<?xml version="1.0" encoding="UTF-8"?><JUDGMENT xmlns:fmx="http://opoce" xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" xsi:noNamespaceSchemaLocation="http://formex.publications.europa.eu/schema/formex-05.58-20161101.xd"><BIB.JUDGMENT><REF.CASE FILE="n.a."><NO.CASE>T-402/15</NO.CASE></REF.CASE><NO.CELEX>62015TJ0402</NO.CELEX><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:T:2018:107">EU:T:2018:107</NO.ECLI><NO.SEQ>0001</NO.SEQ><PAGE.FIRST.ECR>1</PAGE.FIRST.ECR><PAGE.SEQ>1</PAGE.SEQ><PAGE.LAST.ECR>7</PAGE.LAST.ECR><PAGE.TOTAL>7</PAGE.TOTAL><AUTHOR>T</AUTHOR></BIB.JUDGMENT><CURR.TITLE><PAGE.HEADER><P><HT TYPE="SC">Sentenza tal-<DATE ISO="20180301">1.3.2018</DATE> – Kawża T-402/15 [<HT TYPE="ITALIC">Estratti</HT>]</HT></P><P><HT TYPE="SC">Il-Polonja vs Il-Kummissjoni</HT></P></PAGE.HEADER></CURR.TITLE><TITLE><TI><P><HT TYPE="UC">Sentenza tal-Qorti Ġenerali</HT> (Is-Seba’ Awla)</P><P><DATE ISO="20180301">1 ta’ Marzu 2018</DATE><NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="STAR" NOTE.ID="E0001"><P>Lingwa tal-kawża: il-Pollakk.</P></NOTE></P></TI></TITLE><INTERMEDIATE><INDEX IDX.CLOSE="”" SEPARATOR=" – " IDX.OPEN="“"><KEYWORD>FEŻR</KEYWORD><KEYWORD>Rifjut li tiġi kkonfermata kontribuzzjoni finanzjarja għal proġett kbir</KEYWORD><KEYWORD>Artikolu 41(1) tar-Regolament (KE) Nru 1083/2006</KEYWORD><KEYWORD>Evalwazzjoni tal-kontribuzzjoni ta’ proġett kbir għat-twettiq tal-għanijiet tal-programm operazzjonali</KEYWORD><KEYWORD>Artikolu 41(2) tar-Regolament Nru 1083/2006</KEYWORD><KEYWORD>Skadenza tat-terminu</KEYWORD></INDEX></INTERMEDIATE><JUDGMENT.INIT><P>Fil-Kawża T‑402/15,</P></JUDGMENT.INIT><PARTIES><PLAINTIFS><P><HT TYPE="BOLD">Ir-Repubblika tal-Polonja</HT>, irrappreżentata minn B. Majczyna, bħala aġent,</P><PARTY.STATUS>rikorrenti,</PARTY.STATUS></PLAINTIFS><AGAINST>vs</AGAINST><DEFENDANTS><P><HT TYPE="BOLD">Il-Kummissjoni Ewropea</HT>, irrappreżentata minn B.-R. Killmann u M. Siekierzyńska, bħala aġenti,</P><PARTY.STATUS>konvenuta,</PARTY.STATUS></DEFENDANTS></PARTIES><P>li għandha bħala suġġett talba abbażi tal-Artikolu 263 TFUE u intiża għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2015) 3228 finali, tal-<DATE ISO="20150511">11 ta’ Mejju 2015</DATE>, li tirrifjuta l-konferma lir-Repubblika tal-Polonja ta’ kontribuzzjoni finanzjarja mill-Fond Ewropew għal żvilupp reġjonali (FEŻR) għall-proġett kbir <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0001" ID="QS0001"/>Ċentru Ewropew ta’ servizzi komuni – Sistemi loġistiċi intelliġenti<QUOT.END REF.START="QS0001" CODE="201D" ID="QE0001"/> fil-kuntest tal-assi prijoritarju Nru 4 tal-programm operazzjonali <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0002" ID="QS0002"/>Ekonomija innovanti<QUOT.END REF.START="QS0002" CODE="201D" ID="QE0002"/>,</P><PREAMBLE><PREAMBLE.INIT><P>IL-QORTI ĠENERALI (Is-Seba’ Awla)</P><P>komposta minn V. Tomljenović, President, A. Marcoulli (Relatur) u A. Kornezov, Imħallfin,</P><P>Reġistratur: E. Coulon,</P></PREAMBLE.INIT><PREAMBLE.FINAL>tagħti l-preżenti</PREAMBLE.FINAL></PREAMBLE><CONTENTS.JUDGMENT><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Sentenza<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NOTE.ID="E0002"><P>Qed jiġu riprodotti biss il-punti ta’ din is-sentenza li l-Qorti Ġenerali tqis li l-pubblikazzjoni tagħhom hija utli.</P></NOTE></HT></P></TI><STI><P>[<HT TYPE="ITALIC">omissis</HT>]</P></STI></TITLE></GR.SEQ><?PAGE NO="2"?><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Il-proċedura u t-talbiet tal-partijiet</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0016"><NO.P>16</NO.P><TXT>Permezz ta’ rikors ippreżentat fir-Reġistru tal-Qorti Ġenerali fit-<DATE ISO="20150722">22 ta’ Lulju 2015</DATE>, ir-Repubblika tal-Polonja ppreżentat dan ir-rikors. Hija titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:</TXT><P><LIST TYPE="NDASH"><ITEM><P>tannulla d-deċiżjoni kkontestata;</P></ITEM><ITEM><P>tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż.</P></ITEM></LIST></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0017"><NO.P>17</NO.P><TXT>Fl-<DATE ISO="20151104">4 ta’ Novembru 2015</DATE>, il-Kummissjoni ppreżentat ir-risposta tagħha fir-Reġistru tal-Qorti Ġenerali. Il-Kummissjoni titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:</TXT><P><LIST TYPE="NDASH"><ITEM><P>tiċħad ir-rikors bħala infondat;</P></ITEM><ITEM><P>tikkundanna lir-Repubblika tal-Polonja għall-ispejjeż.</P></ITEM></LIST></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0018"><NO.P>18</NO.P><TXT>Ir-Repubblika tal-Polonja ppreżentat replika fil-<DATE ISO="20160105">5 ta’ Jannar 2016</DATE> u l-Kummissjoni ppreżentat kontroreplika fil-<DATE ISO="20160311">11 ta’ Marzu 2016</DATE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0019"><NO.P>19</NO.P><TXT>L-ebda waħda mill-partijiet ma talbet li tinżamm seduta.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0020"><NO.P>20</NO.P><TXT>Il-Qorti Ġenerali (Is-Seba’ Awla) iddeċidiet, b’applikazzjoni tal-Artikolu 106(3) tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali, li taqta’ l-kawża mingħajr il-fażi orali tal-proċedura.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Id-dritt</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0021"><NO.P>21</NO.P><TXT>Ir-Repubblika tal-Polonja tinvoka erba’ motivi insostenn tar-rikors, ibbażati, essenzjalment, l-ewwel, minn naħa, fuq il-ksur tad-dispożizzjonijiet ikkunsidrati flimkien tal-Artikolu 41(1), tal-Artikolu 56(3), u tal-Artikolu 60(a) tar-Regolament Nru<HT TYPE="SUP">o</HT>1083/2006 kif ukoll fuq il-ksur tal-prinċipju ta’ kooperazzjoni leali u, min-naħa l-oħra, fuq il-ksur tal-Artikolu 41(2) tar-Regolament Nru<HT TYPE="SUP">o</HT>1083/2006, it-tieni, fuq żball ta’ evalwazzjoni tal-livell ta’ diffużjoni tal-innovazzjoni u tan-natura innovattiva tal-proġett, it-tielet, fuq żball ta’ evalwazzjoni tan-natura tax-xogħlijiet maħluqa mill-proġett u, ir-raba’, fuq żball ta’ evalwazzjoni tal-proġett fir-rigward tal-valur miżjud u l-effett ta’ inċitazzjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0022"><NO.P>22</NO.P><TXT>Għandu jiġi rrilevat li l-ewwel motiv tar-rikors jirrigwarda l-metodi proċedurali u sostantivi ta’ evalwazzjoni tal-proġett, filwaqt li l-aħħar tliet motivi jirrigwardaw suċċessivament it-tliet motivi li abbażi tagħhom il-Kummissjoni qieset li l-proġett ma kienx jikkontribwixxi għat-twettiq tal-għanijiet tal-POEI fis-sens tal-Artikolu 41(1) tar-Regolament Nru<HT TYPE="SUP">o</HT>1083/2006, jiġifieri n-nuqqas ta’ diffużjoni tal-innovazzjoni, in-nuqqas ta’ impjiegi kkwalifikati ħafna u n-nuqqas ta’ valur miżjud (ara l-punt 15 iktar ’il fuq).</TXT><P>[<HT TYPE="ITALIC">omissis</HT>]</P></NP.ECR><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Fuq l-ewwel motiv, ibbażat, essenzjalment, minn naħa, fuq il-ksur tad-dispożizzjonijiet ikkunsidrati flimkien tal-Artikolu 41(1), tal-Artikolu 56(3), u tal-Artikolu 60(a) tar-Regolament Nru<HT TYPE="SUP">o</HT>1083/2006 kif ukoll fuq il-ksur tal-prinċipju ta’ kooperazzjoni leali u, min-naħa l-oħra, fuq il-ksur tal-Artikolu 41(2) tar-Regolament Nru<HT TYPE="SUP">o</HT>1083/2006</HT></HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0043"><NO.P>43</NO.P><TXT>Ir-Repubblika tal-Polonja tosserva li l-Kummissjoni wettqet żewġ ċirkustanzi prinċipali ta’ ksur. Minn naħa, waqt l-evalwazzjoni tal-proġett, il-Kummissjoni marret lil hinn mill-kriterji tal-għażla. Min-naħa l-oħra, il-Kummissjoni kisret it-terminu previst fl-Artikolu 41(2) tar-Regolament Nru<HT TYPE="SUP">o</HT>1083/2006.</TXT><?PAGE NO="3"?><P><HT TYPE="ITALIC">[omissis]</HT></P></NP.ECR><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Fuq it-tieni parti tal-ewwel motiv, ibbażata fuq il-ksur tat-terminu previst fl-Artikolu 41(2) tar-Regolament Nru<HT TYPE="SUP">o</HT>1083/2006.</HT></P></TI><STI><P>[<HT TYPE="ITALIC">omissis</HT>]</P></STI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0065"><NO.P>65</NO.P><TXT>L-Artikolu 41(2) tar-Regolament Nru 1083/2006 jistipula dan li ġej:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0003" ID="QS0003"/>Il-Kummissjoni għandha tadotta deċiżjoni kemm jista’ jkun malajr iżda mhux aktar tard minn 3 xhur wara l-preżentazzjoni mill-Istat Membru […], bil-kondizzjoni li l-preżentazzjoni ssir skond l-Artikolu 40 [tar-Regolament Nru 1083/2006]. Dik id-deċiżjoni għandha tiddefinixxi s-suġġett fiżiku, l-ammont li għalih tapplika r-rata ta’ ko-finanzjament għall-assi prijoritarju, u l-pjan annwali ta’ kontribuzzjoni finanzjarja mill-EDRF jew il-Fond ta’ Koeżjoni.<QUOT.END REF.START="QS0003" CODE="201D" ID="QE0003"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0066"><NO.P>66</NO.P><TXT>L-Artikolu 41(3) tar-Regolament Nru 1083/2006 jistipula dan li ġej:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0004" ID="QS0004"/>Fejn il-Kummissjoni tirrifjuta li tagħmel kontribuzzjoni finanzjarja mill-Fondi għal proġett kbir, hija għandha tinnotifika lill-Istat Membru dwar ir-raġunijiet tagħha fi żmien il-perjodu u l-kondizzjonijiet relatati stabbiliti fil-paragrafu 2.<QUOT.END REF.START="QS0004" CODE="201D" ID="QE0004"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0067"><NO.P>67</NO.P><TXT>Fl-ewwel lok, għandu jiġi ddeterminat jekk it-terminu msemmi fl-Artikolu 41(2) tar-Regolament Nru<HT TYPE="SUP">o</HT>1083/2006 għandux natura indikattiva jew imperattiva, fid-dawl tal-kliem u tal-istruttura ta’ din id-dispożizzjoni (ara, b’analoġija, is-sentenza tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20050120">20 ta’ Jannar 2005</DATE>, <NAME.CASE>Merck, Sharp &amp; Dohme</NAME.CASE>, <NO.CASE>C-245/03</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2005:41">EU:C:2005:41</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0020">20</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0068"><NO.P>68</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, għandu jiġi rrilevat li l-Artikolu 41(2) tar-Regolament Nru<HT TYPE="SUP">o</HT>1083/2006 ma fihx indikazzjonijiet li jippermettu li jiġi kkonferit lit-terminu msemmi fih natura purament indikattiva. B’mod kuntrarju, l-użu tal-verb <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0005" ID="QS0005"/>adotta<QUOT.END REF.START="QS0005" CODE="201D" ID="QE0005"/> fil-forma indikattiva (<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0006" ID="QS0006"/>għandha tadotta<QUOT.END REF.START="QS0006" CODE="201D" ID="QE0006"/>) juri li l-Kummissjoni hija marbuta li tirrispetta t-terminu msemmi, liema ħaġa hija kkorroborata, b’mod partikolari, mill-verżjoni bl-Ingliż ta’ din id-dispożizzjoni, li, bl-użu tat-termini <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0007" ID="QS0007"/>shall adopt<QUOT.END REF.START="QS0007" CODE="201D" ID="QE0007"/>, tirreferi espressament għal obbligu. L-użu tal-espressjoni <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0008" ID="QS0008"/>kemm jista’ jkun malajr iżda mhux aktar tard<QUOT.END REF.START="QS0008" CODE="201D" ID="QE0008"/> jikkonferma li l-osservanza tat-terminu msemmi ma hijiex fakultattiva, iżda obbligu għall-Kummissjoni, li l-leġiżlatur ried jenfasizza.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0069"><NO.P>69</NO.P><TXT>Isegwi li t-terminu msemmi fl-Artikolu 41(2) tar-Regolament Nru<HT TYPE="SUP">o</HT>1083/2006, hekk kif jirriżulta mill-kliem kif ukoll mill-istruttura tad-dispożizzjoni msemmija, huwa terminu imperattiv.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0070"><NO.P>70</NO.P><TXT>Fit-tieni lok, għandu jiġi kkonstatat li, f’dan il-każ, kif issostni ġustament ir-Repubblika tal-Polonja (ara l-punt 61 iktar ’il fuq), fid-dawl tal-iżviluppi fattwali mfakkra fil-punti 3 sa 14 iktar ’il fuq, it-terminu ta’ tliet xhur previst fl-Artikolu 41(2) tar-Regolament Nru<HT TYPE="SUP">o</HT>1083/2006, applikabbli għal deċiżjoni ta’ rifjut skont l-Artikolu 41(3) ta’ dan ir-Regolament, inqabeż mill-Kummissjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0071"><NO.P>71</NO.P><TXT>Fil-fatt, għandu jiġi kkonstatat li, wara l-irtirar tal-ewwel talba għal konferma, li temmet il-proċedura ta’ evalwazzjoni ta’ din it-talba, fir-rigward tat-tieni talba għal konferma, il-Kummissjoni, qabel kollox, ħadet kważi ħdax-il xahar biex tibgħat lir-Repubblika tal-Polonja, fl-<DATE ISO="20140624">24 ta’ Ġunju 2014</DATE>, ittra li fiha l-evalwazzjoni tagħha ta’ din it-talba u, sussegwentement, wara r-risposta tar-Repubblika tal-Polonja tat-<DATE ISO="20140828">28 ta’ Awwissu 2014</DATE>, ħadet kważi tmien xhur u nofs biex tiddeċiedi formalment fuq din it-talba u tadotta, fil-<DATE ISO="20150511">11 ta’ Mejju 2015</DATE>, id-deċiżjoni abbażi tal-Artikolu 41(3) tar-Regolament Nru<HT TYPE="SUP">o</HT>1083/2006.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="4"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0072"><NO.P>72</NO.P><TXT>Fit-tielet lok, f’dawn iċ-ċirkustanzi, għandhom jiġu ddeterminati l-konsegwenzi tal-qbiż tat-terminu ta’ tliet xhur previst fl-Artikolu 41(2) tar-Regolament Nru<HT TYPE="SUP">o</HT>1083/2006 u, b’mod partikolari, għandu jiġi evalwat jekk dan għandux iwassal awtomatikament, minħabba f’hekk, għall-annullament tad-deċiżjoni kkontestata.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0073"><NO.P>73</NO.P><TXT>Peress li l-Artikolu 41 tar-Regolament Nru<HT TYPE="SUP">o</HT>1083/2006 ma fih ebda indikazzjoni fir-rigward tal-konsegwenzi tal-qbiż, mill-Kummissjoni, tat-terminu ta’ tliet xhur previsti minnu, konformement mal-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja, għandhom jiġu eżaminati l-għan u l-istruttura ta’ dan ir-regolament sabiex jiġu ddeterminati l-konsegwenzi tal-qbiż imsemmi (ara, f’dan is-sens u b’analoġija, is-sentenza tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20050120">20 ta’ Jannar 2005</DATE>, <NAME.CASE>Merck, Sharp &amp; Dohme</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑245/03</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2005:41">EU:C:2005:41</NO.ECLI>, punti <REF.NP.ECR REF="NP0025">25</REF.NP.ECR> u <REF.NP.ECR REF="NP0026">26</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0074"><NO.P>74</NO.P><TXT>Preliminarjament, għandu jitfakkar li t-terminu previst fl-Artikolu 41(2) tar-Regolament Nru<HT TYPE="SUP">o</HT>1083/2006 huwa terminu vinkolanti fuq il-Kummissjoni biex tirrispondi għal talba li tkun saritilha minn terz, f’dan il-każ minn Stat Membru. Huwa biss jekk in-nuqqas ta’ risposta fit-terminu msemmi twassal għall-ilqugħ tat-talba jew għat-telf tas-setgħa tal-Kummissjoni li tiddeċiedi fuqha li risposta fin-negattiv adottata barra mit-terminu tista’ tiġi annullata awtomatikament, minħabba s-sempliċi qbiż ta’ tali terminu (ara, b’analoġija, is-sentenza tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20090318">18 ta’ Marzu 2009</DATE>, <NAME.CASE>Shanghai Excell M &amp; E Enterprise u Shanghai Adeptech Precision vs Il-Kunsill</NAME.CASE>, <NO.CASE>T-299/05</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:T:2009:72">EU:T:2009:72</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0116">116</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>). B’hekk għandu jiġi eżaminat jekk, fid-dawl tal-għan u tal-istruttura tiegħu, ir-Regolament Nru 1083/2006 għandux jiġi interpretat fis-sens li l-qbiż tat-terminu msemmi jwassal għall-ilqugħ tat-talba jew għat-telf tas-setgħa tal-Kummissjoni li tiddeċiedi dwarha.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0075"><NO.P>75</NO.P><TXT>Fir-rigward tal-kwistjoni jekk mill-għan u mill-istruttura tar-Regolament Nru<HT TYPE="SUP">o</HT>1083/2006 jirriżultax li l-qbiż tat-terminu ta’ tliet xhur iwassalx għall-ilqugħ tat-talba ta’ konferma ppreżentata mill-Istat Membru, għandu jiġi rrilevat, l-ewwel nett, li l-kontenut ta’ deċiżjoni ta’ lqugħ teskludi tali possibbiltà.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0076"><NO.P>76</NO.P><TXT>Fil-fatt, mill-Artikolu 41(2) tar-Regolament Nru<HT TYPE="SUP">o</HT>1083/2006 jirriżulta li d-deċiżjoni tal-Kummissjoni li tilqa’ t-talba ta’ konferma tindika, b’mod partikolari, il-bażi li fuqha tapplika r-rata ta’ kofinanzjament tal-programm operazzjonali (ara l-punt 33 iktar ’il fuq). Hija biss id-deċiżjoni tal-Kummissjoni li tilqa’ tali talba li tiddetermina l-ammont bażi li fuqu tapplika r-rata ta’ kofinanzjament li tirriżulta mill-programm operazzjonali rilevanti u, b’hekk, l-ammont tal-kontribuzzjoni finanzjarja tal-Unjoni. Fin-nuqqas ta’ deċiżjoni tal-Kummissjoni, il-kontribuzzjoni finanzjarja tal-Unjoni ma tistax tiġi ddeterminata konkretament u, konsegwentement, titqies bħala kkonfermata.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0077"><NO.P>77</NO.P><TXT>Barra minn hekk, dan huwa kkorroborat mill-premessa 49 tar-Regolament Nru<HT TYPE="SUP">o</HT>1083/2006, li tistabbilixxi li l-proġetti l-kbar għandhom ikunu jistgħu jiġu evalwati u, jekk ikun il-każ, approvati mill-Kummissjoni (ara l-punt 29 iktar ’il fuq). Isegwi li, fil-qasam ta’ proġetti kbar, l-idea sottostanti għar-Regolament Nru 1083/2006 hija li l-finanzjament tagħhom minn Stat Membru permezz ta’ riżorsi tal-FEŻR jew tal-Fond ta’ Koeżjoni huwa suġġett għall-approvazzjoni tal-Kummissjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0078"><NO.P>78</NO.P><TXT>It-tieni nett, għandu jiġi kkonstatat li, meta r-Regolament Nru<HT TYPE="SUP">o</HT>1083/2006 kellu l-intenzjoni li jissanzjona l-qbiż ta’ terminu b’aċċettazzjoni sħiħa, huwa kien jindika dan espressament (ara, b’analoġija, is-sentenza tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20050120">20 ta’ Jannar 2005</DATE>, <NAME.CASE>Merck, Sharp &amp; Dohme</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑245/03</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2005:41">EU:C:2005:41</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0031">31</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>). B’hekk, pereżempju, l-Artikolu 62(4) tar-Regolament Nru<HT TYPE="SUP">o</HT>1083/2006 jipprovdi li l-istrateġija ta’ awditu ppreżentata lill-Kummissjoni mill-kumitat għall-monitoraġġ <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0009" ID="QS0009"/>tiġi kunsidrata bħala aċċettata<QUOT.END REF.START="QS0009" CODE="201D" ID="QE0009"/> fin-nuqqas ta’ osservazzjonijiet tal-Kummissjoni fit-terminu ta’ tliet xhur li jsegwu l-preżentata. Bl-istess mod, l-Artikolu 67(4) tar-Regolament Nru<HT TYPE="SUP">o</HT>1083/2006 jipprovdi li r-rapport finali tal-programm operazzjonali ppreżentat mill-awtorità ta’ tmexxija lill-Kummissjoni <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0010" ID="QS0010"/>[j]iġi kunsidrat[…] bħala aċċettat[…]<QUOT.END REF.START="QS0010" CODE="201D" ID="QE0010"/> jekk il-Kummissjoni ma tirrispondix fit-terminu stabbilit. Bl-istess mod, l-Artikolu 89(3) tar-Regolament Nru<HT TYPE="SUP">o</HT>1083/2006 jipprovdi li d-dikjarazzjoni ta’ għeluq ippreżentata mill-Istat Membru lill-Kummissjoni <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0011" ID="QS0011"/>għandha titqies bħala aċċettata fin-nuqqas ta’ osservazzjonijiet mill-Kummissjoni matul dak il-perjodu ta’ ħames xhur<QUOT.END REF.START="QS0011" CODE="201D" ID="QE0011"/>.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="5"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0079"><NO.P>79</NO.P><TXT>Isegwi li, fil-kuntest tar-Regolament Nru<HT TYPE="SUP">o</HT>1083/2006, hekk kif jirriżulta mill-għan u mill-istruttura tiegħu, in-nuqqas ta’ risposta għat-talba għal konferma fit-terminu previst fl-Artikolu 41(2) ta’ dan ir-regolament ma jwassalx għall-approvazzjoni tat-talba ta’ konferma.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0080"><NO.P>80</NO.P><TXT>Din il-konklużjoni ma titpoġġix indiskussjoni mill-argumenti tar-Repubblika tal-Polonja bbażati, minn naħa, fuq il-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja relattiva għat-terminu biex tiġi adottata korrezzjoni finanzjarja u, min-naħa l-oħra, tal-proċedura ta’ approvazzjoni taċita l-ġdida prevista fit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 102(1) tar-Regolament Nru<HT TYPE="SUP">o</HT>1303/2013.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0081"><NO.P>81</NO.P><TXT>Fir-rigward tal-ewwel argument, għalkemm, ċertament, hekk kif tosserva r-Repubblika tal-Polonja, fil-ġurisprudenza relattiva għas-setgħa tal-Kummissjoni li tadotta korrezzjonijiet finanzjarji, prevista fl-Artikolu 99 tar-Regolament Nru<HT TYPE="SUP">o</HT>1083/2006, il-Qorti tal-Ġustizzja qieset li l-qbiż tat-terminu, previst fl-Artikolu 100(5) ta’ dan l-istess regolament, biex jiġu adottati tali korrezzjonijiet kien jikkostitwixxi ksur tar-rekwiżiti formali essenzjali li kellu jiġi invokat <HT TYPE="ITALIC">ex officio</HT> mill-qorti tal-Unjoni u li jwassal għall-annullament tad-deċiżjoni adottata barra mit-terminu (sentenzi tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20140904">4 ta’ Settembru 2014</DATE>, <NAME.CASE>Spanja vs Il-Kummissjoni</NAME.CASE>, <NO.CASE>C-192/13 P</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2014:2156">EU:C:2014:2156</NO.ECLI>, punti <REF.NP.ECR REF="NP0103">103</REF.NP.ECR> u <REF.NP.ECR REF="NP0104">104</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>, u tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20160921">21 ta’ Settembru 2016</DATE>, <NAME.CASE>Il-Kummissjoni vs Spanja</NAME.CASE>, <NO.CASE>C-140/15 P</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2016:708">EU:C:2016:708</NO.ECLI>, punti <REF.NP.ECR REF="NP0114">114</REF.NP.ECR> u <REF.NP.ECR REF="NP0118">118</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>), tali ġurisprudenza ma tistax tiġi applikata f’dan il-każ.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0082"><NO.P>82</NO.P><TXT>Fil-fatt, il-ġurisprudenza msemmija fil-punt 81 iktar ’il fuq għandha bħala suġġett terminu ta’ natura differenti minn dik tat-terminu previst fl-Artikolu 41(2) tar-Regolament Nru<HT TYPE="SUP">o</HT>1083/2006.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0083"><NO.P>83</NO.P><TXT>Qabel kollox, filwaqt li, fil-kuntest tal-evalwazzjoni tal-proġetti l-kbar, it-terminu previst fl-Artikolu 41(2) tar-Regolament Nru<HT TYPE="SUP">o</HT>1083/2006 huwa terminu li jorbot lill-Kummissjoni biex tirrispondi għal talba ta’ kofinanzjament li ssirilha minn Stat Membru, min-naħa l-oħra, fil-kuntest tal-proċedura ta’ korrezzjoni finanzjarja, it-terminu previst fl-Artikolu 100(5) ta’ dan ir-regolament huwa terminu li jorbot lill-Kummissjoni għall-adozzjoni, fuq inizjattiva tagħha stess, ta’ deċiżjoni li tannulla kompletament jew parzjalment il-parteċipazzjoni finanzjarja tal-Unjoni fi programm operazzjonali. B’hekk, essenzjalment, l-ewwel wieħed huwa terminu biex tingħata kontribuzzjoni finanzjarja, filwaqt li t-tieni huwa terminu biex tiġi annullata kontribuzzjoni finanzjarja diġà mogħtija.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0084"><NO.P>84</NO.P><TXT>Sussegwentement, fil-kuntest tal-evalwazzjoni tal-proġetti l-kbar, fin-nuqqas ta’ deċiżjoni dwar it-talba għal konferma adottata fit-terminu u ta’ kull dispożizzjoni li tipprevedi l-konsegwenzi ta’ tali assenza ta’ deċiżjoni, it-talba għal konferma tibqa’ mingħajr risposta u ma tistax titqies bħala pprovata (ara l-punti 75 sa 79 iktar ’il fuq). Min-naħa l-oħra, fil-qasam tal-korrezzjonijiet finanzjarji, fin-nuqqas ta’ deċiżjoni fit-terminu previst għal dan il-għan, l-Istat Membru għandu jżomm il-kontribuzzjoni mill-fondi li diġà ngħatatlu. B’hekk, fin-nuqqas ta’ deċiżjoni ta’ korrezzjoni finanzjarja adottata fit-terminu, hekk kif jirriżulta mill-ġurisprudenza msemmija fil-punt 81 iktar ’il fuq, il-Kummissjoni ma tistax tapplika korrezzjoni finanzjarja u ma tistax tiġi applikata tali korrezzjoni fil-konfront tal-Istat Membru.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0085"><NO.P>85</NO.P><TXT>Finalment, kuntrarjament għal dak li ġie allegat mir-Repubblika tal-Polonja, mill-ġurisprudenza msemmija fil-punt 81 iktar ’il fuq ma jirriżultax li l-Qorti tal-Ġustizzja ppronunzjat ruħha fis-sens li t-termini previsti fl-Artikolu 100(5) u fl-Artikolu 41(2) tar-Regolament Nru<HT TYPE="SUP">o</HT>1083/2006 għandhom l-istess natura. Min-naħa l-oħra, mill-ġurisprudenza msemmija jirriżulta li l-Qorti tal-Ġustizzja eżaminat biss it-terminu mogħti għall-adozzjoni ta’ deċiżjoni ta’ korrezzjoni finanzjarja u li din irreferiet espliċitament għan-natura ta’ tali deċiżjoni (sentenzi tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20140904">4 ta’ Settembru 2014</DATE>, <NAME.CASE>Spanja vs Il-Kummissjoni</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑192/13 P</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2014:2156">EU:C:2014:2156</NO.ECLI>, punti <REF.NP.ECR REF="NP0082">82</REF.NP.ECR> u <REF.NP.ECR REF="NP0102">102</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>, u tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20160921">21 ta’ Settembru 2016</DATE>, <NAME.CASE>Il-Kummissjoni vs Spanja</NAME.CASE>, <NO.CASE>C-140/15 P</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2016:708">EU:C:2016:708</NO.ECLI>, punti <REF.NP.ECR REF="NP0070">70</REF.NP.ECR>, <REF.NP.ECR REF="NP0072">72</REF.NP.ECR> u <REF.NP.ECR REF="NP0113">113</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0086"><NO.P>86</NO.P><TXT>Fir-rigward tat-tieni argument, għandu jiġi osservat r-Regolament Nru 1303/2013 ma japplikax f’dan il-każ, peress li l-Artikolu 152(1) tiegħu jipprovdi li r-Regolament Nru<HT TYPE="SUP">o</HT>1083/2006 jibqa’ japplika għall-interventi u għall-operazzjonijiet, inklużi l-programmi operazzjonali u l-proġetti l-kbar, approvati mill-Kummissjoni abbażi ta’ dan ir-regolament u fejn l-Artikolu 152(2) tiegħu iżid jgħid li t-talbiet<?PAGE NO="6"?> għall-assistenza ppreżentati jew approvati fil-kuntest tar-Regolament Nru<HT TYPE="SUP">o</HT>1083/2006 jibqgħu validi. Qabel kollox, għandu jiġi rrilevat li t-tieni subparagrafu tal-Artikolu 102(1) tar-Regolament Nru<HT TYPE="SUP">o</HT>1303/2013 jipprevedi proċedura ta’ approvazzjoni taċita biss meta t-talba mressqa mill-Istat Membru tkun akkumpanjata b’evalwazzjoni ta’ kwalità mwettqa minn esperti indipendenti konformement mat-tielet paragrafu tal-Artikolu 101 ta’ dan ir-regolament. Din il-proċedura ma għandhiex l-ekwivalenti tagħha fis-sistema prevista fl-Artikoli 39 sa 41 tar-Regolament Nru<HT TYPE="SUP">o</HT>1083/2006, liema ħaġa tikkorrobora l-konklużjoni li tgħid li, fil-kuntest ta’ dan l-aħħar regolament, is-silenzju tal-Kummissjoni fit-terminu ta’ tliet xhur ma jistax jiġi interpretat bħala konferma taċita tal-kontribuzzjoni finanzjarja għal proġett kbir. Barra minn hekk, huwa stabbilit li, f’dan il-każ, il-proġett ma ġiex ippreżentat konformement mal-Artikolu 102(1) tar-Regolament Nru<HT TYPE="SUP">o</HT>1303/2013, b’mod li l-proċedura ta’ approvazzjoni taċita prevista minn din id-dispożizzjoni ma tistax tiġi applikata.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0087"><NO.P>87</NO.P><TXT>Fir-rigward tal-kwistjoni jekk mill-għan u mill-istruttura tar-Regolament Nru<HT TYPE="SUP">o</HT>1083/2006 jirriżultax li l-qbiż tat-terminu ta’ tliet xhur iwassalx għat-telf tas-setgħa tal-Kummissjoni li tiddeċiedi dwar it-talba għal konferma ppreżentata mill-Istat Membru, l-ewwel nett, għandu jiġi osservat li, kieku l-Kummissjoni kellha żżomm lura milli tkompli l-eżami tagħha tat-talba għal konferma kieku tkun qabżet it-terminu ta’ tliet xhur, finalment dan ikun jippreġudika l-għan tat-talba inizjali tal-Istat Membru, jiġifieri l-ksib tal-konferma ta’ kontribuzzjoni finanzjarja mill-FEŻR jew mill-Fond ta’ Koeżjoni, u dan għal raġunijiet li jaħarbu mill-kontroll tiegħu. Bl-istess mod, kieku l-Kummissjoni kellha tibda proċedura ġdida ta’ evalwazzjoni ta’ proġett kbir, suġġetta għal terminu ta’ tliet xhur ġdid, fil-prattika, dan ma jagħmel xejn għajr li jiggrava l-ksur tat-terminu msemmi, billi d-deċiżjoni dwar it-talba għal konferma tiġi posposta għal mument ulterjuri. Barra minn hekk, peress li l-qbiż imsemmi ma jammontax għal approvazzjoni tat-talba, hekk kif diġà ġie rrilevat, l-eventwali annullament ta’ deċiżjoni minħabba l-fatt li din tkun ġiet adottata lil hinn mit-terminu, ma jagħmel xejn għajr li jiggrava l-ksur ta’ dan it-terminu.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0088"><NO.P>88</NO.P><TXT>It-tieni nett, mill-Artikolu 78(4) tar-Regolament Nru<HT TYPE="SUP">o</HT>1083/2006, imfakkar fil-punt 34 iktar ’il fuq, jirriżulta li Stat Membru jista’ jibda t-twettiq ta’ proġett kbir u jippreżenta lill-Kummissjoni l-ispejjeż li huma relatati miegħu ferm qabel ma din tal-aħħar ma tkun tat id-deċiżjoni tagħha, u b’hekk indipendentement mit-terminu previst biex tagħti din id-deċiżjoni. L-Istat Membru li jagħżel din il-possibbiltà jagħmel dan b’riskju għalih stess, fid-dawl tal-fatt li l-Kummissjoni tista’ tadotta deċiżjoni li tirrifjuta li tikkonferma l-għajnuna finanzjarja tal-Unjoni għal proġett kbir. Għaldaqstant, peress li l-Istat Membru ma huwiex marbut li jistenna deċiżjoni tal-Kummissjoni biex iwettaq il-proġetti ta’ żvilupp reġjonali tiegħu u jiddikjara lill-Kummissjoni l-ispejjeż relatati magħhom għall-każ li dawn jitħallsu mill-Unjoni, il-qbiż tat-terminu previst għall-adozzjoni ta’ tali deċiżjoni ma jċaħħadx lill-Kummissjoni mis-setgħa li tiddeċiedi dwar talba għal konferma.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0089"><NO.P>89</NO.P><TXT>It-tielet nett, mill-ġurisprudenza jirriżulta li, meta, bħal f’dan il-każ, il-leġiżlatur ma jkunx assoċja mas-silenzju tal-amministrazzjoni il-konsegwenza tat-telf tas-setgħa li tadotta deċiżjoni, ebda prinċipju legali ma jtellef lill-amministrazzjoni l-kompetenza li tirrispondi għal talba, anki lil hinn mit-termini mogħtija għal dan il-għan (ara, b’analoġija, is-sentenza tad-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20100119">19 ta’ Jannar 2010</DATE>, <NAME.CASE>Co-Frutta vs Il-Kummissjoni</NAME.CASE>, <NO.CASE>T-355/04 u T-446/04</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:T:2010:15">EU:T:2010:15</NO.ECLI>, punti <REF.NP.ECR REF="NP0057">57</REF.NP.ECR> u <REF.NP.ECR REF="NP0059">59</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0090"><NO.P>90</NO.P><TXT>Isegwi li, fil-kuntest tar-Regolament Nru<HT TYPE="SUP">o</HT>1083/2006, hekk kif jirriżulta mill-għan u mill-istruttura tiegħu, in-nuqqas ta’ risposta għat-talba għal konferma fit-terminu previst fl-Artikolu 41(2) ta’ dan ir-regolament ma jwassalx għat-telf tas-setgħa tal-Kummissjoni li tiddeċiedi fuq it-talba għal konferma.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0091"><NO.P>91</NO.P><TXT>Minn dak kollu li ntqal jirriżulta li r-Regolament Nru<HT TYPE="SUP">o</HT>1083/2006 ma jistax jiġi interpretat fis-sens li kull qbiż tat-terminu previst fl-Artikolu 41(2) ta’ dan ir-regolament iwassal awtomatikament, minħabba dan il-fatt biss, għall-annullament ta’ deċiżjoni ta’ ċħid adottata barra mit-terminu.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0092"><NO.P>92</NO.P><TXT>Fir-raba’ lok, għandu jiġi eżaminat jekk il-qbiż tat-terminu ta’ tliet xhur ikkonstatat f’dan il-każ għandux iwassal għall-annullament tad-deċiżjoni kkontestata.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="7"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0093"><NO.P>93</NO.P><TXT>Fil-fatt, minn ġurisprudenza stabbilita jirriżulta li n-nuqqas ta’ osservanza ta’ terminu, bħal dak stabbilit fl-Artikolu 41(2) tar-Regolament Nru<HT TYPE="SUP">o</HT>1083/2006 ma jistax iwassal għall-annullament tal-att adottat fit-tmiem ta’ proċedura ħlief jekk tkun teżisti possibbiltà li, minħabba din l-irregolarità, il-proċedura msemmija setgħet twassal għal riżultat differenti. Għalkemm il-persuna li tinvoka tali irregolarità ma hijiex marbuta li tipprova li, fin-nuqqas tagħha, l-att ikkonċernat kien ikollu kontenut iktar favorevoli għall-interessi tagħha, madankollu din għandha tipprova, b’mod konkret, li tali ipoteżi ma hijiex għal kollox eskluża (ara, b’analoġija, is-sentenzi tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20160204">4 ta’ Frar 2016</DATE>, <NAME.CASE>C &amp; J Clark International u Puma</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑659/13 u C‑34/14</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2016:74">EU:C:2016:74</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0140">140</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>, u tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20150612">12 ta’ Ġunju 2015</DATE>, <NAME.CASE>Health Food Manufacturers’ Association <HT TYPE="ITALIC">et</HT> vs Il-Kummissjoni</NAME.CASE>, <NO.CASE>T‑296/12</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:T:2015:375">EU:T:2015:375</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0071">71</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0094"><NO.P>94</NO.P><TXT>F’dan il-każ, ir-Repubblika tal-Polonja ma pprovatx konkretament, u lanqas biss sostniet, li ma kienx eskluż li l-proċedura amministrattiva setgħet twassal għal riżultat differenti kieku din ġiet konkluża fit-terminu ta’ tliet xhur previst fl-Artikolu 41(2) tar-Regolament Nru<HT TYPE="SUP">o</HT>1083/2006. Peress li r-Repubblika tal-Polonja ma pprovatx li, fin-nuqqas tal-qbiż tat-terminu msemmi, il-proċedura ta’ evalwazzjoni tal-proġett seta’ jkollha riżultat differenti, dan il-qbiż, fiċ-ċirkustanzi tal-każ inkwistjoni, ma tistax twassal għall-annullament tad-deċiżjoni kkontestata.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0095"><NO.P>95</NO.P><TXT>Fid-dawl ta’ dan, peress li l-Kummissjoni kisret l-Artikolu 41(2) tar-Regolament Nru<HT TYPE="SUP">o</HT>1083/2006 billi ddeċidiet lil hinn mit-terminu ta’ tliet xhur, għandu jitfakkar li l-kumpens għal eventwali dannu kkawżat min-nuqqas ta’ osservanza tat-terminu previst fl-Artikolu 41(2) tar-Regolament Nru<HT TYPE="SUP">o</HT>1083/2006 biex tingħata deċiżjoni dwar talba għal konferma jista’ jintalab quddiem il-Qorti Ġenerali, adita b’rikors għad-danni (ara, b’analoġija, is-sentenza tad-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20100119">19 ta’ Jannar 2010</DATE>, <NAME.CASE>Co-Frutta vs Il-Kummissjoni</NAME.CASE>, <NO.CASE>T‑355/04 u T‑446/04</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:T:2010:15">EU:T:2010:15</NO.ECLI>, punti <REF.NP.ECR REF="NP0060">60</REF.NP.ECR> u <REF.NP.ECR REF="NP0071">71</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>), sakemm ikunu sodisfatti l-kundizzjonijiet kollha li minnhom jiddependu l-iskattar tar-responsabbiltà mhux kuntrattwali tal-Unjoni u l-implementazzjoni tad-dritt għal kumpens għad-dannu subit, abbażi tat-tieni paragrafu tal-Artikolu 340 TFUE (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tad-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20080909">9 ta’ Settembru 2008</DATE>, <NAME.CASE>FIAMM <HT TYPE="ITALIC">et</HT> vs Il-Kunsill u Il-Kummissjoni</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑120/06 P u C‑121/06 P</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2008:476">EU:C:2008:476</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0106">106</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0096"><NO.P>96</NO.P><TXT>Minn dak kollu li ntqal jirriżulta li t-tieni parti tal-ewwel motiv, ibbażata fuq il-ksur tal-Artikolu 41(2) tar-Regolament Nru<HT TYPE="SUP">o</HT>1083/2006, ma hijiex fondata u għandha tiġi injorata.</TXT><P>[<HT TYPE="ITALIC">omissis</HT>]</P></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ></GR.SEQ><JURISDICTION><INTRO><P>Għal dawn il-motivi,</P><P>IL-QORTI ĠENERALI (Is-Seba’ Awla)</P><P>taqta’ u tiddeċiedi:</P></INTRO><LIST TYPE="ARAB"><ITEM><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">1)</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Ir-rikors huwa miċħud.</HT></TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">2)</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Ir-Repubblika tal-Polonja hija kkundannata għall-ispejjeż.</HT></TXT></NP></ITEM></LIST></JURISDICTION></CONTENTS.JUDGMENT><SIGNATURE.CASE><SIGNATORY><P>Tomljenović</P></SIGNATORY><SIGNATORY><P>Marcoulli</P></SIGNATORY><SIGNATORY><P>Kornezov</P></SIGNATORY><P>Mogħtija f’qorti bil-miftuħ fil-Lussemburgu, fl-<DATE ISO="20180301">1 ta’ Marzu 2018</DATE>.</P><SIGNATORY><P>Firem</P></SIGNATORY></SIGNATURE.CASE></JUDGMENT>