6.1.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 5/1


REGOLAMENT DELEGAT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2023/56

tad-19 ta’ Lulju 2022

li jemenda r-Regolament (UE) 2019/1241 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward ta’ miżuri tekniċi speċifiċi għall-paġella ħamra (Pagellus bogaraveo) fis-subżoni 6 sa 8 tal-ICES

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) 2019/1241 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Ġunju 2019 dwar il-konservazzjoni ta’ riżorsi tas-sajd u l-protezzjoni ta’ ekosistemi tal-baħar permezz ta’ miżuri tekniċi, li jemenda r-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 1967/2006, (KE) Nru 1224/2009 u r-Regolamenti (UE) Nru 1380/2013, (UE) 2016/1139, (UE) 2018/973, (UE) 2019/472 u (UE) 2019/1022 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 894/97, (KE) Nru 850/98, (KE) Nru 2549/2000, (KE) Nru 254/2002, (KE) Nru 812/2004 u (KE) Nru 2187/2005 (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 2(2) u l-Artikolu 15(2) tiegħu,

Billi:

(1)

Fl-14 ta’ Awwissu 2019 daħal fis-seħħ ir-Regolament (UE) 2019/1241 (ir-“Regolament dwar il-Miżuri Tekniċi”) dwar il-miżuri ta’ konservazzjoni tar-riżorsi tas-sajd u l-protezzjoni tal-ekosistemi tal-baħar permezz ta’ miżuri tekniċi. L-Annessi VI u VII ta’ dak ir-Regolament jistabbilixxu miżuri tekniċi reġjonali speċifiċi għall-Ilmijiet tat-Tramuntana u għall-Ilmijiet tal-Lbiċ tal-ilmijiet tal-Unjoni.

(2)

Il-Belġju, Spanja, Franza, l-Irlanda u n-Netherlands (l-“Istati Membri tal-Ilmijiet tal-Majjistral”) għandhom interess ta’ ġestjoni dirett fis-sajd fl-Ilmijiet tal-Majjistral; Il-Belġju, Spanja, Franza, in-Netherlands u l-Portugall (l-“Istati Membri tal-Ilmijiet tal-Lbiċ”) għandhom interess ta’ ġestjoni dirett fis-sajd fl-Ilmijiet tal-Lbiċ. Fil-5 ta’ Marzu 2021, iż-żewġ gruppi reġjonali ssottomettew żewġ rakkomandazzjonijiet konġunti li jipproponu miżuri biex jittejjeb l-istat ta’ konservazzjoni tal-paġella ħamra (Pagellus bogaraveo) li l-Kunsill Internazzjonali għall-Esplorazzjoni tal-Baħar (ICES) ivvaluta b’parir għal ebda qbid fis-subżoni 6 sa 8 tal-ICES għall-perjodu 2021-2022 (2). F’Marzu 2022, l-Istati Membri ssottomettew verżjonijiet aġġornati ta’ dawn ir-rakkomandazzjonijiet konġunti fejn issuġġerew li tingħata estensjoni tad-data tat-tmiem proposta għal ċerti miżuri.

(3)

Il-Kunsill Konsultattiv tal-Ilmijiet tal-Majjistral u l-Kunsill Konsultattiv tal-Ilmijiet tal-Lbiċ ġew ikkonsultati dwar dawn ir-rakkomandazzjonijiet konġunti f’Marzu 2021 u fi Frar 2021, rispettivament.

(4)

Il-Kumitat Xjentifiku, Tekniku u Ekonomiku għas-Sajd (STECF) ivvaluta r-rakkomandazzjonijiet konġunti u l-evidenza pprovduta mill-Istati Membri tal-Ilmijiet tal-Majjistral u mill-Istati Membri tal-Ilmijiet tal-Lbiċ fil-Plenarja ta’ Mejju 2021 (3). Dawn ir-rakkomandazzjonijiet konġunti jipproponu estensjoni tat-tip ta’ miżuri tekniċi li qabel ittieħdu minn Franza u minn Spanja fil-livell nazzjonali, u li ġew ivvalutati mill-STECF fil-Plenarji ta’ April 2019 (4) u Ġunju 2019 (5) biex isiru applikabbli fil-baċiri tal-baħar tal-Ilmijiet tal-Majjistral u tal-Ilmijiet tal-Lbiċ.

(5)

Il-Grupp ta’ Esperti dwar is-Sajd u l-Akkwakultura (EGFA) ġie kkonsultat dwar ir-rakkomandazzjonijiet konġunti permezz ta’ proċedura bil-miktub f’Mejju 2022.

(6)

Ir-rakkomandazzjoni konġunta tal-Istati Membri tal-Ilmijiet tal-Majjistral tipproponi għeluq spazjotemporali għall-bastimenti li jtajru l-bandiera Franċiża fis-sajd għall-paġella ħamra fis-subżoni 6 u 7 tal-ICES. L-STECF (6) ikkonkluda li l-miżura ta’ ġestjoni għandha l-potenzjal li tnaqqas il-qabdiet tal-paġella ħamra u li l-għeluq spazjotemporali għas-sajd kummerċjali jaħbat mal-perjodu ta’ riproduzzjoni għal din l-ispeċi. Għalhekk, jenħtieġ li l-miżura proposta tiġi inkluża fir-Regolament (UE) 2019/1241.

(7)

Ir-rakkomandazzjoni konġunta tal-Istati Membri tal-Ilmijiet tal-Lbiċ tipproponi għeluq spazjotemporali staġjonali għas-sajd kummerċjali u għeluq matul is-sena kollha għas-sajd rikreattiv f’diversi żoni. Ir-rakkomandazzjoni konġunta tinkludi wkoll għeluq staġjonali addizzjonali għall-bastimenti li jtajru l-bandiera Franċiża fis-sajd għall-paġella ħamra fis-subżona 8 tal-ICES. L-STECF (7) ikkonkluda li l-għeluq għas-sajd kummerċjali jinsab fiż-żona fejn aktarx issir ir-riproduzzjoni u li l-għeluq għas-sajd rikreattiv jidher li jinsab f’żoni fejn jinġabru l-frieħ tal-paġella ħamra. Għalhekk, jenħtieġ li l-miżuri proposti jiġu inklużi fir-Regolament Delegat (UE) 2019/1241.

(8)

Barra minn hekk, iż-żewġ rakkomandazzjonijiet konġunti jipproponu l-istabbiliment ta’ daqsijiet minimi ta’ referenza għall-konservazzjoni (MCRS) ta’ 36 cm u ta’ 40 cm għall-qabdiet tal-paġella ħamra fis-sajd kummerċjali u rikreattiv, rispettivament. Fl-Ilmijiet tal-Majjistral, dan ir-Regolament jipproponi li l-Anness VI jiġi emendat biex id-Daqsijiet Minimi ta’ Referenza għall-Konservazzjoni (MCRS) jiżdiedu għal 36 cm għas-sajd kummerċjali u għal 40 cm għas-sajd rikreattiv. Fl-Ilmijiet tal-Lbiċ, dan ir-Regolament jipproponi li l-Anness VII jiġi emendat biex jinkludi l-MCRS ta’ 36 cm għas-sajd kummerċjali. L-MCRS ta’ 40 cm għas-sajd rikreattiv diġà huwa obbligu legali f’konformità mar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2020/2013 (8).

(9)

L-STECF (9) ikkonkluda li r-rakkomandazzjoni konġunta fiha elementi pożittivi li se jtejbu l-ġestjoni tal-istokkijiet, iżda minħabba nuqqas ta’ data ta’ sostenn, mhuwiex possibbli li jiġi vvalutat bis-sħiħ l-impatt ta’ dawn il-miżuri fuq l-istokkijiet rispettivi. L-Istati Membri se jirrieżaminaw dawn il-miżuri sal-31 ta’ Diċembru 2023 fid-dawl tal-istudji xjentifiċi li għaddejjin bħalissa u sakemm jinħareġ il-parir il-ġdid dwar il-paġella ħamra mill-ICES fl-2023. Minħabba li kemm is-sajd kummerċjali kif ukoll dak rikreattiv jikkontribwixxu għall-mortalità kumplessiva mis-sajd ta’ stokk li d-data dwaru hija skarsa u li fir-rigward tiegħu hemm parir għal ebda qbid, jenħtieġ li l-MCRS propost jiġi inkluż fl-Annessi VI u VII tar-Regolament (UE) 2019/1241, minbarra għas-sajd rikreattiv fl-Anness VII, li diġà huwa obbligu legali.

(10)

B’mod ġenerali, għalkemm l-STECF (10) ma jistax jivvaluta jekk il-qabdiet tal-paġella ħamra humiex se jitnaqqsu, dawn il-miżuri ta’ ġestjoni jirrappreżentaw titjib meta mqabbla ma’ dawk ippreżentati fl-2019 u għandhom il-potenzjal li jnaqqsu l-qabdiet tal-paġella ħamra meta mqabbla mal-miżuri ta’ referenza previsti fir-Regolament (UE) 2019/1241. Għalhekk, jenħtieġ li l-Annessi VI u VII tar-Regolament (UE) 2019/1241 jiġu emendati biex jinkludu dawn il-miżuri.

(11)

Peress li l-miżuri previsti f’dan ir-Regolament għandhom impatt dirett fuq l-ippjanar tal-istaġun tas-sajd tal-bastimenti tal-Unjoni u fuq l-attivitajiet ekonomiċi relatati, jenħtieġ li dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu.

(12)

Il-miżuri f’dan ir-Regolament applikabbli għall-ilmijiet tal-Unjoni għandhom l-għan li jilħqu l-objettivi stabbiliti fl-Artikolu 494(1) u (2) tal-Ftehim dwar il-Kummerċ u l-Kooperazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika, minn naħa waħda, u r-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq, min-naħa l-oħra (11), u jikkunsidraw il-prinċipji msemmija fl-Artikolu 494(3) ta’ dak il-ftehim. Dawn huma mingħajr preġudizzju għal kwalunkwe miżura applikabbli fl-ilmijiet tar-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Annessi VI u VII tar-Regolament (UE) 2019/1241 huma emendati f’konformità mal-Anness ta’ dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Għandu japplika sal-31 ta’ Diċembru 2023.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, id-19 ta’ Lulju 2022.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Ursula VON DER LEYEN


(1)   ĠU L 198, 25.7.2019, p. 105.

(2)  https://www.ices.dk/sites/pub/Publication%20Reports/Advice/2020/2020/sbr.27.6-8.pdf

(3)  https://stecf.jrc.ec.europa.eu/documents/43805/2874177/STECF+21-05+-+Eval+JRs+LO+and+TM+Reg.pdf

(4)  https://stecf.jrc.ec.europa.eu/documents/43805/2485362/STECF+PLEN+19-01.pdf

(5)  https://stecf.jrc.ec.europa.eu/documents/43805/2620849/STECF+PLEN+19-03.pdf

(6)  https://stecf.jrc.ec.europa.eu/documents/43805/2874177/STECF+21-05+-+Eval+JRs+LO+and+TM+Reg.pdf

(7)  https://stecf.jrc.ec.europa.eu/documents/43805/2874177/STECF+21-05+-+Eval+JRs+LO+and+TM+Reg.pdf

(8)  Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2020/2013 tal-21 ta’ Awwissu 2020 li jemenda r-Regolament (UE) 2019/1241 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward ta’ miżuri tekniċi għal ċertu sajd demersali u pelaġiku fil-Baħar tat-Tramuntana u fl-Ilmijiet tal-Lbiċ (ĠU L 415, 10.12.2020, p. 3).

(9)  https://stecf.jrc.ec.europa.eu/documents/43805/2874177/STECF+21-05+-+Eval+JRs+LO+and+TM+Reg.pdf

(10)  https://stecf.jrc.ec.europa.eu/documents/43805/2874177/STECF+21-05+-+Eval+JRs+LO+and+TM+Reg.pdf

(11)   ĠU L 149, 30.4.2021, p. 10.


ANNESS

L-Annessi VI u VII tar-Regolament (UE) 2019/1241 huma emendati kif ġej:

(1)

Fl-Anness VI, il-Parti A hija emendata kif ġej:

(a)

Id-dsatax-il entrata tat-tabella hija sostitwita kif ġej:

“Paġella ħamra (Pagellus bogaraveo)

36 cm (1)  (2)  (3)

(b)

It-test fil-punt 1 taħt it-tabella huwa sostitwit kif ġej:

“1.

Id-daqsijiet minimi ta’ referenza għall-konservazzjoni speċifikati f’din il-Parti għall-bakkaljaw (Gadus morhua), għall-merluzz tal-linja sewda (Melanogrammus aeglefinus), għall-pollakkju iswed (Pollachius virens), għall-pollakkju (Pollachius pollachius), għall-merluzz (Merluccius merluccius), għall-megrim (Lepidorhombus spp.), għal-lingwata (Solea spp.), għall-barbun tat-tbajja’ (Pleuronectes platessa), għall-merlangu (Merlangius merlangus), għal-lipp (Molva molva), għal-linarda (Molva dypterygia), għall-kavall (Scomber spp.), għall-aringa (Clupea harengus), għas-sawrell (Trachurus spp.), għall-inċova (Engraulis encrasicolus), għall-ispnotta (Dicentrarchus labrax) u għas-sardina (Sardina pilchardus) għandhom japplikaw għas-sajd rikreattiv fl-Ilmijiet tal-Majjistral, għajr għall-paġella ħamra (Pagellus bogaraveo), li għaliha għandu japplika daqs minimu ta’ referenza għall-konservazzjoni (MCRS) ta’ 40 cm fis-subżoni 6 u 7 tal-ICES sal-31 ta’ Diċembru 2023(1).

(1)

F’każ li ma jiġux adottati regoli ġodda qabel il-31 ta’ Diċembru 2023, mill-1 ta’ Jannar 2024, l-MCRS applikabbli għall-paġella ħamra għandu jkun ta’ 33 cm.”

(2)

Fl-Anness VI, jiżdied il-punt li ġej mal-Parti C:

“11.

Żoni magħluqa għall-konservazzjoni tal-paġella ħamra fis-subżoni 6 u 7 tal-ICES

11.1

Mill-1 ta’ Jannar sat-30 ta’ Ġunju 2023, is-sajd kollu għall-paġella ħamra fis-subżoni 6 u 7 tal-ICES għandu jkun ipprojbit għall-bastimenti li jtajru l-bandiera Franċiża. ”

(3)

Fl-Anness VII, il-Parti A, l-għoxrin entrata tat-tabella hija sostitwita kif ġej:

“Paġella ħamra (Pagellus bogaraveo)

36 cm (4)  (5)

(4)

Fl-Anness VII, jiżdied il-punt li ġej mal-Parti C:

“5.

Żoni magħluqa għall-konservazzjoni tal-paġella ħamra fis-subżona 8 tal-ICES

5.1.

Mill-1 ta’ Frar sat-30 ta’ Settembru ta’ kull sena, għandu jkun ipprojbit is-sajd bil-konzijiet tal-qiegħ (LLS) u bix-xbieki tat-tkarkir tal-qiegħ (OTB) fiż-żona tal-Punent tal-Baħar tal-Kantabrija, jiġifieri dik opposta għal Asturias u għal Galicia, fiż-żoni ġeografiċi magħluqa billi jingħaqdu sekwenzjalment mal-linji rombu l-koordinati li ġejjin, li għandhom jitkejlu skont is-sistema WGS84:

—

43°47'00'' N, 005°15'00'' W

—

43°47'00'' N, 005°12'00'' W

—

43°43'00'' N, 005°12'00'' W

—

43°43'00'' N, 005°15'00'' W

—

43°55'00'' N, 006°46'00'' W

—

43°55'00'' N, 006°37'00'' W

—

43°53'00'' N, 006°46'00'' W

—

43°53'00'' N, 006°37'00'' W

—

44°00'49'' N, 007°01'12'' W

—

44°00'49'' N, 006°57'26'' W

—

43°58'32'' N, 006°57'26'' W

—

43°58'32'' N, 007°01'12'' W

—

44°02'48'' N, 007°13'49'' W

—

44°00'15'' N, 007°10'03'' W

—

44°00'15'' N, 007°10'03'' W

—

44°00'15'' N, 007°13'49'' W.

—

44°10'00'' N, 008°18'00'' W

—

44°10'00'' N, 008°14'00'' W

—

44°07'00'' N, 008°14'00'' W

—

44°07'00'' N, 008°18'00'' W

—

43°34'00'' N, 004°44'00'' W

—

43°34'00'' N, 004°39'00'' W

—

43°32'00'' N, 004°39'00'' W

—

43°32'00'' N, 004°44'00'' W

—

44°07'00'' N, 007°50'00'' W

—

44°07'00'' N, 007°45'00'' W

—

44°05'00'' N, 007°45'00'' W

—

44°05'00'' N, 007°50'00'' W

5.2.

Mill-1 ta’ Jannar sal-30 ta’ Ġunju ta’ kull sena, is-sajd għall-paġella ħamra fis-subżona 8 tal-ICES għandu jkun ipprojbit għall-bastimenti li jtajru l-bandiera Franċiża.

5.3.

Għas-sajd rikreattiv, is-sajd għall-paġella ħamra għandu jkun ipprojbit fiż-żoni ġeografiċi magħluqa billi jingħaqdu sekwenzjalment mal-linji rombu l-koordinati li ġejjin, li għandhom jitkejlu skont is-sistema WGS84:

Żona RF 1 (Cariño/Celeiro)

—

43°46'23'' N, 007°52'04'' W

—

43°48'30'' N, 007°52'04'' W

—

43°49'26'' N, 007°41'17'' W

—

43°45'44'' N, 007°33'21'' W

—

43°43'49'' N, 007°33'21'' W

Żona RF 2 (Ribadeo)

—

43°33'26'' N, 007°02'58'' W

—

43°35'27'' N, 007°02'58'' W

—

43°35'29'' N, 007°01'20'' W

—

43°33'33'' N, 007°01'20'' W

Żona RF 3 (Navia):

—

43°33'51'' N, 006°44'02'' W

—

43°35'52'' N, 006°44'02'' W

—

43°35'52'' N, 006°42'32'' W

—

43°33'52'' N, 006°42'32'' W

Żona RF 4 (Ensenada Canero)

—

43°33'10'' N, 006°28'55'' W

—

43°34'53'' N, 006°30'17'' W

—

43°36'14'' N, 006°28'13'' W

—

43°34'18'' N, 006°28'13'' W

Żona RF 5 (Ensenada de Cabrera/Ría San Martín de la Arena)

—

43°26'18'' N, 004°04'51'' W

—

43°28'22'' N, 004°04'51'' W

—

43°28'55'' N, 004°01'17'' W

—

43°26'56'' N, 004°01'17'' W

Żona RF 6 (Ría de Treto)

—

43°27'49'' N, 003°25'58'' W

—

43°28'59'' N, 003°23'36'' W

—

43°26'16'' N, 003°22'27'' W

—

43°25'09'' N, 003°24'41'' W

Żona RF 7 (Bilbao/Plentzia)

—

43°21'18'' N, 003°07'47'' W

—

43°23'18'' N, 003°07'47'' W

—

43°28'13'' N, 002°56'42'' W

—

43°26'08'' N, 002°56'42'' W

Żona RF 8 (Bermeo/Mundaka)

—

43°25'36'' N, 002°43'23'' W

—

43°27'35'' N, 002°43'23'' W

—

43°26'57'' N, 002°38'45'' W

—

43°24'57'' N, 002°38'45'' W

5.4.

Il-miżuri elenkati fil-punti 5.1 sa 5.3 għandhom japplikaw sal-31 ta’ Diċembru 2023.”


(1)  Dan id-daqs minimu ta’ referenza għall-konservazzjoni għandu japplika sal-31 ta’ Diċembru 2023.

(2)  Fis-subżoni 6 u 7 tal-ICES għandu japplika daqs minimu ta’ referenza għall-konservazzjoni ta’ 40 cm għall-qabdiet tal-paġella ħamra fis-sajd rikreattiv.

(3)  F’każ li ma jiġux adottati regoli ġodda qabel il-31 ta’ Diċembru 2023, mill-1 ta’ Jannar 2024, l-MCRS applikabbli għandu jkun ta’ 33 cm.”

(4)  Dan id-daqs minimu ta’ referenza għall-konservazzjoni għandu japplika sal-31 ta’ Diċembru 2023.

(5)  F’każ li ma jiġux adottati regoli ġodda qabel il-31 ta’ Diċembru 2023, mill-1 ta’ Jannar 2024, l-MCRS applikabbli għandu jkun ta’ 33 cm.”