Subject of the case
Parti operattiva

Subject of the case

Suġġett

Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu – Nuqqas li jadotta, fit-terminu previst, id-dispożizzjonijiet neċessarji sabiex jikkonforma ruħu mad-Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 2003/98/KE, tas-17 ta’ Novembru 2003, dwar l-użu mill-ġdid ta’ informazzjoni tas-settur pubbliku (ĠU L 345, p. 90)

Parti operattiva

Dispożittiv

1) Billi ma’ adottax il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi neċessarji sabiex jikkonforma ruħu kompletament mad-Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 2003/98/KE tas-17 ta’ Novembru 2003, dwar l-użu mill-ġdid ta’ informazzjoni tas-settur pubbliku, ir-Renju ta’ Spanja naqas milli jwettaq l-obbligi tiegħu taħt din id-direttiva.

2) Ir-Renju ta’ Spanja huwa kkundannat għall-ispejjeż.