11.10.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 266/12


DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE

Nru 53/2007

tat-8 ta' Ġunju 2007

li temenda l-Anness XIII (It-Trasport) tal-Ftehim taż-ŻEE

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, kif emendat bil-Protokoll li jaġġusta l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, minn hawn 'il quddiem imsejjaħ “il-Ftehim”, u b'mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

Billi:

(1)

L-Anness XIII tal-Ftehim ġie emendat bid-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 44/2007 tas-27 ta' April 2007 (1).

(2)

Id-Direttiva 2006/93/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta' Diċembru 2006 dwar ir-regolament ta' l-operazzjoni ta' l-ajruplani koperta mill-Parti II, il-Kapitolu 3, il-Volum 1 ta' l-Anness 16 tal-Konvenzjoni dwar l-Avjazzjoni Ċivili Internazzjonali, it-tieni edizzjoni (1988) (verżjoni kodifikata) (2) għandha tkun inkorporata fil-Ftehim.

(3)

Id-Direttiva 2006/93/KE tħassar id-Direttiva 92/14/KEE (3), li hi inkorporata fil-Ftehim u li b'hekk għandha titħassar skond il-Ftehim,

IDDEĊIEDA DAN LI ĠEJ:

Artikolu 1

It-test tal-punt 66e (id-Direttiva tal-Kunsill 92/14/KEE) fl-Anness XIII għall-Ftehim għandu jiġi mibdul b'li ġej:

“ 32006 L 0093: Id-Direttiva 2006/93/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta' Diċembru 2006 dwar ir-regolament ta' l-operazzjoni ta' l-ajruplani koperta mill-Parti II, il-Kapitolu 3, il-Volum 1 ta' l-Anness 16 tal-Konvenzjoni dwar l-Avjazzjoni Ċivili Internazzjonali, it-tieni edizzjoni (1988) (verżjoni kodifikata) (ĠU L 374, 27.12.2006, p. 1).”

Artikolu 2

Id-dokumenti testwali tad-Direttiva 2006/93/KE fil-lingwa Iżlandiża u dik Norveġiża, li għandhom jiġu ppubblikati fis-Suppliment taż-ŻEE tal-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea, għandhom ikunu awtentiċi.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ nhar id-9 ta' Ġunju 2007, sakemm ikunu ġew magħmula n-notifiki kollha taħt l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim lill-Kumitat Konġunt taż-ŻEE (*1).

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni għandha tkun ippubblikata fis-Sezzjoni ŻEE u fis-Suppliment ŻEE tal-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, 8 ta' Ġunju 2007.

Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Il-President

Alan SEATTER


(1)   ĠU L 209, 9.8.2007, p. 80.

(2)   ĠU L 374, 30.3.2006, p. 1.

(3)   ĠU L 76, 23.3.1992, p. 21.

(*1)  Ebda obbligi kostituzzjonali m'huma indikati.