|
8.5.2007 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
248 |
DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI
tat-13 ta' Frar 2006
li teħtieġ li l-Istati Membri temporanjament jieħdu miżuri kontra t-tixrid tal-Bursaphelenchus xylophilus (Steiner et Buhrer) Nickle et al. (in-nematodu tal-pini) f'dak li jirrigwardja żoni fil-Portugall, apparti minn dawk li fihom huwa magħruf li ma teżistix
(innotifikata taħt dokument numru C(2006) 345)
(2006/133/KE)
IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,
Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,
Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 2000/29/KE tat-8 ta' Mejju 2000 dwar il-miżuri protettivi kontra l-introduzzjoni ġewwa l-Komunità, ta' organiżmi ta' ħsara għall-prodotti tal-pjanti, u kontra t-tixrid tagħhom fil-Komunità (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 16 (3) tagħha,
Billi:
|
(1) |
Fejn Stat Membru jikkonsidra li hemm periklu imminenti ta' l-introduzzjoni fit-territorju tiegħu tal-Bursaphelenchus xylophilus (Steiner et Buhrer) Nickle et al., (in-nematodu tal-pini (the pine wood nematode (PWN)), minn Stat Membru ieħor, għandu temporanjament jkun awtorizzat li jieħu kull miżura addizzjonali meħtieġa biex tħarsu minn dak il-periklu. |
|
(2) |
Il-Portugall informa lill-Istati Membri l-oħra u lill-Kummissjoni fil-25 ta' Ġunju 1999 li xi kampjuni ta' siġar tal-pini li oriġinaw fit-territorju tiegħu kienu identifikati b'infestazzjoni tal-PWN. Il-Kummissjoni adottat id-Deċiżjonijiet 2000/58/KE (2) u 2001/218/KE (3) li jiddefinixxu l-miżuri li għandhom jittieħdu kontra l-PWN. |
|
(3) |
Fuq il-bażi tal-valutazzjonijiet mill-Uffiċċju Alimentari u Veterinarju, l-aktar reċenti dik ta' Novembru 2004, ta' l-informazzjoni addizzjonali ppreżentata mill-Portugall u ta' l-istħarriġ uffiċjali mwettaq minn Stati Membri oħra dwar l-injam, il-qoxra iżolata tas-siġar u l-pjanti tal-Abies Mill., Cedrus Trew, Larix Mill., Picea A. Dietr., Pinus L., Pseudotsuga Carr. u Tsuga Carr., jidher li bħala riżultat ta' l-applikazzjoni ta' programm ta' eradikazzjoni fil-Portugall, it-tixrid tal-PWN jibqa' limitat fiż-żoni demarkati fil-Portugall. Madankollu, is-siġar li juru s-sintomi ta' infestazzjoni mill-PWN baqgħu jinstabu matul l-istħarriġ ta' dawk iż-żoni. |
|
(4) |
L-implimentazzjoni tal-pjan ta' eradikazzjoni Portugiż tal-PWN ta' Frar 2003 għal medda ta' żmien medju, hekk kif emendat f'Ġunju 2003, ġie evalwat mill-Kumitat Permanenti dwar is-Saħħa tal-Pjanti fil-laqgħat tiegħu f'Lulju 2004 u Mejju 2005. Matul l-aħħar laqgħa ġie konkluż li t-tnaqqis immirat fil-livell ta' infezzjoni fiż-żoni demarkati għadu ma nkisibx. |
|
(5) |
Għalhekk, jeħtieġ li l-Portugall ikompli jieħu miżuri speċifiċi fir-rigward taċ-ċaqliq ta' l-injam, il-qoxra iżolata tas-siġar u l-pjanti ospitanti fi ħdan iż-żoni demarkati fil-Portugall u minn dawn iż-żoni f'żoni oħra tal-Portugall u fi Stati Membri oħra. |
|
(6) |
Jeħtieġ ukoll li l-Portugall ikompli jieħu miżuri speċifiċi biex jikkontrolla t-tixrid tal-PWN bil-għan li jinqered. Għalhekk, għandu jitressaq pjan aġġornat ta' eradikazzjoni fuq medda ta' żmien medju biex itejjeb il-kontroll tat-tixrid tal-PWN bil-għan li jinqered. |
|
(7) |
L-Istati Membri l-oħra għandhom ikomplu jkollhom il-possibilità li japplikaw miżuri addizzjonali biex jipproteġu t-territorji tagħhom mill-PWN. |
|
(8) |
Ir-riżultati tal-miżuri speċifiċi u ta' l-implimentazzjoni tal-pjan fuq medda ta' żmien medju għandhom ikunu valutati kontinwament, b'mod partikolari fuq il-bażi ta' informazzjoni pprovduta mill-Portugall u mill-Istati Membri l-oħra. |
|
(9) |
Il-miżuri stipolati f'din id-Deċiżjoni huma f'konformità ma' l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar is-Saħħa tal-Pjanti, |
ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Għar-raġunijiet ta' din id-Deċiżjoni, id-definizzjonijiet li ġejjin għandhom japplikaw:
|
(a) |
“in-nematodu tal-pini (PWN)”: Bursaphelenchus xylophilus (Steiner et Buhrer) Nickle et al.; |
|
(b) |
“injam u qoxra tas-siġar suxxettibbli”: injam u qoxra tas-siġar iżolata tal-koniferi (Coniferales), ħlief għal dawk ta' Thuja L.; |
|
(c) |
“pjanti suxxettibbli”: tfisser pjanti (ħlief għal frott u żrieragħ) ta' l-Abies Mill., Cedrus Trew, Larix Mill., Picea A. Dietr., Pinus L., Pseudotsuga Carr. u Tsuga Carr.; |
Artikolu 2
Sal-31 ta' Marzu 2008, il-Portugall għandu jassigura li jintlaħqu l-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Anness ma' din id-Deċiżjoni fir-rigward ta' l-injam, il-qoxra tas-siġar u l-pjanti suxxettibbli, li għandhom jiċċaqalqu fi jew minn żoni demarkati fil-Portugall u definiti skond l-Artikolu 5, lejn żoni oħra fil-Portugall jew Stati Membri oħra.
Sal-15 ta' Frar 2006, il-Portugall għandu jressaq pjan aġġornat ta' eradikazzjoni fuq medda ta' żmien medju biex jikkontrolla t-tixrid tal-PWN bil-għan li jinqered. Dak il-pjan għandu jinkludi dettalji dwar il-ġestjoni, f'żoni demarkati, ta' speċijiet ta' siġar magħrufa bħala suxxettibbli ħafna għall-PWN skond il-kundizzjonijiet fil-Portugall. Dam il-pjan għandu jiġi rivedut sat-30 ta' April 2007 u t-30 ta' Marzu 2008.
Artikolu 3
L-Istati Membri destinatarji għajr il-Portugall jistgħu:
|
(a) |
jissottomettu l-konsenji ta' injam, qoxra tas-siġar u pjanti suxxettibbli, li ġejjin minn żoni demarkati fil-Portugall u li ċċaqalqu fit-territorju tagħhom, għat-test għall-preżenza tal-PWN; |
|
(b) |
jieħdu iktar passi xierqa biex iwettqu monitoraġġ uffiċjali fir-rigward ta' dawn il-konsenji, biex jaċċertaw jekk jikkonformawx mal-kundizzjonijiet relevanti speċifikati fl-Anness. |
Artikolu 4
L-Istati Membri għandhom imexxu stħarriġ uffiċjali annwali għall-PWN, fuq injam u qoxra tas-siġar suxxettibbli u pjanti suxxettibbli li joriġinaw minn pajjiżhom, biex jiddeterminaw jekk hemmx prova ta' infestazzjoni mill-PWN.
Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 16(1) tad-Direttiva 2000/29/KE, ir-riżultati ta' dawk l-istħarriġiet għandhom jiġu nnotifikati lill-Istati Membri l-oħra u lill-Kummissjoni sal-15 ta' Diċembru 2006 u l-15 ta' Diċembru 2007.
Artikolu 5
Il-Portugall għandu jistabbilixxi żoni li hu magħruf li fihom hemm il-PWN, u jiddemarka żoni (minn hawn 'il quddiem imsejħa żoni demarkati) li jikkonsistu f'parti fejn hu magħruf li hemm il-PWN u parti indikata bħala żona buffer ta' mhux anqas minn 20 km ta' wisa' madwar dik il-parti, filwaqt li jitqiesu r-riżultati ta' l-istħarriġ imsemmija fl-Artikolu 4.
Il-Kummissjoni għandha tiġbor f'lista ż-“żoni” li huwa magħruf li fihom hemm il-PWN u twassal din il-lista lill-Kumitat Permanenti dwar is-Saħħa tal-Pjanti u lill-Istati Membri. Kull żona fil-Portugall li ma tinsabx fil-lista msemmija hawn fuq, għandha titqies bħala żona demarkata.
Il-lista għandha tiġi aġġornata skond ir-riżultati ta' l-istħarriġiet imsemmija fl-ewwel paragrafu ta' l-Artikolu 4 u s-sejbiet notifikati skond l-Artikolu 16(1) tad-Direttiva 2000/29/KE.
Artikolu 6
Id-Deċiżjoni 2001/218/KE hija revokata permezz ta' din id-Deciżjoni.
Artikolu 7
Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.
Magħmula fi Brussell, 13 ta' Frar 2006.
Għall-Kummissjoni
Markos KYPRIANOU
Membru tal-Kummissjoni
(1) ĠU L 169, ta' l-10.7.2000, p. 1. Direttiva kif emendata l-aħħar bid-Direttiva tal-Kummissjoni 2005/77/KE (ĠU L 296, tat-12.11.2005, p. 17).
(2) ĠU L 21, tas-26.1.2000, p. 36.
(3) ĠU L 81, tal-21.3.2001, p. 34. Deċiżjoni kif emendata l-aħħar bid-Deċiżjoni Nru 2003/127/KE (ĠU L 50, tal-25.3.2003, p. 27).
ANNESS
Għar-raġunijiet ta' l-Artikolu 2, għandu jkun hemm konformità mal-kundizzjonijiet li ġejjin:
|
1. |
Mingħajr preġudizzju għad-dispożizzjonijiet imsemmija fi (2) fil-każ taċ-ċaqliq minn żoni demarkati f'żoni fil-Portugall, għajr żoni demarkati jew fi Stati Membri oħra ta':
|
|
2. |
F'każ ta' ċaqliq fi ħdan iż-żoni demarkati fil-Portugall:
|
(1) ĠU L 4, tat-8.1.1993, p. 22, Direttiva kif emendata mid-Direttiva tal-Kummissjoni 2005/17/KE (ĠU L 57, tat-3.3.2005, p. 23).