21.7.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 187/1


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL 2010/404/PESK

tal-14 ta’ Ġunju 2010

dwar l-iffirmar u l-konklużjoni tal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u l-Prinċipat tal-Liechtenstein dwar proċeduri ta’ sigurtà għall-iskambju ta’ informazzjoni klassifikata

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea (minn hawn ‘il quddiem imsejjaħ it-“TUE”), b’mod partikolari l-Artikolu 37 tiegħu, u t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (minn hawn ‘il quddiem imsejjaħ it-“TFUE”), b’mod partikolari l-Artikolu 218(5) u l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 218(6) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta tar-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà,

Billi:

(1)

Fil-laqgħa tiegħu fid-9 ta’ Ġunju 2008, il-Kunsill iddeċieda li jawtorizza lill-Presidenza biex tiftaħ negozjati, skont dak li kien l-Artikolu 24 tat-TUE, mal-Prinċipat tal-Liechtenstein sabiex jiġi konkluż ftehim dwar is-sigurtà tal-informazzjoni.

(2)

Wara dik l-awtorizzazzjoni, il-Presidenza nnegozjat ftehim mal-Prinċipat tal-Liechtenstein dwar il-proċeduri ta’ sigurtà għall-iskambju ta’ informazzjoni klassifikata.

(3)

Dan il-ftehim għandu jiġi approvat,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u l-Prinċipat tal-Liechtenstein dwar il-proċeduri ta’ sigurtà għall-iskambju ta’ informazzjoni klassifikata b’dan huwa approvat f’isem l-Unjoni.

It-test tal-Ftehim huwa mehmuż ma’ din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

Il-President tal-Kunsill b’dan huwa awtorizzat li jinnomina il-persuna/i bis-setgħa li tiffirma/jiffirmaw il-Ftehim sabiex jorbot lill-Unjoni.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.

Magħmul fil-Lussemburgu, l-14 ta’ Ġunju 2010.

Għall-Kunsill

Il-President

C. ASHTON