2006D0799 — MT — 07.06.2014 — 004.001
Dan id-dokument ġie magħmul bil-ħsieb li jintuża bħala għodda ta’ dokumentazzjoni u l-istituzzjonijiet ma jassumu l-ebda responsabbiltà għall-kontenut tiegħu
|
DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI tat-3 ta' novembru 2006 li tistabbilixxi l-kriterji ekoloġiċi u r-rekwiżiti tal-istima u l-verifikazzjoni relatati mal-għoti ta’ eko-tikketta tal-Komunità għall-materjali li jtejbu l-ħamrija (notifikata bid-dokument numru C(2006) 5369) (Test b’rilevanza ŻEE) (ĠU L 325, 24.11.2006, p.28) |
Emendat bi:
|
|
|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
||
|
No |
page |
date |
||
|
L 318 |
43 |
4.12.2009 |
||
|
L 297 |
64 |
16.11.2011 |
||
|
L 167 |
57 |
19.6.2013 |
||
|
L 168 |
112 |
7.6.2014 |
||
DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI
tat-3 ta' novembru 2006
li tistabbilixxi l-kriterji ekoloġiċi u r-rekwiżiti tal-istima u l-verifikazzjoni relatati mal-għoti ta’ eko-tikketta tal-Komunità għall-materjali li jtejbu l-ħamrija
(notifikata bid-dokument numru C(2006) 5369)
(Test b’rilevanza ŻEE)
(2006/799/KE)
IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,
Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1980/2000 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ Lulju 2000 dwar skema riveduta għall-għoti ta’ eko-tikketti tal-Komunità ( 1 ), u b’mod partikolari t-tieni subinċiż tal-Artikolu 6(1) tiegħu,
Wara li kkonsultat mal-Bord tal-Unjoni Ewropea għall-Eko-Tikkettar,
Billi:|
(1) |
Skond ir-Regolament (KE) Nru 1980/2000, saret analiżi f’waqta tal-kriterji ekoloġiċi, kif ukoll tar-rekwiżiti tal-istima u tal-verifikazzjoni relatati, stabbiliti mid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2001/688/KE ( 2 ) għall-għoti ta’ eko-tikketti tal-Komunità għall-materjali li jtejbu l-ħamrija u għall-mezzi għat-tkabbir. |
|
(2) |
Fid-dawl ta’ din ir-reviżjoni, huwa xieraq li l-grupp tal-prodotti jinqasam f’żewġ gruppi ta’ prodotti separati. |
|
(3) |
Id-Deċiżjoni 2001/688/KE sejra b’hekk tiġi sostitwita minn żewġ Deċiżjonijiet separati, għall-materjali li jtejbu l-ħamrija u għall-mezzi tat-tkabbir, rispettivament. |
|
(4) |
Għar-rigward tal-materjali li jtejbu l-ħamrija, huwa xieraq ukoll fid-dawl ta’ din ir-reviżjoni, sabiex tingħata kunsiderazzjoni lill-iżviluppi xjentifiċi u tas-suq, li jiġu riveduti l-kriterji u r-rekwiżiti relatati mal-materjali li jtejbu l-ħamrija, li l-perjodu ta’ validità tagħhom jintemm fit-28 ta’ Awissu 2007. |
|
(5) |
Il-kriterji u r-rekwiżiti ekoloġiċi riveduti se jkunu validi għal perjodu ta’ erba’ snin. |
|
(6) |
Huwa xieraq li jiġi permess perjodu tranżizzjonali ta’ mhux aktar minn tmintax-il xahar għall-produtturi li l-prodotti tagħhom ingħataw eko-tikketta qabel l-1 ta’ Ottubru 2006 jew li applikaw għat-tali aġġudikazzjoni qabel dik id-data, sabiex ikollhom biżżejjed żmien biex jaddattaw il-prodotti tagħhom ħalli jikkonformaw mal-kriterji u r-rekwiżiti riveduti. |
|
(7) |
Il-miżuri stipulati f’din id-Deċiżjoni huma skond l-opinjoni tal-Kumitat stabbilit mill-Artiklu 17 tar-Regolament (KE) Nru 1980/2000, |
ADDOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Il-grupp tal-prodotti “materjali li jtejbu l-ħamrija” se jinkludi materjali li jridu jiżdiedu mal-ħamrija in situ primarjament biex iżommu jew itejbu l-proprjetajiet fiżiċi, u li jistgħu jtejbu l-proprjetajiet jew l-attività kimika u/jew bijoloġika tagħha.
Artikolu 2
Sabiex wieħed jingħata l-eko-tikketta tal-Komunità għall-materjali li jtejbu l-ħamrija, taħt ir-Regolament (KE) Nru 1980/2000, il-prodott irid jaqa’ fil-grupp tal-prodotti “materjali li jtejbu l-ħamrija” kif definit fl-Artikolu 1, u jrid jikkonforma mal-kriterji ekoloġiċi stabbiliti fl-Anness għad-Deċiżjoni.
Artikolu 3
L-eżekuzzjoni ambjentali tal-grupp tal-prodotti “materjali li jtejbu l-ħamrija” se jiġi stmat b’referenza għall-kriterji ekoloġiċi stabbiliti fl-Anness.
Artikolu 4
Għal skopijiet amministrattivi, in-numru tal-kodiċi mogħti lill-grupp tal-prodotti “materjali li jtejbu l-ħamrija” se jkun “003”
Artikolu 5
Id-Deċiżjoni 2001/688/KE hija mħassra.
Artikolu 6
Il-kriterji ekoloġiċi għall-grupp ta' prodotti “materjali li jtejbu l-ħamrija” u r-rekwiżiti korrispondenti ta' valutazzjoni u ta' verifika għandhom jibqgħu validi sal-31 ta' Diċembru 2015.
Artikolu 7
Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.
ANNESS
STRUTTURA
It-testjar u t-teħid ta’ kampjuni sejjer fejn applikabbli jsir skond il-metodu tat-testjar żviluppat mill-Kumitat Tekniku CEN 223 “materjali li jtejbu l-ħamrija u mezzi tat-tkabbir” sakemm l-istandards orizzontali rilevanti elaborati taħt il-gwida tas-CEN Task Force 151 “Orizzontali”, isiru disponibbli.
It-teħid ta’ kampjuni se jsir skond il-metodoloġiji stabbiliti minn CEN/TC 223 (WG 3) kif speċifikati u approvati mis-CEN f'EN 12579 — Materjali li jtejbu l-ħamrija u medja tat-tkabbir — Teħid ta’ kampjuni. Fejn it-testjar jew it-teħid ta’ kampjuni huwa meħtieġ u mhux kopert minn dawn il-metodi u tekniki tat-teħid ta’ kampjuni, il-Korp Kompetenti jew korpi li qed jistimaw l-applikazzjoni (minn hawn ‘il quddiem msejħa “Korp Kompetenti”) se jindika liema metodi ta’ testjar u/jew ta’ teħid ta’ kampjuni jqis aċċettabbli.
Fejn xieraq, metodi ta’ testjar oħra jistgħu jintużaw jekk l-ekwivalenza tagħhom tiġi aċċettata mill-Korp Kompetenti. Fejn ma jissemma l-ebda test, jew jissemmew għall-użu fil-verifikazzjoni jew il-monitoraġġ, il-korpi kompetenti se jiddependu kif xieraq fuq id-dikjarazzjonijiet u d-dokumentazzjoni provduti mill-applikant u/jew il-verifiki indipendenti.
Il-korpi kompetenti qed jingħataw il-parir li jikkunsudraw l-implimentazzjoni tal-iskemi tal-ġestjoni ambjentali rikonoxxuti, bħal EMAS jew ISO 14001, meta jistimaw l-applikazzjonijiet u jimmonitoraw il-konformità mal-kriterji f’dan l-Anness. (Nota: mhux meħtieġ li jiġu implimentati t-tali skemi ta’ ġestjoni.)
L-għan ta’ dawn il-kriterji huwa b’mod partikolari l-promozzjoni ta’:
— l-użu ta’ materjali rinnovabbli u/jew ir-riċiklaġġ ta’ materjal organiku derivati mill-ġabra u/jew l-ipproċessar ta’ materjal ta’ skart li b’hekk jikkontribwixxi għat-tnaqqis tal-iskart solidu fir-rimi finali (per eżempju fil-miżbla);
— it-tnaqqis fil-ħsara jew ir-riskji ambjentali mill-metalli tqal jew komposti perikolużi oħra minħabba l-applikazzjoni tal-prodott.
Il-kriterji huma stabbiliti fuq livelli li jippromwovu t-tikkettar tal-materjali li jtejbu l-ħamrija li għandhom impatt ambjentali aktar baxx matul iċ-ċiklu tal-ħajja kollha tal-prodott.
KRITERJI EKOLOĠIĊI
1. Ingredjenti
L-ingredjenti li ġejjin huma permessi:
1.1. Ingredjenti organiċi
Prodott se jingħata kunsiderazzjoni għall-għoti ta’ eko-tikketta biss jekk ma fihx pit u jekk il-kontenut ta’ materjal organiku tiegħu huwa derivat mill-ipproċessar u/jew l-użu mill-ġdid tal-iskart (kif definit fid-Direttiva tal-Kunsill 75/442/KEE dwar l-iskart ( 3 ) u fl-Anness I għat-tali Direttiva).
L-applikant għandu jipprovdi lill-Korp Kompetenti l-kompożizzjoni dettaljata tal-prodott, u dikjarazzjoni tal-konformità mar-rekwiżit imsemmi hawn fuq.
1.2. Skart industrijali
Il-prodotti mhux se jkun fihom skart industrijali tad-dranaġġ. L-iskart industrijali (mhux tad-dranaġġ) huwa permess biss jekk jissodisfa l-kriterji li ġejjin:
L-iskart industrijali huwa identifikat bħala wieħed mit-tipi ta’ skart li ġejjin skond il-lista Ewropea tal-iskart (kif definita mid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2001/118/KE emendata mid-Deċiżjoni 2000/532/KE ( 4 )):
|
0203 05 |
skart industrijali mit-trattament ta’ effluwenti fuq il-post fil-preparazzjoni u l-ipproċessar ta’ frott, ħxejjex, ċereali, żjut li jittieklu, kakaw, kafè, tè u tabakk; fil-produzzjoni ta’ marmellati; fil-produzzjoni tal-ħmira u tal-estratti tal-ħmira, fil-preparazzjoni u l-fermentazzjoni tal-għasel iswed |
|
0204 03 |
skart industrijali mit-trattament ta’ effluwenti fuq il-post fl-ipproċessar taz-zokkor. |
|
0205 02 |
skart industrijali mit-trattament ta’ effluwenti fuq il-post fl-industrija tal-prodotti tal-ħalib. |
|
0206 03 |
skart industrijali mit-trattament ta’ effluwenti fuq il-post fl-industrija tal-ħami u tal-ħelu. |
|
0207 05 |
skart industrijali mit-trattament ta’ effluwenti fuq il-post fil-produzzjoni tax-xorb alkoħoliku u mhux alkoħoliku (minbarra kafè, tè u kawkaw). |
L-iskart industrijali huwa separat minn sors wieħed, jiġifieri li ma jkunx sar xi taħliet ma’ effluwenti jew skart industrijali ‘l barra mill-proċess ta’ produzzjoni speċifiku.
Il-konċentrazzjonijiet massimi ta’ metalli tqal fl-iskart qabel it-trattament (mg/kg piż fin-niexef) jissodisfaw ir-rekwiżiti tal-kriterju 2.
L-iskart industrijali għandu jissodisfa l-kriterji tal-Eko-tikketti l-oħra kollha speċifikati f’dan l-Anness, li fil-każ se jkunu kunsidrati biżżejjed stabbli u sanitizzati.
L-applikant għandu jipprovdi lill-Korp Kompetenti bil-kompożizzjoni dettaljata tal-prodott, u dikjarazzjoni tal-konformità ma kull wieħed mir-rekwiżiti msemmija hawn fuq.
1.3. Minerali
M'għandhomx jiġu estratti minerali minn:
— siti notifikati ta’ importanza għall-Komunità skond id-Direttiva tal-Kunsill 92/43/KEE dwar il-konservazzjoni tal-ħabitats naturali ta’ fawna u flora selvaġġa ( 5 );
— Żoni tan-netwerk Natura 2000, komposti minn żoni ta’ protezzjoni speċjali skond id-Direttiva tal-Kunsill 79/409/KEE dwar il-konservazzjoni tal-għasafar selvaġġi ( 6 ), u dawk iż-żoni taħt id-Direttiva 92/43/KEE flimkien, jew żoni ekwivalenti ‘l barra mill-Komunità Ewropea li jaqgħu taħt id-dispożizzjonijiet korrispondenti tal-Konvenzjoni dwar il-Diversità Bijoloġika tan-Nazzjonijiet Uniti.
L-applikant għandu jipprovdi lill-Korp Kompetenti dikjarazzjoni ta’ konformità mar-rekwiżiti maħruġa mill-awtoritajiet xierqa.
2. Limitazzjoni tas-sustanzi perikolużi
Fil-prodott finali, il-kontenut tal-elementi li ġejjin għandu jkun aktar baxx mill-valuri li jidhru hawn taħt, imkejjla skond il-piż fin-niexef:
|
Element |
mg/kg (piż fin-niexef) |
|
Zn |
300 |
|
Cu |
100 |
|
Ni |
50 |
|
Cd |
1 |
|
Pb |
100 |
|
Hg |
1 |
|
Cr |
100 |
|
Mo (1) |
2 |
|
Se (1) |
1,5 |
|
As (1) |
10 |
|
F (1) |
200 |
|
(1) Id-data relatata mal-preżenza ta’ dawn l-elementi hija meħtieġa biss għall-prodotti li fihom materjal mill-proċessi industrijali |
|
Nota: Dawn il-valuri tal-limiti huma validi sakemm il-leġislazzjoni nazzjonali mhijiex aktar severa
L-applikant għandu jipprovdi lill-Korp Kompetenti bir-rapporti tat-testijiet rilevanti, u dikjarazzjoni tal-konformità ma dan ir-rekwiżit.
3. Kontaminanti fiżiċi
Il-prodott finali (b’daqs tal-malja ta’ 2 mm), il-kontenut ta’ ħġieġ, metall u plastik irid ikun aktar baxx minn 0,5 % kif imkejjel bħala piż fin-niexef.
L-applikant għandu jipprovdi lill-Korp Kompetenti bir-rapporti tat-testijiet rilevanti, u dikjarazzjoni tal-konformità ma' dan ir-rekwiżit.
4. Nitroġenu
Il-konċentrazzjoni ta’ nitroġenu fil-prodott m'għandhiex teċċedi 3 % totali tan-N (bil-piż) u n-N inorganiku m'għandux jeċċedi 20 % mit-total tan-N (jew in-N organiku ≥ 80 %).
L-applikant għandu jipprovdi lill-Korp Kompetenti b’dikjarazzjoni tal-konformità ma dan ir-rekwiżit.
5. Eżekuzzjoni tal-prodott
(a) Il-prodotti għandhom jiġu forniti fil-forma solida u jkun fihom anqas minn 25 % ta’ materja niexfa bil-piż u mhux anqas minn 20 % materja organika bil-piż fin-niexef (imkejjla skond it-telf bil-kombustjoni).
(b) Il-prodotti m'għandhomx jaffettwaw ħażin il-ħruġ jew it-tkabbir sussegwenti tal-pjanta.
L-applikant għandu jipprovdi lill-Korp Kompetenti b’dikjarazzjoni tal-konformità ma’ dawn ir-rekwiżiti, flimkien mar-rapporti tat-testijiet u d-dokumentazzjoni relatati.
6. Saħħa u sigurtà
Il-prodotti m'għandux jeċċedu l-livelli massimi tal-patoġeni primarji kif ġej:
— Salmonella: nieqes f’25 g;
— Helminth Ova: nieqes f’ 1,5 g ( 7 ).
— E. Coli: <1 000 MPN/g (MPN: numru l-aktar probabbli) ( 8 )
L-applikant għandu jipprovdi lill-Korp Kompetenti bir-rapporti tat-testijiet u d-dokumentazzjoni rilevanti, u dikjarazzjoni tal-konformità ma' dawn ir-rekwiżiti.
7. Żrieragħ/propaguli vijabbli
Fil-prodott finali, il-kontenut ta’ żrieragħ ta’ ħaxix ħażin u l-partijiet riproduttivi veġetattivi ta’ ħaxix ħażin aggressiv m'għandhomx jeċċedu żewġ unitajiet kull litru.
L-applikant għandu jipprovdi lill-Korp Kompetenti b’dikjarazzjoni tal-konformità ma’ dawn ir-rekwiżiti, flimkien ma’ kwalunkwe rapport tat-testijiet u/jew dokumentazzjoni relatata.
8. Informazzjoni provduta mal-prodott
L-informazzjoni li ġejja għandha tiġi provduta mal-prodotti (jekk il-prodott huwiex ippakkjat jew le), jew bil-miktub fuq il-pakkett jew fl-iskedi deskrittivi li jakkompanjawh:
Informazzjoni ġenerali
a) l-isem u l-indirizz tal-korp responsabbli għall-marketing;
b) deskrizzjoni li tiddentifika l-prodott bit-tip, inkluż l-kliem “MATERJAL GĦAT-TITJIB TAL-ĦAMRIJA”;
c) kodiċi ta’ identifikazzjoni tal-konsenja;
d) il-kwantità (skond il-piż jew il-volum);
e) il-materjali tiegħu prinċipali (dawk li jeċċedu 5 % bil-volum) li minnhom ġie manifattura l-prodott;
Jekk applikabbli, l-informazzjoni li ġejja dwar l-użu tal-prodott għandha tiġi pprovduta mal-prodott, jew bil-miktub fuq il-pakkett jew fl-iskredi deskrittivi li jakkompanjawh:
a) il-kondizzjonijiet rakkomandati ta’ ħażna u d-data “uża sa” rakkomandata;
b) linji gwida dwar it-tqandil u l-użu salv;
c) deskrizzjoni tal-iskop li għalih huwa maħsub il-prodott u kwalunkwe limitazzjonijiet fuq l-użu;
d) dikjarazzjoni tal-idoneità tal-prodott għall-grupp ta’ pjanti partikolari (per eżempju pjanti li ma jittollerawx il-ħamrija alkalina jew pjanti li jikbru fil-ħamrija alkalina);
e) pH u l-indiċi Karbonju-Nitroġenu (C/N);
f) dikjarazzjoni dwar l-istabbilità tal-materjal organiku (stabbli jew stabbli ħafna) skond l-istandard nazzjonali jew internazzjonali;
g) dikjarazzjoni dwar il-metodi ta’ użu rakkomandati;
h) f’applikazzjonijiet tal-passatemp: rata ta’ applikazzjoni rakkomandata espressa f’kilogrammi jew litri tal-prodott għal kull erja tal-wiċċ (m2) kull sena;
Informazzjoni tista’ tiħalla barra biss jekk tingħata ġustifikazzjoni sodisfaċenti mill-applikant.
Nota: Din l-informazzjoni għandha tiġi pprovduta sakemm il-leġislazzjoni nazzjonali ma tkunx titlob xort’oħra.
Informazzjoni dettaljata
|
Parametru |
Metodi tal-ittestjar |
|
Kwantità |
EN 12580 |
|
Kontenut ta’ materjal organiku u rmid |
EN 13039 |
|
N totali |
prEN 13654/1-2 |
|
Indiċi Karbonju-Nitroġenu (C/N) |
C/N (1) |
|
pH |
EN 13037 |
|
Metalli tqal (Cd, Cr, Cu, Pb, Ni, Zn) |
EN 13650 |
|
Hg |
ISO 16772 |
|
Kontenut materjal umdu/niexef |
EN 13040 |
|
Salmonella |
ISO 6579 |
|
Helminth ova |
prXP X 33-017 |
|
E. Coli |
ISO 11866-3 |
|
Test tal-istabbilità/maturità (it-test li jsir irid jiġi dikjarat mar-riżultati) |
Mhux applikabbli |
|
Karbonju = materjal organiku (EN 13039) × 0,58 mhux applikabbli = il-metodu CEN mhux applikabbli. |
|
9. Informazzjoni li tidher fuq l-eko-tikketta
Il-kaxxa 2 tal-eko-tikketta għandha tinkludi t-test li ġej:
— jikkontribwixxi għat-tnaqqis fit-tniġġiż tal-ħamrija u tal-ilma;
— jippromwovi r-riċiklaġġ tal-materjali;
— jikkontribwixxi għat-tisħiħ tal-fertilità tal-ħamrija.
( 1 ) ĠU L 237, 21.9.2000, p. 1.
( 2 ) ĠU L 242, 12.9.2001, p. 17. Id-Deċiżjoni kif emendata bid-Deċiżjoni 2005/384/KE (ĠU L 127, 20.5.2005, p. 20).
( 3 ) ĠU L 194, 25.7.1975, p. 47.
( 4 ) ĠU L 47, 16.2.2001, p. 1.
( 5 ) ĠU L 206, 22.7.1992, p. 7
( 6 ) ĠU L 59, 25.4.1979, p. 1.
( 7 ) Għal dawk il-prodotti li l-kontenut organiku tagħhom mhux derivat esklusivament minn skart veġetali, tal-ġnien jew tal-parks
( 8 ) Għal dawk il-prodotti li l-kontenut organiku tagħhom huwa derivat esklusivamenti mill-iskart veġetali, tal-ġnien jew tal-park