Proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill li tawtorizza lir-Renju tal-Iżvezja u r-Renju Unit tal-Gran Brittanja u tal-Irlanda ta’ Fuq biex japplikaw miżuri ta' deroga mill-Artikolu 167 tad-direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE dwar is-sistema komuni ta' taxxa fuq il-valur miżjud /* KUMM/2009/0522 finali */
[pic] | KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ | Brussel 13.10.2009 KUMM(2009) 522 finali Proposta għal DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL li tawtorizza lir-Renju tal-Iżvezja u r-Renju Unit tal-Gran Brittanja u tal-Irlanda ta’ Fuq biex japplikaw miżuri ta' deroga mill-Artikolu 167 tad-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE dwar is-sistema komuni ta' taxxa fuq il-valur miżjud MEMORANDUM TA’ SPJEGAZZJONI 1. Kuntest tal-proposta Skont l-Artikolu 395 tad-Direttiva 2006/112/KE tat-28 ta' Novembru 2006 dwar is-sistema komuni ta' taxxa fuq il-valur miżjud (minn hawn 'il quddiem 'id-Direttiva dwar il-VAT'), il-Kunsill, li jaġixxi unanimament fuq proposta mill-Kummissjoni, jista' jawtorizza lil kwalunkwe Stat Membru biex jintroduċi miżuri speċjali ta' deroga mid-dispożizzjonijiet ta’ dik id-Direttiva, sabiex jissimplifika l-proċedura tal-ġbir tat-taxxa fuq il-valur miżjud (VAT) jew sabiex jevita ċerti tipi ta' evażjoni jew evitar tat-taxxa. Ir-Renju tal-Iżvezja (minn hawn 'il quddiem imsejjaħ "l-Iżvezja") u r-Renju Unit tal-Gran Brittanja u tal-Irlanda ta' Fuq (minn hawn 'il quddiem imsejjaħ "ir-Renju Unit") ġew awtorizzati permezz tad-Deċiżjoni 2001/133/KE tal-Kunsill tat-30 ta' Jannar 2007 (ĠU L 57 tal-24.2.2007, p. 12) biex jintroduċu miżura partikolari ta’ deroga mill-Artikolu 167 tad-Direttiva dwar il-VAT sal-31 ta’ Diċembru 2009. Din l-awtorizzazzjoni tippermettilhom li jressqu d-dritt għat-tnaqqis tal-VAT sal-mument meta din tħallset lill-fornitur tal-oġġetti jew għall-fornitur tas-servizzi minn entitajiet taxxabbli li jkollhom fatturat annwali ta' mhux iktar minn 3 000 000 SEK għall-Iżvezja u 1 350 000 GBP għar-Renju Unit, li jippermetti li jibbenefikaw minn sistema fakultattiva (skont il-ħlasijiet) skont liema, b’mod konformi mal-Artikolu 66b tad-Direttiva dwar il-VAT, il-VAT fuq tranżazzjonijiet input tagħhomissir dovuta fil-mument meta jitħallas il-prezz. Permezz ta’ ittra rreġistrata fis-Segretarjat Ġenerali tal-Kummissjoni fit-3 ta’ Marzu 2009, l-Iżvezja talbet awtorizzazzjoni għal estensjoni ta’ din il-miżura. Permezz ta’ ittra rreġistrata fis-Segretarjat Ġenerali tal-Kummissjoni fil-15 ta' Jannar 2009, ir-Renju Unit talab l-awtorizzazzjoni għal estensjoni ta’ din il-miżura iżda li l-fatturat annwali tas-sistema tiġi emendata għal 1 500 000 GBP. Ir-Renju Unit indika li din iż-żieda tippermetti li tinżamm rabta approssimativa mal-limitu ta’ EUR 2 000 000 tal-mikrointrapriżi meta titqies ir-rata tal-kambju attwali tal-lira sterlina meta mqabbla mal-euro u dan ikollu l-effett li s-sistema ssir disponibbli għal 6 800 impriżi oħrajn. Skont l-Artikolu 395(2) tad-Direttiva dwar il-VAT, permezz tal-ittri tad-9 ta' Lulju 2009, il-Kummissjoni infurmat lill-Istati Membri l-oħra dwar it-talbiet tal-Iżvezja u tar-Renju Unit u, permezz tal-ittri tat-13 ta' Lulju 2009, infurmat lill-Iżvezja u lir-Renju Unit li kienet fil-pussess tad-dejta relevanti kollha għall-valutazzjoni tat-talba. Is-sistema skont il-ħlasijiet hija sistema ta’ taxxa simplifikata u fakultattiva maħsuba għall-intrapriżi ż-żgħar li ma jibbenefikawx minn eżenzjoni mit-taxxa. Din tippermetti lil dawn it-tip ta' persuni taxxabbli li japplikaw regola sempliċi bbażata fuq id-data ta' ħlas tat-tranżazzjonijiet tagħhom ta’ input u output, biex jiddeterminaw f'liema punt għandhom jeżerċitaw id-dritt tagħhom biex inaqqsu l-VAT u biex iħalllsu t-taxxa lill-awtoritajiet tat-taxxi interni. Għalhekk, din hija miżura ta’ simplifikazzjoni b’mod partikolari għall-dawk l-impriżi li għandhom diffikultà jiddeterminaw, skont ir-regoli normali, id-data dovuta għat-tranżazzjonijiet ta’ input u output, u għal dawk li ma jżommux kontabbilità fuq il-bażi tad-dovuti. Barra minn hekk, din is-sistema tipprovdi vantaġġ għall-fluss ta’ flus b'mod partikolari għall-impriżi li għandhom nefqiet li prinċipalment mhumiex taxxabbli bil-VAT bħall-pagi jew li jħallsu minħabba ħlas tardiv ta’ ammonti kbar mill-klijenti tagħhom li mbagħad ma jistgħux jgħaddu lill-fornituri tagħhom. Il-Kummissjoni, fil-proposta tagħha tat-28 ta’ Jannar 2009 għal direttiva li temenda d-Direttiva 2006/112/KE fir-rigward tar-regoli dwar il-fatturazzjoni (COM(2009) 21 finali), inklużi dispożizzjonijiet li jippermettu lill-Istati Membri kollha li jipposponu d-dritt għat-tnaqqis tal-VAT sal-mument meta din tkun tħallset lill-fornitur fir-rigward ta’ persuni taxxabbli b’fatturat annwali ta’ mhux iktar minn limitu stabbilit, li jista’ jiġi stabbilit mill-Istati Membri sa mhux iktar mill-limitu ta’ EUR 2 000 000 għall-mikrointrapriżi skont ir-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni 2003/361/KE tas-6 ta’ Mejju 2003, ĠU L 124 tal-20.5.2003, p.36), u li permezz ta’ hekk jibbenefikaw minn sistema fakultattiva skont liema l-VAT, li hija applikabbli għat-tranżazzjonijiet input tagħhom, ma ssirx eżiġibbli sakemm ikunu rċevew il-pagament tal-prezz. B'kunsiderazzjoni tad-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 395 tad-Direttiva dwar il-VAT u l-argumenti ppreżentati mill-Iżvezja u mir-Renju Unit, il-Kummissjoni tqis li d-deroga mitluba tissodisfa l-kundizzjonijiet li jinsabu f'dan l-Artikolu u, b'mod partikolari, billi tidħol fil-qafas tas-sistema fakultattiva skont il-ħlasijiet, tissimplifika l-proċedura dwar id-dħul tat-taxxa għall-mikrointrapriżi. Konsegwentement u anke b'kunsiderazzjoni tat-tagħrif ġenerali tal-isfond stipulat hawn fuq, il-Kummissjoni m'għandiex oġġezzjoni għal din it-talba u b'hekk tqis li għandha tippreżenta lill-Kunsill il-proposta korrispondenti. B’mod partikolari, il-limiti tal-fatturat annwali tas-sistema huma, wara applikazzjoni tar-regoli ta’ konverżjoni stipulati fl-Artikoli 399 u 400 tad-Direttiva tal-VAT, inqas minn dak li qed tipproponi. Madankollu, il-Kummissjoni tikkunsidra li jaqbel li tagħti lil din id-deroga tul ta' żmien ta' applikazzjoni limitat sabiex tkun tista' tivvaluta regolarment, b’mod partikolari abbażi tal-informazzjoni relevanti pprovduta minn dawn l-Istati Membri, jekk jibqgħux ir-raġunijiet legali u fattwali li jiġġustifikawha illum. Hi tqis ukoll li jaqbel li fi kwalunkwe każ din id-deroga għandha tieqaf tapplika mad-dħul fis-seħħ tar-regoli armonizzati proposti mill-Kummissjoni għal din is-sistema partikolari. 2. Konsultazzjoni mal-partijiet interessati u l-valutazzjoni tal-impatt Il-proposta ta’ deċiżjoni tippermetti ż-żamma ta’ sistema fakultattiva tal-kontabbiltà skont il-ħlasijiet mmirata biex tissimplifika l-applikazzjoni tar-regoli tal-VAT mill-mikrointrapriżi filwaqt li jtejjbu s-sitwazzjoni tal-fluss tal-flus tagħhom. Għalhekk din ikollha impatt pożittiv għal dawn tal-aħħar. Ma kienx hemm bżonn għal esperti esterni, lanqas konsultazzjoni mal-partijiet interessati u lanqas valutazzjoni tal-impatt ta' tali deċiżjoni. Fi kwalunkwe każ, dan l-impatt se jkun limitat minħabba l-ambitu ta' applikazzjoni ristrett u t-tul ta' żmien ta' applikazzjoni limitat tad-deroga. 3. L-elementi legali tal-proposta Id-deċiżjoni proposta għandha l-għan li tippermetti lill-Iżvezja u lir-Renju Unit ikomplu jibbenefikaw minn deroga tal-Artikolu 167 tad-Direttiva dwar il-VAT u li jipposponu d-dritt għat-tnaqqis tal-VAT sal-mument meta din titħallas lill-fornitur tal-oġġetti jew lill-fornitur tas-servizzi, dawn l-imsemmija jkollhom fatturat annwali ta' mhux iktar minn 3 000 000 SEK għall-Iżvezja u 1 500 000 GBP għar-Renju Unit, li jippermetti li jibbenefikaw minn sistema fakultattiva (skont il-ħlasijiet) skont liema, b’mod konformi mal-Artikolu 66b tad-Direttiva dwar il-VAT, il-VAT fuq it-tranżazzjonijiet input tagħhom issir dovuta meta jitħallas il-prezz. Il-bażi legali ta' din id-deċiżjoni hil-Artikolu 395 tad-Direttiva dwar il-VAT li kienet adottata skont l-Artikolu 93 tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea. F'konformità ma' dan l-Artikolu, l-Istat Membru li jixtieq idaħħal miżuri speċjali ta' deroga mill-imsemmja Direttiva għandu jikseb awtorizzazzjoni mill-Kunsill, li tieħu l-forma ta' Deċiżjoni tal-Kunsill. Peress li hija miżura ta' implimentazzjoni li tinvolvi armonizzazzjoni tal-leġiżlazzjonijiet dwar it-taxxi fuq il-fatturat, il-prinċipju tas-sussidjarità hu rispettat. Il-proposta hija konformi mal-prinċipju ta’ proporzjonalità u għalhekk ma taqbiżx dak li huwa meħtieġ biex jintlaħaq l-għan ta’ simplifikazzjoni minħabba li din hija indirizzata għal numru limitat ta’ persuni taxxabblili , barra minn hekk, jistgħu jiddeċiedu jekk jagħżlux din is-sistema jew le. Għalhekk, hi tidderoga biss mill-prinċipji tad-Direttiva dwar il-VAT b'mod limitat u xieraq. 4. implikazzjoni baġitarjA Il-proposta m'għandha l-ebda implikazzjoni għall-baġit tal-Komunità. 5. Informazzjoni addizzjonali Il-proposta tistipula li l-perjodu ta’ applikazzjoni tad-Deċiżjoni jieqaf japplika b’mod awtomatiku fil-jum tad-dħul fis-seħħ tad-dispożizzjonijiet li jistabilixxu r-regoli armonizzati li jippermettu lill-Istati Membri kollha li japplikaw il-miżura partikolari derogatorja mitluba. Proposta għal DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL li tawtorizza lir-Renju tal-Iżvezja u r-Renju Unit tal-Gran Brittanja u tal-Irlanda ta’ Fuq biex japplikaw miżuri ta' deroga mill-Artikolu 167 tad-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE dwar is-sistema komuni ta' taxxa fuq il-valur miżjud IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA, wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 93 tiegħu, wara li kkunsidra d-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE tat-28 ta' Novembru 2006 dwar is-sistema komuni ta' taxxa fuq il-valur miżjud (VAT)[1], u b'mod partikolari l-Artikolu 395(1) tagħha, wara li kkunsidra il-proposta mill-Kummissjoni[2], Billi: (1) Ir-Renju tal-Iżvezja (minn hawn il-quddiem “l-Iżvezja”) u r-Renju Unit tal-Gran Brittanja u tal-Irlanda ta’ Fuq (minn hawn 'il quddiem "Ir-Renju Unit") ġew awtorizzati, permezz tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2007/133/KE[3], b’deroga mill-Artikolu 167 tad-Diretiva 2006/112/KE, biex jipposponu d-dritt għat-tnaqqis tat-taxxa fuq il-valur miżjud (VAT) sal mument meta din titħallas lill-fornitur ta’ oġġetti jew fornitur ta’ servizzi, fir-rigward ta’ persuni taxxabbli li jużaw is-sistema fakultattiva tal-kontabilità skont il-ħlasijiet skont liema, b'mod konformi mal-Artikolu 66(b) tad-Direttiva msemmija, il-VAT fuq il-konsenji ta’ oġġetti u l-provvediment ta’ servizzi jsiru eżiġibbli meta jitħallas il-prezz. Biex jibbenefikaw minn din is-sistema, il-fatturat annwali tagħhom m'għandux ikun iktar minn 3 000 000 SEK għall-Iżvezja u 1 350 000 GBP għar-Renju Unit. (2) L-Iżvezja u r-Renju Unit talbu l-awtorizzazzjoni għal estensjoni ta’ din il-miżura partikolari permezz ta’ ittri rreġistrati fis-Segretarjat Ġenerali tal-Kummissjoni fit-3 ta' Marzu 2009 għall-Iżvezja u fil-15 ta’ Jannar 2009 għar-Renju Unit. Dan l-Istat Membru tal-aħħar talab ukoll sabiex il-limitu ta’ fatturat annwali ta’ din is-sistema jiżdied għal 1 500 000 GBP. (3) Skont l-Artikolu 395(2) tad-Direttiva 2006/112/KE, permezz tal-ittri tad-9 ta' Lulju 2009, il-Kummissjoni infurmat lill-Istati Membri l-oħra dwar ittalbiet tal-Iżvezja u tar-Renju Unit u, permezz tal-ittri tat-13 ta' Lulju 2009, infurmat lill-Iżvezja u lir-Renju Unit li kienet fil-pussess tad-dejta relevanti kollha għall-valutazzjoni tat-talba. (4) Is-sistema skont il-ħlasijiet hija sistema simplifikata u fakultattiva maħsuba għall-intrapriżi ż-żgħar li ma jibbenefikawx minn eżenzjoni tat-taxxa. Din tippermetti lil dan it-tip ta' persuni taxxabbli sabiex japplikaw regola sempliċi bbażata fuq id-data ta' ħlas għat-tranżazzjonijiet input u outputtagħhom , biex jiddeterminaw f'liema punt għandhom jeżerċitaw id-dritt tagħhom biex inaqqsu l-VAT u biex iħalllsu t-taxxa lill-awtoritajiet tat-taxxi interni. Għalhekk, din is-sistema tikkostitwixxi miżura ta’ simplifikazzjoni għall-persuni taxxabbli, li tista’, barra minn hekk toħloq vantaġġ għall-fluss tal-flusi. (5) Il-Kummissjoni pproponiet fit-28 ta’ Jannar 2009, id-Direttiva (COM(2009) 21 finali) li temenda d-Direttiva 2006/112/KE f’dak li jirrigwarda r-regoli ta’ fatturazzjoni u li tippermetti wkoll lill-Istati Membri li jipposponu d-dritt għat-tnaqqis tal-VAT sal mument meta jitħallas lill-fornituri ta’ oġġetti jew fornituri ta’ servizzi, fir-rigward ta’ persuni li huma taxxabbli u li l-fatturat annwali tagħhom mhuwiex iktar minn limitu li jista' jiġi stabbilit mill-Istati Membri sa' 2 000 000 EUR u li minnu jibbenefikaw, konsegwentement, minn sistema fakultattiva li permezz tagħha l-VAT applikabbli fuq it-tranżazzjonijiet tagħhom issir eżiġibbli biss meta jitħallas il-prezz. (6) Il-miżura partikolari derogatorja mitluba ma taffettwax l-ammont tad-dħul tal-VAT miksub mill-Iżvezja u mir-Renju Unit fil-mument tal-konsum finali u m’għandha l-ebda effett fuq ir-riżorsi proprji tal-Komunità Ewropea li joriġinaw mill-VAT. ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI: Artikolu 1 B’deroga mill-Artikolu 167 tad-Direttiva 2006/112/KE, l-Iżvezja u r-Renju Unit huma awtorizzati li jressqu d-dritt għat-tnaqqis tat-taxxa fuq il-valur miżjud tal-persuni taxxabbli msemmija fit-tieni inċiż, sal mument meta din titħallas lill-fornituri ta' oġġetti u fornituri ta' servizzi. Il-persuni taxxabbli kkonċernati għandhom ikunu għażlu s-sistema applikabbli li permezz tagħha t-taxxa fuq il-valur miżjud fuq il-konsenji ta’ oġġetti u l-għoti ta’ servizzi huma taxxabbli mal-ħlastal-prezz. Skont din is-sistema, il-fatturat annwali tagħhom m'għandux ikun iktar minn 3 000 000 SEK għall-Iżvezja u 1,500,000 GBP għar-Renju Unit. Artikolu 2 Din id-Deċiżjoni hija applikabbli mill-1 ta’ Jannar 2010 sad-data tad-dħul fis-seħħ tad-dispożizzjonijiet ta’ direttiva li tawtorizza lill-Istati Membri biex iressqu d-dritt għat-tnaqqis tat-taxxa fuq il-valur miżjud sal mument meta din titħallas lill-fornitur ta' oġġetti jew fornitur ta' servizzi fir-rigward ta’ persuni taxxabbli li l-fatturat annwali tagħhom mhuwiex iktar minn limitu determinat u lijibbenefikaw b'dan il-mod minn sistema fakultattiva applikabbli li biha t-taxxa fuq il-konsenji ta' oġġetti u servizzi ssir eżiġibbli fil-mument meta jitħallsu għaliha. Fi kwalunkwe każ, din id-Deċiżjoni hija applikabbli mhux iktar tard mill-31 ta’ Diċembru 2012. Artikolu 3 Din id-Deċiżjoni hi indirizzata lir-Renju tal-Iżvezja u lir-Renju Unit tal-Gran Brittanja u tal-Irlanda ta’ Fuq. Magħmula fi Brussell, Għall-Kunsill Il-President [1] ĠU L 347, tal-11.12.2006, p. 1. [2] ĠU C , , p. . [3] ĠU L 57, 24.2.2007, p. 12.