<?xml version="1.0" encoding="UTF-8"?><JUDGMENT xmlns:fmx="http://opoce" xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" xsi:noNamespaceSchemaLocation="http://formex.publications.europa.eu/schema/formex-05.55-20141201.xd"><BIB.JUDGMENT><REF.CASE FILE="n.a."><NO.CASE>C‑24/15</NO.CASE></REF.CASE><NO.CELEX>62015CJ0024</NO.CELEX><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2016:791">EU:C:2016:791</NO.ECLI><NO.SEQ>0001</NO.SEQ><PAGE.FIRST.ECR>1</PAGE.FIRST.ECR><PAGE.SEQ>1</PAGE.SEQ><PAGE.LAST.ECR>11</PAGE.LAST.ECR><PAGE.TOTAL>11</PAGE.TOTAL><AUTHOR>CJ</AUTHOR></BIB.JUDGMENT><CURR.TITLE><PAGE.HEADER><P>SENTENZA TAL-<DATE ISO="20161020">20.10.2016</DATE> – KAWŻA C‑24/15</P><P>PLÖCKL</P></PAGE.HEADER></CURR.TITLE><TITLE><TI><P><HT TYPE="UC">Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja</HT> (Ir-Raba’ Awla)</P><P><DATE ISO="20161020">20 ta’ Ottubru 2016</DATE><NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="STAR" NOTE.ID="E0001"><P>Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż.</P></NOTE></P></TI></TITLE><INDEX><KEYWORD>Rinviju għal deċiżjoni preliminari</KEYWORD><KEYWORD>Tassazzjoni</KEYWORD><KEYWORD>Taxxa fuq il-valur miżjud</KEYWORD><KEYWORD>Sitt Direttiva</KEYWORD><KEYWORD>Artikolu 28ċ.A(a) u Artikolu 28ċ.A(d)</KEYWORD><KEYWORD>Trasferiment ta’ oġġetti fi ħdan l-Unjoni Ewropea</KEYWORD><KEYWORD>Dritt għal eżenzjoni</KEYWORD><KEYWORD>Nuqqas ta’ osservanza ta’ obbligu li jiġi trażmess numru ta’ identifikazzjoni għall-VAT mogħti mill-Istat Membru ta’ destinazzjoni</KEYWORD><KEYWORD>Assenza ta’ ħjiel serju tal-eżistenza ta’ frodi fiskali</KEYWORD><KEYWORD>Rifjut tal-benefiċċju tal-eżenzjoni</KEYWORD><KEYWORD>Ammissibbiltà</KEYWORD></INDEX><JUDGMENT.INIT><P>Fil-Kawża C‑24/15,</P><P>li għandha bħala suġġett talba għal deċiżjoni preliminari skont l-Artikolu 267 TFUE, imressqa mill-Finanzgericht München (qorti tal-finanzi ta’ München, il-Ġermanja), permezz ta’ deċiżjoni tal-<DATE ISO="20141204">4 ta’ Diċembru 2014</DATE>, li waslet fil-Qorti tal-Ġustizzja fil-<DATE ISO="20150121">21 ta’ Jannar 2015</DATE>, fil-proċedura</P></JUDGMENT.INIT><PARTIES><PLAINTIFS><P><HT TYPE="BOLD">Josef Plöckl</HT></P></PLAINTIFS><AGAINST>vs</AGAINST><DEFENDANTS><P><HT TYPE="BOLD">Finanzamt Schrobenhausen,</HT></P></DEFENDANTS></PARTIES><PREAMBLE><PREAMBLE.INIT><P>IL-QORTI TAL-ĠUSTIZZJA (Ir-Raba’ Awla),</P><P>komposta minn T. von Danwitz, President tal-Awla, E. Juhász, C. Vajda (Relatur), K. Jürimäe u C. Lycourgos, Imħallfin,</P><P>Avukat Ġenerali: H. Saugmandsgaard Øe,</P><P>Reġistratur: K. Malacek, Amministratur,</P></PREAMBLE.INIT><GR.VISA><VISA>wara li rat il-proċedura bil-miktub u wara s-seduta tal-<DATE ISO="20160120">20 ta’ Jannar 2016</DATE>,</VISA></GR.VISA><GR.CONSID><CONSID><P>wara li kkunsidrat l-osservazzjonijiet ippreżentati:</P><LIST TYPE="DASH"><ITEM><P>għall-Finanzamt Schrobenhausen, minn K. Ostermeier, H. Marhofer-Ferlan u D. Scherer,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Gvern Ġermaniż, minn T. Henze, bħala aġent,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Gvern Grieg, minn K. Nasopoulou u S. Lekkou, bħala aġenti,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Gvern Portugiż, minn L. Inez Fernandes, A. Cunha u R. Campos Laires, bħala aġenti,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Kummissjoni Ewropea, minn M. Wasmeier u M. Owsiany‑Hornung, bħala aġenti,</P></ITEM></LIST></CONSID></GR.CONSID><?PAGE NO="2"?><GR.VISA><VISA>wara li semgħet il-konklużjonijiet tal-Avukat Ġenerali, ippreżentati fis-seduta tas-<DATE ISO="20160406">6 ta’ April 2016</DATE>,</VISA></GR.VISA><PREAMBLE.FINAL>tagħti l-preżenti</PREAMBLE.FINAL></PREAMBLE><CONTENTS.JUDGMENT><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Sentenza</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0001"><NO.P>1</NO.P><TXT>It-talba għal deċiżjoni preliminari tirrigwarda l-interpretazzjoni tal-Artikolu 22(8) tas-Sitt Direttiva tal-Kunsill 77/388/KEE, tas-<DATE ISO="19770517">17 ta’ Mejju 1977</DATE>, fuq l-armonizzazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri dwar taxxi fuq id-dħul mill-bejgħ - Sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud: bażi uniformi ta’ stima (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 9, Vol. 1, p. 23), kif emendata bid-Direttiva tal-Kunsill 2005/92/KE, tat-<DATE ISO="20051212">12 ta’ Diċembru 2005</DATE> (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="175M" PAGE.FIRST="305" DATE.PUB="2006">ĠU 2006, L 175M, p. 305</REF.DOC.OJ>) (iktar ’il quddiem is-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0001" REF.END="QE0001"/>Sitt Direttiva<QUOT.END REF.START="QS0001" CODE="201D" ID="QE0001"/>), fil-verżjoni tiegħu li tirriżulta mill-Artikolu 28h tas-Sitt Direttiva, kif ukoll tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 28ċ.A u tal-Artikolu 28ċ.A(d) ta’ din id-direttiva.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0002"><NO.P>2</NO.P><TXT>Din it-talba tressqet fil-kuntest ta’ kawża bejn Josef Plöckl u l-Finanzamt Schrobenhausen (amministrazzjoni fiskali ta’ Schrobenhausen, il-Ġermanja, iktar ’il quddiem l-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0002" REF.END="QE0002"/>amministrazzjoni fiskali<QUOT.END REF.START="QS0002" CODE="201D" ID="QE0002"/>), dwar ir-rifjut ta’ din l-amministrazzjoni li teżenta mit-taxxa fuq il-valur miżjud (VAT) it-trasferiment ta’ vettura li tagħmel parti mill-assi tal-impriża ta’ J. Plöckl mill-Ġermanja għal Spanja matul is-sena 2006.</TXT></NP.ECR><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Il-kuntest ġuridiku</HT></P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Id-dritt tal-Unjoni</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0003"><NO.P>3</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 2(1) tas-Sitt Direttiva, għandha tkun suġġetta għall-VAT il-provvista ta’ oġġetti u servizzi magħmula bi ħlas fit-territorju tal-pajjiż minn persuna taxxabbli li taġixxi bħala tali.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0004"><NO.P>4</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 4(1) tas-Sitt Direttiva, persuna taxxabbli tfisser kull persuna li b’mod indipendenti twettaq, fi kwalunkwe post, attività ekonomika msemmija fil-paragrafu 2 ta’ dan l-artikolu, ikun x’ikun l-iskop jew ir-riżultati ta’ dik l-attività.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0005"><NO.P>5</NO.P><TXT>L-Artikolu 5(1) tas-Sitt Direttiva jiddefinixxi l-kunċett ta’ <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0003" REF.END="QE0003"/>provvista ta’ oġġetti<QUOT.END REF.START="QS0003" CODE="201D" ID="QE0003"/> bħala t-trasferiment tad-dritt ta’ sid li jiddisponi minn proprjetà korporali.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0006"><NO.P>6</NO.P><TXT>L-Artikolu 22(8) tas-Sitt Direttiva, fil-verżjoni tiegħu li tirriżulta mill-Artikolu 28h tagħha, jipprovdi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0004" REF.END="QE0004"/>Stati Membri jistgħu jimponu obbligi oħrajn li jidhrulhom meħtieġa għall-ġbir tajjeb ta’ taxxa u biex ma ssirx evażjoni, suġġetti għall-ħtieġa ta’ trattament indaqs ta’ transazzjonijiet domestiċi u transazzjonijiet li jsiru bejn Stati Membri minn persuni taxxabbli sakemm dawn l-obbligi, fin-negozju bejn Stati Membri, ma jagħtux lok għal formalitajiet konnessi mal-qsim ta’ fruntieri.</ALINEA><ALINEA>[...]<QUOT.END REF.START="QS0004" CODE="201D" ID="QE0004"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0007"><NO.P>7</NO.P><TXT>L‑Artikolu 28a(5) tas-Sitt Direttiva jipprovdi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0005" REF.END="QE0005"/>Is-segwenti għandu jiġi ttrattat bħala provvisti ta’ l-oġġetti effettwati għal konsiderazzjoni [bi ħlas]:</P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>b)</NO.P><TXT>It-trasferiment ta’ merkanzija li tkun saret minn persuna taxxabbli għal Stat Membru ieħor.</TXT></NP></ITEM></LIST></ALINEA><?PAGE NO="3"?><ALINEA><P>Li ġejjin jistgħu jitqiesu daqs li kieku kienu ttrasferiti għal Stat Membru ieħor: kull propjeta tanġibbli mibgħuta jew ittrasportata minn jew għan-nom tal-persuna taxxabbli barra mit-territorju iddefinit fl-Artikolu 3 imma fil-Komunità għall-iskop tax-xogħol tiegħu [għall-bżonnijiet tal-impriża tiegħu], ħlief għall-iskop ta’ waħda mit-transazzjonijiet li ġejjin:</P><P>[...]<QUOT.END REF.START="QS0005" CODE="201D" ID="QE0005"/></P></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0008"><NO.P>8</NO.P><TXT>L-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 28ċ.A(a) u l-Artikolu 28ċ.A(d) tas-Sitt Direttiva huma fformulati kif ġej:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0006" REF.END="QE0006"/>Mingħajr preġudizzju għal dispożizzjonijiet oħrajn tal-Komunità u suġġett għal kondizzjonijiet li se jistabbilixxu bl-iskop li jiżguraw l-applikazzjoni korretta u ċara ta’ l-eżenzjonijiet hawn taħt u biex jilqgħu kontra evażjoni, skartar jew abbuż[,] Stati Membri jeżentaw:</P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>a)</NO.P><TXT>fornitura ta’ merkanzija, kif definit fl-Artikolu 5 mibgħuta jew ittrasportata minnjew għan-nom tal-bejjiegħ jew il-persuna li qed takkwista l-merka[nzija] ‘il barra mit-territroju msemmi fl-Artikolu 3 imma xorta fil-Komunità, magħmula għal persuna taxxabbli oħra jew persuna legali mhux taxxabbli li tkun qed taġixxi hekk fi Stat Membru ieħor li mhux dak minn fejn tinbagħat jew tkun ittrasportata il-merkanzija.</TXT></NP></ITEM></LIST><P>[...]</P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>d)</NO.P><TXT>il-provvista ta’ oġġetti, fi ħdan it-tifsira ta’ l-Artikolu 28a (5) (b), li tibbenifika mill-eżenzjonijiet stipulati hawn fuq jekk dawn ikunu ġew magħmula f’isem persuna taxxabbli oħra.<QUOT.END REF.START="QS0006" CODE="201D" ID="QE0006"/></TXT></NP></ITEM></LIST></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Id-dritt Ġermaniż</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0009"><NO.P>9</NO.P><TXT>L-Artikolu 3(1a) tal-Umsatzsteuergesetz (liġi dwar it-taxxa fuq id-dħul mill-bejgħ), fil-verżjoni tiegħu li kienet fis-seħħ fid-data tal-fatti fil-kawża prinċipali (iktar ’il quddiem l-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0007" REF.END="QE0007"/>UStG<QUOT.END REF.START="QS0007" CODE="201D" ID="QE0007"/>), jipprevedi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0008" REF.END="QE0008"/>Huwa meqjus kunsinna bi ħlas dak it-trasferiment ta’ oġġett tal-impriża li jsir minn imprenditur mit-territorju nazzjonali lejn parti oħra mit-territorju Komunitarju sabiex jiddisponi minnu, ħlief għal użu sempliċiment temporanju, anki jekk l-imprenditur ikun importa l-oġġett ġewwa l-pajjiż. L-imprenditur għandu jitqies bħala fornitur.<QUOT.END REF.START="QS0008" CODE="201D" ID="QE0008"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0010"><NO.P>10</NO.P><TXT>Konformement mal-Artikolu 4(1)(b) tal-UStG, il-kunsinni intra‑Komunitarji huma eżentati.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0011"><NO.P>11</NO.P><TXT>L-Artikolu 6a tal-UStG jiddefinixxi l-kunsinna intra‑Komunitarja, b’mod partikolari, kif ġej:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0009" REF.END="QE0009"/>[...]</P><PARAG IDENTIFIER="006A.002"><NO.PARAG>2.</NO.PARAG><ALINEA>It-trasferiment ta’ oġġett meqjus bħala kunsinna jitqies ukoll bħala kunsinna intra-Komunitarja b’applikazzjoni tal-Artikolu 6a(2) tal-UstG (Artikolu 3(1a) tal-[UstG]).</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="006A.003"><NO.PARAG>3.</NO.PARAG><ALINEA>L-imprenditur għandu juri li l-kundizzjonijiet imsemmija fil-paragrafi 1 u 2 huma ssodisfatti. [...]<QUOT.END REF.START="QS0009" CODE="201D" ID="QE0009"/></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP.ECR><?PAGE NO="4"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0012"><NO.P>12</NO.P><TXT>L-Artikolu 17c(1) u (3) tal-Umsatzsteuer-Durchführungsverordnung (regolament ta’ implementazzjoni tat-taxxa fuq id-dħul mill-bejgħ), fil-verżjoni tiegħu li kienet fis-seħħ fid-data tal-fatti tal-kawża prinċipali, jipprovdi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="017C.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0010" REF.END="QE0010"/>1.</NO.PARAG><ALINEA>Fil-każ ta’ kunsinni intra-Komunitarji (Artikolu 6a(1) u (2) tal-[UStG]), l-imprenditur li għalih japplika dan ir-regolament għandu juri bl-għajnuna ta’ dokumenti tal-kontabbiltà li l-kundizzjonijiet għall-eżenzjoni fiskali huma ssodisfatti, inkluż billi jindika n-numru ta’ identifikazzjoni għat-taxxa fuq id-dħul mill-bejgħ tal-akkwirent. L-osservanza ta’ dawn il-kundizzjonijiet għandha tirriżulta b’mod ċar u b’mod faċilment verifikabbli mill-kontabbiltà.</ALINEA></PARAG><P>[...]</P><PARAG IDENTIFIER="017C.003"><NO.PARAG>3.</NO.PARAG><ALINEA><P>Fil-każijiet ta’ trasferiment li jitqiesu kunsinna (Artikolu 6a(2) tal-[UStG]), huwa l-imprenditur li għandu jindika l-elementi li ġejjin:</P><P>[...]</P><LIST TYPE="ARAB"><ITEM><NP><NO.P>2)</NO.P><TXT>l-indirizz u n-numru ta’ identifikazzjoni għat-taxxa fuq id-dħul mill-bejgħ tal-parti tal-impriża li tkun tinsab fl-Istat Membru l-ieħor;</TXT></NP></ITEM></LIST><P>[...]<QUOT.END REF.START="QS0010" CODE="201D" ID="QE0010"/></P></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Il-kawża prinċipali u d-domanda preliminari</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0013"><NO.P>13</NO.P><TXT>Matul is-sena 2006, J. Plöckl, imprenditur individwali (sole trader), akkwista vettura li huwa daħħal fl-impriża tiegħu. Fl-<DATE ISO="20061020">20 ta’ Ottubru 2006</DATE>, huwa bagħat din il-vettura lil negozjant tal-karozzi Spanjol sabiex din tinbiegħ fi Spanja. Din l-ispedizzjoni hija ċċertifikata minn ittra tal-vettura (ittra ta’ spedizzjoni stabbilita abbażi tal-Konvenzjoni dwar il-kuntratt ta’ trasport internazzjonali tal-merkanzija bit-triq, iffirmata f’Genève fid-<DATE ISO="19560519">19 ta’ Mejju 1956</DATE>, kif emendata bil-Protokoll tal-<DATE ISO="19780705">5 ta’ Lulju 1978</DATE>. Fil-<DATE ISO="20070711">11 ta’ Lulju 2007</DATE>, l-imsemmija vettura nbiegħet lil impriża stabbilita fi Spanja.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0014"><NO.P>14</NO.P><TXT>J. Plöckl ma ddikjara ebda dħul mill-bejgħ minn din it-tranżazzjoni għas-sena 2006. Għas-sena 2007, huwa ddikjara kunsinna intra-Komunitarja eżentata mill-VAT lill-imsemmija impriża.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0015"><NO.P>15</NO.P><TXT>Fil-kuntest ta’ investigazzjoni fuq il-post, l-amministrazzjoni fiskali qieset li l-kundizzjonijiet ta’ kunsinna intra-Komunitarja ma kinux issodisfatti u li kienet kunsinna li kellha tiġi ntaxxata fil-Ġermanja fir-rigward tal-2007. Għaldaqstant hija ħarġet avviż ta’ rettifika għall-impożizzjoni tal-VAT għas-sena 2007.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0016"><NO.P>16</NO.P><TXT>Matul il-proċedura mibdija sussegwentement quddiem il-Finanzgericht München (qorti tal-finanzi ta’ München, il-Ġermanja), dik il-qorti rrilevat li l-vettura inkwistjoni kienet diġà tinsab fi Spanja fl-2007, ħaġa li wasslet lill-amministrazzjoni fiskali sabiex tannulla dan l-avviż ta’ rettifika.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0017"><NO.P>17</NO.P><TXT>Wara dak l-annullament, l-amministrazzjoni fiskali rrettifikat il-kalkolu tal-VAT għas-sena 2006, fejn ikkunsidrat li t-trasferiment tal-vettura fl-2006 lejn Spanja kien suġġett għall-VAT u ma kienx eżentat, sa fejn J. Plöckl ma kienx indika numru ta’ identifikazzjoni għall-VAT mogħti minn Spanja u għaldaqstant ma kienx ipproduċa l-prova tal-kontabbiltà meħtieġa għall-finijiet tal-eżenzjoni mill-VAT.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="5"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0018"><NO.P>18</NO.P><TXT>J. Plöckl ippreżenta rikors kontra din id-deċiżjoni quddiem il-qorti tar-rinviju. Din hija tal-fehma, minn naħa, li ma kienx hemm kunsinna intra-Komunitarja minħabba l-assenza ta’ rabta temporali u materjali suffiċjenti bejn l-ispedizzjoni tal-vettura lejn Spanja u l-bejgħ tagħha f’dan l-Istat Membru u, min-naħa l-oħra, li t-trasferiment intra-Komunitarju mwettaq matul is-sena 2006 huwa suġġett għall-VAT b’applikazzjoni tal-Artikolu 3(1a) tal-UstG.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0019"><NO.P>19</NO.P><TXT>Madankollu, il-qorti tar-rinviju tistaqsi jekk l-imsemmi trasferiment għandux jibbenefika minn eżenzjoni mill-VAT. Hija tirrileva li, għalkemm J. Plöckl ma ħax il-miżuri raġonevoli kollha sabiex jindika numru ta’ identifikazzjoni għall-VAT mogħti mill-Istat Membru ta’ destinazzjoni, ma jeżistix ħjiel serju li jissuġġerixxi l-eżistenza ta’ frodi u l-amministrazzjoni fiskali teskludi tali frodi. Skont il-qorti tar-rinviju, J. Plöckl sempliċement wettaq żball ta’ liġi meta wettaq il-kontabbiltà tat-tranżazzjoni ta’ trasferiment u l-bejgħ sussegwenti bħala kunsinna intra‑Komunitarja, u ma għamel ebda dikjarazzjoni falza lill-amministrazzjoni fiskali.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0020"><NO.P>20</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, il-qorti tar-rinviju tagħmel riferiment għall-punt 58 tas-sentenza tas-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20120927">27 ta’ Settembru 2012</DATE>, <NAME.CASE>VSTR</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑587/10</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2012:592">EU:C:2012:592</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>), li minnu jirriżulta li l-eżenzjoni mill-VAT ta’ kunsinna intra-Komunitarja tista’ tkun suġġetta għat-trażmissjoni, mill-fornitur, tan-numru ta’ identifikazzjoni għall-VAT tal-akkwirent, b’riżerva li r-rifjut ta’ għoti tal-benefiċċju ta’ din l-eżenzjoni ma jkunx prekluż għas-sempliċi raġuni li dan l-obbligu ma ġiex osservat meta l-fornitur ma jistax, bi <HT TYPE="ITALIC">bona fide</HT>, u wara li jkun ħa l-miżuri kollha li jistgħu jkunu raġonevolment rikjesti minnu, jibgħat dan in-numru ta’ identifikazzjoni u li, barra minn hekk, jibgħat indikazzjonijiet li huma ta’ natura li juru b’mod suffiċjenti li l-akkwirent huwa persuna taxxabbli li taġixxi bħala tali fit-tranżazzjoni inkwistjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0021"><NO.P>21</NO.P><TXT>L-imsemmija qorti tqis li r-raġunament adottat mill-Qorti tal-Ġustizzja f’dik is-sentenza huwa applikabbli wkoll għal trasferiment intra-Komunitarju, bħal dak inkwistjoni fil-kawża prinċipali, u li minn dan jista’ jiġi dedott li, f’dan il-każ, l-eżenzjoni mill-VAT tista’ tiġi rrifjutata għar-raġuni li J. Plöckl ma ħax il-miżuri raġonevoli kollha sabiex jindika numru ta’ identifikazzjoni għall-VAT mogħti mill-Istat Membru ta’ destinazzjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0022"><NO.P>22</NO.P><TXT>Madankollu, il-qorti tar-rinviju tirrileva li, fil-punt 52 tal-imsemmija sentenza, il-Qorti tal-Ġustizzja qieset li huwa leġittimu li fornitur ikun meħtieġ jaġixxi bi <HT TYPE="ITALIC">bona fide</HT> u li dan jieħu l-miżuri kollha li jistgħu b’mod raġonevoli jiġu rikjesti minnu sabiex jiġi żgurat li t-tranżazzjoni li huwa jwettaq ma twasslux sabiex jipparteċipa fi frodi fiskali. Għaldaqstant hija tal-fehma li l-persuna taxxabbli tista’ tintalab tieħu miżuri raġonevoli biss jekk ikun jeżisti ħjiel serju tal-eżistenza ta’ frodi.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0023"><NO.P>23</NO.P><TXT>Fl-assenza ta’ ħjiel serju ta’ frodi, il-qorti tar-rinviju tqis li l-eżenzjoni mill-VAT ma tistax tiġi rrifjutata meta l-kundizzjonijiet materjali ta’ din l-eżenzjoni jkunu ssodisfatti, bħalma huwa l-każ li għandha quddiemha, u l-produzzjoni tan-numru ta’ identifikazzjoni għall-VAT ma tikkostitwixxix tali kundizzjoni. F’ċirkustanzi bħal dawn, dan ir-rifjut ikun imur kontra l-prinċipji ta’ newtralità fiskali u ta’ proporzjonalità.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0024"><NO.P>24</NO.P><TXT>Il-Finanzgericht München (qorti tal-finanzi ta’ München) għaldaqstant iddeċidiet li tissospendi l-proċeduri u li tagħmel lill-Qorti tal-Ġustizzja d-domanda preliminari li ġejja:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0011" REF.END="QE0011"/>L-Artikolu 22(8) [tas-Sitt Direttiva, fil-verżjoni tiegħu li tirriżulta mill-Artikolu 28h tagħha, u] l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 28cA(a) u l-Artikolu 28cA(d) tas-Sitt Direttiva [...], jawtorizzaw lill-Istati Membri jirrifjutaw l-għoti tal-eżenzjoni għal kunsinna intra-Komunitarja (hawnhekk, trasferiment intra-Komunitarju), meta għalkemm il-fornitur ma jkunx ħa l-miżuri raġonevoli kollha dwar ir-rekwiżiti formali marbuta mal-indikazzjoni tan-numru ta’ identifikazzjoni [għall-VAT], ma jkun hemm ebda indizju serju li jissuġġerixxi l-eżistenza ta’ frodi, meta l-oġġett ikun ġie ttrasferit għal destinazzjoni ta’ Stat Membru ieħor u meta l-kundizzjonijiet l-oħra ta’ eżenzjoni jkunu ssodisfatti wkoll?<QUOT.END REF.START="QS0011" CODE="201D" ID="QE0011"/></P></QUOT.S></P></NP.ECR></GR.SEQ><?PAGE NO="6"?><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Fuq id-domanda preliminari</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0025"><NO.P>25</NO.P><TXT>Permezz tad-domanda tagħha, il-qorti tar-rinviju essenzjalment tistaqsi jekk l-Artikolu 22(8) tas-Sitt Direttiva, fil-verżjoni tiegħu li tirriżulta mill-Artikolu 28h tagħha, kif ukoll l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 28ċ.A(a) u l-Artikolu 28ċ.A(d) ta’ din id-direttiva għandhomx jiġu interpretati fis-sens li dawn jipprekludu li l-amministrazzjoni fiskali tal-Istat Membru ta’ oriġini tirrifjuta li teżenta mill-VAT trasferiment intra-Kommunitarju għar-raġuni li l-persuna taxxabbli ma kkomunikatx numru ta’ identifikazzjoni għall-VAT mogħti mill-Istat Membru ta’ destinazzjoni, meta ma jkun jeżisti ebda ħjiel serju li jissuġġerixxi l-eżistenza ta’ frodi, l-oġġett ġie ttrasferit lejn Stat Membru ieħor u l-kundizzjonijiet l-oħra ta’ eżenzjoni huma wkoll issodisfatti.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0026"><NO.P>26</NO.P><TXT>Skont l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 28a(5)(b) tas-Sitt Direttiva, it-trasferiment, minn persuna taxxabbli, ta’ oġġett tal-impriża tiegħu lejn Stat Membru li ma huwiex dak li fih hija stabbilita din l-impriża għandu jiġi assimilat ma’ kunsinna ta’ oġġetti mwettqa b’titolu oneruż. Tali trasferiment għaldaqstant jikkostitwixxi, skont l-Artikolu 2(1) u l-Artikolu 5(1) tas-Sitt Direttiva, tranżazzjoni suġġetta għall-VAT.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0027"><NO.P>27</NO.P><TXT>Il-kundizzjonijiet li għandhom jiġu ssodisfatti sabiex tranżazzjoni tkun tista’ tiġi kkwalifikata bħala trasferiment intra-Komunitarju fis-sens tal-Artikolu 28a(5)(1) tas-Sitt Direttiva huma previsti fit-tieni subparagrafu ta’ din id-dispożizzjoni, li skontu għandu jitqies daqslikieku kien ittrasferit għal Stat Membru ieħor kull oġġett tanġibbli mibgħut jew ittrasportat, minn jew għan-nom tal-persuna taxxabbli barra mit-territorju ddefinit fl-Artikolu 3 ta’ din id-direttiva, imma fl-Unjoni Ewropea, għall-bżonnijiet tal-impriża tagħha, ħlief għall-bżonnijiet ta’ ċerti tranżazzjonijiet elenkati f’dan is-subparagrafu.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0028"><NO.P>28</NO.P><TXT>Mill-Artikolu 28ċ.A(d) tas-Sitt Direttiva jirriżulta li tali trasferiment intra‑Komunitarju għandu jiġi eżentat mill-VAT fl-Istat Membru ta’ oriġini sa fejn huwa jkun jibbenefika mill-eżenzjonijiet previsti fl-Artikolu 28ċ.A(a) sa (ċ) tas-Sitt Direttiva li kieku kellu jitwettaq minn persuna taxxabbli oħra.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0029"><NO.P>29</NO.P><TXT>Minn dan isegwi li, għall-finijiet tal-eżenzjoni tal-VAT, trasferiment intra‑Komunitarju, kif sar riferiment għalih fl-imsemmi Artikolu 28a(5)(b), għandu jitqies, b’mod partikolari, bħala kunsinna intra-Komunitarja li l-eżenzjoni mill-VAT fir-rigward tiegħu hija prevista fl-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 28ċ.A(a) tas-Sitt Direttiva. Fir-rigward tal-kundizzjonijiet ta’ eżenzjoni ta’ tali trasferiment intra-Komunitarju, dawn jirriżultaw, minn naħa, minn din l-aħħar dispożizzjoni, mingħajr ma dan it-trasferiment ikollu jitwettaq minn persuna taxxabbli oħra. L-oġġetti kkonċernati għaldaqstant għandhom jintbagħtu jew jiġu ttrasportati, mill-persuna taxxabbli jew għan-nom tagħha, barra mit-territorju msemmi fl-Artikolu 3 ta’ din id-direttiva, iżda fi ħdan l-Unjoni, u dan it-trasferiment għandu jitwettaq għal din l-istess persuna taxxabbli, jew minn persuna ġuridika mhux taxxabbli, li taġixxi bħala tali fi Stat Membru li ma huwiex dak ta’ minn fejn l-oġġetti jintbagħtu jew jiġu ttrasportati.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0030"><NO.P>30</NO.P><TXT>Min-naħa l-oħra, hekk kif l-Avukat Ġenerali rrileva fil-punti 59 sa 61 tal-konklużjonijiet tiegħu, il-kundizzjonijiet sostantivi ta’ trasferiment intra-Komunitarju, bħal dawk imsemmija fit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 28a(5)(b) tas-Sitt Direttiva u elenkati fil-punt 27 ta’ din is-sentenza, ukoll għandhom jiġu ssodisfatti sabiex tali trasferiment jiġi eżentat mill-VAT.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0031"><NO.P>31</NO.P><TXT>Madankollu, għandu jiġi ppreċiżat li l-fatt li jsir trasferiment ta’ oġġett għall-bżonnijiet tal-impriża tal-persuna taxxabbli, hekk kif tippreċiża din id-dispożizzjoni, jimplika li dan it-trasferiment huwa mwettaq sabiex din il-persuna taxxabbli <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0012" REF.END="QE0012"/>li tkun qed taġixxi hekk<QUOT.END REF.START="QS0012" CODE="201D" ID="QE0012"/> fis-sens tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 28ċ.A(a) tas-Sitt Direttiva. F’dan ir-rigward, hija ġurisprudenza stabbilita li persuna taxxabbli taġixxi f’din il-kwalità meta hija twettaq tranżazzjonijiet fil-kuntest tal-attività taxxabbli tagħha (ara, f’dan is-sens, is-sentenzi tas-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20120927">27 ta’ Settembru 2012</DATE>, <NAME.CASE>VSTR</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑587/10</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2012:592">EU:C:2012:592</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0049">49</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>, u tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20121108">8 ta’ Novembru 2012</DATE>, <NAME.CASE>Profitube</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑165/11</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2012:692">EU:C:2012:692</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0052">52</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="7"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0032"><NO.P>32</NO.P><TXT>Skont il-qorti tar-rinviju, it-tranżazzjoni inkwistjoni fil-kawża prinċipali għandha titqies bħala trasferiment intra-Komunitarju fis-sens tal-Artikolu 28a(5)(b) tas-Sitt Direttiva. F’dan ir-rigward, din il-qorti tirrileva li l-vettura mixtrija minn J. Plöckl iddaħħlet fl-impriża ta’ dan tal-aħħar li tinsab fil-Ġermanja u sussegwentement intbagħtet fi Spanja sabiex tkompli tintuża għal finijiet professjonali minn J. Plöckl.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0033"><NO.P>33</NO.P><TXT>Minn dan jirriżulta, hekk kif jidher ukoll mill-formulazzjoni tad-domanda magħmula mill-qorti tar-rinviju, li l-kundizzjonijiet ta’ eżenzjoni mill-VAT tat-trasferiment inkwistjoni fil-kawża prinċipali kienu ssodisfatti. Madankollu, din l-eżenzjoni ġiet irrifjutata mill-amministrazzjoni fiskali għar-raġuni li J. Plöckl ma kienx ikkomunika lil din tal-aħħar numru ta’ identifikazzjoni għall-VAT mogħti mir-Renju ta’ Spanja, kif jeħtieġ l-Artikolu 17c(3) tar-regolament ta’ implementazzjoni tat-taxxa fuq id-dħul mill-bejgħ, fil-verżjoni tiegħu fis-seħħ fid-data tal-fatti fil-kawża prinċipali.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0034"><NO.P>34</NO.P><TXT>Fl-osservazzjonijiet bil-miktub tagħha, il-Kummissjoni Ewropea tqis li dan ir-rekwiżit li jiġi kkomunikat in-numru ta’ identifikazzjoni għall-VAT mogħti mill-Istat Membru ta’ destinazzjoni għandu l-għan, f’dak li jikkonċerna trasferiment intra-Komunitarju, li juri li l-persuna taxxabbli ttrasferixxiet l-oġġett inkwistjoni f’dan l-Istat Membru <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0013" REF.END="QE0013"/>għall-bżonnijiet tal-impriża tiegħu<QUOT.END REF.START="QS0013" CODE="201D" ID="QE0013"/>, u dan jikkostitwixxi, hekk kif jirriżulta mill-punti 30 u 31 ta’ din is-sentenza, kundizzjoni ta’ eżenzjoni mill-VAT ta’ tali trasferiment. L-amministrazzjoni fiskali u l-Gvern Ġermaniż ikkonfermaw dan l-għan tal-imsemmi rekwiżit waqt is-seduta. Din id-domanda preliminari għaldaqstant tikkonċerna l-modalitajiet ta’ prova li jistgħu jiġu imposti, u ċ-ċirkustanzi li fihom dawn jistgħu jiġi imposti, sabiex jintwera li din il-kundizzjoni ta’ eżenzjoni hija ssodisfatta.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0035"><NO.P>35</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward il-Qorti tal-Ġustizzja ddeċidiet li, fl-assenza ta’ dispożizzjoni fuq is-suġġett fis-Sitt Direttiva, peress li din tal-aħħar tipprovdi biss fl-ewwel parti tas-sentenza tal-Artikolu 28ċ.A, li huma l-Istati Membri li għandhom jistabbilixxu l-kundizzjonijiet li fihom huma jeżentaw il-kunsinni intra-Komunitarji ta’ oġġetti, il-kwistjoni tal-mezzi ta’ prova li jistgħu jiġi pprovduti mill-persuni taxxabbli sabiex jibbenefikaw mill-eżenzjoni tal-VAT taqa’ taħt il-ġurisdizzjoni tal-Istati Membri (sentenza tas-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20120927">27 ta’ Settembru 2012</DATE>, <NAME.CASE>VSTR</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑587/10</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2012:592">EU:C:2012:592</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0042">42</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata). Dan japplika wkoll għat-trasferimenti intra‑Komunitarji, imsemmija fl-Artikolu 28ċ.A(d).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0036"><NO.P>36</NO.P><TXT>Barra minn hekk, l-Artikolu 22(8) tas-Sitt Direttiva, fil-verżjoni tiegħu li tirriżulta mill-Artikolu 28h tagħha, jagħti lill-Istati Membri l-fakultà li jadottaw miżuri intiżi sabiex jiżguraw il-ġbir eżatt tal-VAT u sabiex jevitaw il-frodi, bir-riżerva, b’mod partikolari, li ma jmorrux lil hinn minn dak li huwa neċessarju sabiex tali oġġettivi jintlaħqu. Għaldaqstant dawn il-miżuri ma jistgħux jintużaw b’mod li jpoġġu f’dubju n-newtralità tal-VAT, li tikkostitwixxi prinċipju fundamentali tas-sistema komuni tal-VAT (sentenza tas-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20120927">27 ta’ Settembru 2012</DATE>, <NAME.CASE>VSTR</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑587/10</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2012:592">EU:C:2012:592</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0044">44</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0037"><NO.P>37</NO.P><TXT>Tali miżura tmur lil hinn minn dak li huwa neċessarju sabiex jiġi żgurat il-ġbir eżatt tat-taxxa jekk din essenzjalment tkun tissuġġetta d-dritt għall-eżenzjoni mill-VAT għall-osservanza ta’ obbligi formali, mingħajr ma tieħu inkunsiderazzjoni r-rekwiżiti sostantivi u, b’mod partikolari, mingħajr ma tistaqsi jekk dawn ġewx issodisfatti. Fil-fatt, it-tranżazzjonijiet għandhom jiġu ntaxxati b’teħid inkunsiderazzjoni tal-karatteristiċi oġġettivi tagħhom (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tas-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20070927">27 ta’ Settembru 2007</DATE>, <NAME.CASE>Collée</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑146/05</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2007:549">EU:C:2007:549</NO.ECLI>, punti <REF.NP.ECR REF="NP0029">29</REF.NP.ECR> u <REF.NP.ECR REF="NP0030">30</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0038"><NO.P>38</NO.P><TXT>Issa, f’dak li jikkonċerna l-karatteristiċi oġġettivi ta’ trasferiment intra-Komunitarju, mill-punt 30 ta’ din is-sentenza jirriżulta li, jekk trasferiment ta’ oġġetti jkun jissodisfa l-kundizzjonijiet previsti fit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 28a(5)(b) tas-Sitt Direttiva, dan it-trasferiment jiġi eżentat mill-VAT (ara, b’analoġija, is-sentenza tas-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20070927">27 ta’ Settembru 2007</DATE>, <NAME.CASE>Collée</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑146/05</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2007:549">EU:C:2007:549</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0030">30</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="8"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0039"><NO.P>39</NO.P><TXT>Minn dan jirriżulta li l-prinċipju ta’ newtralità fiskali jeżiġi li l-eżenzjoni mill-VAT tiġi mogħtija jekk dawn il-kundizzjonijiet sostantivi jkunu ssodisfatti, anki jekk ċerti rekwiżiti formali ma jkunux ġew issodisfatti mill-persuni taxxabbli (ara, b’analoġija, is-sentenza tas-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20070927">27 ta’ Settembru 2007</DATE>, <NAME.CASE>Collée</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑146/05</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2007:549">EU:C:2007:549</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0031">31</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0040"><NO.P>40</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, il-Qorti tal-Ġustizzja ddeċidiet li fil-kuntest ta’ kunsinna intra‑Komunitarja obbligu li jiġi kkomunikat in-numru ta’ identifikazzjoni għall-VAT tal-akkwirent tal-oġġett jikkostitwixxi rekwiżit formali fir-rigward tad-dritt għall-eżenzjoni mill-VAT (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tas-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20120927">27 ta’ Settembru 2012</DATE>, <NAME.CASE>VSTR</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑587/10</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2012:592">EU:C:2012:592</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0051">51</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0041"><NO.P>41</NO.P><TXT>L-istess jgħodd f’dak li jikkonċerna obbligu li, fil-kuntest ta’ trasferiment intra‑Komunitarju, jiġi trażmess in-numru ta’ identifikazzjoni għall-VAT tal-persuna taxxabbli mogħti mill-Istat Membru ta’ destinazzjoni. F’dan ir-rigward, minkejja li l-provvista ta’ dan in-numru tikkostitwixxi l-prova li tali trasferiment twettaq għall-bżonnijiet tal-impriża ta’ din il-persuna taxxabbli u, konsegwentement, hekk kif jirriżulta mill-punt 31 ta’ din is-sentenza, li l-imsemmija persuna taxxabbli taġixxi bħala tali f’dan l-Istat Membru, il-prova ta’ tali kwalità ma tistax, fil-każijiet kollha, tiddependi esklużivament mill-provvista tal-imsemmi numru ta’ identifikazzjoni għall-VAT. Fil-fatt, l-Artikolu 4(1) tas-Sitt Direttiva, li jiddefinixxi l-kunċett ta’ <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0014" REF.END="QE0014"/>persuna taxxabbli<QUOT.END REF.START="QS0014" CODE="201D" ID="QE0014"/>, ma jissuġġettax din il-kwalità għall-fatt li l-persuna kkonċernata jkollha numru ta’ identifikazzjoni għall-VAT (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tas-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20120927">27 ta’ Settembru 2012</DATE>, <NAME.CASE>VSTR</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑587/10</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2012:592">EU:C:2012:592</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0049">49</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>). It-trażmissjoni ta’ dan in-numru għaldaqstant ma tikkostitwixxix kundizzjoni sostantiva għall-finijiet tal-eżenzjoni ta’ trasferiment intra-Komunitarju mill-VAT.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0042"><NO.P>42</NO.P><TXT>Mis-suespost jirriżulta li l-amministrazzjoni ta’ Stat Membru bħala prinċipju ma tistax tirrifjuta l-eżenzjoni ta’ trasferiment intra-Komunitarju mill-VAT għas-sempliċi raġuni li l-persuna taxxabbli ma għaddietx in-numru ta’ identifikazzjoni għall-VAT mogħti lilha mill-Istat Membru ta’ destinazzjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0043"><NO.P>43</NO.P><TXT>Hekk kif l-Avukat Ġenerali rrileva fil-punt 81 tal-konklużjonijiet tiegħu, il-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja madankollu rrikonoxxiet żewġ każijiet fejn in-nuqqas ta’ osservanza ta’ rekwiżit formali jista’ jwassal għat-telf tad-dritt għall-eżenzjoni mill-VAT.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0044"><NO.P>44</NO.P><TXT>Fl-ewwel lok, il-prinċipju ta’ newtralità fiskali ma jistax jiġi invokat, għall-finijiet tal-eżenzjoni mill-VAT, minn persuna taxxabbli li intenzjonalment ipparteċipat fi frodi fiskali li qiegħdet f’periklu l-funzjonament tas-sistema komuni tal-VAT (ara, f’dan is-sens, is-sentenzi tas-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20101207">7 ta’ Diċembru 2010</DATE>, <NAME.CASE>R.</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑285/09</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2010:742">EU:C:2010:742</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0054">54</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>, u tas-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20120927">27 ta’ Settembru 2012</DATE>, <NAME.CASE>VSTR</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑587/10</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2012:592">EU:C:2012:592</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0046">46</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0045"><NO.P>45</NO.P><TXT>Madankollu, il-qorti tar-rinviju kkonstatat li, fil-kawża prinċipali, ma hemmx ħjiel serju ta’ frodi fiskali fil-kawża prinċipali u li l-amministrazzjoni fiskali eskludiet tali frodi. Għaldaqstant, din l-eċċezzjoni għar-regola li tgħid li l-eżenzjoni mill-VAT għandha tingħata, anki fl-assenza tal-osservanza ta’ kundizzjoni formali, jekk ir-rekwiżiti sostantivi jkunu ssodisfatti, ma hijiex applikabbli għal din il-kawża.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0046"><NO.P>46</NO.P><TXT>Fit-tieni lok, il-ksur ta’ rekwiżit formali jista’ jwassal għar-rifjut tal-eżenzjoni mill-VAT jekk dan il-ksur ikollu l-effett li jxekkel milli tinġieb il-prova ċerta li r-rekwiżiti sostantivi ġew issodisfatti (ara, f’dan is-sens, is-sentenzi tas-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20120927">27 ta’ Settembru 2012</DATE>, <NAME.CASE>Collée</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑146/05</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2007:549">EU:C:2007:549</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0031">31</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>, u tas-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20120927">27 ta’ Settembru 2012</DATE>, <NAME.CASE>VSTR</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑587/10</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2012:592">EU:C:2012:592</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0046">46</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0047"><NO.P>47</NO.P><TXT>Madankollu, mill-kundizzjoni stess li għaliha huwa suġġett dan ir-rifjut ta’ eżenzjoni mill-VAT jirriżulta li, meta l-amministrazzjoni jkollha d-data neċessarja sabiex tistabbilixxi li r-rekwiżiti sostantivi huma ssodisfatti, hija ma tkunx tista’ timponi, f’dak li jikkonċerna d-dritt għal eżenzjoni tal-persuna<?PAGE NO="9"?> taxxabbli, kundizzjonijiet addizzjonali li jista’ jkollhom l-effett li jġibu fix-xejn l-eżerċizzju ta’ dan id-dritt (ara, b’analoġija, is-sentenza tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20141211">11 ta’ Diċembru 2014</DATE>, <NAME.CASE>Idexx Laboratories Italia</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑590/13</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2014:2429">EU:C:2014:2429</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0040">40</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0048"><NO.P>48</NO.P><TXT>Issa, hekk kif huwa indikat fil-punti 30 u 31 tas-sentenza preżenti, il-kundizzjonijiet sostantivi ta’ trasferiment intra-Komunitarju, previsti fl-Artikolu 28a(5)(b) tas-Sitt Direttiva, essenzjalment jikkorrispondu għall-kundizzjonijiet materjali għall-eżenzjoni mill-VAT ta’ tali trasferiment, elenkati fl-Artikolu 28ċ.A(a) ta’ din id-direttiva.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0049"><NO.P>49</NO.P><TXT>Konsegwentement, peress li, hekk kif jirriżulta mill-punt 32 ta’ din is-sentenza, fil-kuntest tal-kawża prinċipali, għalkemm J. Plöckl ma kkomunikax numru ta’ identifikazzjoni għall-VAT mogħti mill-Istat Membru ta’ destinazzjoni, il-qorti tar-rinviju kkonstatat li t-tranżazzjoni inkwistjoni għandha titqies bħala trasferiment intra-Komunitarju fis-sens tal-Artikolu 28a(5)(b) tas-Sitt Direttiva, għandu jitqies li l-amministrazzjoni fiskali kellha data li tippermetti wkoll li jiġi stabbilit li l-kundizzjonijiet ta’ eżenzjoni ta’ dan it-trasferiment kienu ssodisfatti.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0050"><NO.P>50</NO.P><TXT>Għaldaqstant jidher li ebda waħda miż-żewġ sitwazzjonijiet li fihom il-Qorti tal-Ġustizzja rrikonoxxiet il-possibbiltà għal amministrazzjoni li tirrifjuta l-eżenzjoni mill-VAT minħabba n-nuqqas ta’ osservanza ta’ rekwiżit formali ma hija applikabbli f’ċirkustanzi bħal dawk tal-kawża prinċipali.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0051"><NO.P>51</NO.P><TXT>Il-qorti tar-rinviju madankollu tagħmel riferiment għall-punt 58 tas-sentenza tas-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20120927">27 ta’ Settembru 2012</DATE>, <NAME.CASE>VSTR</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑587/10</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2012:592">EU:C:2012:592</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>), fejn il-Qorti tal-Ġustizzja ddeċidiet li l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 28ċ.A(a) tas-Sitt Direttiva ma jipprekludix li l-amministrazzjoni fiskali ta’ Stat Membru tissuġġetta l-eżenzjoni mill-VAT ta’ kunsinna intra-Komunitarja għall-fatt li l-fornitur jibgħat in-numru ta’ identifikazzjoni għall-VAT tal-akkwirent, b’riżerva, madankollu, li r-rifjut ta’ għoti tal-benefiċċju ta’ din l-eżenzjoni ma jkunx prekluż għas-sempliċi raġuni li dan l-obbligu ma ġiex osservat meta l-fornitur ma jistax, bi <HT TYPE="ITALIC">bona fide</HT>, u wara li ħa l-miżuri kollha li jistgħu jkunu raġonevolment rikjesti minnu, jibgħat dan in-numru ta’ identifikazzjoni u li huwa jibgħat, barra minn hekk, indikazzjonijiet li juru b’mod adegwat li l-akkwirent huwa persuna taxxabbli li taġixxi bħala tali fit-tranżazzjoni inkwistjoni. Il-qorti tar-rinviju tistaqsi jekk minn dan jirriżultax li l-eżenzjoni mill-VAT tista’ tiġi rrifjutata lil persuna taxxabbli li, fil-kuntest ta’ trasferiment intra-Komunitarju, ma ħaditx il-miżuri kollha li jistgħu b’mod raġonevoli jkunu rikjesti minnha sabiex tgħaddi lill-amministrazzjoni numru ta’ identifikazzjoni għall-VAT mogħti mill-Istat Membru ta’ destinazzjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0052"><NO.P>52</NO.P><TXT>Fis-sentenza tas-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20120927">27 ta’ Settembru 2012</DATE>, <NAME.CASE>VSTR</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑587/10</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2012:592">EU:C:2012:592</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>), il-Qorti tal-Ġustizzja ma kellhiex l-intenzjoni tistabbilixxi tali regola ġenerali.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0053"><NO.P>53</NO.P><TXT>Fil-fatt, fil-punt 46 tal-imsemmija sentenza, il-Qorti tal-Ġustizzja b’mod espress ikkonfermat il-ġurisprudenza li, minbarra ż-żewġ każijiet imsemmija fil-punti 44 u 46 ta’ din is-sentenza, il-prinċipju ta’ newtralità fiskali jeħtieġ li l-eżenzjoni mill-VAT tingħata jekk ir-rekwiżiti sostantivi jkunu ssodisfatti, anki jekk ċerti rekwiżiti formali ma jkunux ġew issodisfatti mill-persuna taxxabbli.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0054"><NO.P>54</NO.P><TXT>Barra minn hekk, hekk kif l-Avukat Ġenerali rrileva fil-punt 111 tal-konklużjonijiet tiegħu, jirriżulta b’mod partikolari mill-punt 52 tas-sentenza tas-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20120927">27 ta’ Settembru 2012</DATE>, <NAME.CASE>VSTR</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑587/10</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2012:592">EU:C:2012:592</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>), li l-konstatazzjoni dwar l-impossibbiltà għal persuna taxxabbli, bi <HT TYPE="ITALIC">bona fide</HT>, li tkun ħadet il-miżuri kollha li setgħu b’mod raġonevoli jiġu rikjesti minnha, li tgħaddi n-numru ta’ identifikazzjoni għall-VAT tal-akkwirent, tirrigwarda s-sitwazzjoni fejn ikun hemm bżonn li wieħed isir jaf jekk il-persuna taxxabbli pparteċipatx fi frodi fiskali jew le. Għaldaqstant hija ddeċidiet li l-parteċipazzjoni tal-fornitur f’tali frodi setgħet tiġi eskluża fid-dawl tal-fatt li dan tal-aħħar, bi <HT TYPE="ITALIC">bona fide</HT>, u wara li ħa l-miżuri kollha li setgħu b’mod raġonevoli jiġu rikjesti minnu, ma setax jgħaddi n-numru ta’ identifikazzjoni għall-VAT tal-akkwirent.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="10"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0055"><NO.P>55</NO.P><TXT>Minn dan isegwi li, f’ċirkustanzi bħal dawk inkwistjoni fil-kawża prinċipali, fejn il-parteċipazzjoni tal-persuna taxxabbli fi frodi fiskali kienet eskluża fi kwalunkwe każ, l-eżenzjoni mill-VAT ma tistax tiġi rrifjutata lilha għar-raġuni li hija ma ħaditx il-miżuri kollha li setgħu b’mod raġonevoli jiġu rikjesti minnha sabiex tissodisfa obbligu formali, jiġifieri t-trażmissjoni tan-numru ta’ identifikazzjoni għall-VAT mogħti mill-Istat Membru ta’ destinazzjoni tat-trasferiment intra‑Komunitarju.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0056"><NO.P>56</NO.P><TXT>Quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja, l-amministrazzjoni fiskali u l-Gvern Ġermaniż madankollu enfasizzaw in-natura primordjali tan-numru ta’ identifikazzjoni għall-VAT bħala element ta’ kontroll fis-sistema ta’ massa li tinvolvi numru kbir ta’ tranżazzjonijiet intra-Komunitarji.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0057"><NO.P>57</NO.P><TXT>Madankollu, tali kunsiderazzjoni la tista’ tibdel rekwiżit formali f’rekwiżit sostantiv fis-sistema komuni tal-VAT, u lanqas ma tista’ tiġġustifika rifjut ta’ eżenzjoni minħabba n-nuqqas ta’ osservanza ta’ rekwiżit formali impost mid-dritt nazzjonali li jittrasponi s-Sitt Direttiva.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0058"><NO.P>58</NO.P><TXT>Fil-fatt, minkejja li l-Artikolu 22(8) tas-Sitt Direttiva, fil-verżjoni tiegħu li tirriżulta mill-Artikolu 28h tagħha, jippermetti lill-Istati Membri jadottaw miżuri intiżi sabiex jiġi żgurat il-ġbir eżatt tal-VAT u tiġi evitata l-frodi, tali rifjut ta’ eżenzjoni jkun imur lil hinn minn dak li huwa neċessarju sabiex dawn l-oġġettivi jintlaħqu, peress li ksur tali ta’ dan id-dritt nazzjonali jista’ jiġi ssanzjonat permezz ta’ multa proporzjonata għall-gravità tiegħu (ara, b’analoġija, is-sentenzi tad-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20150709">9 ta’ Lulju 2015</DATE>, <NAME.CASE>Salomie u Oltean</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑183/14</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2015:454">EU:C:2015:454</NO.ECLI>, punti <REF.NP.ECR REF="NP0062">62</REF.NP.ECR> u <REF.NP.ECR REF="NP0063">63</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>, kif ukoll tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20160915">15 ta’ Settembru 2016</DATE>, <NAME.CASE>Barlis 06 – Investimentos Imobiliários e Turísticos</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑516/14</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2016:690">EU:C:2016:690</NO.ECLI>, punti <REF.NP.ECR REF="NP0047">47</REF.NP.ECR> u <REF.NP.ECR REF="NP0048">48</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0059"><NO.P>59</NO.P><TXT>Fid-dawl tas-suespost, ir-risposta għad-domanda magħmula għandha tkun li l-Artikolu 22(8) tas-Sitt Direttiva, fil-verżjoni tiegħu li tirriżulta mill-Artikolu 28h tagħha, kif ukoll l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 28ċ.A(a) u l-Artikolu 28ċ.A(d) ta’ din id-direttiva għandhom jiġu interpretati fis-sens li jipprekludu li l-amministrazzjoni fiskali tal-Istat Membru ta’ oriġini tirrifjuta li teżenta mill-VAT trasferiment intra-Komunitarju għar-raġuni li l-persuna taxxabbli ma kkomunikatx numru ta’ identifikazzjoni għall-VAT mogħti mill-Istat Membru ta’ destinazzjoni, meta ma jkun jeżisti ebda ħjiel serju li jissuġġerixxi l-eżistenza ta’ frodi, meta l-oġġett ikun ġie ttrasferit lejn Stat Membru ieħor u meta l-kundizzjonijiet ta’ eżenzjoni l-oħra jkunu ssodisfatti wkoll.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Fuq l-ispejjeż</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0060"><NO.P>60</NO.P><TXT>Peress li l-proċedura għandha, fir-rigward tal-partijiet fil-kawża prinċipali, in-natura ta’ kwistjoni mqajma quddiem il-qorti tar-rinviju, hija din il-qorti li tiddeċiedi fuq l-ispejjeż. L-ispejjeż sostnuti għas-sottomissjoni tal-osservazzjonijiet lill-Qorti tal-Ġustizzja, barra dawk tal-imsemmija partijiet, ma jistgħux jitħallsu lura.</TXT><P>Għal dawn il-motivi, Il-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba’ Awla) taqta’ u tiddeċiedi:</P></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ><JURISDICTION><INTRO><HT TYPE="BOLD">L-Artikolu 22(8) tas-Sitt Direttiva tal-Kunsill 77/388/KEE, tas-<DATE ISO="19770517">17 ta’ Mejju 1977</DATE>, fuq l-armonizzazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri dwar taxxi fuq id-dħul mill-bejgħ - Sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud: bażi uniformi ta’ stima, kif emendata bid-Direttiva tal-Kunsill 2005/92/KE, tat-12 ta’</HT></INTRO><P><HT TYPE="BOLD">6Diċembru 2005, fil-verżjoni tiegħu li tirriżulta mill-Artikolu 28h ta’ din is-Sitt Direttiva, kif ukoll l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 28ċ.A(a) u l-Artikolu 28ċ.A(d) tal-imsemmija direttiva għandhom jiġu interpretati fis-sens li jipprekludu li l-amministrazzjoni fiskali tal-Istat Membru ta’ oriġini tirrifjuta li teżenta mit-taxxa fuq il-valur miżjud trasferiment intra‑Komunitarju għar-raġuni li l-persuna taxxabbli ma kkomunikatx numru ta’ identifikazzjoni għal din it-taxxa mogħti mill-Istat Membru ta’ destinazzjoni, meta ma jkun jeżisti ebda ħjiel serju li jissuġġerixxi l-eżistenza ta’ frodi, meta l-oġġett ikun ġie ttrasferit lejn Stat Membru ieħor u meta l-kundizzjonijiet ta’ eżenzjoni l-oħra jkunu ssodisfatti wkoll.</HT></P></JURISDICTION></CONTENTS.JUDGMENT><?PAGE NO="11"?><SIGNATURE.CASE><SIGNATORY><P>Firem</P></SIGNATORY></SIGNATURE.CASE></JUDGMENT>