5.5.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 161/26


P9_TA(2022)0380

Id-Direttiva dwar ir-Rapportar Korporattiv Sostenibbli

Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tal-10 ta' Novembru 2022 dwar il-proposta għal Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Direttiva 2013/34/UE, id-Direttiva 2004/109/KE, id-Direttiva 2006/43/KE u r-Regolament (UE) Nru 537/2014, fir-rigward tar-rapportar korporattiv sostenibbli minn ċerti impriżi (COM(2021)0189 – C9-0147/2021 – 2021/0104(COD))

(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)

(2023/C 161/07)

Il-Parlament Ewropew,

—

wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2021)0189),

—

wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2) u l-Artikoli 50 u 114 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C9-0147/2021),

—

wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

—

wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Bank Ċentrali Ewropew tas-7 ta’ Settembru 2021 (1),

—

wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew tat-22 ta' Settembru 2021 (2),

—

wara li kkunsidra l-ftehim proviżorju approvat mill-kumitat responsabbli fis-sens tal-Artikolu 74(4) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu u l-impenn meħud mir-rappreżentant tal-Kunsill, permezz tal-ittra tad-29 ta' Ġunju 2022, li japprova l-pożizzjoni tal-Parlament, skont l-Artikolu 294(4) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

—

wara li kkunsidra l-Artikolu 59 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

—

wara li kkunsidra l-opinjonijiet tal-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji, tal-Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali, tal-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel, tal-Kumitat għall-Affarijiet Barranin, tal-Kumitat għall-Iżvilupp u tal-Kumitat għad-Drittijiet tan-Nisa u l-Ugwaljanza bejn is-Sessi,

—

wara li kkunsidra l-ittra tal-Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija,

—

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Legali (A9-0059/2022),

1.

Jadotta l-pożizzjoni fl-ewwel qari li tidher hawn taħt;

2.

Jitlob lill-Kummissjoni terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk tibdel il-proposta tagħha, temendaha b'mod sustanzjali jew ikollha l-ħsieb li temendaha b'mod sustanzjali;

3.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex tgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.

(1)  ĠU C 446, 3.11.2021, p. 2.

(2)  ĠU C 517, 22.12.2021, p. 51.


P9_TC1-COD(2021)0104

Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fl-10 ta’ Novembru 2022 bil-ħsieb tal-adozzjoni tad-Direttiva (UE) 2022/… tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda r-Regolament (UE) Nru 537/2014, id-Direttiva 2004/109/KE, id-Direttiva 2006/43/KE u d-Direttiva 2013/34/UE fir-rigward tar-rapportar korporattiv dwar is-sostenibbiltà

(Peress li ntlaħaq ftehim bejn il-Parlament u l-Kunsill, il-pożizzjoni tal-Parlament taqbel mal-att leġislattiv finali, d-Direttiva (UE) 2022/2464.)