta’ Novembru 2023

37.

EN 15566:2016

Applikazzjonijet ferrovjarji – Rolling stock ferrovjarju – Apparat ta’ trazzjoni u akkopjament bil-kamin

21 ta’ Novembru 2023

38.

EN 15595:2009+A1:2011

Applikazzjonijet ferrovjarji – Ibbrejkjar – Protezzjoni kontra ż-żerżiq tar-roti

21 ta’ Novembru 2023

39.

EN 15611:2008+A1:2010

Applikazzjonijiet ferrovjarji – Ibbrejkjar – Valvs relay

21 ta’ Novembru 2023

40.

EN 15612:2008+A1:2010

Applikazzjonijiet ferrovjarji – Ibbrejkjar — Valv tal-aċċellerazzjoni tal-pajp tal-brejk

21 ta’ Novembru 2023

41.

EN 15624:2008+A1:2010

Applikazzjonijiet ferrovjarji – Ibbrejkjar – Apparati tat-tibdil vojt/mgħobbi

21 ta’ Novembru 2023

42.

EN 15625:2008+A1:2010

Applikazzjonijiet ferrovjarji – Ibbrejkjar – Apparati b’sensuri awtomatiċi ta’ tagħbijiet varjabbli

21 ta’ Novembru 2023

43.

EN 15654-1:2018

Applikazzjonijiet ferrovjarji – Kejl tal-forzi vertikali fuq ir-roti u settijiet ta’ roti – Parti 1: Siti ta’ kejl fuq il-binarju għal vetturi fis-serizz

21 ta’ Novembru 2023

44.

EN 15663:2009

Applikazzjonijet ferrovjarji –Definizzjoni tal-mases ta’ referenza ta’ vetturi

EN 15663:2009/AC:2010

21 ta’ Novembru 2023

45.

EN 15686:2010

Applikazzjonijet ferrovjarji – Ittestjar għall-aċċettazzjoni ta’ karatteristiċi tat-tħaddim tal-vetturi ferrovjarji b’sistema ta’ kumpens għall-insuffiċjenza tas-sopraelevazzjoni u/jew ta’ vetturi maħsubin biex joperaw b’insuffiċjenza tas-sopraelevazzjoni akbar minn dik imsemmija f’EN 14363:2005, Anness G

21 ta’ Novembru 2023

46.

EN 15687:2010

Applikazzjonijet ferrovjarji – Ittestjar għall-aċċettazzjoni ta’ karatteristiċi tat-tħaddim tal-vetturi tal-merkanzija b’tagħbijiet statiċi fuq il-fus ta’ aktar minn 225 kN u sa 250 kN

21 ta’ Novembru 2023

47.

EN 15734-1:2010

Applikazzjonijiet ferrovjarji – Sistemi tal-ibbrejkjar ta’ ferroviji ta’ velocità għolja – Parti 1: Rekwiżiti u definizzjonijiet

21 ta’ Novembru 2023

48.

EN 15734-2:2010

Applikazzjonijiet ferrovjarji – Sistemi tal-ibbrejkjar ta’ ferroviji ta’ velocità għolja – Parti 2: Metodi ta’ ttestjar

EN 15734-2:2010/AC:2012

21 ta’ Novembru 2023

49.

EN 15746-1:2010+A1:2011

Applikazzjonijiet ferrovjarji – Binarju – Magni ta’ vetturi li jimxu fuq linji u fit-triq u tagħmir assoċjat – Parti 1: Rekwiżiti tekniċi biex jitħaddmu u joperaw

21 ta’ Novembru 2023

50.

EN 15746-2:2010+A1:2011

Applikazzjonijiet ferrovjarji – Binarju – Magni ta’ vetturi li jimxu fuq linji u fit-triq u tagħmir assoċjat – Parti 2: Rekwiżiti ġenerali tas-sikurezza

21 ta’ Novembru 2023

51.

EN 15806:2010

Applikazzjonijiet ferrovjarji – Ibbrejkjar – Ittestjar statiku tal-brejkijiet

21 ta’ Novembru 2023

52.

EN 15807:2011

Applikazzjonijiet ferrovjarji – Semiakkopjamenti pnewmatiċi

21 ta’ Novembru 2023

53.

EN 15892:2011

Applikazzjonijiet ferrovjarji – Emissjonijiet ta’ storbju – Kejl tal-ħoss fil-kabini tas-sewwieq

21 ta’ Novembru 2023

54.

EN 16116-1:2013

Applikazzjonijiet ferrovjarji – Rekwiżiti ta’ disinn għal turġien, poġġamani u aċċess relatat għall-persunal – Parti 1: għall-passiġġieri, vannijiet u lokomotivi għall-valiġġi.

21 ta’ Novembru 2023

55.

EN 16116-2:2013

Applikazzjonijiet ferrovjarji – Rekwiżiti ta’ disinn għal turġien, poġġamani u aċċess relatat għall-persunal – Parti 2: Vaguni tal-merkanzija

21 ta’ Novembru 2023

56.

EN 16185-1:2014

Applikazzjonijiet ferrovjarji – Sistemi tal-ibbrejkjar ta’ ferroviji li jkollhom aktar minn unità waħda – Parti 1: Rekwiżiti u definizzjonijiet

21 ta’ Novembru 2023

57.

EN 16185-2:2014

Applikazzjonijiet ferrovjarji – Sistemi tal-ibbrejkjar ta’ ferroviji li jkollhom aktar minn unità waħda – Parti 2: Metodi ta’ ttestjar

21 ta’ Novembru 2023

58.

EN 16186-3:2016+A1:2018

Applikazzjonijiet ferrovjarji – Kabina tas-sewwieq – Parti 3: Disinn ta’ unitajiet tal-wiri

21 ta’ Novembru 2023

59.

EN 16207:2014

Applikazzjonijiet ferrovjarji – Ibbrejkjar — Kriterji funzjonali u ta’ prestazzjoni ta’ sistemi ta’ Brejk Manjetiku tal-Binarji biex jintużaw fuq rolling stock ferrovjarju

21 ta’ Novembru 2023

60.

EN 16334:2014

Applikazzjonijiet ferrovjarji – Sistema ta’ allarm għall-passiġġieri – Rekwiżiti tas-sistema

21 ta’ Novembru 2023

61.

EN 45545-2:2013+A1:2015

Applikazzjonijiet ferrovjarji – Protezzjoni ta’ vetturi ferrovjarji kontra n-nar – Parti 2: Rekwiżiti tal-imġiba ta’ materjali u komponenti fil-każ ta’ ħruq

21 ta’ Novembru 2023

62.

EN 50122-2:2010

Applikazzjonijiet ferrovjarji – Intallazzjonijiet fissi – Sikurezza elettrika, ertjar u ċ-ċirkwit ta’ ritorn – Parti 2: Provvedimenti kontra l-effetti ta’ stray currents ikkaġunati minn sistemi ta’ trazzjoni d.c.

21 ta’ Novembru 2023

63.

EN 50122-3:2010

Applikazzjonijiet ferrovjarji – Intallazzjonijiet fissi – Sikurezza elettrika, ertjar u ċ-ċirkwit ta’ ritorn – Parti 3: Interazzjoni reċiproka ta’sistemi ta’ trazzjoni a.c. u d.c.

21 ta’ Novembru 2023

64.

EN 50155:2007

Applikazzjonijiet ferrovjarji – Tagħmir elettroniku użat fuq ir-rolling stock

EN 50155:2007/AC:2010

EN 50155:2007/AC:2012

21 ta’ Novembru 2023

65.

EN 50159:2010

Applikazzjonijiet ferrovjarji – Sistemi ta’ komunikazzjoni, sinjalar u proċessar – Komunikazzjoni relatata mas-sikurezza f’sistemi ta’ trażmissjoni

21 ta’ Novembru 2023

66.

EN 50163:2004

Applikazzjonijiet ferrovjarji – Vultaġġi ta’ provvista għal sistemi ta’ trazzjoni

EN 50163:2004/AC:2010

EN 50163:2004/AC:2013

EN 50163:2004/A1:2007

21 ta’ Novembru 2023

67.

EN 50238-1:2003

Applikazzjonijiet ferrovjarji – Kompatibbiltà bejn ir-rolling stock u s-sistemi ta’ detezzjoni tal-ferroviji – Parti 1: Ġenerali

EN 50238-1:2003/AC:2014

21 ta’ Novembru 2023

68.

EN 50317:2012

Applikazzjonijiet ferrovjarji – Sistemi ta’ ġbir tal-kurrent – Rekwiżiti għall-kejl u validazzjoni tal-kejl tal-interazzjoni dinamika bejn pantografu u linja ta’ kuntatt sospiża

EN 50317:2012/AC:2012

21 ta’ Novembru 2023

69.

EN 50367:2012

Applikazzjonijiet ferrovjarji – istemi ta’ ġbir tal-kurrent — Kriterji tekniċi għall-interazzjoni bejn pantografu u linja ta’ kurrent sospiża (biex ikun hemm aċċess liberu)

EN 50367:2012/AC:2013

EN 50367:2012/A1:2016

21 ta’ Novembru 2023

70.

EN 50388:2012

Applikazzjonijiet ferrovjarji – Provvista tal-elettriku u rolling stock – Kriterji tekniċi għall-koordinament bejn il-provvista tal-elettriku (stazzjon sekondarju) u r-rolling stock biex tinkiseb l-interoperabilità

EN 50388:2012/AC:2013

21 ta’ Novembru 2023

71.

EN 50553:2012

Applikazzjonijiet ferrovjarji – Rekwiżiti għall-kapaċità tat-tħaddim f’każ ta’ nirien abbord ta’ rolling stock

EN 50553:2012/AC:2013

EN 50553:2012/A1:2016

21 ta’ Novembru 2023

72.

EN 62580-1:2016

Tagħmir elettroniku ferrovjarju – Subsistemi telematiċi u multimedia abbord għal-linji ferrovjarji – Parti 1: Arkitettura ġenerali (IEC 62580-1:2015)

21 ta’ Novembru 2023


ANNESS III

Nru

Referenza tal-istandard

Data tal-irtirar

1.

EN 14067-6:2018

Applikazzjonijet ferrovjarji – Ajrudinamika – Parti 6: Rekwiżiti u proċeduri ta’ ttestjar għall-valutazzjoni tar-riħ laterali

21 ta’ Novembru 2023

2.

EN 14198:2016+A1:2018

Applikazzjonijiet ferrovjarji – Ibbrejkjar – Rekwiżiti għas-sistema tal-ibbrejkjar tal-ferroviji miġbuda minn lokomottivi

21 ta’ Novembru 2023

3.

EN 50122-1:2011

Applikazzjonijiet ferrovjarji – Intallazzjonijiet fissi – Sikurezza elettrika, ertjar u ċ-ċirkwit ta’ ritorn – Parti 1: Dispożizzjonijiet protettivi kontra xokk elettriku

EN 50122-1:2011/A1:2011

EN 50122-1:2011/A2:2016

EN 50122-1:2011/A3:2016

EN 50122-1:2011/A4:2017

EN 50122-1:2011/AC:2012

21 ta’ Novembru 2023

4.

EN 50318:2018

Applikazzjonijiet ferrovjarji – Sistemi ta’ ġbir tal-kurrent – Validazzjoni tas-simulazzjoni tal-interazzjoni dinamika bejn pantografu u linja ta’ kuntatt sospiża

21 ta’ Novembru 2023


ELI: http://data.europa.eu/eli/dec_impl/2023/2584/oj

ISSN 1977-074X (electronic edition)