4.3.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 74/7


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2021/383

tat-3 ta’ Marzu 2021

li jemenda l-Anness III tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jelenka l-koformulanti li mhumiex aċċettati għall-inklużjoni fil-prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ Ottubru 2009 dwar it-tqegħid fis-suq ta’ prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti u li jħassar id-Direttivi tal-Kunsill 79/117/KEE u 91/414/KEE (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 27(2) u l-Artikolu 78(2) tiegħu,

Billi:

(1)

Il-koformulanti huma deskritti fil-punt (c) tal-Artikolu 2(3) tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009 bħala sustanzi jew preparazzjonijiet li jintużaw jew li huma maħsuba biex jintużaw fi prodott għall-protezzjoni tal-pjanti jew aġġuvant, iżda li la huma sustanzi attivi u lanqas aġenti protettivi jew sinerġisti.

(2)

Il-koformulanti huma inaċċettabbli fil-prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti jekk ir-residwi tagħhom, b’konsegwenza għall-applikazzjoni li hija konsistenti ma’ prattika tal-protezzjoni tal-pjanti tajba u meta jitqiesu l-kundizzjonijiet realistiċi tal-użu, ikollhom effett ta’ ħsara fuq is-saħħa tal-bniedem jew tal-annimali jew fuq l-ilma ta’ taħt l-art jew effett inaċċettabbli fuq l-ambjent. Il-koformulanti huma wkoll inaċċettabbli fil-prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti jekk l-użu tagħhom, b’konsegwenza għall-applikazzjoni li hija konsistenti ma’ prattika tal-protezzjoni tal-pjanti tajba u meta jitqiesu l-kundizzjonijiet realistiċi tal-użu, ikollhom effett ta’ ħsara fuq is-saħħa tal-bniedem jew tal-annimali jew ikollhom effett inaċċettabbli fuq il-pjanti, fuq il-prodotti tal-pjanti jew fuq l-ambjent. Tali koformulanti inaċċettabbli jridu jiġu elenkati fl-Anness III tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009.

(3)

Il-koformulanti huma sustanzi jew preparazzjonijiet li jintużaw flimkien ma’ sustanzi attivi fil-prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti u għalhekk huma mifruxa b’mod indaqs fl-ambjent. Għalhekk, il-kriterji li jikkonċernaw is-saħħa tal-bniedem, l-ambjent, l-ekotossiċità u l-ilma ta’ taħt l-art, previsti fil-punti 3.6.2, 3.6.3, 3.6.4, 3.6.5, 3.7, 3.8.2 u 3.10 tal-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009, jenħtieġ li jkunu rilevanti wkoll biex jiġu identifikati l-koformulanti inaċċettabbli.

(4)

Għalhekk jenħtieġ li l-lista ta’ koformulanti inaċċettabbli tinkludi sustanzi bi klassifikazzjoni armonizzata bħala karċinoġeni, tal-kategorija 1 A jew 1B, bħala mutaġeni, tal-kategorija 1 A jew 1B, jew bħala tossiċi għar-riproduzzjoni, tal-kategorija 1 A jew 1B, f’konformità mal-Anness VI tar-Regolament (KE) Nru 1272/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2).

(5)

Jenħtieġ li l-lista ta’ koformulanti inaċċettabbli tinkludi wkoll sustanzi identifikati bħala persistenti, bijoakkumulattivi u tossiċi (“PBT”) jew persistenti ħafna u bijoakkumulattivi ħafna (“vPvB”) f’konformità mal-punti (d) u (e) tal-Artikolu 57 tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3).

(6)

Il-lista ta’ koformulanti inaċċettabbli jenħtieġ ukoll li tinkludi sustanzi ta’ tħassib serju ħafna minħabba proprjetajiet li jfixklu s-sistema endokrinali f’konformità mal-punt (f) tal-Artikolu 57 tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006 jew sustanzi identifikati bħala interferenti endokrinali skont ir-Regolament (UE) Nru 528/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (4) jew sustanzi identifikati bħala pollutanti organiċi persistenti (“POP”) skont ir-Regolament (UE) 2019/1021 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (5).

(7)

Ir-Regolament (KE) Nru 1907/2006 jistabbilixxi restrizzjonijiet għal ċerti sustanzi perikolużi fl-Anness XVII tiegħu. Meta l-użu ta’ dawk is-sustanzi jkun soġġett għal restrizzjonijiet bħala koformulanti fi prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti, jenħtieġ li jiżdiedu mal-lista ta’ koformulanti fl-Anness III tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009.

(8)

L-Istati Membri identifikaw il-koformulanti li sabu li huma inaċċettabbli fi prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti awtorizzati skont id-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE (6) jew ir-Regolament (KE) Nru 1107/2009. Tali koformulanti ġew notifikati mill-Awstrija, mill-Belġju, minn Franza, mill-Ġermanja, mill-Italja, mil-Litwanja, minn Spanja u min-Norveġja. Fost dawk il-koformulanti, dawk bi klassifikazzjoni armonizzata bħala karċinoġeni, tal-kategorija 1 A jew 1B, bħala mutaġeni, tal-kategorija 1 A jew 1B, jew bħala tossiċi għar-riproduzzjoni, tal-kategorija 1 A jew 1B, f’konformità mal-Anness VI tar-Regolament (KE) Nru 1272/2008, dawk identifikati bħala PBT jew vPvB f’konformità mal-punti (d) u (e) tal-Artikolu 57 tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006, dawk identifikati bħala sustanza ta’ tħassib serju ħafna minħabba l-proprjetajiet li jfixklu s-sistema endokrinali f’konformità mal-punt (f) tal-Artikolu 57 tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006, u dawk identifikati bħala POP skont ir-Regolament (UE) 2019/1021 jenħtieġ li jiġu elenkati fl-Anness III tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009.

(9)

L-użu ta’ tallowammini polietossilati (Nru CAS 61791-26-2) fil-prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti li fihom il-glifosat kien ipprojbit bir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/1313 (7), minħabba li ġie identifikat tħassib b’rabta mat-tossiċità tat-tallowammini polietossilati u l-potenzjal tagħhom li jaffettwaw b’mod negattiv is-saħħa tal-bniedem. Minħabba li dak it-tħassib huwa dovut għall-proprjetajiet intrinsiċi tas-sustanzi kkonċernati u għalhekk mhuwiex limitat għall-prodotti formulati li fihom il-glifosat iżda huwa validu bl-istess mod għall-prodotti formulati li fihom sustanzi attivi oħrajn, jenħtieġ li t-tallowammini polietossilati jiżdiedu wkoll mal-lista ta’ koformulanti fl-Anness III tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009.

(10)

Id-Deċiżjonijiet ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/109 (8) u (UE) 2018/619 (9) ma approvawx il-PHMB (1600; 1,8), numru CAS 27083-27-8 u 32289-58-0, u l-PHMB (1415; 4,7), numru CAS 32289-58-0 u 1802181-67-4, bħala sustanzi attivi eżistenti għall-użu fi prodotti bijoċidali għall-prodotti tat-tip 6 (fil-preservattivi fil-bottijiet), fost tipi ta’ prodott oħrajn minħabba riskji inaċċettabbli għas-saħħa tal-bniedem u għall-ambjent. Għalhekk, l-użu tagħhom bħala preservattivi fil-bottijiet fil-prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti jista’ jwassal għal effetti inaċċettabbli fuq is-saħħa tal-bniedem u fuq l-ambjent. Għalhekk, il-PHMB (1600; 1,8) u l-PHMB (1415; 4,7) jenħtieġ li jiġu elenkati wkoll fl-Anness III tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009.

(11)

Il-koformulanti li jridu jiġu elenkati fl-Anness III tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009 jistgħu wkoll jinsabu fl-aġġuvanti mqiegħda fis-suq. Peress li għadhom ma ġewx stabbiliti regoli dettaljati għall-awtorizzazzjoni tal-aġġuvanti, f’konformità mal-Artikolu 58(2) tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009, l-Istati Membri jistgħu jkomplu japplikaw id-dispożizzjonijiet nazzjonali fir-rigward tal-aġġuvanti f’konformità mal-Artikolu 81(3) ta’ dak ir-Regolament. Minħabba li r-Regolament (KE) Nru 1107/2009 għandu l-għan li jipprevjeni t-tqegħid fis-suq jew l-użu ta’ aġġuvanti li fihom koformulanti pprojbiti, huwa meħtieġ li jiġi żgurat li lanqas l-aġġuvanti li jitħalltu ma’ prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti ma jkun fihom dawk il-koformulanti inaċċettabbli.

(12)

Jenħtieġ li l-Istati Membri jingħataw biżżejjed żmien biex jirrieżaminaw il-kompożizzjoni tal-prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti u tal-aġġuvanti li bħalissa huma awtorizzati fit-territorju tagħhom, sabiex jivvalutaw jekk fihomx il-koformulanti elenkati fl-Anness III tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009 u biex jirtiraw jew jemendaw l-awtorizzazzjonijiet tal-prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti u tal-aġġuvanti li fihom dawk il-koformulanti.

(13)

Għall-prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti jew għall-aġġuvanti li jkun fihom koformulant elenkat fl-Anness III tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009, meta l-Istati Membri jagħtu xi perjodu ta’ grazzja f’konformità mal-Artikolu 46 ta’ dak ir-Regolament jew f’konformità mad-dispożizzjonijiet nazzjonali għall-awtorizzazzjoni tal-aġġuvanti, rispettivament, dak il-perjodu jenħtieġ li jiskadi, għall-bejgħ u għad-distribuzzjoni l-aktar tard tliet xhur wara d-data tal-emenda jew tal-irtirar tal-awtorizzazzjonijiet, u għar-rimi, għall-ħżin u għall-użu disa’ xhur addizzjonali wara tali data.

(14)

Il-koformulanti li jridu jiġu elenkati fl-Anness III tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009 jistgħu jkunu preżenti bħala impuritajiet mhux intenzjonati f’koformulanti oħra, li bħala tali huma aċċettabbli għall-użu fi prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti jew fl-aġġuvanti. Għalhekk, il-konċentrazzjoni individwali tal-koformulanti inaċċettabbli fil-prodott għall-protezzjoni tal-pjanti jew fl-aġġuvant lesti jenħtieġ li tkun inqas minn 0,1 % piż skont il-piż (w/w) jew inqas minn limitu speċifiku ta’ konċentrazzjoni relatat mal-proprjetajiet CMR (karċinoġeni, mutaġeni u tossiċi għar-riproduzzjoni), meta tiġi stabbilita fl-Anness VI tar-Regolament (KE) Nru 1272/2008 għall-koformulant inaċċettabbli fl-livell inqas minn 0,1 % piż skont il-piż (w/w), sabiex titqies bħala impurità mhux intenzjonata aċċettabbli, sakemm ma jiġix previst limitu differenti minħabba l-limitazzjonijiet tekniċi tal-metodi analitiċi rilevanti.

(15)

Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma f’konformità mal-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Anness III tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009 huwa emendat f’konformità mal-Anness ta’ dan ir-Regolament.

Artikolu 2

L-Istati Membri li taw awtorizzazzjonijiet għal prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti li fihom il-koformulanti elenkati fl-Anness III tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009, kif emendat b’dan ir-Regolament, għandhom jemendaw jew jirtiraw dawk l-awtorizzazzjonijiet malajr kemm jista’ jkun iżda mhux aktar tard mill-24 ta’ Marzu 2023.

Artikolu 3

L-Istati Membri ma għandhomx jawtorizzaw it-tqegħid fis-suq jew l-użu tal-aġġuvanti li fihom il-koformulanti elenkati fl-Anness III tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009, kif emendat b’dan ir-Regolament.

L-Istati Membri li awtorizzaw l-aġġuvanti li fihom il-koformulanti elenkati fl-Anness III tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009, kif emendat b’dan ir-Regolament, għandhom jemendaw jew jirtiraw dawk l-awtorizzazzjonijiet malajr kemm jista’ jkun iżda mhux aktar tard mill-24 ta’ Marzu 2023.

Artikolu 4

Kull perjodu ta’ grazzja mogħti mill-Istati Membri f’konformità mal-Artikolu 46 tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009 jew mad-dispożizzjonijiet nazzjonali għall-awtorizzazzjoni tal-aġġuvanti għandu jkun qasir kemm jista’ jkun u għandu jiskadi, għall-bejgħ u għad-distribuzzjoni l-aktar tard tliet xhur wara d-data tal-emenda jew tal-irtirar tal-awtorizzazzjonijiet msemmija fl-Artikoli 2 u 3, u għar-rimi, għall-ħżin u għall-użu disa’ xhur addizzjonali wara tali data.

Artikolu 5

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-3 ta’ Marzu 2021.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Ursula VON DER LEYEN


(1)   ĠU L 309, 24.11.2009, p. 1.

(2)  Ir-Regolament (KE) Nru 1272/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Diċembru 2008 dwar il-klassifikazzjoni, l-ittikkettar u l-imballaġġ tas-sustanzi u t-taħlitiet, li jemenda u jħassar id-Direttivi 67/548/KEE u 1999/45/KE, u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1907/2006 (ĠU L 353, 31.12.2008, p. 1).

(3)  Ir-Regolament (KE) Nru 1907/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Diċembru 2006 dwar ir-reġistrazzjoni, il-valutazzjoni, l-awtorizzazzjoni u r-restrizzjoni ta’ sustanzi kimiċi (REACH), li jistabbilixxi Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi, li jemenda d-Direttiva 1999/45/KE u li jħassar ir-Regolament (KEE) Nru 793/93 tal-Kunsill u r-Regolament (KE) Nru 1488/94 tal-Kummissjoni kif ukoll id-Direttiva 76/769/KEE tal-Kunsill u d-Direttivi 91/155/KEE, 93/67/KEE, 93/105/KE u 2000/21/KE tal-Kummissjoni (ĠU L 396, 30.12.2006, p. 1).

(4)  Ir-Regolament (UE) Nru 528/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta’ Mejju 2012 dwar it-tqegħid fis-suq u l-użu tal-prodotti bijoċidali (ĠU L 167, 27.6.2012, p. 1).

(5)  Ir-Regolament (UE) 2019/1021 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Ġunju 2019 dwar il-pollutanti organiċi persistenti (ĠU L 169, 25.6.2019, p. 45).

(6)  Id-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE tal-15 ta’ Lulju 1991 li tikkonċerna t-tqegħid fis-suq ta’ prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti (ĠU L 230, 19.8.1991, p. 1).

(7)  Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/1313 tal-1 ta’ Awwissu 2016 li jemenda r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 540/2011 fir-rigward tal-kundizzjonijiet għall-approvazzjoni tas-sustanza attiva glifosat (ĠU L 208, 2.8.2016, p. 1).

(8)  Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/109 tas-27 ta’ Jannar 2016 biex ma tapprovax il-PHMB (1600; 1,8) bħala sustanza attiva eżistenti għall-użu fil-prodotti bijoċidali għall-prodotti tat-tipi 1, 6 u 9 (ĠU L 21, 28.1.2016, p. 84).

(9)  Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/619 tal-20 ta’ April 2018 li ma tapprovax il-PHMB (1415; 4,7) bħala sustanza attiva għall-użu fil-prodotti bijoċidali tat-tipi 1, 5 u 6 (ĠU L 102, 23.4.2018, p. 21).


ANNESS

L-Anness III tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“ANNESS III

Lista ta’ koformulanti li mhumiex aċċettati għall-inklużjoni fi prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti kif imsemmija fl-Artikolu 27  (1)

Nru

Isem

Ismijiet tal-EC/Ismijiet oħra

Numru CAS

Numru EC

Klassifikazzjoni/Proprjetajiet oħra

1.

1-Kloro-2,3-epossipropan

Epikloroidrin, Klorur tat-2,3-Epossipropil

106-89-8

203-439-8

Karċinoġenu kategorija 1B

2.

1,2-Dikloroetan

1,2-Dikloroetan;

Etan, 1,2-dikloro-

107-06-2

203-458-1

Karċinoġenu kategorija 1B

3.

2-Etossietanol

2-Etossietanol;

Etanol, 2-etossi-

110-80-5

203-804-1

Tossiku għar-riproduzzjoni kategorija 1B

4.

Aċetat tat-2-Etossietil

Aċetat tat-2-Etossietil; Etanol, 2-etossi-, 1-aċetat

111-15-9

203-839-2

Tossiku għar-riproduzzjoni kategorija 1B

5.

1-Etilpirrolidin-2-on

1-Etilpirrolidin-2-on;

N-etil-2-pirrolidon

2687-91-4

220-250-6

Tossiku għar-riproduzzjoni kategorija 1B

6.

2-Metossietanol

2-Metossietanol;

Etanol, 2-metossi-

109-86-4

203-713-7

Tossiku għar-riproduzzjoni kategorija 1B

7.

Aċetat tat-2-Metossietil

Aċetat tat-2-Metossietil;

Etanol, 2-metossi-, 1-aċetat;

Aċetat tat-2-Metossietanol

110-49-6

203-772-9

Tossiku għar-riproduzzjoni kategorija 1B

8.

2-Metossipropanol

2-Metossipropanol;

1-Propanol, 2-metossi-

1589-47-5

216-455-5

Tossiku għar-riproduzzjoni kategorija 1B

9.

1-Metilpirrolidin-2-on

1-Metil-2-pirrolidon;

2-Pirrolidinon, 1-metil-

872-50-4

212-828-1

Tossiku għar-riproduzzjoni kategorija 1B

10.

2-Nitropropan

2-Nitropropan;

Propan, 2-nitro-

79-46-9

201-209-1

Karċinoġenu kategorija 1B

11.

Ammini, alkil tat-tallow, etossilati

Ammini, alkil tat-tallow, etossilati;

POE-tallowammina

61791-26-2

 

Tħassib jew lakuni fid-data relatati mal-effetti potenzjali fuq is-saħħa tal-bniedem jew fuq l-ambjent

12.

Ammini, alkil tat-tallow, etossilati propossilati

Ammini, alkil tat-tallow, etossilati propossilati;

POEP-tallowammina

68213-26-3

 

Tħassib jew lakuni fid-data relatati mal-effetti potenzjali fuq is-saħħa tal-bniedem jew fuq l-ambjent

13.

Fibri tal-asbestos

Asbestos aktinolit;

Asbestos, aktinolit

77536-66-4

 

Karċinoġenu kategorija 1 A

14.

Asbestos amosit;

Asbestos, amosit

12172-73-5

 

Karċinoġenu kategorija 1 A

15.

Asbestos antofillit;

Asbestos, antofillit

77536-67-5

 

Karċinoġenu kategorija 1 A

16.

Asbestos krisotil;

Asbestol, krisotil

12001-29-5

 

Karċinoġenu kategorija 1 A

17.

Asbestos kroċidolit;

Asbestos, kroċidolit

12001-28-4

 

Karċinoġenu kategorija 1 A

18.

Asbestos tremolit;

Asbestos, tremolit

77536-68-6

 

Karċinoġenu kategorija 1 A

19.

Benżen

Benżen

71-43-2

200-753-7

Karċinoġenu kategorija 1 A/

Mutaġenu kategorija 1B

20.

Benżo[def]krisen  (2);

Benżo [pqr]tetrafen

Benżo[def]krisen;

Benżo[a]piren

50-32-8

200-028-5

Karċinoġenu kategorija 1B/Mutaġenu kategorija 1B/

Tossiku għar-riproduzzjoni kategorija 1B

21.

Bis(2-metilpropil) benżen-1,2-dikarbossilat

Ftalat tad-diisobutil

84-69-5

201-553-2

Proprjetajiet li jfixklu s-sistema endokrinali (l-Artikolu 57(f) tar-REACH – Is-Saħħa tal-Bniedem) Tossiku għar-riproduzzjoni kategorija 1B

22.

Aċidu boriku

Aċidu boriku

10043-35-3

11113-50-1

233-139-2

234-343-4

Tossiku għar-riproduzzjoni kategorija 1B

23.

Ottaborat tad-disodju

Ottaborat tad-disodju; Ottaborat tad-disodju anidru

12008-41-2

234-541-0

Tossiku għar-riproduzzjoni kategorija 1B

24.

Ottaborat tad-disodju, tetraidrat

Aċidu boriku, melħ tad-disodju, tetraidrat;

12280-03-4

234-541-0

Tossiku għar-riproduzzjoni kategorija 1B

25.

Tetraborat tad-disodju, anidru

Tetraborat tad-disodju, anidru;

Ossidu tas-sodju u tal-boron

1330-43-4

215-540-4

Tossiku għar-riproduzzjoni kategorija 1B

26.

Tetraborat tad-disodju, dekaidrat

Burax

1303-96-4

215-540-4

Tossiku għar-riproduzzjoni kategorija 1B

27.

Tetraborat tad-disodju, pentaidrat

Ossidu tas-sodju u tal-boron, idrat

12179-04-3

215-540-4

Tossiku għar-riproduzzjoni kategorija 1B

28.

Aċidu ortoboriku, melħ tas-sodju

Aċidu ortoboriku, melħ tas-sodju; Aċidu boriku, melħ tas-sodju

13840-56-7

237-560-2

Tossiku għar-riproduzzjoni kategorija 1B

29.

Ettaossidu tat-tetraboron u tad-disodju, idrat

Ettaossidu tat-tetraboron u tad-disodju, idrat;

Ossidu tas-sodju u tal-boron, idrat

12267-73-1

235-541-3

Tossiku għar-riproduzzjoni kategorija 1B

30.

Buta-1,3-dien

Buta-1,3-dien;

1,3-Butadien

106-99-0

203-450-8

Karċinoġenu kategorija 1 A/

Mutaġenu kategorija 1B

31.

Butan

li fih ≥ 0,1 % butadien (Nru EC 203-450-8)

Butan

106-97-8

203-448-7

Karċinoġenu kategorija 1 A

32.

Ko Poli (bisimminoimidokarbonil, idroklorur tal-eżametilen),(imminoimidokarbonil, idroklorur tal-eżametilen

Gwanidina, N,N”’-1,6-eżandiilbis[N’-ċjano-, polimeru bi 1,6-eżandiammina, idroklorur

Poli[imminokarbonimidoilimminokarbonimidoilimmino-1, 6-eżanediil], idroklorur

Ċjanammid, N-ċjano-, kompost bi 1,6-eżanediammina (2:1), polimeru bi idroklorur tal-1,6-eżanediammina (1:2);

PHMB

27083-27-8

u

32289-58-0

u

1802181-67-4

 

Mhux approvat għall-użu fil-prodotti bijoċidali għall-prodotti tat-tip 6 (preservattivi fil-bottijiet).

33.

Ftalat tad-dibutil

Ftalat tal-n-Butil;

Benżen-1,2-dikarbossilat tad-dibutil

84-74-2

201-557-4

Proprjetajiet li jfixklu s-sistema endokrinali (l-Artikolu 57(f) tar-REACH – Is-Saħħa tal-Bniedem) Tossiku għar-riproduzzjoni kategorija 1B

34.

Distillati (petroleum), nafteniċi tqal idrotrattati b’kontenut ta’ ≥ 3,0 % estratt tad-DMSO (imkejjel bl-IP 346)

 

64742-52-5

265-155-0

Karċinoġenu kategorija 1B

35.

Distillati (petroleum), paraffiniċi tqal idrotrattati b’kontenut ta’ ≥ 3,0 % estratt tad-DMSO (imkejjel bl-IP 346)

 

64742-54-7

265-157-1

Karċinoġenu kategorija 1B

36.

Distillati (petroleum), nafteniċi ħfief idrotrattati b’kontenut ta’ ≥ 3,0 % estratt tad-DMSO (imkejjel bl-IP 346)

 

64742-53-6

265-156-6

Karċinoġenu kategorija 1B

37.

Distillati (petroleum), paraffiniċi ħfief idrotrattati b’kontenut ta’ ≥ 3,0 % estratt tad-DMSO (imkejjel bl-IP 346)

 

64742-55-8

265-158-7

Karċinoġenu kategorija 1B

38.

Distillati (petroleum), paraffiniċi tqal bix-xema’ mneħħija b’solvent b’kontenut ta’ ≥ 3,0 % estratt tad-DMSO (imkejjel bl-IP 346)

 

64742-65-0

265-169-7

Karċinoġenu kategorija 1B

39.

Distillati (petroleum), paraffiniċi tqal raffinati b’solvent b’kontenut ta’ ≥ 3,0 % estratt tad-DMSO (imkejjel bl-IP 346)

 

64741-88-4

265-090-8

Karċinoġenu kategorija 1B

40.

Distillati (petroleum), paraffiniċi ħfief raffinati b’solvent b’kontenut ta’ ≥ 3,0 % estratt tad-DMSO (imkejjel bl-IP 346)

 

64741-89-5

265-091-3

Karċinoġenu kategorija 1B

41.

Ossidu tal-etilen

Ossidu tal-etilen; Ossiran; Epossietan

75-21-8

200-849-9

Karċinoġenu kategorija 1B/

Mutaġenu kategorija 1B

42.

Formaldeid

Formaldeid; Formalin; Metanal;, Formol

50-00-0

200-001-8

Karċinoġenu kategorija 1B

43.

Formammid

Formammid; Metanammid

75-12-7

200-842-0

Tossiku għar-riproduzzjoni kategorija 1B

44.

Isobutan (li fih ≥ 0,1 % butadien (Nru EC 203-450-8))

Isobutan; Propan, 2-metil-

75-28-5

200-857-2

Karċinoġenu kategorija 1 A/

Mutaġenu kategorija 1B

45.

Żjut lubrikanti (petroleum), C20-50, idrotrattati newtrali b’bażi ta’ żejt, viskożità għolja b’kontenut ta’ ≥ 3,0 % estratt tad-DMSO (imkejjel bl-IP 346)

 

72623-85-9

276-736-3

Karċinoġenu kategorija 1B

46.

Żjut lubrikanti (petroleum), C15-30, idrotrattati newtrali b’bażi ta’ żejt b’kontenut ta’ ≥ 3,0 % estratt tad-DMSO (imkejjel bl-IP 346)

 

72623-86-0

276-737-9

Karċinoġenu kategorija 1B

47.

Żjut lubrikanti (petroleum), C20-50, idrotrattati newtrali b’bażi ta’ żejt b’kontenut ta’ ≥ 3,0 % estratt tad-DMSO (imkejjel bl-IP 346)

 

72623-87-1

276-738-4

Karċinoġenu kategorija 1B

48.

Żjut lubrikanti (petroleum), C17-32, estratti bis-solvent, bix-xema’ mneħħija, idroġenati b’kontenut ta’ ≥ 3,0 % estratt tad-DMSO (imkejjel bl-IP 346)

 

101316-70-5

309-875-6

Karċinoġenu kategorija 1B

49.

Nafta (petroleum), katina predominantement ramifikata tqila alkilata C9-C12 b’kontenut ta’ ≥ 0,1 % benżen (Nru EC 200-753-7)

 

64741-65-7

265-067-2

Karċinoġenu kategorija 1B/

Mutaġenu kategorija 1B

50.

Nafta (petroleum), idrosulfurizzata tqila predominantement C7-C12 b’kontenut ta’ ≥ 0,1 % benżen (Nru EC 200-753-7)

 

64742-82-1

265-185-4

Karċinoġenu kategorija 1 A/

Mutaġenu kategorija 1B

51.

Nafta (petroleum), idrosulfurizzata ħafifa, dearomatizzata predominantement paraffini u ċikloparaffini C7 b’kontenut ta’ ≥ 0,1 % benżen (Nru EC 200-753-7)

 

92045-53-9

295-434-2

Karċinoġenu kategorija 1 A/

Mutaġenu kategorija 1B

52.

Nafta (petroleum), idrotrattata tqila predominantement C6-C13 b’kontenut ta’ ≥ 0,1 % benżen (Nru EC 200-753-7)

 

64742-48-9

265-150-3

Karċinoġenu kategorija 1 A/

Mutaġenu kategorija 1B

53.

Naftha (petroleum), aromatika ħafifa predominantement C8-C10 b’kontenut ta’ ≥ 0,1 % benżen (Nru EC 200-753-7)

 

64742-95-6

265-199-0

Karċinoġenu kategorija 1 A/

Mutaġenu kategorija 1B

54.

Nitrobenżen

Nitrobenżen;

Benżen, nitro-

98-95-3

202-716-0

Tossiku għar-riproduzzjoni kategorija 1B

55.

N-metilformammid

N-metilformammid; Formammid, N-metil-

123-39-7

204-624-6

Tossiku għar-riproduzzjoni kategorija 1B

56..

Nonil-fenoli:

Sustanzi b’katina alkil lineari u/jew ramifikata bin-numru tal-karbonju 9 f’rabta kovalenti fi kwalunkwe pożizzjoni mal-fenol, li jkopru wkoll is-sustanzi li jinkludu kwalunkwe wieħed mill-isomeri individwali jew kombinament tagħhom.

4-(3,5-Dimetilettan-3-il)fenol

Fenol, 4-(1-etil-1,3-dimetilpentil)-;

4-(1-Etil-1,3-dimetilpentil)fenol

186825-36-5

 

Proprjetajiet li jfixklu s-sistema endokrinali (l-Artikolu 57(f) tar-REACH — L-Ambjent)

57.

4-(3,6-Dimetilettan-3-il)fenol

Fenol, 4-(1-etil-1,4-dimetilpentil)-;

4-(1-Etil-1,4-dimetilpentil)fenol

142731-63-3

 

Proprjetajiet li jfixklu s-sistema endokrinali (l-Artikolu 57(f) tar-REACH — L-Ambjent)

58.

4-(2-Metiloktan-2-il)fenol

p-(1,1-Dimetilettil)fenol;

Fenol, 4-(1,1-dimetilettil)-

30784-30-6

250-339-5

Proprjetajiet li jfixklu s-sistema endokrinali (l-Artikolu 57(f) tar-REACH — L-Ambjent)

59.

4-(3-Metiloktan-3-il)fenol

Fenol, 4-(1-etil-1-metileżil)-;

4-(1-Etil-1-metileżil)fenol;

52427-13-1

257-907-1

Proprjetajiet li jfixklu s-sistema endokrinali (l-Artikolu 57(f) tar-REACH — L-Ambjent)

60.

4-Nonilfenol

p-Nonilfenol;

Fenol, 4-nonil-

104-40-5

203-199-4

Proprjetajiet li jfixklu s-sistema endokrinali (l-Artikolu 57(f) tar-REACH — L-Ambjent)

61.

Isononilfenol

11066-49-2

234-284-4

Proprjetajiet li jfixklu s-sistema endokrinali (l-Artikolu 57(f) tar-REACH — L-Ambjent)

62.

p-Isononilfenol;

Fenol, 4-isononil-

26543-97-5

247-770-6

Proprjetajiet li jfixklu s-sistema endokrinali (l-Artikolu 57(f) tar-REACH — L-Ambjent)

63.

Nonilfenol;

Fenol, nonil-

25154-52-3

246-672-0

Proprjetajiet li jfixklu s-sistema endokrinali (l-Artikolu 57(f) tar-REACH — L-Ambjent)

64.

Fenol, 4-(1-metilottil)-;

p-(1-Metilottil)fenol

17404-66-9

241-427-4

Proprjetajiet li jfixklu s-sistema endokrinali (l-Artikolu 57(f) tar-REACH — L-Ambjent)

65.

Fenol, 4-nonil-, ramifikat

84852-15-3

284-325-5

Proprjetajiet li jfixklu s-sistema endokrinali (l-Artikolu 57(f) tar-REACH — L-Ambjent)

66.

Fenol, nonil-, ramifikat

90481-04-2

291-844-0

Proprjetajiet li jfixklu s-sistema endokrinali (l-Artikolu 57(f) tar-REACH — L-Ambjent)

67.

Nonil-fenoli, etossilati:

Sustanzi b’katina alkil lineari u/jew ramifikata bin-numru tal-karbonju 9 f’rabta kovalenti fi kwalunkwe pożizzjoni mal-fenol, etossilati, li jkopru wkoll is-sustanzi li jinkludu kwalunkwe wieħed mill-isomeri individwali jew kombinament tagħhom.

Nonilfenol, etossilat;

Poli(ossi-1,2-etandiil), α-(nonilfenil)-ω-idrossi-

 

500-024-6

Proprjetajiet li jfixklu s-sistema endokrinali (l-Artikolu 57(f) tar-REACH — L-Ambjent)

68.

4-Nonilfenol, ramifikat, 1 - 2.5 moli etossilat

Poli(ossi-1,2-etandiil), α-(4-nonilfenil)-ω-idrossi-, ramifikat

 

500-315-8

Proprjetajiet li jfixklu s-sistema endokrinali (l-Artikolu 57(f) tar-REACH — L-Ambjent)

69.

4-Nonilfenol, 1 - 2,5 moli etossilat

 

500-045-0

Proprjetajiet li jfixklu s-sistema endokrinali (l-Artikolu 57(f) tar-REACH — L-Ambjent)

70.

2-(2-{2-[2-(4-Nonilfenossi)etossi]etossi}etossi)etan-1-ol

2-[2-[2-[2-(4-Nonilfenossi)etossi]etossi]etossi]etanol;

Etanol, 2-[2-[2-[2-(4-nonilfenossi)etossi]etossi]etossi]-

7311-27-5

230-770-5

Proprjetajiet li jfixklu s-sistema endokrinali (l-Artikolu 57(f) tar-REACH — L-Ambjent)

71.

2-[2-(4-Nonilfenossi)etossi]etanol;

Etanol, 2-[2-(4-nonilfenossi)etossi]-

20427-84-3

243-816-4

Proprjetajiet li jfixklu s-sistema endokrinali (l-Artikolu 57(f) tar-REACH — L-Ambjent)

72.

20-(4-Nonilfenossi)-3,6,9,12,15,18-eżaossaikosan-1-ol;

3,6,9,12,15,18-Eżaossaeikosan-1-ol, 20- (4-nonilfenossi)-

27942-27-4

248-743-1

Proprjetajiet li jfixklu s-sistema endokrinali (l-Artikolu 57(f) tar-REACH — L-Ambjent)

73.

2-[2-[2-[2-(4-Nonilfenossi)etossi]etossi]etossi]etan-1-ol

Etanol,2-[2-[2-[2-(4-nonilfenossi)etossi]etossi]etossi]-

7311-27-5

 

Proprjetajiet li jfixklu s-sistema endokrinali (l-Artikolu 57(f) tar-REACH — L-Ambjent)

74.

26-(4-Nonilfenossi)-3,6,9,12,15,18,21,24-oktaossaeżakosan-1-ol

3,6,9,12,15,18-21,24-Ottaossaeikosan-1-ol, 26- (4-nonilfenossi)-

14409-72-4

 

Proprjetajiet li jfixklu s-sistema endokrinali (l-Artikolu 57(f) tar-REACH — L-Ambjent)

75.

17-(4-Nonilfenossi)-3,6,9,12,15-pentaossaettadekan-1-ol

3,6,9,12,15-Pentaossaettadekan-1-ol, 17-(4-nonilfenossi)-

34166-38-6

 

Proprjetajiet li jfixklu s-sistema endokrinali (l-Artikolu 57(f) tar-REACH — L-Ambjent)

76.

Poli(ossi-1,2-etandiil), α-(4-nonilfenil)-ω-idrossi-, ramifikat

127087-87-0

 

Proprjetajiet li jfixklu s-sistema endokrinali (l-Artikolu 57(f) tar-REACH — L-Ambjent)

77.

Poli(ossi-1,2-etandiil), α-(4-nonilfenil)-ω-idrossi-

26027-38-3

 

Proprjetajiet li jfixklu s-sistema endokrinali (l-Artikolu 57(f) tar-REACH — L-Ambjent)

78.

Etanol, 2-(4-nonilfenossi)

104-35-8

 

Proprjetajiet li jfixklu s-sistema endokrinali (l-Artikolu 57(f) tar-REACH — L-Ambjent)

79.

Isononilfenol, etossilat;

Poli(ossi-1,2-etandiil), α-(isononilfenil)-ω-idrossi-

37205-87-1

 

Proprjetajiet li jfixklu s-sistema endokrinali (l-Artikolu 57(f) tar-REACH — L-Ambjent)

80.

2-[2-(4-tert-Nonilfenossi) etossi] etanol

Etanol, 2-[2-(4-tert-nonilfenossi)etossi]-

156609-10-8

 

Proprjetajiet li jfixklu s-sistema endokrinali (l-Artikolu 57(f) tar-REACH — L-Ambjent)

81.

Poli(ossi-1,2-etandiil), α-(nonilfenil)-ω-idrossi-

Nonilfenol, etossilat

9016-45-9

 

Proprjetajiet li jfixklu s-sistema endokrinali (l-Artikolu 57(f) tar-REACH — L-Ambjent)

82.

Ottil-fenoli:

Sustanzi b’katina alkil lineari u/jew ramifikata bin-numru tal-karbonju 8 f’rabta kovalenti fi kwalunkwe pożizzjoni mal-fenol, li jkopru wkoll is-sustanzi li jinkludu kwalunkwe wieħed mill-isomeri individwali jew kombinament tagħhom.

p-Ottilfenol;

4-Ottilfenol

1806-26-4

217-302-5

Proprjetajiet li jfixklu s-sistema endokrinali (l-Artikolu 57(f) tar-REACH — L-Ambjent)

83.

4-(2,4,4-Trimetilpentan-2-il)fenol;

4-(1,1,3,3-Tetrametilbutil)fenol;

4-(tert-ottil) Fenol

Fenol, 4-(1,1,3,3-tetrametilbutil)-;

4-tert-Ottilfenol

140-66-9

205-426-2

Proprjetajiet li jfixklu s-sistema endokrinali (l-Artikolu 57(f) tar-REACH — L-Ambjent)

84.

Ottilfenol;

Fenol, ottil-

67554-50-1

266-717-8

Proprjetajiet li jfixklu s-sistema endokrinali (l-Artikolu 57(f) tar-REACH — L-Ambjent)

85.

Fenol, 2-isoottil-

86378-08-7

 

Proprjetajiet li jfixklu s-sistema endokrinali (l-Artikolu 57(f) tar-REACH — L-Ambjent)

86.

Fenol, isoottil-;

Isoottilfenol

11081-15-5

234-304-1

Proprjetajiet li jfixklu s-sistema endokrinali (l-Artikolu 57(f) tar-REACH — L-Ambjent)

87.

Fenol, 2-ottil-;

o-Ottilfenol

949-13-3

213-437-9

Proprjetajiet li jfixklu s-sistema endokrinali (l-Artikolu 57(f) tar-REACH — L-Ambjent)

88.

Fenol, 2-sek-ottil-;

o-sek-Ottilfenol

26401-75-2

247-663-4

Proprjetajiet li jfixklu s-sistema endokrinali (l-Artikolu 57(f) tar-REACH — L-Ambjent)

89.

Fenol, 4-isoottil-;

p-Isoottilfenol

27013-89-4

248-164-4

Proprjetajiet li jfixklu s-sistema endokrinali (l-Artikolu 57(f) tar-REACH — L-Ambjent)

90.

Fenol, 4-sek-ottil-;

p-sek-Ottilfenol

27214-47-7

248-330-6

Proprjetajiet li jfixklu s-sistema endokrinali (l-Artikolu 57(f) tar-REACH — L-Ambjent)

91.

Fenol, sek-ottil-;

sek-Ottilfenol

93891-78-2

299-461-0

Proprjetajiet li jfixklu s-sistema endokrinali (l-Artikolu 57(f) tar-REACH — L-Ambjent)

92.

Fenol, 4-(1-etileżil)-;

p-(1-Etileżil)fenol

3307-00-4

221-989-7

Proprjetajiet li jfixklu s-sistema endokrinali (l-Artikolu 57(f) tar-REACH — L-Ambjent)

93.

Fenol, 2-(1-metilettil)-;

o-(1-Metilettil)fenol

18626-98-7

242-459-1

Proprjetajiet li jfixklu s-sistema endokrinali (l-Artikolu 57(f) tar-REACH — L-Ambjent)

94.

Fenol, 2-(1-etileżil)-;

o-(1-Etileżil)fenol

17404-44-3

241-426-9

Proprjetajiet li jfixklu s-sistema endokrinali (l-Artikolu 57(f) tar-REACH — L-Ambjent)

95.

Fenol, 2-(1-propilpentil)-;

o-(1-Propilpentil)fenol

37631-10-0

253-574-1

Proprjetajiet li jfixklu s-sistema endokrinali (l-Artikolu 57(f) tar-REACH — L-Ambjent)

96.

Fenol, 4-(1-propilpentil)-;

p-(1-Propilpentil)fenol

3307-01-5

221-990-2

Proprjetajiet li jfixklu s-sistema endokrinali (l-Artikolu 57(f) tar-REACH — L-Ambjent)

97.

Fenol, 2-(1-metilettil)-;

o-(1,1,3,3-Tetrametilbutil)fenol

3884-95-5

223-420-8

Proprjetajiet li jfixklu s-sistema endokrinali (l-Artikolu 57(f) tar-REACH — L-Ambjent)

98.

Fenol, (1,1,3,3-tetrametilbutil)-;

(1,1,3,3-Tetrametilbutil)fenol

27193-28-8

248-310-7

Proprjetajiet li jfixklu s-sistema endokrinali (l-Artikolu 57(f) tar-REACH — L-Ambjent)

99.

Fenol, (1-metilettil)-;

(1-Metilettil)fenol

27985-70-2

248-759-9

Proprjetajiet li jfixklu s-sistema endokrinali (l-Artikolu 57(f) tar-REACH — L-Ambjent)

100.

Fenol, 4-(2-metilettil)-

898546-19-5

 

Proprjetajiet li jfixklu s-sistema endokrinali (l-Artikolu 57(f) tar-REACH — L-Ambjent)

101.

Fenol, 2-(2-etileżil)-

28752-62-7

 

Proprjetajiet li jfixklu s-sistema endokrinali (l-Artikolu 57(f) tar-REACH — L-Ambjent)

102.

Fenol, 4-(1-metilettil)-;

p-(1-Metilettil)fenol

1818-08-2

217-332-9

Proprjetajiet li jfixklu s-sistema endokrinali (l-Artikolu 57(f) tar-REACH — L-Ambjent)

103.

Fenol, 4-(2-etileżil)-

69468-20-8

 

Proprjetajiet li jfixklu s-sistema endokrinali (l-Artikolu 57(f) tar-REACH — L-Ambjent)

104.

Fenol, 4-(5-metilettil)-

1824164-95-5

 

Proprjetajiet li jfixklu s-sistema endokrinali (l-Artikolu 57(f) tar-REACH — L-Ambjent)

105.

Fenol, 2-(2-metilettil)-

898546-20-8

 

Proprjetajiet li jfixklu s-sistema endokrinali (l-Artikolu 57(f) tar-REACH — L-Ambjent)

106.

Fenol, 4-(2-propilpentil)-

119747-99-8

 

Proprjetajiet li jfixklu s-sistema endokrinali (l-Artikolu 57(f) tar-REACH — L-Ambjent)

107.

Fenol, 3-ottil-

20056-69-3

 

Proprjetajiet li jfixklu s-sistema endokrinali (l-Artikolu 57(f) tar-REACH — L-Ambjent)

108.

Fenol, 2-(1,1-dimetileżil)-

1824575-79-2

 

Proprjetajiet li jfixklu s-sistema endokrinali (l-Artikolu 57(f) tar-REACH — L-Ambjent)

109.

Fenol, 4-(1,1-dimetileżil)-

30784-29-3

 

Proprjetajiet li jfixklu s-sistema endokrinali (l-Artikolu 57(f) tar-REACH — L-Ambjent)

110.

Fenol, 4-(5,5-dimetileżil)-

13330-52-4

 

Proprjetajiet li jfixklu s-sistema endokrinali (l-Artikolu 57(f) tar-REACH — L-Ambjent)

111.

Fenol, 2-(5,5-dimetileżil)-

1822989-97-8

 

Proprjetajiet li jfixklu s-sistema endokrinali (l-Artikolu 57(f) tar-REACH — L-Ambjent)

112.

Fenol, 3-(1,1-dimetileżil)-

70435-92-6

 

Proprjetajiet li jfixklu s-sistema endokrinali (l-Artikolu 57(f) tar-REACH — L-Ambjent)

113.

Fenol, 4-(1,4-dimetileżil)-

164219-26-5

 

Proprjetajiet li jfixklu s-sistema endokrinali (l-Artikolu 57(f) tar-REACH — L-Ambjent)

114.

Ottil-fenoli, etossilati:

Sustanzi b’katina alkil lineari u/jew ramifikata bin-numru tal-karbonju 8 f’rabta kovalenti fi kwalunkwe pożizzjoni mal-fenol, etossilati, li jkopru wkoll is-sustanzi li jinkludu kwalunkwe wieħed mill-isomeri individwali jew kombinament tagħhom.

Poli(ossi-1,2-etandiil), α-[(1,1,3,3- tetrametilbutil) fenil]-ω-idrossi-

2-(2-[4-(1,1,3,3-Tetrametilbutil)fenossi]etossi)etanol

Etere tal-Polietilen Glikol Ottilfenil;

9036-19-5

 

Proprjetajiet li jfixklu s-sistema endokrinali (l-Artikolu 57(f) tar-REACH — L-Ambjent)

115.

2-[4-(2,4,4-Trimetilpentan-2-il)fenossi]etanol

Poli(ossi-1,2-etandiil), α-[4-(1,1,3,3-tetrametilbutil)fenil]-ω-idrossi-

Ottilfenol etossilat

9002-93-1

 

Proprjetajiet li jfixklu s-sistema endokrinali (l-Artikolu 57(f) tar-REACH — L-Ambjent)

116.

20-[4-(1,1,3,3-Tetrametilbutil)fenossi]-3,6,9,12,15,18-eżaossaikosan-1-ol

3,6,9,12,15,18-Eżaossaeikosan-1-ol, 20-[4-(1,1,3,3-tetrametilbutil)fenossi]-

2497-59-8

219-682-8

Proprjetajiet li jfixklu s-sistema endokrinali (l-Artikolu 57(f) tar-REACH — L-Ambjent)

117.

Etanol, 2-[4-(1,1,3,3-tetrametilbutil)fenossi]-

2315-67-5

 

Proprjetajiet li jfixklu s-sistema endokrinali (l-Artikolu 57(f) tar-REACH — L-Ambjent)

118.

Etanol, 2-[2-[4-(1,1,3,3-tetrametilbutil)fenossi]etossi]-

2315-61-9

 

Proprjetajiet li jfixklu s-sistema endokrinali (l-Artikolu 57(f) tar-REACH — L-Ambjent)

119.

3,6,9,12,15,18-21,24-Ottaossaeikosan-1-ol, 26- (4-ottilfenossi)-;

42173-90-0

255-695-5

Proprjetajiet li jfixklu s-sistema endokrinali (l-Artikolu 57(f) tar-REACH — L-Ambjent)

120.

Poli(ossi-1,2-etandiil), α-(ottilfenil)-ω-idrossi-, ramifikat

68987-90-6

 

Proprjetajiet li jfixklu s-sistema endokrinali (l-Artikolu 57(f) tar-REACH — L-Ambjent)

121.

Poli(ossi-1,2-etandiil), α-[4-(6-metilettil)fenil]-ω-idrossi-

59379-12-3

 

Proprjetajiet li jfixklu s-sistema endokrinali (l-Artikolu 57(f) tar-REACH — L-Ambjent)

122.

Etanol, 2-(4-ottilfenossi)-;

2-(p-Ottilfenossi)etanol

51437-89-9

257-203-4

Proprjetajiet li jfixklu s-sistema endokrinali (l-Artikolu 57(f) tar-REACH — L-Ambjent)

123.

Poli(ossi-1,2-etandiil), α-(4-ottilfenil)-ω-idrossi-

26636-32-8

 

Proprjetajiet li jfixklu s-sistema endokrinali (l-Artikolu 57(f) tar-REACH — L-Ambjent)

124.

Poli(ossi-1,2-etandiil), α-[4-(1-metilettil)fenil]-ω-idrossi-

73935-42-9

 

Proprjetajiet li jfixklu s-sistema endokrinali (l-Artikolu 57(f) tar-REACH — L-Ambjent)

125.

3,6,9,12,15,18-Eżaossaeikosan-1-ol, 20-(4-ottilfenossi)-;

20-(4-Ottilfenossi)-3,6,9,12,15,18-eżaossaikosan-1-ol

32742-88-4

251-190-9

Proprjetajiet li jfixklu s-sistema endokrinali (l-Artikolu 57(f) tar-REACH — L-Ambjent)

126.

Etanol, 2-[2-[2-[2-(4-ottilfenossi)etossi]etossi]etossi]-;

2-(p-Ottilfenossi)etanol

51437-92-4

 

Proprjetajiet li jfixklu s-sistema endokrinali (l-Artikolu 57(f) tar-REACH — L-Ambjent)

127.

Etanol, 2-[2-(4-ottilfenossi)etossi]-

51437-90-2

 

Proprjetajiet li jfixklu s-sistema endokrinali (l-Artikolu 57(f) tar-REACH — L-Ambjent)

128.

3,6,9,12,15-Pentaossaettadekan-1-ol, 17-(4-ottilfenossi)-

51437-94-6

 

Proprjetajiet li jfixklu s-sistema endokrinali (l-Artikolu 57(f) tar-REACH — L-Ambjent)

129.

Poli(ossi-1,2-etandiil), α-(isoottilfenil)-ω-idrossi-

9004-87-9

 

Proprjetajiet li jfixklu s-sistema endokrinali (l-Artikolu 57(f) tar-REACH — L-Ambjent)

130.

2-[2-[2-(4-Ottilfenossi)etossi]etossi]etanol

51437-91-3

 

Proprjetajiet li jfixklu s-sistema endokrinali (l-Artikolu 57(f) tar-REACH — L-Ambjent)

131.

3,6,9,12,15-Pentaossaettadekan-1-ol, 17-[4-(1,1,3,3-tetrametilbutil)fenossi]-

2497-58-7

 

Proprjetajiet li jfixklu s-sistema endokrinali (l-Artikolu 57(f) tar-REACH — L-Ambjent)

132.

Etanol, 2-[2-[2-[4-(1,1,3,3-tetrametilbutil)fenossi]etossi]etossi]-

2315-62-0

 

Proprjetajiet li jfixklu s-sistema endokrinali (l-Artikolu 57(f) tar-REACH — L-Ambjent)

133.

Etanol, 2-[2-[2-[2-[4-(1,1,3,3-tetrametilbutil)fenossi]etossi]etossi]etossi]-

2315-63-1

 

Proprjetajiet li jfixklu s-sistema endokrinali (l-Artikolu 57(f) tar-REACH — L-Ambjent)

134.

3,6,9,12-Tetraossatetradekan-1-ol, 14-[4-(1,1,3,3-tetrametilbutil)fenossi]-

2315-64-2

 

Proprjetajiet li jfixklu s-sistema endokrinali (l-Artikolu 57(f) tar-REACH — L-Ambjent)

135.

3,6,9,12,15,18,21,24-Ottaossaeżakosan-1-ol, 26-[4-(1,1,3,3-tetrametilbutil)fenossi]-

2315-65-3

 

Proprjetajiet li jfixklu s-sistema endokrinali (l-Artikolu 57(f) tar-REACH — L-Ambjent)

136.

3,6,9,12,15,18,21,24,27-Nonaossanonakosan-1-ol, 29-[4-(1,1,3,3-tetrametilbutil)fenossi]-

2315-66-4

 

Proprjetajiet li jfixklu s-sistema endokrinali (l-Artikolu 57(f) tar-REACH — L-Ambjent)

137.

Etanol, 2-[3-(1,1,3,3-tetrametilbutil)fenossi]-

1026254-24-9

 

Proprjetajiet li jfixklu s-sistema endokrinali (l-Artikolu 57(f) tar-REACH — L-Ambjent)

138.

Etanol, 2-[2-(1,1,3,3-tetrametilbutil)fenossi]-

84658-53-7

 

Proprjetajiet li jfixklu s-sistema endokrinali (l-Artikolu 57(f) tar-REACH — L-Ambjent)

139.

Etanol, 2-[2-(ottilfenossi)etossi]-

27176-92-7

 

Proprjetajiet li jfixklu s-sistema endokrinali (l-Artikolu 57(f) tar-REACH — L-Ambjent)

140.

N, N-Dimetilformammid

N, N-dimetilformammid; Dimetil formammid, DMF

68-12-2

200-679-5

Tossiku għar-riproduzzjoni kategorija 1B

141.

Prop-2-enammid

Akrilammid; 2-propenammid

79-06-1

201-173-7

Karċinoġenu kategorija 1B/

Mutaġenu kategorija 1B

142.

Piridina, derivattivi tal-alkil, b’kontenut ta’ ≥ 0,1 % benżen (Nru EC 200-753-7)

 

68391-11-7

269-929-9

Karċinoġenu kategorija 1 A/

Mutaġenu kategorija 1B

143.

Kinolina

Kinolina

91-22-5

202-051-6

Karċinoġenu kategorija 1B

144.

Alkoħol Tetraidrofurfuriliku

Alkoħol Tetraidrofurfuriliku;

2-Furanmetanol, tetraidro-

97-99-4

202-625-6

Tossiku għar-riproduzzjoni kategorija 1B

”

(1)  Il-limitu għall-preżenza aċċettabbli tas-sustanzi elenkati fit-tabella bħala impurità mhux intenzjonata fil-prodott lest huwa 0,1 % (piż skont il-piż (w/w)) ħlief fejn ikun iddikjarat mod ieħor f’dan l-Anness.

(2)  Il-limitu għall-preżenza aċċettabbli tas-sustanzi elenkati fit-tabella bħala impurità mhux intenzjonata fil-prodott lest huwa 0,01 % (piż skont il-piż (w/w)), li jikkorrispondi għal-limitu speċifiku ta’ konċentrazzjoni stabbilit fl-Anness VI tar-Regolament (KE) Nru 1272/2008.