|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Is-serje L |
|
2024/2973 |
2.12.2024 |
REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2024/2973
tal-25 ta’ Novembru 2024
li jistabbilixxi regoli għall-applikazzjoni tar-Regolament (UE) 2024/1143 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-approvazzjoni ta’ emenda tal-Unjoni tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott tad-denominazzjoni ta’ oriġini protetta “Hierbas Ibicencas”
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) 2024/1143 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ April 2024 dwar indikazzjonijiet ġeografiċi għall-inbid, ix-xorb spirituż u l-prodotti agrikoli, kif ukoll l-ispeċjalitajiet tradizzjonali garantiti u t-termini tal-kwalità mhux obbligatorji għall-prodotti agrikoli, li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1308/2013, (UE) 2019/787 u (UE) 2019/1753 u li jħassar ir-Regolament (UE) Nru 1151/2012 (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 21(2) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Skont l-Artikoli 24 u 31 tar-Regolament (UE) 2019/787 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2), l-applikazzjoni ta’ Spanja għall-approvazzjoni ta’ emenda tal-Unjoni tal-ispeċifikazzjoni tal-prodott tal-indikazzjoni ġeografika “Hierbas Ibicencas”, li l-Kummissjoni rċeviet qabel id-data tad-dħul fis-seħħ tar-Regolament (UE) 2024/1143, ġiet ippubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (3). |
|
(2) |
Il-Kummissjoni ma rċeviet l-ebda dikjarazzjoni ta’ oppożizzjoni skont l-Artikolu 17 tar-Regolament (UE) 2024/1143, li hija applikabbli għall-applikazzjoni għall-approvazzjoni ta’ emenda tal-Unjoni f’konformità mal-Artikolu 90(2) ta’ dak ir-Regolament. |
|
(3) |
Għelhekk, jenħtieġ li l-applikazzjoni għall-approvazzjoni ta’ emenda tal-Unjoni tiġi approvata, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
L-emenda tal-Unjoni fl-ispeċifikazzjoni tal-prodott ippubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea dwar l-indikazzjoni ġeografika “Hierbas Ibicencas” hija b’dan approvata.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, il-25 ta’ Novembru 2024.
Għall-Kummissjoni
F’isem il-President,
Janusz WOJCIECHOWSKI
Membru tal-Kummissjoni
(1) ĠU L, 2024/1143, 23.4.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2024/1143/oj.
(2) Ir-Regolament (UE) 2019/787 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ April 2019 dwar id-definizzjoni, id-deskrizzjoni, il-preżentazzjoni u t-tikkettar ta’ xorb spirituż, l-użu tal-ismijiet ta’ xorb spirituż fil-preżentazzjoni u t-tikkettar ta’ oġġetti tal-ikel oħra, il-protezzjoni ta’ indikazzjonijiet ġeografiċi ta’ xorb spirituż, l-użu ta’ alkoħol etiliku u distillati ta’ oriġini agrikola f’xorb alkoħoliku, u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 110/2008 (ĠU L 130, 17.5.2019, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2019/787/oj).
(3) ĠU C, C/2024/4419, 10.7.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2024/4419/oj.
ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2024/2973/oj
ISSN 1977-074X (electronic edition)