27.7.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 299/17


Avviż minn qabel ta’ konċentrazzjoni

(Il-każ M.10369 — APG/Stockholms Stadshus/Stockholm Exergi Holding)

Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

(2021/C 299/08)

1.   

Fid-19 ta’ Lulju 2021, il-Kummissjoni rċeviet avviż ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).

Dan l-avviż jikkonċerna l-impriżi li ġejjin:

—

APG Asset Management N.V., (“APG”, in-Netherlands), finalment ikkontrollata minn Stichting Pensioenfonds ABP (in-Netherlands),

—

Stockholms Stadshus AB (“Stockholms Stadshus”, l-Iżvezja), proprjetà tal-Muniċipalità ta’ Stokkolma (l-Iżvezja),

—

Stockholm Exergi Holding AB (publ) (“Stockholm Exergi Holding”, l-Iżvezja), attwalment ikkontrollata minn Stockholms Stadshus u Fortum Oyj (il-Finlandja).

APG u Stockholms Stadshus jakkwistaw skont it-tifsira tal-Artikolu 3(1)(b) u 3(4) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet il-kontroll konġunt ta’ Stockholm Exergi Holding.

Il-konċentrazzjoni hija mwettqa permezz ta’ xiri ta’ ishma f’kumpanija maħluqa ġdida li tikkostitwixxi impriża konġunta.

2.   

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

—

għal APG: proveditur tal-pensjonijiet, attiv fil-forniment ta’ konsulenza eżekuttiva, ġestjoni tal-assi (inklużi assi fi ħdan l-enerġija u l-utilitajiet, telekomunikazzjonijiet, u infrastruttura tat-trasport), amministrazzjoni tal-pensjonijiet, komunikazzjoni tal-pensjonijiet u servizzi ta’ min iħaddem,

—

għal Stockholms Stadshus: attiva fil-kiri tad-djar, il-proprjetajiet tal-iskejjel, id-djar tal-kura, il-proprjetajiet tal-wirjiet u l-areni sportivi/ta’ divertiment, il-provvista tal-ilma u s-servizzi tal-iskart, il-faċilitajiet tal-port, it-tisħin distrettwali u n-netwerks tal-fibra, l-assigurazzjoni tal-ħajja u l-assigurazzjoni mhux tal-ħajja,

—

għal Stockholm Exergi Holding: attiva fil-produzzjoni u l-provvista tat-tisħin distrettwali u t-tkessiħ distrettwali għall-klijenti korporattivi u residenzjali f’seba’ muniċipalitajiet fil-Kontea ta’ Stokkolma, il-produzzjoni u l-bejgħ tal-elettriku, l-immaniġġjar u s-separazzjoni tal-iskart u l-akkwist tal-fjuwil.

3.   

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.

Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura ssimplifikata għat-trattament ta’ ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2) jenħtieġ li jiġi nnutat li dan il-każ jista’ jitqies għal trattament skont il-proċedura stabbilita fl-Avviż.

4.   

Il-Kummissjoni tistieden lil partijiet terzi interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Ir-referenza li ġejja trid tiġi dejjem indikata:

M.10369 — APG/Stockholms Stadshus/Stockholm Exergi Holding

Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-posta elettronika, permezz tal-faks jew bil-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:

Email: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu

Faks +32 22964301

Indirizz postali:

European Commission

Directorate-General for Competition

Merger Registry

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).

(2)  ĠU C 366, 14.12.2013, p. 5.