<?xml version="1.0" encoding="UTF-8"?><JUDGMENT xmlns:fmx="http://opoce" xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" xsi:noNamespaceSchemaLocation="http://formex.publications.europa.eu/schema/formex-05.55-20141201.xd"><BIB.JUDGMENT><REF.CASE FILE="n.a."><NO.CASE>C‑429/15</NO.CASE></REF.CASE><NO.CELEX>62015CJ0429</NO.CELEX><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2016:789">EU:C:2016:789</NO.ECLI><NO.SEQ>0001</NO.SEQ><PAGE.FIRST.ECR>1</PAGE.FIRST.ECR><PAGE.SEQ>1</PAGE.SEQ><PAGE.LAST.ECR>8</PAGE.LAST.ECR><PAGE.TOTAL>8</PAGE.TOTAL><AUTHOR>CJ</AUTHOR></BIB.JUDGMENT><CURR.TITLE><PAGE.HEADER><P>SENTENZA TAL-<DATE ISO="20141020">20.10.2014</DATE> – KAWŻA C‑429/15</P><P>DANQUA</P></PAGE.HEADER></CURR.TITLE><TITLE><TI><P><HT TYPE="UC">Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja</HT> (It-Tielet Awla)</P><P><DATE ISO="20161020">20 ta’ Ottubru 2016</DATE><NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="STAR" NOTE.ID="E0001"><P>* Lingwa tal-kawża: l-Ingliż.</P></NOTE></P></TI></TITLE><INDEX><KEYWORD>Rinviju għal deċiżjoni preliminari</KEYWORD><KEYWORD>Direttiva 2004/83/KE</KEYWORD><KEYWORD>Standards minimi dwar il-kundizzjonijiet għall-għoti tal-istatus ta’ refuġjat jew tal-istatus mogħti permezz tal-protezzjoni sussidjarja</KEYWORD><KEYWORD>Regola ta’ proċedura nazzjonali li tipprevedi, għall-preżentazzjoni ta’ applikazzjoni għal protezzjoni sussidjarja, terminu ta’ ħmistax-il jum ta’ xogħol li jibdew min-notifika taċ-ċaħda tal-applikazzjoni għal ażil</KEYWORD><KEYWORD>Awtonomija proċedurali tal-Istati Membri</KEYWORD><KEYWORD>Prinċipju ta’ ekwivalenza</KEYWORD><KEYWORD>Prinċipju ta’ effettività</KEYWORD><KEYWORD>Żvolġiment tajjeb tal-proċedura ta’ eżami tal-applikazzjoni għal protezzjoni susiusdjarja</KEYWORD><KEYWORD>Żvolġiment tajjeb tal-proċedura ta’ ritorn</KEYWORD><KEYWORD>Inkompatibbiltà</KEYWORD></INDEX><JUDGMENT.INIT><P>Fil-Kawża C‑429/15,</P><P>li għandha bħala suġġett talba għal deċiżjoni preliminari taħt l-Artikolu 267 TFUE, imressqa mill-Court of Appeal (qorti tal-appel, l-Irlanda), permezz ta’ deċiżjoni tad-<DATE ISO="20150729">29 ta’ Lulju 2015</DATE>, li waslet fil-Qorti tal-Ġustizzja fil-<DATE ISO="20150805">5 ta’ Awwissu 2015</DATE>, fil-proċedura</P></JUDGMENT.INIT><PARTIES><PLAINTIFS><P><HT TYPE="BOLD">Evelyn Danqua</HT></P></PLAINTIFS><AGAINST>vs</AGAINST><DEFENDANTS><P><HT TYPE="BOLD">Minister for Justice and Equality,</HT></P><P><HT TYPE="BOLD">Ireland,</HT></P><P><HT TYPE="BOLD">Attorney General</HT></P></DEFENDANTS></PARTIES><PREAMBLE><PREAMBLE.INIT><P>IL-QORTI TAL-ĠUSTIZZJA (It-Tielet Awla),</P><P>komposta minn L. Bay Larsen (Relatur), President tal-Awla, M. Vilaras, J. Malenovský, M. Safjan u D. Šváby, Imħallfin,</P><P>Avukat Ġenerali: M. Y. Bot,</P><P>Reġistratur: K. Malacek, Amministratur,</P></PREAMBLE.INIT><GR.VISA><VISA>wara li rat il-proċedura bil-miktub u wara s-seduta tas-<DATE ISO="20160616">16 ta’ Ġunju 2016</DATE>,</VISA></GR.VISA><GR.CONSID><CONSID><P>wara li kkunsidrat l-osservazzjonijiet ippreżentati:</P><LIST TYPE="DASH"><ITEM><P>għal E. Danqua, minn M. Trayers, solicitor, P. O’Shea, BL u C. Power, SC,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Minister for Justice and Equality, minn R. Cotter u E. Creedon, bħala aġenti, assistiti minn F. O’Sullivan, BL, u R. Barron, SC,</P></ITEM><?PAGE NO="2"?><ITEM><P>għall-Kummissjoni Ewropea, minn M. Condou-Durande u A. Lewis, bħala aġenti,</P></ITEM></LIST></CONSID></GR.CONSID><GR.VISA><VISA>wara li semgħet il-konklużjonijiet tal-Avukat Ġenerali, ippreżentati fis-seduta tad-<DATE ISO="20160629">29 ta’ Ġunju 2016</DATE>,</VISA></GR.VISA><PREAMBLE.FINAL>tagħti l-preżenti</PREAMBLE.FINAL></PREAMBLE><CONTENTS.JUDGMENT><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Sentenza</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0001"><NO.P>1</NO.P><TXT>It-talba għal deċiżjoni preliminari tirrigwarda l-interpretazzjoni tal-prinċipju ta’ ekwivalwenza.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0002"><NO.P>2</NO.P><TXT>Din it-talba tressqet fil-kuntest ta’ kawża bejn Evelyn Danqua, ċittadina tal-Ghana, u l-Minister for Justice and Equality (ministru tal-ġustizzja u tal-ugwaljanza, l-Irlanda) (iktar 'il quddiem il-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0001" REF.END="QE0001"/>Ministru<QUOT.END REF.START="QS0001" CODE="201D" ID="QE0001"/>), u l-Irlanda u l-Attorney General, dwar ir-rifjut tal-Ministru li jeżamina l-applikazzjoni tal-persuna kkonċernata sabiex tikseb l-istatus mogħti mill-protezzjoni sussidjarja.</TXT></NP.ECR><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Il-kuntest ġuridiku</HT></P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Id-Direttiva 2004/83/KE</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0003"><NO.P>3</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 2(a), (e) u (f) tad-Direttiva tal-Kunsill 2004/83/KE, tad-<DATE ISO="20040429">29 ta’ April 2004</DATE>, dwar standards minimi għall-kwalifika u l-istatus ta’ ċittadini ta’ pajjiżi terzi jew ta’ persuni apolidi bħala refuġjati jew bħala persuni li għal raġunijiet oħra jeħtieġu l-protezzjoni internazzjonali u l-kontenut tal-protezzjoni li tingħata (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 19, Vol. 7, p. 96 u Rettifika, <REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="204" PAGE.FIRST="24" DATE.PUB="2005">ĠU 2005, L 204, p. 24</REF.DOC.OJ>):</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><LIST TYPE="OTHER"><ITEM><NP><NO.P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0002" REF.END="QE0002"/> a)</NO.P><TXT><QUOT.START CODE="2018" ID="QS0003" REF.END="QE0003"/>protezzjoni internazzjonali<QUOT.END REF.START="QS0003" CODE="2019" ID="QE0003"/>, tfisser l-istat ta’ refuġjat u ta’ protezzjoni sussidjarja kif definit f’(d) u (f);</TXT></NP></ITEM></LIST><P>[...]</P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>e)</NO.P><TXT><QUOT.START CODE="2018" ID="QS0004" REF.END="QE0004"/>persuna eliġibbli għal protezzjoni sussidjarja<QUOT.END REF.START="QS0004" CODE="2019" ID="QE0004"/>, tfisser ċittadin nazzjonali ta’ pajjiż terz [...] li ma tikkwalifikax bħala refuġjat imma rigward min intwerew raġunijiet sostanzjali sabiex jitwemmen li l-persuna interessata, jekk tirritorna lejn il-pajjiż ta’ oriġini tiegħu [...] jiffaċċja riskju veru li jsofri periklu serju kif definit fl-Artikolu 15 [...]</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>f)</NO.P><TXT><QUOT.START CODE="2018" ID="QS0005" REF.END="QE0005"/>stat ta’ protezzjoni sussidjarja<QUOT.END REF.START="QS0005" CODE="2019" ID="QE0005"/>, ifisser l-għarfien minn Stat Membru ta’ ċittadin nazzjonali ta’ pajjiż terz jew persuna [....] eliġibbli għal protezzjoni sussidjarja.<QUOT.END REF.START="QS0002" CODE="201D" ID="QE0002"/></TXT></NP></ITEM></LIST></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0004"><NO.P>4</NO.P><TXT>L-Artikolu 18 ta’ din id-direttiva kien jipprovdi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0006" REF.END="QE0006"/>L-Istati Membri għandhom jagħtu stat ta’ protezzjoni sussidjarja lil ċittadin nazzjonali ta’ pajjiż terz [...] eliġibbli għal protezzjoni sussidjarja bi qbil mal-Kapitoli II u V.<QUOT.END REF.START="QS0006" CODE="201D" ID="QE0006"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Id-Direttiva 2005/85/KE</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0005"><NO.P>5</NO.P><TXT>Id-Direttiva tal-Kunsill 2005/85/KE, tal-<DATE ISO="20051201">1 ta’ Diċembru 2005</DATE>, dwar standards minimi għal proċeduri fl-Istati Membri għall-għoti u l-irtirar tal-istatus ta’ rifuġjat (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="175M" PAGE.FIRST="168" DATE.PUB="2005">ĠU L 175M, p. 168</REF.DOC.OJ>), tippreċiża, b’mod partikolari, id-drittijiet tal-applikanti għal ażil.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0006"><NO.P>6</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 3(1) ta’ din id-direttiva, din għandha tapplika għall-applikazzjonijiet kollha għal ażil ippreżentati fit-territorju tal-Istati Membri.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="3"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0007"><NO.P>7</NO.P><TXT>L-Artikolu 3(3) ta’ din id-direttiva jipprevedi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0007" REF.END="QE0007"/>Fejn Stati Membri jużaw jew jintroduċu proċedura li fiha l-applikazzjonijiet għall-ażil jiġu eżaminati kemm bħala applikazzjonijiet abbażi tal-Konvenzjoni ta’ Ġinevra [dwar l-istatus tar-refuġjati, iffirmata f’Genève, fit-<DATE ISO="19510728">28 ta’ Lulju 1951</DATE> (Ġabra tat-Trattati tan-Nazzjonijiet uniti, Vol. 189, p. 150, Nru 2545 [1954])], kif ukoll bħala applikazzjonijiet għal tipi oħra ta’ protezzjoni internazzjonali mogħtija taħt iċ-ċirkostanzi definiti mill-Artikolu 15 tad-Direttiva 2004/83/KE, dawn għandhom applikaw din id-Direttiva matul il-proċedura kollha tagħhom.<QUOT.END REF.START="QS0007" CODE="201D" ID="QE0007"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Il-kawża prinċipali u d-domandi preliminari</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0008"><NO.P>8</NO.P><TXT>Mill-proċess disponibbli lill-Qorti tal-Ġustizzja jirriżulta li E. Danqa, ċittadina tal-Ghana, ippreżentat fl-Irlanda, fit-<DATE ISO="20100413">13 ta’ April 2010</DATE>, applikazzjoni sabiex tikseb l-istatus ta’ refuġjat, peress li din l-applikazzjoni kienet motivata mill-biża’ tal‑persuna kkonċernata li tiġi suġġetta għall-prattiki trokosi, tip ta’ servitù ritwali ipprattikata fil-Ghana u li taffettwa l-iktar lin-nisa.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0009"><NO.P>9</NO.P><TXT>Ir-Refugee Applications Commissionner (kummissjarju responsabbli għall-applikazzjonijiet għal ażil), f’rapport tas-<DATE ISO="20100616">16 ta’ Ġunju 2010</DATE>, dwar din l-applikazzjoni, ifformula rakkomandazzjoni negattiva, minħabba nuqqas ta’ kredibbiltà ta’ din l-applikazzjoni. Din ir-rakkomandazzjoni ġiet ikkonfermata fl-appell mir-Refugee Appeals Tribunal (qorti li tieħu konjizzjoni ta’ appelli fir-rigward tal-istatus tar-refuġjati, l-Irlanda), permezz ta’ deċiżjoni tat-<DATE ISO="20110113">13 ta’ Jannar 2011</DATE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0010"><NO.P>10</NO.P><TXT>Fid-<DATE ISO="20110209">9 ta’ Frar 2011</DATE>, il-Ministru innotifika lil E. Danqua biċ-ċaħda tal-applikazzjoni tagħha għal ażil u wera l-intenzjoni tiegħu li jordna l-akkumpanjament lejn il-fruntiera (<HT TYPE="ITALIC">proposal to deport</HT>), billi informaha, b’mod partikolari, fuq il-possibbiltà li kellha li tippreżenta, f’terminu ta’ ħmistax-il jum ta’ xogħol li jibdew jiddekorru mill-imsemmija notifika, applikazzjoni għal protezzjoni sussidjarja.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0011"><NO.P>11</NO.P><TXT>Wara din id-deċiżjoni, ir-Refugee Legal Service (servizz ta’ għajnuna legali, l-Irlanda) informa lil E. Danqua li, minħabba din iċ-ċaħda, ma kinitx ser tkun assistita fil-kuntest tal-passi tagħha sabiex tikseb il-protezzjoni sussidjarja.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0012"><NO.P>12</NO.P><TXT>Is-servizz ta’ għajnuna legali madankollu ppreżenta, f’isem E. Danqua, applikazzjoni għal awtorizzazzjoni ta’ residenza minħabba raġunijiet umanitarji.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0013"><NO.P>13</NO.P><TXT>Permezz ta’ ittra tat-<DATE ISO="20130923">23 ta’ Settembru 2013</DATE>, il-Ministru informa lil E. Danqua li din l-applikazzjoni kienet ġiet miċħuda u li deċiżjoni ta’ ritorn ittieħdet, fis-<DATE ISO="20130917">17 ta’ Settembru 2013</DATE>, fir-rigward tal-persuna kkonċernata.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0014"><NO.P>14</NO.P><TXT>E. Danqua ppreżentat, fit-<DATE ISO="20131008">8 ta’ Ottubru 2013</DATE>, applikazzjoni għal protezzjoni sussidjarja.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0015"><NO.P>15</NO.P><TXT>Permezz ta’ ittra tal-<DATE ISO="20131105">5 ta’ Novembru 2013</DATE>, il-Ministru informa lil E. Dunqua li l-applikazzjoni tagħha għall-benefiċċju tal-istatus mogħti mill-protezzjoni sussidjarja ma setgħetx tiġi aċċettata favorevolment, peress li din l-applikazzjoni ma ġietx ippreżentata fit-terminu ta’ ħmistax-il jum ta’ xogħol kif previst fin-notifika tad-deċiżjoni tal-Ministru tad-<DATE ISO="20110209">9 ta’ Frar 2011</DATE> li ċaħdet l-applikazzjoni għal ażil tal-persuna kkonċernata.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0016"><NO.P>16</NO.P><TXT>E. Dunqua kkontestat lil din id-deċiżjoni quddiem il-High Court (qorti għolja, l-Irlanda), billi invokat, b’mod partikolari, ksur tal-prinċipju ta’ ekwivalenza peress li l-obbligu, għal applikant għal protezzjoni sussidjarja, li jiġi osservat terminu bħal dak inkwistjoni fil-kawża prinċipali għall-preżentazzjoni ta’ applikazzjoni għal protezzjoni sussidjarja – minkejja li l-osservanza ta’ terminu simili ma kinitx rikjesta għall-preżentazzjoni ta’ applikazzjoni għal ażil.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="4"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0017"><NO.P>17</NO.P><TXT>Permezz ta’ sentenza tas-<DATE ISO="20141016">16 ta’ Ottubru 2014</DATE>, il-High Court (qorti għolja) ċaħdet ir-rikors ta’ E. Danqua, billi ddeċidiet b’mod partikolari li l-prinċipju ta’ ekwivalenza ma kienx applikabbli f’din il-kawża, peress li l-persuna kkonċernata pparagunat żewġ regoli tal-proċedura bbażati fuq id-dritt tal-Unjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0018"><NO.P>18</NO.P><TXT>Fit-<DATE ISO="20141113">13 ta’ Novembru 2014</DATE>, E. Danqua appellat din is-sentenza quddiem il-Court of Appeal (qorti tal-appell). Il-persuna kkonċernata reġgħet sostniet quddiem din il-qorti l-argument tagħha li l-obbligu, għal applikant għal protezzjoni sussidjarja, li josserva terminu dak inkwistjoni fil-kawża prinċipali kien jikser il-prinċipju ta’ ekwivalenza, peress li ma jkun ebda terminu simili applikabbli għall-persuni li jippreżentaw applikazzjoni sabiex jiksbu l-istatus ta’ refuġjat.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0019"><NO.P>19</NO.P><TXT>Il-Court of Appeal (qorti tal-appell), filwaqt li kellha dubji dwar ir-relevanza tal-prinċipju ta’ ekwivalenza f’din il-kawża, tqis li applikazzjoni għal ażil tista’ tikkostitwixxi punt ta’ paragun adattat sabiex jiġi żgurat ir-rispett tal-prinċipju ta’ ekwivalenza.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0020"><NO.P>20</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, il-qorti tar-rinviju tirrileva li, minkejja li l-maġġoranza tal-applikazzjonijiet għal ażil jiġu ttrattati skont is-sistema implementata mid-Direttiva 2004/83, l-Istati Membri dejjem jistgħu, mill-inqas teoretikament, jagħtu l-benefiċċju tal-ażil konformement mad-dritt nazzjonali tagħhom. F’dan il-każ, l-applikazzjonijiet għal ażil jistgħu jaqgħu, parzjalment, fid-dritt tal-Unjoni, u parzjalment, fid-dritt nazzjonali.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0021"><NO.P>21</NO.P><TXT>Fir-rigward tal-obbligu, għal applikanti għal protezzjoni sussidjarja, li josserva terminu bħal dak inkwistjoni fil-kawża prinċipali għall-preżentazzjoni ta’ applikazzjoni għal protezzjoni sussidjarja, il-qorti tar-rinviju tqis li dan it-terminu huwa ġġustifikat minn kunsiderazzjonijiet oġġettivi. Fil-fatt, il-leġiżlazzjoni nazzjonali fis-seħħ qabel l-għoti tas-sentenza tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20140508">8 ta’ Mejju 2014</DATE>, <NAME.CASE>N.</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑604/12</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2014:302">EU:C:2014:302</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>), kienet ikkaratterizzata mill-eżistenza ta’ żewġ proċeduri distinti u suċċessivi għall-finijiet tal-eżami, rispettivament, tal-applikazzjoni għal ażil u tal-applikazzjoni għal protezzjoni sussidjarja, li jissuġġetttaw l-eżami tal-applikazzjoni għal protezzjoni sussidjarja għaċ-ċaħda minn qabel tal-applikazzjoni intiża għall-ksib tal-istatus ta’ refuġjat.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0022"><NO.P>22</NO.P><TXT>Skont din il-qorti, il-leġiżlazzjoni fis-seħħ fid-data tal-fatti inkwisjoni fil-kawża prinċipali kellha l-għan li tiżgura li l-applikazzjonijiet għal protezzjoni internazzjonali jiġu ttrattati f’terminu raġonevoli.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0023"><NO.P>23</NO.P><TXT>Huwa f’dan il-kuntest li l-Court of Appeal (qorti tal-appell) iddeċidiet li tissospendi l-proċeduri quddiemha u li tagħmel lill-Qorti tal-Ġustizzja d-domandi preliminari li ġejjin:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><LIST TYPE="OTHER"><ITEM><NP><NO.P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0008" REF.END="QE0008"/>1)</NO.P><TXT>Fid-dawl tal-prinċipju ta’ ekwivalenza, applikazzjoni għal ażil, irregolata minn leġiżlazzjoni nazzjonali li tirrifletti l-obbligi tal-Istat Membru skont id-[Direttiva 2004/83], tista’ titqies bħala punt ta’ paragun xieraq ma’ applikazzjoni għal protezzjoni sussidjarja?</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>2)</NO.P><TXT>Fil-każ ta’ risposta affermattiva għall-ewwel domanda, għandu jitqies f’dan ir-rigward il-fatt li t-terminu li fih għandhom jiġu ppreżentati l-applikazzjonijiet għal protezzjoni sussidjarja jservi l-għan importanti li jiġi żgurat li l-applikazzjonijiet għal protezzjoni internazzjonali jkunu ttrattati f’terminu raġonevoli?<QUOT.END REF.START="QS0008" CODE="201D" ID="QE0008"/></TXT></NP></ITEM></LIST></QUOT.S></P></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Fuq id-domandi preliminari</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0024"><NO.P>24</NO.P><TXT>Permezz taż-żewġ domandi tagħha, li għandhom jiġu eżaminati flimkien, il-qorti tar-rinviju tistaqsi, essenzjalment, jekk il-prinċipju ta’ ekwivalenza għandux jiġi interpretat fis-sens li jipprekludi regola ta’ proċedura nazzjonali, bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li tissuġġetta applikazzjoni għall-ksib tal-istatus mogħti mill-protezzjoni sussidjarja għal terminu ta’ dekadenza ta’ ħmistax-il jum ta’ xogħol li jibdew jiddekorru min-notifika, mill-awtorità kompetenti, tal-possibbiltà għall-applikant għal ażil li ġie miċħud, li jippreżenta tali applikazzjoni.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="5"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0025"><NO.P>25</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, għandu jitfakkar li d-Direttiva 2004/83 ma tinkludix regoli ta’ proċedura li japplikaw għall-eżami ta’ applikazzjoni għal protezzjoni internazzjonali.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0026"><NO.P>26</NO.P><TXT>Id-Direttiva 2005/85 tistabbilixxi, min-naħa tagħha, standards minimi li jirrigwardaw il-proċeduri ta’ eżami ta’ applikazzjonijiet għal protezzjoni internazzjonali u tispeċifika d-drittijiet tal-applikanti għal ażil. L-Artikolu 3(1) u (3) ta’ din id-direttiva jispeċifika li din tal-aħħar tapplika għall-applikazzjonijiet għal ażil li kienu eżaminati bħala applikazzjonijiet ibbażati fuq il-Konvenzjoni dwar l-istatus tar-refuġjati, iffirmata f’Genève fit-<DATE ISO="19510728">28 ta’ Lulju 1951</DATE>, u bħala applikazzjonijiet għal tipi oħra ta’ protezzjoni internazzjonali mogħtija fiċ-ċirkustanzi speċifikati fl-Artikolu 15 tad-Direttiva 2004/83.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0027"><NO.P>27</NO.P><TXT>Għaldaqstant, il-Qorti tal-Ġustizzja ddeċidiet li d-Direttiva 2005/85 tapplika għall-applikazzjonijiet għal protezzjoni sussidjarja biss meta Stat Membru kien stabbilixxa proċedura unika, li fil-kuntest tagħha jeżamina applikazzjoni fid-dawl taż-żewġ forom ta’ protezzjoni internazzjonali, jiġifieri dik dwar l-istatus ta’ refuġjat u dik relatata mal-protezzjoni sussidjarja (sentenza tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20140508">8 ta’ Mejju 2014</DATE>, <NAME.CASE>N.</NAME.CASE>, <NO.CASE>C-604/12</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2014:302">EU:C:2014:302</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0039">39</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0028"><NO.P>28</NO.P><TXT>Madankolli, mill-proċess jirriżulta li dan ma kienx il-każ fl-Irlanda fid-data tal-fatti fil-kawża prinċipali.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0029"><NO.P>29</NO.P><TXT>Minn dan isegwi li, fl-assenza ta’ regoli stabbiliti mid-dritt tal-Unjoni dwar il-modalitajiet proċedurali dwar il-preżentazzjoni u l-eżami ta’ applikazzjoni għal protezzjoni sussidjarja applikabbli fl-Irlanda, huwa l-ordinament ġuridiku intern ta’ dan l-Istat Membri li għandha tirregola dawn il-modalitajiet, sakemm, minn naħa, l-imsemmija modalitajiet ma jkunux inqas favorevoli minn dawk li jirregolaw sitwazzjonijiet simili ta’ natura domestika (prinċipju ta’ ekwivalenza) u, min-naħa l-oħra, ma tagħmilx, fil-prattika, impossibbli jew eċċessivament diffiċli l-eżerċizzju tad-drittijiet mogħtija mill-ordinament ġuridiku tal-Unjoni (prinċipju ta’ effettività) (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20140508">8 ta’ Mejju 2014</DATE>, <NAME.CASE>N.</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑604/12</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2014:302">EU:C:2014:302</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0041">41</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0030"><NO.P>30</NO.P><TXT>Fir-rigward tal-prinċipju ta’ ekwivalenza, għandu jitfakkar li l-osservanza ta’ dan il-prinċipju tirrikjedi l-applikazzjoni mingħajr distinzjoni ta’ regola nazzjonali għall-proċeduri bbażati fuq id-dritt tal-Unjoni u għal dawk ibbażati fuq id-dritt nazzjonali (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20150128">28 ta’ Jannar 2015</DATE>, <NAME.CASE>ÖBB Personenverkehr</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑417/13</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2015:38">EU:C:2015:38</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0074">74</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0031"><NO.P>31</NO.P><TXT>Il-qorti tar-rinviju għandha dubji dwar il-kwistjoni jekk applikazzjoni għal ksib ta’ status ta’ refuġjat tikkostiwixxix bażi xierqa għal paragun ma’ applikazzjoni sabiex jinkiseb l-istatus mogħti mill-protezzjoni sussidjarja, sabiex jiġi żgurat l-osservanza ta’ dan il-prinċipju.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0032"><NO.P>32</NO.P><TXT>Issa, f’dan il-każ, kif irrileva l-Avukat Ġenerali fil-punti 54 u 58 tal-konklużjonijiet tiegħu, is-sitwazzjoni inkwistjoni fil-kawża prinċipali tirrigwarda żewġ talbiet ibbażati fuq id-dritt tal-Unjoni, jiġifieri l-applikazzjoni tal-persuna kkonċernata intiża għall-benefiċċju tal-istatus ta’ refuġjat u l-applikazzjoni ta’ din tal-aħħar intiża għall-benefiċċju tal-istatus mogħti mill-protezzjoni sussidjarja.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0033"><NO.P>33</NO.P><TXT>Għandu, madankollu, jiġi enfasizzat li, skont il-formulazzjoni stess tal-ewwel domanda, il-leġiżlazzjoni nazzjonali li tirregola l-eżami tal-applikazzjonijiet għal ażil <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0009" REF.END="QE0009"/>tirrifletti<QUOT.END REF.START="QS0009" CODE="201D" ID="QE0009"/> l-obbligi tal-Istati Membri skont id-Direttiva 2004/83.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0034"><NO.P>34</NO.P><TXT>Barra minn hekk, mill-elementi disponibbli għall-Qorti tal-Ġustizzja ma jirriżultax li d-dritt Irlandiż dwar l-ażil jinkludi regoli sostantivi nazzjonali li jikkompletaw id-dritt tal-Unjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0035"><NO.P>35</NO.P><TXT>Fid-dawl tal-kunsiderazzjonijiet preċedenti, għandu jiġi kkonstatat li, f’sitwazzjoni bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li tikkonċerna żewġ tipi ta’ talbiet ibbażati, waħda bħall-oħra, fuq id-dritt tal-Unjoni, l-invokazzjoni tal-prinċipju ta’ ekwivalenza hija irrilevanti.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="6"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0036"><NO.P>36</NO.P><TXT>Minħabba f’hekk, skont ġurisprudenza stabbilta, fil-kuntest tal-proċedura ta’ kooperazzjoni bejn il-qrati nazzjonali u l-Qorti tal-Ġustizzja stabbilita mill-Artikolu 267 TFUE, huwa l-obbligu ta’ din tal-aħħar li tagħti lil qorti nazzjonali risposta utli li tippermettilha taqta’ l-kawża li jkollha quddiemha. F’dan id-dawl, huwa l-obbligu, jekk ikun il-każ, tal-Qorti tal-Ġustizzja li tifformula mill-ġdid id-domandi li jkunu ġew ippreżentati lilha (sentenza tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20160428">28 ta’ April 2016</DATE>, <NAME.CASE>Oniors Bio</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑233/15</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2016:305">EU:C:2016:305</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0030">30</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0037"><NO.P>37</NO.P><TXT>Barra minn hekk, il-Qorti tal-Ġustizzja għandha tagħti lill-qorti nazzjonali l-elementi kollha ta’ interpretazzjoni tad-dritt tal-Unjoni li jistgħu jkunu utili għas-sentenza tal-kawża li tkun qiegħda tisma’, sew jekk din il-qorti għamlet riferiment jew le meta għamlet id-domanda tagħha (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20060221">21 ta’ Frar 2006</DATE>, <NAME.CASE>Ritter-Coulais</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑152/03</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2006:123">EU:C:2006:123</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0029">29</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0038"><NO.P>38</NO.P><TXT>F’dan il-każ, għal dan il-għan, hemm lok li ż-żewġ domandi magħmula mill-qorti tar-rinviju jinftiehmu bħala intiżi li jkun magħruf jekk il-prinċipju ta’ ekwivalenza għandux jiġi interpretat fis-sens li jipprekludi regola ta’ proċedura nazzjonali, bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li tissuġġetta applikazzjoni intiża għall-ksib tal-istatus mogħti mill-protezzjoni sussidjarja għal terminu ta’ dekadenza ta’ ħmistax-il jum ta’ xogħol li jibdew jiddekorru min-notifika, mill-awtorità kompetenti, tal-possibbiltà għal applikant għal ażil li ġie miċħud, li jippreżenta tali applikazzjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0039"><NO.P>39</NO.P><TXT>Fir-rigward ta’ dan il-prinċipju, kif tfakkar fil-punt 29 ta’ din is-sentenza, regola ta’ proċedura nazzjonali, bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, ma għandhiex tkun tali li tagħmel, fil-prattika, impossibbli jew eċċessivament diffiċli l-eżerċizzju tad-drittijiet mogħtija mill-ordinament ġuridiku tal-Unjoni. B’hekk, tali regola għandha tippermetti, f’dan il-każ, aċċess effettiv lill-persuni li jitolbu li jibbenefikaw mill-protezzjoni sussidjarja għad-drittijiet mogħtija lilhom mid-Direttiva 2004/83.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0040"><NO.P>40</NO.P><TXT>Għaldaqstant, għandha tiġi eżaminata l-kwistjoni jekk persuna, bħal E. Danqua, li titlob sabiex tibbenefika mill-protezzjoni sussidjarja, tistax konkretament teżerċita d-drittijiet tagħha taħt id-Direttiva 2004/83, jiġifieri, f’dan il-każ, id-dritt li tippreżenta applikazzjoni intiża għall-kisba ta’ din il-protezzjoni u, fejn il-kundizzjonijiet rikjesti sabiex tibbenefika mill-imsemmija protezzjoni huma ssodisfatti, dak li tingħata l-istatus mogħti minn din tal-aħħar.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0041"><NO.P>41</NO.P><TXT>Mid-deċiżjoni tar-rinviju kif ukoll mill-proċess quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja jirriżulta li, skont ir-regola ta’ proċedura nazzjonali inkwistjoni fil-kawża prinċipali, l-applikant għal protezzjoni sussidjarja lanqas ma jista’, fil-prinċipju, jissottometti applikazzjoni għall-benefiċċju tal-istatus mogħti minn din il-protezzjoni wara l-iskadenza ta’ perijodu ta’ ħmistax-il jum ta’ xogħol min-notifika taċ-ċaħda tal-applikazzjoni tiegħu intiża għall-ksib tal-istatus ta’ refuġjat.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0042"><NO.P>42</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, għandu jiġi rrilevat li l-Qorti tal-Ġustizzja diġà ddeċidiet li kull każ fejn titqajjem il-kwistjoni dwar jekk dispożizzjoni proċedurali nazzjonali tirrendix impossibbli jew eċċessivament diffiċli l-applikazzjoni tad-dritt tal-Unjoni għandha tiġi analizzata billi jittieħed inkunsiderazzjoni r-rwol ta’ din id-dispożizzjoni fil-proċedura kollha, fl-iżvolġiment tagħha u fil-karatteristiċi partikolari tagħha, quddiem id-diversi qrati nazzjonali. F’dil-perspettiva, għandu b’mod partikolari jittieħed inkunsiderazzjoni, jekk ikun il-każ, il-protezzjoni tad-drittijiet tad-difiża, il-prinċipju ta’ ċertezza legali u l-iżvolġiment tajjeb tal-proċedura (ara, f’dan il-każ, is-sentenza tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20151111">11 ta’ Novembru 2015</DATE>, <NAME.CASE>Klausner Holz Niedersachsen</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑505/14</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2015:742">EU:C:2015:742</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0041">41</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0043"><NO.P>43</NO.P><TXT>F’dan il-każ, għandha tiġi eżaminata, b’mod iktar partikolari, jekk terminu perentorju, bħal dak inkwistjoni fil-kawża prinċipali, jistax ikun iġġustifikata sabiex jiżgura l-iżvolġiment tajjeb tal-proċedura ta’ eżami ta’ applikazzjoni għal protezzjoni sussidjarja, fid-dawl tal-konsegwenzi li jirriżultaw mill-applikazzjoni tad-dritt tal-Unjoni (ara, b’analoġija, is-sentenza tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20090903">3 ta’ Settembru 2009</DATE>, <NAME.CASE>Fallimento Olimpiclub</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑2/08</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2009:506">EU:C:2009:506</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0028">28</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="7"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0044"><NO.P>44</NO.P><TXT>Fir-rigward tat-termini perentorji, il-Qorti tal-Ġustizzja ddeċidiet li, fir-rigward tal-liġijiet nazzjonali li jidħlu fil-kamp ta’ applikazzjoni tad-dritt tal-Unjoni, huwa l-kompitu tal-Istati Membri li jistabbilixxu termini li jkollhom rabta, b’mod partikolari, mal-importanza għall-persuni kkonċernati tad-deċiżjonijiet li għandhom jittieħdu, mal-kumplessità tal-proċeduri u tal-leġiżlazzjoni li għandha tiġi applikata, man-numru ta’ persuni li jistgħu jkunu kkonċernati u mal-interessi l-oħra pubbliċi jew privati li għandhom jittieħdu inkunsiderazzjoni (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tad-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20091029">29 ta’ Ottubru 2009</DATE>, <NAME.CASE>Pontin</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑63/08</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2009:666">EU:C:2009:666</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0048">48</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0045"><NO.P>45</NO.P><TXT>Issa, fir-rigward tal-leġiżlazzjoni inkwistjoni fil-kawża prinċipali, għandu jiġi rrilevat li, hekk kif enfasizza l-Avukat Ġenerali fil-punti 75 sa 78 tal-konklużjonijiet tiegħu, il-proċedura ta’ eżami ta’ applikazzjonijiet għal protezzjoni sussidjarja għandha importanza partikolari peress li tiżgura li l-applikanti li jfittxu protezzjoni internazzjonali ż-żamma tad-drittijiet l-iktar bażiċi tagħhom permezz tal-għoti ta’ tali protezzjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0046"><NO.P>46</NO.P><TXT>F’dan il-kuntest, minħabba d-diffikultajiet li tali applikanti jistgħu jaffaċċjaw, minħabba, b’mod partikolari, is-sitwazzjoni umanament u materjalment diffiċli li fiha dawn l-applikanti jistgħu jkunu, għandu jiġi kkonstatat li terminu ta’ dekadenza, bħal dak inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li jirriżulta li huwa partikolarment qasir u ma jiżgurax, fil-prattika, lil dawn l-applikanti kollha possibbiltà effettiva sabiex jippreżentaw applikazzjoni sabiex jiksbu l-protezzjoni sussidjarja u, jekk ikun il-każ, li għandu jingħata l-istatus mogħti minn din il-protezzjoni. Għaldaqstant, tali terminu ma jistax ikun raġonevolment iġġustifikat għall-finijiet li jiżgura l-iżvolġiment tajjeb tal-proċedura ta’ applikazzjoni għall-għoti ta’ dan l-istatus.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0047"><NO.P>47</NO.P><TXT>Din il-konklużjoni ma hijiex, barra minn hekk, ikkontestata mill-ħtieġa li tiġi żgurata l-effikaċja tal-proċeduri ta’ ritorn, sakemm it-terminu inkwistjoni fil-kawża prinċipali ma huwiex marbut direttament mal-proċedura ta’ ritorn, iżda maċ-ċaħda tal-applikazzjoni intiża għall-għoti tal-istatus ta’ refuġjat.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0048"><NO.P>48</NO.P><TXT>Għaldaqstant, għandu jiġi konkluż li regola ta’ proċedura nazzjonali, bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, hija tali li tipperikola l-aċċess effettiv tal-applikanti għal protezzjoni sussidjarja għad-drittijiet mogħtija lilhom mid-Direttiva 2004/83.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0049"><NO.P>49</NO.P><TXT>Fid-dawl tal-kunsiderazzjonijiet preċedenti kolha, hemm lok li tingħata risposta għad-domandi magħmula li l-prinċipju ta’ effettività għandu jiġi interpretat fis-sens li jipprekludi regola ta’proċedura nazzjonali, bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li tissuġġetta applikazzjoni għall-ksib tal-istatus mogħti mill-protezzjoni sussidjarja għal terminu ta’ dekadenza ta’ ħmistax-il jum ta’ xogħol li jibdew jiddekorru min-notifika, mill-awtorità kompetenti, tal-possibbiltà għal applikant għal ażil li ġie miċħud, li jippreżenta tali applikazzjoni.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Fuq l-ispejjeż</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0050"><NO.P>50</NO.P><TXT>Peress li l-proċedura għandha, fir-rigward tal-partijiet fil-kawża prinċipali, in-natura ta’ kwistjoni mqajma quddiem il-qorti tar-rinviju, hija din il-qorti li tiddeċiedi fuq l-ispejjeż. L-ispejjeż sostnuti għas-sottomissjoni tal-osservazzjonijiet lill-Qorti tal-Ġustizzja, barra dawk tal-imsemmija partijiet, ma jistgħux jitħallsu lura.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ><JURISDICTION><INTRO>Għal dawn il-motivi, Il-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) taqta’ u tiddeċiedi:</INTRO><P><HT TYPE="BOLD">Il-prinċipju ta’ effettività għandu jiġi interpretat fis-sens li jipprekludi regola ta’ proċedura nazzjonali, bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li tissuġġetta applikazzjoni għall-ksib tal-istatus ta’ protezzjoni sussidjarja għal terminu ta’ dekadenza ta’ ħmistax-il jum ta’ xogħol li jibdew jiddekorru min-notifika, mill-awtorità kompetenti, tal-possibbiltà, għal applikant għal ażil li ġie miċħud, li jippreżenta tali applikazzjoni.</HT></P></JURISDICTION></CONTENTS.JUDGMENT><?PAGE NO="8"?><SIGNATURE.CASE><SIGNATORY><P>Firem</P></SIGNATORY></SIGNATURE.CASE></JUDGMENT>