European flag

Il-Ġurnal Uffiċjali
tal-Unjoni Ewropea

MT

Is-serje C


C/2026/3720

10.7.2026

Riżoluzzjoni tal-Kunsill dwar it-tieni ċiklu tal-qafas strateġiku għall-kooperazzjoni Ewropea fl-edukazzjoni u t-taħriġ lejn iż-Żona Ewropea tal-Edukazzjoni (2026-2030)

(C/2026/3720)

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

FILWAQT LI JFAKKAR

—

fir-Riżoluzzjoni tal-Kunsill dwar qafas strateġiku għall-kooperazzjoni Ewropea fl-edukazzjoni u t-taħriġ lejn iż-Żona Ewropea tal-Edukazzjoni u lil hinn (2021-2030), fir-Riżoluzzjoni tal-Kunsill dwar l-istruttura ta' governanza tal-qafas strateġiku għall-kooperazzjoni Ewropea fl-edukazzjoni u t-taħriġ lejn iż-Żona Ewropea tal-Edukazzjoni u lil hinn (2021-2030) u fir-Riżoluzzjoni tal-Kunsill dwar iż-Żona Ewropea tal-Edukazzjoni: Inħarsu lejn l-2025 u lil hinn, li ħabbret li l-Kunsill ser jirrevedi l-qafas strateġiku – inkluż il-miri fil-livell tal-UE, l-istruttura ta' governanza, il-metodi ta' ħidma u l-oqsma ta' prijorità – fl-2025 u jagħmel kwalunkwe aġġustament meħtieġ għat-tieni ċiklu, kif xieraq, biex jadatta għar-realtà u l-ħtiġijiet taż-Żona Ewropea tal-Edukazzjoni jew kwalunkwe żvilupp maġġuri fl-Unjoni Ewropea;

—

fl-isfond politiku kif jidher fl-Anness I.

FILWAQT LI JIRRIKONOXXI

—

il-kontribut importanti tal-kooperazzjoni Ewropea fl-edukazzjoni u t-taħriġ għall-partijiet rilevanti tas-Semestru Ewropew.

FILWAQT LI JTENNI

—

il-ħtieġa għall-koordinazzjoni u l-koerenza tal-inizjattivi kollha tal-UE fil-qasam tal-edukazzjoni u t-taħriġ, b'mod partikolari dawk li jikkonċernaw il-ħiliet u l-kompetenzi, filwaqt li tiġi rispettata bis-sħiħ il-bażi legali għall-oqsma ta' politika rispettivi kif stipulat fit-Trattati.

FILWAQT LI JILQA'

—

ir-rapport tal-Kummissjoni dwar l-evalwazzjoni interim tal-qafas strateġiku taż-Żona Ewropea tal-Edukazzjoni 2021-2030 (1).

JENFASIZZA li:

—

fid-dawl ta' realtà ġeopolitika li qed tinbidel, impetu lill-kisba ta' aċċess ugwali u inklużiv għal kulħadd għal edukazzjoni u taħriġ ta' kwalità għolja huwa fundamentali għat-tkabbir individwali, l-iżvilupp soċjali u ekonomiku sostenibbli, id-demokrazija, ir-reżiljenza, il-koeżjoni soċjali, il-kompetittività u l-preparatezza;

—

il-kisba taż-Żona Ewropea tal-Edukazzjoni tibqa' l-ambizzjoni ġenerali tal-kooperazzjoni Ewropea fl-edukazzjoni u t-taħriġ. F'dan il-kuntest, biex l-individwi u s-soċjetà jiksbu l-potenzjal sħiħ tagħhom, l-edukazzjoni u t-taħriġ għandhom jitqiesu minn perspettiva olistika.

JIRRIKONOXXI li:

—

mill-2021 sar progress konsiderevoli lejn il-kisba taż-Żona Ewropea tal-Edukazzjoni, u tnedew ħafna inizjattivi f'konformità mal-prijoritajiet strateġiċi. Għadha meħtieġa implimentazzjoni ulterjuri għal għadd ta' inizjattivi;

—

ir-Riżoluzzjonijiet tal-Kunsill tal-2021 dwar il-qafas strateġiku għall-kooperazzjoni Ewropea fl-edukazzjoni u t-taħriġ ikomplu jiffurmaw il-bażi għall-kooperazzjoni. Din ir-Riżoluzzjoni tal-Kunsill tirrieżamina u taġġorna dawk ir-Riżoluzzjonijiet.

JIEĦU NOTA li, skont ir-rapport tal-Kummissjoni dwar l-evalwazzjoni interim tal-qafas strateġiku taż-Żona Ewropea tal-Edukazzjoni 2021-2030:

—

il-qafas strateġiku kellu valur miżjud tal-UE fit-tlaqqigħ tal-Istati Membri madwar miri kwantifikati u prijoritajiet kondiviżi. Irnexxielu jġib riżultati u titjib rilevanti. It-twettiq u l-kombinazzjoni tal-istrumenti ta' implimentazzjoni taż-Żona Ewropea tal-Edukazzjoni huma effettivi u koerenti ma' xulxin u mal-prijoritajiet b'mod ġenerali. L-evidenza turi li ż-Żona Ewropea tal-Edukazzjoni rnexxielha twassal azzjonijiet ġodda importanti fil-livell tal-UE, tispira u tappoġġa riformi nazzjonali, u tistabbilixxi perkorsi strutturali, sistemiċi u sostenibbli għal kooperazzjoni Ewropea aktar profonda bejn l-istituzzjonijiet tal-edukazzjoni. F'xi każijiet, il-kooperazzjoni fil-livell tal-UE qabżet l-aspettattivi u l-ambizzjonijiet oriġinali, u pprovdiet linji effiċjenti ta' komunikazzjoni u rispons koordinat matul il-ġestjoni tal-kriżijiet, u b'hekk tat spinta lir-reżiljenza tal-UE;

—

is-saħħa tal-qafas strateġiku tinsab fil-pedament sod tiegħu ta' kooperazzjoni volontarja u kokreazzjoni. Matul il-konsultazzjonijiet għall-evalwazzjoni, l-Istati Membri kkonfermaw ir-rieda qawwija tagħhom li jkomplu l-kooperazzjoni permezz tal-qafas strateġiku;

—

l-isfidi prinċipali, strutturati permezz tal-prijoritajiet strateġiċi identifikati mill-Kunsill fl-2021 u konformi mar-Riżoluzzjoni tal-Kunsill tal-2023, għadhom rilevanti;

—

jistgħu jiġu identifikati għadd ta' oqsma li għandhom lok għal titjib: prijoritajiet strateġiċi, koordinazzjoni u koerenza transsettorjali, il-mudell ta' governanza, u żewġ lakuni kbar (in-nuqqas ta' miri fil-livell tal-UE għal xi prijoritajiet li ilhom jeżistu jew li qed ifiġġu, u n-nuqqas ta' evidenza sistematika ta' riformi nazzjonali bħala segwitu għall-inizjattivi tal-UE);

—

l-istrutturi ta' governanza taż-Żona Ewropea tal-Edukazzjoni, b'mod aktar speċifiku l-Grupp ta' Livell Għoli dwar l-Edukazzjoni u t-Taħriġ, imsaħħa mill-Bord ta' Koordinazzjoni tiegħu, żguraw tmexxija politika aktar b'saħħitha u tfassil aktar strateġiku tal-aġenda. Iż-żona Ewropea tal-Edukazzjoni ppromwoviet dimensjoni Ewropea ġenwina fl-edukazzjoni u t-taħriġ;

—

fir-rigward tal-miri fil-livell tal-UE, ix-xejriet lejn l-ilħuq tagħhom juru stampa mħallta. Għal diversi miri kien hemm żviluppi pożittivi (pereżempju inqas persuni li jitilqu kmieni mill-iskola), iżda l-progress għal xi oħrajn kien limitat jew saħansitra marru lura (pereżempju l-ħiliet bażiċi).

JIEĦU NOTA WKOLL ta'

—

il-komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar l-Unjoni tal-Ħiliet (2), li tissottolinja li l-kompetittività Ewropea teħtieġ ħiliet li jvarjaw minn ħiliet bażiċi għal ħiliet miksuba permezz ta' titjib tal-ħiliet u taħriġ mill-ġdid tul il-ħajja. Fiha, il-Kummissjoni ħabbret approċċ ġdid, inkluż rakkomandazzjoni tal-EU-27 dwar il-kapital uman bħala parti mis-Semestru Ewropew, li tgħaqqad flimkien il-politiki tal-edukazzjoni, tat-taħriġ u tal-impjiegi, magħquda madwar viżjoni komuni dwar il-kompetittività;

—

il-komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar il-Pjan ta' Azzjoni dwar il-Ħiliet Bażiċi (3), li huwa rispons għal livelli li qed jonqsu fil-litteriżmu bażiku, il-matematika u x-xjenza (4), u li jindirizza wkoll livelli li qed jonqsu ta' ħiliet diġitali bażiċi u għarfien ċiviku (5);

—

il-komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar Pjan Strateġiku għall-Edukazzjoni STEM (6): ħiliet għall-kompetittività u l-innovazzjoni (7), li tindika sfidi fl-iSTEM fil-livelli kollha tal-edukazzjoni u t-taħriġ, bħat-tnaqqis fl-interess, fil-parteċipazzjoni u fir-riżultati miksuba, in-nuqqas ta' għalliema STEM u d-distakki bejn il-ġeneri u d-diversità, li kollha jeħtieġ li jiġu indirizzati mill-Kunsill;

—

l-intenzjoni tal-Kummissjoni li tistabbilixxi Osservatorju Ewropew tal-Informazzjoni dwar il-Ħiliet u Bord ta' Livell Għoli Ewropew dwar il-Ħiliet, kif imħabbar fil-komunikazzjoni dwar l-Unjoni tal-Ħiliet.

JAQBEL li:

1.

Biex jirnexxu fid-dinja tal-lum u biex ilaħħqu mat-trasformazzjonijiet futuri fis-soċjetà, fl-ekonomija u fis-suq tax-xogħol, l-individwi kollha jrid ikollhom il-kompetenzi ewlenin għat-tagħlim tul il-ħajja (8) u f'dan il-kuntest il-multilingwiżmu, il-kompetenzi interdixxiplinari u l-ħiliet trasversali għandhom rwol importanti x'jaqdu. Biex dan ikompli jinkiseb, hemm bżonn li jiġu identifikati miżuri ta' politika li jistgħu jagħtu spinta lis-suċċess edukattiv għall-istudenti kollha, inkluż opportunitajiet għall-edukazzjoni u t-taħriġ fi stadji differenti tal-ħajja.

2.

L-UE qed tiffaċċa sfida għall-kompetittività. Filwaqt li huma mistennija wkoll jindirizzaw l-isfidi demografiċi, is-sistemi tal-edukazzjoni u t-taħriġ ser ikollhom bżonn jgħammru lill-individwi bil-ħiliet meħtieġa biex jagħtu spinta lill-kompetittività Ewropea u l-awtonomija strateġika fis-snin li ġejjin u jappoġġaw it-tranżizzjoni ekoloġika u dik diġitali. L-iżvilupp tal-kapaċità għar-reżiljenza u l-kapaċità tar-reżistenza u l-irkupru minn kriżi ser jgħin biex jinbnew sistemi ta' edukazzjoni u taħriġ li jibqgħu validi fil-futur madwar l-UE, filwaqt li jibnu fuq it-tagħlimiet meħuda u jirrispondu għall-impatt tal-gwerra ta' aggressjoni tar-Russja kontra l-Ukrajna u r-riperkussjonijiet tagħha għas-sigurtà Ewropea.

3.

Il-qafas strateġiku għall-kooperazzjoni Ewropea fl-edukazzjoni u t-taħriġ ser ikun l-għodda ewlenija għall-appoġġ u l-implimentazzjoni taż-Żona Ewropea tal-Edukazzjoni, b'kunsiderazzjoni sħiħa għall-approċċ olistiku tagħha u, fejn rilevanti, f'sinerġija mal-Unjoni tal-Ħiliet.

4.

Filwaqt li sar ħafna progress lejn il-kisba taż-Żona Ewropea tal-Edukazzjoni, għad fadal xi jsir biex tinkiseb kollha sal-2030.

5.

Fid-dawl tal-iżviluppi matul l-ewwel ċiklu tal-qafas strateġiku, hemm bżonn li jiġu riveduti u adattati l-prijoritajiet strateġiċi, l-oqsma ta' prijorità u l-miri fil-livell tal-UE stabbiliti fl-2021, kif ukoll li tissaħħaħ l-edukazzjoni għat-tranżizzjoni ekoloġika u dik diġitali fil-prijoritajiet strateġiċi kollha.

6.

Il-promozzjoni tal-kwalità, l-ugwaljanza, l-inklużjoni u s-suċċess għal kulħadd tibqa' fil-qalba taż-Żona Ewropea tal-Edukazzjoni, u tkopri l-prijoritajiet strateġiċi kollha tagħha. Fit-tieni ċiklu (2026-2030), il-qafas strateġiku ser jindirizza s-sitt prijoritajiet strateġiċi li ġejjin, bl-użu tal-mezzi finanzjarji disponibbli:

Prijorità strateġika 1: Litteriżmu, matematika u xjenza għal kulħadd

L-edukazzjoni u t-taħriġ ta' kwalità għolja jgħinu lill-istudenti kollha jiżviluppaw kompetenzi li jikkonsistu f'għarfien, ħiliet u attitudnijiet li huma kruċjali għall-kwalità tal-ħajja tal-individwi, l-opportunitajiet ta' impjieg tagħhom, għall-koeżjoni soċjali u l-kompetittività, u għar-reżiljenza u l-preparatezza tal-UE. Sabiex jintlaħaq dan l-objettiv, is-sistemi tal-edukazzjoni u t-taħriġ għandhom jiżguraw aċċess, parteċipazzjoni u eżiti ekwi billi jippromwovu tagħlim ta' kwalità għolja, inklużjoni u benesseri. Filwaqt li sar progress fl-ewwel ċiklu tal-qafas strateġiku, jibqa' kruċjali li jittejbu aktar l-edukazzjoni, it-taħriġ u l-ħiliet għat-tkabbir personali, iċ-ċittadinanza attiva u l-iżvilupp professjonali tal-istudenti ta' kull età.

Il-provvediment ta' livell suffiċjenti ta' litteriżmu (qari, kitba u fehim tajjeb ta' informazzjoni miktuba u orali), matematika u xjenza għal kulħadd huwa l-pedament għal kull tagħlim ieħor. Dan il-pedament jippermetti lill-istudenti jiżviluppaw kompetenzi kemm usa' kif ukoll aktar speċjalizzati, bħal fi STEM (9), u li jirnexxu fl-edukazzjoni inizjali u kontinwa, fis-suq tax-xogħol u fis-soċjetà b'mod ġenerali. It-titjib tal-kwalità tat-tagħlim u t-tisħiħ tal-ugwaljanza u l-inklużjoni huma kruċjali għall-forniment tal-litteriżmu, il-matematika u x-xjenza. Dan ser jgħin biex jiġi żgurat is-suċċess għal kulħadd fl-edukazzjoni u t-taħriġ, li issa huwa aktar importanti minn qatt qabel.

L-Ewropa qed tiffaċċa sfida kritika: valutazzjonijiet internazzjonali reċenti, inkluż PISA, juru deterjorament inkwetanti fil-qari, il-matematika u x-xjenza, b'sehem dejjem akbar ta' studenti li ma jirnexxilhomx jilħqu livelli minimi ta' profiċjenza. Iridu jsiru aktar sforzi biex dan jiġi indirizzat, inkluż sforzi biex jitnaqqas it-tluq bikri mill-edukazzjoni u mit-taħriġ u biex jittejjeb l-aċċess għal edukazzjoni u kura bikrija ta' kwalità għolja għat-tfal, b'mod partikolari għal studenti minn gruppi vulnerabbli. L-għoti ta' ħiliet fil-litteriżmu, il-matematika u x-xjenza lill-individwi kollha, u l-promozzjoni tal-kompetenzi ewlenin għat-tagħlim tul il-ħajja b'mod ġenerali, huma essenzjali għall-iżvilupp personali u professjonali tagħhom u jgħinu biex jiġu indirizzati l-inugwaljanzi soċjoekonomiċi u n-nuqqas ta' ħiliet. Fl-istess ħin, it-titjib tal-kwalità fl-edukazzjoni u t-taħriġ għandu jżid l-għadd ta' dawk bl-aqwa prestazzjoni, inkluż bil-ħsieb li jissaħħu l-kapaċità tal-innovazzjoni u l-kompetittività tal-Ewropa.

Madwar l-Ewropa, l-istudenti ġejjin minn kuntesti żvantaġġati huma rrappreżentati żżejjed fost dawk bi prestazzjoni baxxa. Sabiex ikun hemm sistemi ta' edukazzjoni u taħriġ verament inklużivi, l-ilħuq tal-livell edukattiv tal-istudenti u r-riżultati li jiksbu fil-livelli kollha u fit-tipi kollha ta' edukazzjoni u taħriġ ma għandhomx jiġu ddeterminati minn fatturi personali, soċjali u ekonomiċi. L-edukazzjoni u t-taħriġ inklużivi jinvolvu wkoll l-iżvilupp ta' sensittività fil-proċessi ta' apprendiment biex jitqiesu d-diversità, l-inklużjoni u n-nondiskriminazzjoni. L-isfidar tal-istereotipi kollha u l-għoti tal-appoġġ meħtieġ għall-istudenti b'diżabbiltà u bi bżonnijiet edukattivi speċjali huma daqstant importanti f'dan il-kuntest.

Prijorità strateġika 2: L-iżvilupp tal-ħiliet diġitali u l-edukazzjoni ċivika

Fil-kuntest globali tal-lum, ikkaratterizzat minn kriżijiet, tibdil fil-klima, tibdil teknoloġiku rapidu, diġitalizzazzjoni (inkluż l-intelliġenza artifiċjali (IA)), żieda fil-polarizzazzjoni, it-tixrid tad-diżinformazzjoni u sfidi dejjem akbar għan-normi u l-valuri demokratiċi, kif ukoll livell baxx ta' parteċipazzjoni demokratika, hemm ħtieġa urġenti li jissaħħu d-demokrazija u r-reżiljenza fl-Unjoni Ewropea. Kemm l-edukazzjoni diġitali kif ukoll dik ċivika jaqdu rwol ewlieni f'dan ir-rigward.

Il-ħiliet diġitali huma kruċjali għall-ħajja moderna u saru essenzjali kważi fl-oqsma kollha tas-soċjetà u tal-ekonomija. Dawn huma kruċjali għaċ-ċittadinanza attiva, l-impjegabbiltà, l-inklużjoni soċjali u l-benesseri, filwaqt li huma wkoll strumentali fit-titjib tal-kompetittività Ewropea permezz tal-iżvilupp ta' ħiliet STEM aktar avvanzati. L-edukazzjoni diġitali għandha tkopri l-litteriżmu fil-media, u dak diġitali u fid-data, il-ħsieb kritiku, il-benesseri diġitali, il-ġlieda kontra l-miżinformazzjoni u d-diżinformazzjoni, il-bullying ċibernetiku, id-diskors ta' mibegħda u ta' ħsara, u l-għarfien tal-IA, l-użu etiku u responsabbli tagħha, u teknoloġiji emerġenti oħra.

L-edukazzjoni ċivika hija daqstant importanti fil-kuntest attwali. Is-sitwazzjoni globali attwali teħtieġ ċittadini infurmati u involuti li jifhmu u jirrispettaw l-istituzzjonijiet, il-prinċipji u l-proċessi demokratiċi fil-livell lokali, nazzjonali, Ewropew u dak internazzjonali. L-edukazzjoni ċivika tgħin lill-individwi kollha jiksbu l-għarfien, il-ħiliet u l-attitudnijiet meħtieġa għall-parteċipazzjoni attiva u responsabbli fil-ħajja demokratika u l-involviment ċiviku sinifikattiv.

Dimensjoni Ewropea tat-tagħlim (10) tista' tikkontribwixxi għall-promozzjoni ta' valuri Ewropej (11) kondiviżi sabiex jitrawwem sens ta' identità u solidarjetà Ewropea. Għandha tippromwovi r-rispett għad-diversità kulturali u tgħin lill-istudenti jinnavigaw l-identitajiet lokali, nazzjonali, Ewropej u globali tagħhom. L-edukazzjoni ċivika timxi id f'id mal-fehim tal-isfidi tat-tranżizzjoni diġitali u dik ekoloġika.

Aspett ewlieni tal-edukazzjoni ċivika huwa t-tagħlim permezz tad-demokrazija, dwarha u għaliha. L-edukazzjoni u t-taħriġ, fl-oqsma kollha u fil-livelli kollha, għandhom jippromwovu l-valuri demokratiċi, jinkoraġġixxu d-djalogu miftuħ u l-ħsieb kritiku, u jindirizzaw kemm il-miżinformazzjoni kif ukoll id-diżinformazzjoni (inkluż dawk online). L-iskejjel u l-istituzzjonijiet l-oħra kollha tal-edukazzjoni u t-taħriġ għandhom jiffunzjonaw bħala komunitajiet demokratiċi fejn l-istudenti jesperjenzaw parteċipazzjoni, djalogu u kodeċiżjoni. L-għalliema, l-edukaturi, il-ħarrieġa u l-mexxejja fil-livelli kollha tal-edukazzjoni u t-taħriġ għandhom ikunu ppreparati sew biex jaqdu rwol vitali fil-ħolqien ta' ambjenti ta' tagħlim inklużivi u parteċipattivi li jirriflettu l-valuri demokratiċi fil-prattika. F'dan ir-rigward, l-edukazzjoni diġitali u dik ċivika huma partikolarment importanti biex jgħinu lill-istudenti jaħsbu b'mod kritiku u jaġixxu b'mod sikur u responsabbli online. It-tfassil ta' approċċ etiku għall-użu tal-iskrin huwa meħtieġ biex jiġu żgurati l-benesseri u s-sikurezza tat-tfal.

L-enfasi għandha tkun fuq il-promozzjoni ta' ċittadinanza attiva, li l-individwi jiġu mgħammra bil-kompetenzi u l-kunfidenza biex jinvolvu ruħhom b'mod kostruttiv fil-komunitajiet tagħhom u fil-proċess demokratiku fil-livelli kollha.

L-apprendiment favur it-tranżizzjoni ekoloġika u l-iżvilupp sostenibbli (12) u l-edukazzjoni ċivika huma interkonnessi mill-qrib u rilevanti wkoll għall-kompetittività Ewropea. It-tħejjija tal-istudenti fil-livelli kollha u fit-tipi kollha ta' edukazzjoni u taħriġ sabiex jirrispondu għall-isfidi soċjetali u ambjentali hija aspett ewlieni ta' ċittadinanza attiva u responsabbli. Dan jinkludi li l-individwi jiġu mgħammra bl-għarfien, il-ħiliet u l-attitudnijiet meħtieġa biex jinvolvu ruħhom b'mod sinifikattiv fit-tranżizzjoni ekoloġika u dik diġitali u biex jikkontribwixxu għal soċjetà ġusta, soċjalment u ambjentalment sostenibbli.

Prijorità strateġika 3: It-tagħlim tul il-ħajja u l-mobbiltà jsiru realtà għal kulħadd

L-isfidi soċjetali, teknoloġiċi, ambjentali u ekonomiċi qed jaffettwaw dejjem aktar il-mod kif ngħixu u naħdmu. B'mod partikolari, l-iżviluppi teknoloġiċi jirrikjedu t-tiġdid u titjib tal-ħiliet tal-popolazzjoni. It-tagħlim tul il-ħajja huwa essenzjali fil-kuntest tal-kriżi klimatika kif ukoll tal-bidliet teknoloġiċi, peress li jgħin lill-individwi jibnu r-reżiljenza u jkunu ppreparati għat-tibdil ambjentali u soċjetali li għaddej bħalissa. Huwa jappoġġa l-iżvilupp ta' ħiliet ekoloġiċi u diġitali u jiżgura li n-nies ikunu jistgħu jadattaw għal domandi ġodda u emerġenti tas-suq tax-xogħol, u b'hekk jikkontribwixxi għal modi aktar sostenibbli ta' għajxien u xogħol. Soċjetajiet li dejjem jinbidlu jagħmlu t-tagħlim tul il-ħajja essenzjali għall-iżvilupp personali, ċiviku u professjonali. Għad hemm bżonn ta' aktar progress fl-għoti ta' opportunitajiet ta' tagħlim tul il-ħajja flessibbli u ta' kwalità għolja għal kulħadd.

Ir-rata medja ta' parteċipazzjoni tal-adulti fit-tagħlim fl-UE għadha baxxa. Is-sistemi tal-edukazzjoni u t-taħriġ għandhom isiru aktar flessibbli, reżiljenti, jibqgħu validi għall-futur u attraenti, filwaqt li jilħqu grupp aktar varjat ta' studenti, inkluż dawk b'livelli baxxi ta' ħiliet. Jeħtieġ li jiżguraw ir-rikonoxximent tal-kwalifiki u l-validazzjoni tal-apprendiment preċedenti u joffru opportunitajiet ta' taħriġ għat-titjib tal-ħiliet u t-taħriġ mill-ġdid, inkluż f'livelli ogħla ta' kwalifiki u tul il-ħajja tax-xogħol ta' persuna, pereżempju permezz ta' mikrokredenzjali. Barra minn hekk, l-innovazzjonijiet fil-perkorsi tat-tagħlim, l-approċċi edukattivi ġodda u l-gwida għall-karriera tul il-ħajja jistgħu jgħinu biex jiġu akkomodati aħjar il-ħtiġijiet ta' firxa usa' ta' studenti, peress li għadd dejjem jikber ta' adulti ser ikollhom bżonn jitħarrġu mill-ġdid u jtejbu l-ħiliet tagħhom. Għandha tingħata attenzjoni partikolari għall-appoġġ tal-istudenti li jkunu ġejjin minn kuntesti emarġinati u dawk b'diżabbiltà u bi bżonnijiet edukattivi speċjali.

Il-mobbiltà għall-istudenti, l-għalliema, l-edukaturi, il-ħarrieġa tal-għalliema u l-persunal għandha tkompli tiġi estiża, b'mod partikolari permezz tal-programm Erasmus+ attwali, bħala element ewlieni tal-kooperazzjoni tal-UE u għodda biex jittejbu l-kwalità u l-inklużjoni fl-edukazzjoni u t-taħriġ u jiġu promossi l-multilingwiżmu, il-kompetenzi interkulturali, l-identità Ewropea u ċ-ċittadinanza attiva fl-UE u lil hinn minnha. Għalhekk, iridu jsiru aktar sforzi biex jitneħħew l-ostakli eżistenti għall-mobbiltà tat-tagħlim, inkluż fl-oqsma tal-perjodi ta' studju barra mill-pajjiż, l-assigurazzjoni tal-kwalità u r-rikonoxximent reċiproku awtomatiku tal-kwalifiki u l-eżiti tal-perjodi ta' apprendiment barra mill-pajjiż (13). Huwa importanti li jsir sforz għal mobbiltà bbilanċjata sabiex jiġu żgurati ċirkolazzjoni u allokazzjoni bilanċjati tal-ħiliet, u li jiġu mmonitorjati dawn il-proċessi.

Prijorità strateġika 4: It-titjib tal-attraenza, il-kompetenzi u l-motivazzjoni fil-professjoni tal-edukazzjoni u t-taħriġ

L-għalliema, l-edukaturi, il-ħarrieġa, il-mexxejja fil-qasam tal-edukazzjoni u t-taħriġ u persunal edukattiv u pedagoġiku ieħor, fil-livelli u l-ambjenti kollha, huma fil-qalba tal-edukazzjoni u t-taħriġ.

Il-pajjiżi tal-UE qed jiffaċċaw sfidi dejjem akbar minħabba n-nuqqas ta' għalliema, speċjalment f'ċerti suġġetti u żoni ġeografiċi. Il-motivazzjoni tal-għalliema, l-edukaturi, il-ħarrieġa u persunal edukattiv u pedagoġiku ieħor taqdi rwol vitali fil-kwalità tal-edukazzjoni u t-taħriġ. Għalhekk, hemm bżonn li tiżdied l-attraenza u l-apprezzament soċjetali tal-professjoni tal-għalliema u li jiġu żviluppati strateġiji ta' reklutaġġ aħjar u aktar flessibbli. Il-kwalità tal-edukazzjoni tal-għalliema, tal-edukaturi u tal-ħarrieġa u l-iżvilupp professjonali, l-opportunitajiet ta' mobbiltà, il-kundizzjonijiet tax-xogħol u l-benesseri tagħhom huma fatturi ewlenin biex il-professjoni ssir aktar attraenti. Biex jappoġġaw l-innovazzjoni, l-inklużjoni, il-kwalità u l-kisba ta' riżultati tajba fl-edukazzjoni u t-taħriġ, l-edukaturi jridu jkunu kompetenti u motivati, u dan jeħtieġ edukazzjoni inizjali ta' kwalità għolja u taħriġ professjonali kontinwu. Huma għandhom jirċievu rikonoxximent u jkollhom opportunitajiet għal avvanz fil-karriera.

Prijorità strateġika 5: It-trawwim ta' edukazzjoni u taħriġ vokazzjonali (VET) Ewropej eċċellenti u attraenti

Il-VET inizjali u li jkomplu għaddejjin jaqdu rwol kruċjali fit-tħejjija tal-forza tax-xogħol tal-Ewropa għall-futur. Fl-UE kollha, il-pajjiżi qed jiffaċċaw nuqqas dejjem akbar ta' ħaddiema f'setturi ewlenin. Sabiex tiġi żgurata l-kompetittività Ewropea u tiġi xprunata l-innovazzjoni, huwa essenzjali li l-VET jsiru aktar attraenti, eċċellenti u inklużivi. Hemm ukoll il-ħtieġa li jiġi promoss ir-rikonoxximent soċjetali tal-VET u l-istudenti, il-ġenituri u l-impjegaturi jiġu sensibilizzati dwar il-kwalità tagħhom u l-opportunitajiet ta' karriera li jipprovdu. Il-proċess ta' Copenhagen isaħħaħ l-isforzi kollettivi Ewropej biex jiġu żviluppati sistemi tal-VET ta' kwalità għolja u innovattivi, li jikkontribwixxu għall-kompetittività u r-reżiljenza nazzjonali u Ewropej.

It-tranżizzjoni ekoloġika u dik diġitali li għaddejjin bħalissa, b'mod partikolari fir-rigward tal-iżvilupp tal-IA u ta' teknoloġiji innovattivi oħra, jirrikjedu ħiliet ġodda u adattabbiltà, u l-VET jaqdu rwol importanti biex jiżguraw rispons xieraq u effettiv. L-appoġġ għat-titjib tal-ħiliet tal-għalliema u tal-ħarrieġa tal-VET u l-modernizzazzjoni tal-infrastruttura tal-VET huma essenzjali għall-integrazzjoni effettiva tal-ħiliet ekoloġiċi u diġitali fil-prattika tat-tagħlim. Bl-allinjament tat-taħriġ mad-domandi tas-suq tax-xogħol, il-VET jiżguraw li l-istudenti mhux biss ikunu ppreparati għall-impjiegi attwali iżda jkunu jistgħu jadattaw ukoll għal bidliet futuri. L-iżgurar tar-rilevanza għas-suq tax-xogħol fil-VET jibqa' ta' importanza ewlenija. Daqstant importanti huwa li jiġi żviluppat livell xieraq ta' ħiliet u kompetenzi trażversali oħra għall-adattabbiltà tul il-ħajja għall-ħtiġijiet tas-suq tax-xogħol li qed jinbidlu u għall-iżvilupp personali, permezz taċ-ċittadinanza, l-intraprenditorija, l-edukazzjoni diġitali u l-edukazzjoni għall-iżvilupp sostenibbli.

Hemm ħtieġa urġenti li jissaħħu l-VET fl-oqsma STEM biex jiġu żgurati l-innovazzjoni u l-progress teknoloġiku fl-Ewropa. L-inkoraġġiment taż-żgħażagħ – speċjalment il-bniet u l-gruppi sottorappreżentati – biex isegwu programmi tal-VET relatati ma' STEM ser ikun essenzjali biex jiġu indirizzati l-isfidi soċjetali u ekonomiċi futuri. Il-VET jaqdu wkoll rwol importanti fir-riċerka applikata, fl-innovazzjoni u fl-intraprenditorija, pereżempju permezz taċ-Ċentri ta' Eċċellenza Vokazzjonali.

It-titjib tad-diversità fil-programmi tal-VET jibqa' sfida importanti. Għandha tingħata attenzjoni partikolari għall-appoġġ tal-istudenti li jkunu ġejjin minn kuntesti emarġinati u dawk bi bżonnijiet edukattivi speċjali. Huwa essenzjali li l-VET isiru perkors attraenti, flessibbli u inklużivi għall-istudenti kollha permezz ta' gwida bikrija għall-karriera, mhux biss għall-ugwaljanza iżda wkoll biex jiġi indirizzat l-ispettru sħiħ tan-nuqqas ta' ħiliet madwar l-Ewropa. Barra minn hekk, il-VET għandhom jiġu rikonoxxuti u promossi bħala li joffru opportunitajiet għal żvilupp personali, akkademiku u professjonali u li jiswew daqs dawk offruti minn perkorsi tal-edukazzjoni ġenerali.

Sabiex il-VET isiru aktar attraenti, huwa importanti li tingħata spinta lill-opportunitajiet għall-mobbiltà tal-apprendiment. L-inkoraġġiment ta' skambji transfruntiera u t-titjib tar-rikonoxximent tal-kwalifiki u tal-perjodi ta' taħriġ barra mill-pajjiż jistgħu jagħmlu l-VET perkors aktar dinamiku u attraenti għall-istudenti kollha. Sforzi bħal dawn jippromwovu wkoll il-kompetittività, sens ta' identità Ewropea u kollaborazzjoni.

It-tagħlim ibbażat fuq ix-xogħol jibqa' pedament ta' sistemi effettivi tal-VET. It-tisħiħ tas-sħubijiet bejn l-istituzzjonijiet tat-taħriġ u l-impjegaturi u l-espansjoni tal-opportunitajiet għall-apprendistati u t-tagħlim ibbażat fuq ix-xogħol jistgħu jagħmlu lill-programmi tal-VET aktar attraenti u rilevanti.

Il-VET għandhom jiżguraw opzjonijiet għal aktar tagħlim, li jippermettu lill-istudenti javvanzaw aktar fl-istudji tagħhom billi jippromwovu l-permeabbiltà bejn il-VET u l-perkorsi ta' edukazzjoni u taħriġ ġenerali jew għolja. Għandu jkun possibbli li ssir tranżizzjoni bla xkiel minn perkorsi vokazzjonali għal edukazzjoni ulterjuri, inkluż għall-edukazzjoni għolja, u b'hekk jiġi żgurat li l-istudenti jkunu jistgħu jkomplu jiżviluppaw il-ħiliet tagħhom matul il-ħajja u jaġġustaw għall-perkorsi tal-karriera li qed jinbidlu.

Prijorità strateġika 6: Il-promozzjoni ta' edukazzjoni għolja Ewropea kompetittiva

L-edukazzjoni għolja, ir-riċerka u l-innovazzjoni għadhom jaqdu rwol essenzjali fl-iżgurar tal-kompetittività futura tal-Unjoni Ewropea, il-kapaċità tal-innovazzjoni, l-attraenza u r-reżiljenza tas-soċjetà tagħha.

Diġà sar progress sinifikanti fit-tisħiħ tal-kooperazzjoni fost l-istituzzjonijiet tal-edukazzjoni għolja Ewropej (14), b'mod partikolari permezz tal-implimentazzjoni tal-impenji ewlenin tal-Proċess ta' Bologna u inizjattivi bħall-Alleanzi tal-Universitajiet Ewropej u r-Riżoluzzjoni tal-Kunsill dwar tikketta ta' lawrja konġunta Ewropea u l-passi li jmiss lejn lawrja Ewropea konġunta possibbli: nagħtu spinta lill-kompetittività tal-Ewropa u l-attraenza tal-edukazzjoni għolja Ewropea (15), approvat f'Mejju 2025. Dawn l-isforzi wittew it-triq għal integrazzjoni u mobbiltà aktar profondi, u b'aktar żvilupp jitkompla fis-snin li ġejjin. Kollaborazzjoni li titkompla bejn bejn pajjiżi differenti mhux biss ittejjeb il-kwalità tal-edukazzjoni u r-riċerka iżda ssaħħaħ ukoll id-demokrazija u trawwem identità u valuri Ewropej kondiviżi.

Il-ħidma għandha tibqa' għaddejja biex tneħħi l-ostakli għall-kooperazzjoni tranżnazzjonali billi tkompli l-implimentazzjoni ta' inizjattivi bħall-Alleanzi tal-Universitajiet Ewropej u tkompli l-proċess bi tliet fażijiet maqbul f'Mejju 2025 bl-għan li tiġi implimentata tikketta ta' lawrja Ewropea konġunta u titwitta t-triq għal lawrja Ewropea konġunta (16). Huma meħtieġa aktar sforzi biex jissaħħaħ ir-rikonoxximent reċiproku awtomatiku tal-kwalifiki għall-fini ta' aktar studju (17), li ser jikkontribwixxu wkoll għal mobbiltà aħjar tal-istudenti.

Il-Proċess ta' Bologna jibqa' pedament importanti tax-xenarju Ewropew tal-edukazzjoni għolja. L-iżgurar tas-sinerġija bejn il-qafas strateġiku u l-Proċess ta' Bologna huwa kruċjali biex jiġu evitati d-duplikazzjoni u l-ineffiċjenzi, u biex tiġi appoġġata Żona Ewropea tal-Edukazzjoni aktar koeżiva. It-tisħiħ tar-rabtiet maż-Żona Ewropea tar-Riċerka għadu importanti wkoll.

Sabiex jiġu indirizzati b'mod effettiv id-diskrepanzi li qed jikbru fil-ħiliet u l-għadd dejjem anqas ta' gradwati fl-edukazzjoni għolja fis-suq tax-xogħol, l-aċċessibbiltà tal-edukazzjoni għolja għandha titwessa' billi jinħolqu opportunitajiet għall-istudenti ta' kull età u minn kull kuntest u billi jitfasslu perkorsi ta' apprendiment flessibbli li jippromwovu t-tagħlim tul il-ħajja, ir-rikonoxximent tal-apprendiment preċedenti u l-appoġġ għall-benesseri tal-istudenti u tal-persunal. L-istudenti għandhom bżonn aċċess għal edukazzjoni għolja ta' kwalità għolja u inklużiva u jibbenefikaw minn gwida u appoġġ suffiċjenti sabiex jiksbu l-potenzjal sħiħ tagħhom.

Ser ikun daqstant kruċjali li jiġu salvagwardati l-valuri akkademiċi fundamentali (inkluż il-libertà akkademika) u li jiġi rikonoxxut ir-rwol tal-istituzzjonijiet tal-edukazzjoni għolja fl-appoġġ tal-iżvilupp futur ta' soċjetajiet demokratiċi.

Il-persunal akkademiku huwa essenzjali għal istituzzjonijiet tal-edukazzjoni għolja Ewropej b'saħħithom u għal kooperazzjoni tranżnazzjonali aktar profonda. Sabiex jiġu indirizzati l-isfidi li jiffaċċaw, huwa meħtieġ li jiġu appoġġati inizjattivi li jirrikonoxxu u jagħrfu l-valur tar-rwoli differenti tagħhom u l-importanza ta' karrieri attraenti u sostenibbli fl-edukazzjoni għolja.

Ir-riċerka u l-innovazzjoni huma ċentrali għar-rwol tal-edukazzjoni għolja fl-indirizzar ta' sfidi soċjetali u ekonomiċi kumplessi. Kooperazzjoni aktar b'saħħitha bejn l-istituzzjonijiet tal-edukazzjoni għolja u s-setturi ekonomiċi hija vitali għall-allinjament tal-offerti edukattivi mad-domandi tas-suq tax-xogħol li qed jevolvu.

L-edukazzjoni għolja fi STEM hija kruċjali biex tiġi sodisfatta d-domanda għal professjonisti tas-sengħa f'setturi ewlenin, inkluż permezz tal-użu ta' mikrokredenzjali. L-attrazzjoni ta' aktar bniet u nisa lejn studji STEM diġà minn età bikrija hija kruċjali biex jiżdiedu r-reġistrazzjoni terzjarja u l-għadd ta' professjonisti STEM. Barra minn hekk, l-iżvilupp tal-ħiliet ekoloġiċi u diġitali huwa kruċjali biex jiġu appoġġati t-tranżizzjoni doppja u l-awtonomija strateġika tal-Ewropa. Hija meħtieġa wkoll aktar enfasi fuq l-iżvilupp tal-edukazzjoni għolja fir-rigward tal-IA u l-użu etiku u responsabbli tagħha. L-IA ser ikollha impatt profond fuq is-settur, mit-tagħlim, l-apprendiment u l-valutazzjoni tal-istudenti sar-riċerka, l-innovazzjoni u l-proċessi interni tal-istituzzjonijiet tal-edukazzjoni għolja.

JENFASIZZA li:

—

it-tisħiħ tal-governanza taż-Żona Ewropea tal-Edukazzjoni jista' jinkiseb fl-istrutturi attwali (18). Il-prinċipji u l-metodi ta' ħidma fil-livell Ewropew urew l-effiċjenza u l-flessibbiltà tagħhom;

—

il-Grupp ta' Livell Għoli dwar l-Edukazzjoni u t-Taħriġ, appoġġat mill-Bord ta' Koordinazzjoni tiegħu, jaqdi rwol importanti fl-identifikazzjoni, id-diskussjoni u t-tmexxija ta' kwistjonijiet strateġiċi u trażversali għall-kooperazzjoni Ewropea fl-edukazzjoni u t-taħriġ b'mod li jħares 'il quddiem, inkluż suġġetti strateġiċi ewlenin relatati mal-edukazzjoni u t-taħriġ diġitali u mal-ħiliet u l-kompetenzi diġitali (19). Importanti ferm li dak ir-rwol jagħti riżultati b'effiċjenza;

—

il-prerogattivi tal-Kunsill u tal-Presidenza b'rotazzjoni jibqgħu ċentrali fit-tmexxija tal-governanza, inkluż l-organizzazzjoni tal-laqgħat tal-Grupp ta' Livell Għoli u l-laqgħat tad-Diretturi Ġenerali;

—

il-gruppi ta' ħidma tal-qafas strateġiku, li joperaw abbażi tal-metodu miftuħ ta' koordinazzjoni, huma essenzjali għat-tħejjija tal-politika tal-UE u għall-konnessjoni tal-esperti madwar l-Istati Membri. Il-mandati tagħhom għandhom jirriflettu l-prijoritajiet strateġiċi aġġornati kif identifikati fir-Riżoluzzjoni attwali. Laqgħat konsekuttivi bejn il-gruppi ta' ħidma jistgħu jiġu żviluppati aktar sabiex jissaħħaħ approċċ transsettorjali u tiġi żgurata kooperazzjoni aktar koerenti;

—

huwa importanti li jissaħħaħ l-użu ta' attivitajiet ta' tagħlim bejn il-pari, inkluż konsulenza bejn il-pari;

—

il-ħtieġa għat-tixrid tal-informazzjoni u r-riżultati tibqa' kruċjali fil-livelli kollha (laqgħat tal-Grupp ta' Livell Għoli u tad-Diretturi Ġenerali u gruppi ta' ħidma tal-qafas strateġiku); l-isforzi għal dan l-għan għandhom jissaħħu.

JISTIEDEN LILL-ISTATI MEMBRI:

1.

Jaħdmu flimkien, bl-appoġġ tal-Kummissjoni u bl-użu tal-metodu miftuħ ta' koordinazzjoni, biex tittejjeb il-kooperazzjoni Ewropea fl-edukazzjoni u t-taħriġ fil-perjodu sal-2030 abbażi tal-prijoritajiet strateġiċi riveduti, il-prinċipji u l-metodi ta' ħidma, u l-kwistjonijiet u azzjonijiet konkreti maqbula għal kull waħda mill-prijoritajiet strateġiċi fiċ-ċiklu 2026-2030 (kif deskritt fl-Anness III).

2.

Jikkunsidraw, abbażi tal-prijoritajiet nazzjonali u b'rispett xieraq għall-kompetenza nazzjonali fil-qasam tal-edukazzjoni u t-taħriġ, miżuri f'livell nazzjonali u dak reġjonali li għandhom l-għan li jiksbu progress fil-prijoritajiet strateġiċi mniżżlin fil-qafas strateġiku u li jikkontribwixxu b'mod kollettiv għall-kisba sħiħa tal-miri taż-Żona Ewropea tal-Edukazzjoni u dawk fil-livell tal-UE identifikati fl-Anness II.

3.

Jappoġġaw l-istruttura ta' governanza u l-metodi ta' ħidma magħżula, filwaqt li jassumu s-sjieda tal-proċess.

4.

Jagħmlu użu effettiv mill-politiki u l-istrumenti ta' finanzjament attwali tal-UE biex jappoġġaw l-implimentazzjoni ta' miżuri u azzjonijiet nazzjonali u reġjonali biex jinkiseb progress fil-prijoritajiet strateġiċi u lejn miri relatati fil-livell tal-UE u dak nazzjonali.

JISTIEDEN LILL-KUMMISSJONI biex, B'RISPETT SĦIĦ GĦAS-SUSSIDJARJETÀ:

1.

Tappoġġa u taħdem mal-Istati Membri f'kooperazzjoni skont dan il-qafas b'mod kokreattiv, abbażi tal-prijoritajiet strateġiċi, il-prinċipji u l-metodi ta' ħidma deskritti hawn fuq, il-miri fil-livell tal-UE u l-indikatur deskritt fl-Anness II, u l-kwistjonijiet u l-azzjonijiet konkreti maqbula għal kull waħda mill-prijoritajiet strateġiċi fiċ-ċiklu 2026-2030 kif deskritt fl-Anness III.

2.

Taħdem mal-Istati Membri u tipprovdi appoġġ speċifiku biex tiffaċilita t-tagħlim reċiproku, l-analiżi, il-konsulenza bejn il-pari u l-kondiviżjoni ta' prattika tajba dwar l-edukazzjoni u l-kura bikrija tat-tfal, l-iskejjel, il-VET, l-edukazzjoni għolja, it-tagħlim għall-adulti u kwistjonijiet trażversali. Sabiex jiġi żgurat li s-setturi kollha tal-edukazzjoni u t-taħriġ ikunu koperti, l-opportunitajiet għal laqgħat konsekuttivi u konġunti tal-gruppi ta' ħidma tal-qafas strateġiku għandhom jiġu esplorati b'mod attiv.

3.

Tanalizza, b'mod partikolari permezz tar-rappurtar ta' progress ibbażat fuq l-informazzjoni pprovduta mill-Istati Membri, il-grad sa fejn ġew indirizzati l-prijoritajiet strateġiċi tal-qafas fir-rigward tal-kisba taż-Żona Ewropea tal-Edukazzjoni, kif ukoll fil-qasam tal-kooperazzjoni Ewropea fl-edukazzjoni u t-taħriġ fil-livell nazzjonali permezz tal-Monitor tal-Edukazzjoni u t-Taħriġ. Iż-żamma tar-rappurtar fl-istrutturi eżistenti, b'kunsiderazzjoni xierqa għall-piżijiet amministrattivi, hija kruċjali għall-Istati Membri.

4.

Tikkollabora mal-Istati Membri permezz tal-Grupp Permanenti dwar l-Indikaturi u l-Parametri Referenzjarji biex ittejjeb l-analiżi u l-ġbir tad-data, u tirrapporta lura lill-Kunsill dwar din il-ħidma fuq bażi regolari.

5.

Tkompli l-ħidma fuq il-metodoloġija abbażi tal-indikatur fil-qasam tal-għarfien ċiviku, sabiex tippermetti l-iżvilupp ulterjuri ta' mira marbuta mal-edukazzjoni ċivika.

6.

Tippubblika rapport finali dwar il-qafas strateġiku għall-kooperazzjoni Ewropea fl-edukazzjoni u t-taħriġ lejn iż-Żona Ewropea tal-Edukazzjoni u lil hinn (2021-2030) fl-2030 u tagħmel proposta għal qafas għall-kooperazzjoni għad-deċennju ta' wara.


(1)  COM(2025) 340 final.

(2)  COM(2025) 90 final.

(3)  COM(2025) 88 final.

(4)  Kif attestat minn PISA u PIAAC għall-adulti.

(5)  Kif attestat fl-ICILS u fl-ICCS+.

(6)  Xjenza, teknoloġija, inġinerija u matematika.

(7)  COM(2025) 89 final.

(8)  Kif imsemmi fir-Rakkomandazzjoni tal-Kunsill tat-22 ta' Mejju 2018 dwar il-Kompetenzi Ewlenin għat-Tagħlim tul il-Ħajja (ĠU C 189, 4.6.2018, p. 1).

(9)  L-approċċ STEAM (xjenza, teknoloġija, inġinerija, arti u matematika) li jħaddan il-potenzjal kreattiv li jgħaqqad l-edukazzjoni STEM mal-arti, l-istudji umanitarji u x-xjenzi soċjali, jista' wkoll jiġi applikat.

(10)  Għandha titrawwem f'konformità mar-Rakkomandazzjoni tal-Kunsill tat-22 ta' Mejju 2018 dwar il-promozzjoni tal-valuri komuni, l-edukazzjoni inklużiva u d-dimensjoni Ewropea tat-tagħlim (ĠU C 195, 7.6.2018, p. 1).

(11)  Kif espressi fl-Artikolu 2 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u fil-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea.

(12)  Kif deskritt fir-Rakkomandazzjoni tal-Kunsill tas-16 ta' Ġunju 2022 dwar l-apprendiment favur it-tranżizzjoni ekoloġika u l-iżvilupp sostenibbli, (ĠU C 243, 27.6.2022, p. 1).

(13)  F'konformità mar-Rakkomandazzjoni tal-Kunsill tas-26 ta' Novembru 2018 dwar il-promozzjoni tar-rikonoxximent reċiproku awtomatiku ta' kwalifiki tal-edukazzjoni għolja u tal-edukazzjoni u t-taħriġ fil-livell sekondarju għoli u l-eżiti tal-perjodi ta' apprendiment barra mill-pajjiż (ĠU C 444, 10.12.2018, p. 1).

(14)  Għall-finijiet ta' din ir-Riżoluzzjoni, it-terminu “istituzzjonijiet tal-edukazzjoni għolja” jintuża bħala referenza għas-settur kollu, li jirrappreżenta l-qasam kollu tal-edukazzjoni terzjarja, u b'hekk jinkludi t-tipi kollha ta' istituzzjonijiet tal-edukazzjoni għolja, inkluż, f'konformità mal-liġi jew il-prattika nazzjonali, universitajiet tar-riċerka, kulleġġi universitarji, universitajiet tax-xjenzi applikati, istituzzjonijiet tal-edukazzjoni u tat-taħriġ vokazzjonali għolja, u istituzzjonijiet għolja tal-arti.

(15)   ĠU C, C/2025/2939, 22.5.2025, ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2025/2939/oj.

(16)  Filwaqt li d-diskussjonijiet dwar il-lawrja Ewropea konġunta għadhom għaddejjin, għadha ma tteħditx deċiżjoni dwar l-introduzzjoni possibbli tagħha mill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea, u kwalunkwe referenza għal lawrja Ewropea konġunta f'din ir-Riżoluzzjoni tal-Kunsill għandha tinftiehem f'dan is-sens.

(17)  F'konformità mar-Rakkomandazzjoni tal-Kunsill tas-26 ta' Novembru 2018 dwar il-promozzjoni tar-rikonoxximent reċiproku awtomatiku ta' kwalifiki tal-edukazzjoni għolja u tal-edukazzjoni u t-taħriġ fil-livell sekondarju għoli u l-eżiti tal-perjodi ta' apprendiment barra mill-pajjiż (ĠU C 444, 10.12.2018, p. 1).

(18)  Kif jinsab fir-Riżoluzzjoni tal-Kunsill dwar l-istruttura ta' governanza tal-qafas strateġiku għall-kooperazzjoni Ewropea fl-edukazzjoni u t-taħriġ lejn iż-Żona Ewropea tal-Edukazzjoni u lil hinn (2021-2030) (ĠU C 497, 10.12.2021, p. 1).

(19)  Kif indikat fir-Rakkomandazzjoni tal-Kunsill tat-23 ta' Novembru 2023 dwar it-titjib tal-forniment tal-ħiliet u l-kompetenzi diġitali fl-edukazzjoni u t-taħriġ (ĠU C, C/2024/1030, 23.1.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2024/1030/oj) u r-Rakkomandazzjoni tal-Kunsill tat-23 ta' Novembru 2023 dwar il-fatturi abilitanti ewlenin għas-suċċess tal-edukazzjoni u t-taħriġ diġitali (ĠU C, C/2024/1115, 24.1.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2024/1115/oj).


ANNESS I

KUNTEST POLITIKU

Kunsill tal-Unjoni Ewropea

1.

Ir-Riżoluzzjoni tal-Kunsill dwar qafas strateġiku għall-kooperazzjoni Ewropea fl-edukazzjoni u t-taħriġ lejn iż-Żona Ewropea tal-Edukazzjoni u lil hinn (2021-2030), ĠU C 66, 26.2.2021, p. 1.

2.

Il-Konklużjonijiet tal-Kunsill dwar l-ekwità u l-inklużjoni fl-edukazzjoni u t-taħriġ sabiex jiġi promoss is-suċċess edukattiv għal kulħadd, ĠU C 221, 10.6.2021, p. 3.

3.

Il-Konklużjonijiet tal-Kunsill dwar l-inizjattiva tal-Universitajiet Ewropej – Inqarrbu l-edukazzjoni għolja, ir-riċerka, l-innovazzjoni u s-soċjetà: Inwittu t-triq għal dimensjoni ġdida fl-edukazzjoni għolja Ewropea, ĠU C 221, 10.6.2021, p. 14.

4.

Ir-Riżoluzzjoni tal-Kunsill dwar l-istruttura ta' governanza tal-qafas strateġiku għall-kooperazzjoni Ewropea fl-edukazzjoni u t-taħriġ lejn iż-Żona Ewropea tal-Edukazzjoni u lil hinn (2021-2030), ĠU C 497, 10.12.2021, p. 1.

5.

Ir-Riżoluzzjoni tal-Kunsill dwar aġenda Ewropea ġdida għat-tagħlim tal-adulti 2021-2030, ĠU C 504, 14.12.2021, p. 9.

6.

Ir-Rakkomandazzjoni tal-Kunsill tad-29 ta' Novembru 2021 dwar approċċi ta' apprendiment imħallat għal edukazzjoni primarja u sekondarja ta' kwalità għolja u inklużiva, ĠU C 504, 14.12.2021, p. 21.

7.

Ir-Rakkomandazzjoni tal-Kunsill tal-5 ta' April 2022 dwar il-bini ta' konnessjonijiet għal kooperazzjoni effettiva Ewropea fl-edukazzjoni għolja, ĠU C 160, 13.4.2022, p. 1.

8.

Il-Konklużjonijiet tal-Kunsill dwar it-tisħiħ tal-mobbiltà tal-għalliema u tal-ħarrieġa, b'mod partikolari l-mobbiltà Ewropea, matul l-edukazzjoni u t-taħriġ inizjali u kontinwi tagħhom, ĠU C 167, 21.4.2022, p. 2.

9.

Il-Konklużjonijiet tal-Kunsill dwar strateġija Ewropea li ssaħħaħ l-istituzzjonijiet tal-edukazzjoni għolja għall-futur tal-Ewropa, ĠU C 167, 21.4.2022, p. 9.

10.

Ir-Rakkomandazzjoni tal-Kunsill tas-16 ta' Ġunju 2022 dwar l-apprendiment favur it-tranżizzjoni ekoloġika u l-iżvilupp sostenibbli, ĠU C 243, 27.6.2022, p. 1.

11.

Ir-Rakkomandazzjoni tal-Kunsill tat-28 ta' Novembru 2022 dwar il-Perkorsi għas-Suċċess fl-Iskola u li tissostitwixxi r-Rakkomandazzjoni tal-Kunsill tat-28 ta' Ġunju 2011 dwar linji politiċi sabiex jitnaqqas it-tluq bikri mill-iskejjel, ĠU C 469, 9.12.2022, p. 1.

12.

Il-Konklużjonijiet tal-Kunsill dwar l-appoġġ għall-benesseri fl-edukazzjoni diġitali, ĠU C 469, 9.12.2022, p. 19.

13.

Ir-Riżoluzzjoni tal-Kunsill dwar iż-Żona Ewropea tal-Edukazzjoni: Inħarsu lejn l-2025 u lil hinn, ĠU C 185, 26.5.2023, p. 35.

14.

Il-Konklużjonijiet tal-Kunsill dwar aktar passi biex ir-rikonoxximent reċiproku awtomatiku fl-edukazzjoni u t-taħriġ isir realtà, ĠU C 185, 26.5.2023, p. 44.

15.

Il-Konklużjonijiet tal-Kunsill dwar il-kontribut tal-edukazzjoni u t-taħriġ għat-tisħiħ tal-valuri komuni Ewropej u ċ-ċittadinanza demokratika, ĠU C, C/2023/1419, 1.12.2023, ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2023/1419/oj.

16.

Ir-Rakkomandazzjoni tal-Kunsill tat-23 ta' Novembru 2023 dwar it-titjib tal-forniment tal-ħiliet u l-kompetenzi diġitali fl-edukazzjoni u t-taħriġ, ĠU C, C/2024/1030, 23.1.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2024/1030/oj.

17.

Ir-Rakkomandazzjoni tal-Kunsill tat-23 ta' Novembru 2023 dwar it-titjib tal-forniment tal-ħiliet u l-kompetenzi diġitali fl-edukazzjoni u t-taħriġ, ĠU C, C/2024/1115, 24.1.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2024/1115/oj.

18.

Ir-Rakkomandazzjoni tal-Kunsill tat-13 ta' Mejju 2024 “Ewropa Attiva” – opportunitajiet ta' mobbiltà tal-apprendiment għal kulħadd, ĠU C, C/2024/3364, 14.6.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2024/3364/oj.

19.

Il-Konklużjonijiet tal-Kunsill dwar il-promozzjoni ta' politiki u prattiki bbażati fuq l-evidenza infurmata fil-qasam tal-edukazzjoni u t-taħriġ sabiex tintlaħaq iż-Żona Ewropea tal-Edukazzjoni, ĠU C, C/2024/3642, 14.6.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2024/3642/oj.

20.

Ir-Rakkomandazzjoni tal-Kunsill tal-25 ta' Novembru 2024 dwar karrieri attraenti u sostenibbli fl-edukazzjoni għolja, ĠU C, C/2024/7282, 5.12.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2024/7282/oj.

21.

Il-Konklużjonijiet tal-Kunsill dwar sħubijiet strateġiċi fl-edukazzjoni u t-taħriġ, ĠU C, C/2024/7400, 9.12.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2024/7400/oj.

22.

Il-Konklużjonijiet tal-Kunsill dwar prattiki inklużivi u ċċentrati fuq l-istudent fl-edukazzjoni u l-kura bikrija tat-tfal u l-edukazzjoni skolastika, ĠU C, C/2025/2796, 21.5.2025, ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2025/2796/oj.

23.

Ir-Riżoluzzjoni tal-Kunsill dwar tikketta ta' lawrja Ewropea konġunta u l-passi li jmiss lejn lawrja Ewropea konġunta possibbli: nagħtu spinta lill-kompetittività tal-Ewropa u l-attrattività tal-edukazzjoni għolja Ewropea, ĠU C, C/2025/2939, 22.5.2025, ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2025/2939/oj.

24.

Ir-Rakkomandazzjoni tal-Kunsill tat-12 ta' Mejju 2025 dwar sistema Ewropea ta' assigurazzjoni tal-kwalità u ta' rikonoxximent fl-edukazzjoni għolja, ĠU C, C/2025/3006, 28.5.2025, ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2025/3006/oj.

Kummissjoni Ewropea

1.

Il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni dwar strateġija Ewropea għall-universitajiet, COM(2022) 16 final.

2.

Il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni dwar il-progress lejn il-kisba taż-Żona Ewropea tal-Edukazzjoni, COM(2022) 700 final.

3.

Il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni dwar pjan ta' azzjoni għal lawrja Ewropea, COM(2024) 144 final.

4.

Il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni dwar il-Pjan ta' Azzjoni dwar il-Ħiliet Bażiċi, COM(2025) 88 final.

5.

Il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni Pjan Strateġiku għall-Edukazzjoni STEM: ħiliet għall-kompetittività u l-innovazzjoni, COM(2025) 89 final.

6.

Il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni dwar L-Unjoni tal-Ħiliet, COM (2025) 90 final.

7.

Ir-Rapport mill-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni dwar l-evalwazzjoni interim tal-qafas strateġiku taż-Żona Ewropea tal-Edukazzjoni għall-2021-2030, COM(2025) 340 final.

Dokumenti oħra

1.

Il-Communiqué ta' Tirana (Konferenza Ministerjali dwar iż-Żona Ewropea ta' Edukazzjoni Għolja, Tirana, 29 u 30 ta' Mejju 2024).

2.

Id-Dikjarazzjoni ta' Herning dwar Edukazzjoni u Taħriġ Vokazzjonali attraenti u inklużivi għal aktar kompetittività u impjiegi ta' kwalità 2026-2030 (12 ta' Settembru 2025).

ANNESS II TAL-ANNESS

MIRI FIL-LIVELL TAL-UE - Livelli ta' referenza tal-prestazzjoni medja Ewropea fl-edukazzjoni u t-taħriġ

Bħala mezz biex jiġi mmonitorjat il-progress u jiġu identifikati l-isfidi, kif ukoll bħala kontribut għat-tfassil ta' politika mnebbaħ mill-evidenza permezz tal-ġbir u l-analiżi sistematika ta' data komparabbli internazzjonalment, serje ta' livelli ta' referenza għall-prestazzjoni medja Ewropea fl-edukazzjoni u t-taħriġ (“miri fil-livell tal-UE”) għandha tappoġġa l-prijoritajiet strateġiċi mniżżlin fir-Riżoluzzjoni għall-perjodu 2026-2030. Huma għandhom ikunu bbażati biss fuq data komparabbli u affidabbli u jieħdu kont tal-ispeċifiċitajiet tas-sistemi tal-edukazzjoni u t-taħriġ u s-sitwazzjonijiet differenti fl-Istati Membri individwali. Dawn għandhom jinkisbu b'mod kollettiv mill-Istati Membri u ma għandhomx jitqiesu bħala miri konkreti li l-pajjiżi individwali għandhom jilħqu sal-2030. L-Istati Membri huma mistiedna jikkunsidraw l-istabbiliment ta' miri nazzjonali rilevanti.

Abbażi ta' dan, l-Istati Membri jaqblu dwar il-miri li ġejjin fil-livell tal-UE li għandhom jintlaħqu sal-2030 fid-disa' oqsma fil-mira li ġejjin:

1.   Il-kisba ta' riżultati tajba miż-żgħażagħ ta' 15-il sena fil-qari, il-matematika u x-xjenza

a)

Il-porzjon ta' persuni ta' 15-il sena bi prestazzjoni baxxa fil-qari, il-matematika u x-xjenza għandu jkun anqas minn 15 % (1).

b)

Is-sehem tal-ogħla prestazzjoni fil-qari, fil-matematika u fix-xjenza għandu jkun mill-inqas 12 % (2).

c)

Is-sehem tal-istudenti li jkunu ġejjin minn kuntesti soċjoekonomiċi żvantaġġati bi prestazzjoni tajba f'mill-inqas dominju wieħed (qari, matematika jew xjenza) għandu jkun mill-inqas 25 % (3).

2.   Studenti tat-tmien grad bi prestazzjoni baxxa fil-ħiliet diġitali

Is-sehem ta' studenti tat-tmien grad bi prestazzjoni baxxa fil-litteriżmu tal-kompjuter u tal-informazzjoni għandu jkun anqas minn 15 % (4).

3.   Parteċipazzjoni fl-edukazzjoni u l-kura bikrija tat-tfal

Mill-anqas 96 % tat-tfal bejn l-età ta' tliet snin u l-età meta t-tfal jibdew l-edukazzjoni primarja obbligatorja għandhom jipparteċipaw fl-edukazzjoni u l-kura bikrija tat-tfal (5).

4.   Persuni li jitilqu kmieni mill-edukazzjoni u t-taħriġ

Is-sehem ta' persuni li jitilqu kmieni mill-edukazzjoni u t-taħriġ għandu jkun inqas minn 8 % (6).

5.   Il-wasla sal-livell terzjarju

Is-sehem ta' persuni bejn il-25 u l-34 sena b'livell ta' edukazzjoni terzjarja għandu jkun mill-inqas 47 % (7).

6.   Parteċipazzjoni tal-adulti fit-tagħlim

Mill-inqas 60 % tal-adulti ta' bejn il-25 u l-64 sena għandhom ikunu pparteċipaw fit-tagħlim matul it-12-il xahar ta' qabel (8).

7.   Reġistrazzjoni STEM

a)

Is-sehem tal-istudenti rreġistrati fl-oqsma STEM fil-VET inizjali ta' livell medju għandu jkun tal-inqas 45 %, u minn kull ħames studenti jkun hemm tal-anqas mara (9).

b)

Is-sehem ta' studenti rreġistrati fl-oqsma STEM fil-livell terzjarju għandu jkun mill-inqas 32 %, u minn kull ħames studenti jkun hemm tal-anqas żewġ nisa (10).

c)

Is-sehem ta' studenti rreġistrati fi programmi ta' PhD tal-ICT għandu jkun mill-inqas 5 %, u minn kull tliet studenti jkun hemm tal-anqas mara (11).

8.   Mobbiltà tal-apprendiment

a)

Fl-edukazzjoni għolja, jenħtieġ li s-sehem ta' gradwati b'esperjenza ta' mobbiltà tal-apprendiment f'pajjiż barrani jkun ta' mill-inqas 23 % (12).

b)

Fil-VET, is-sehem ta' studenti vokazzjonali li jibbenefikaw minn esperjenza ta' mobbiltà tal-apprendiment f'pajjiż barrani għandu jkun ta' mill-inqas 12 % (13).

9.   Attraenza internazzjonali

L-għadd annwali ta' studenti minn barra l-UE li jiġu biex jistudjaw u jiksbu lawrja fil-livell terzjarju fl-UE għandu jkun tal-inqas 350 000  (14).

Minbarra l-miri fil-livell tal-UE msemmija hawn fuq, il-Kunsill:

—

jirrikonoxxi l-ħidma tal-Kummissjoni fuq indikatur fil-qasam tal-għarfien ċiviku. Abbażi ta' proposta futura għal mira, il-Kunsill jista' jaqbel dwar mira fil-livell tal-UE rigward dan l-element ewlieni relatat mal-prijorità strateġika 2;

—

jieħu nota tal-intenzjoni tal-Kummissjoni li tippubblika Strateġija Ewropea għall-VET fl-2026 u li tressaq proposti ġodda għal miri fil-livell tal-UE għall-VET. Il-Kunsill ser jeżamina l-proposti futuri kif xieraq u ser jiddeċiedi dwar il-miri l-ġodda fil-livell tal-UE.


(1)  Is-sors tad-data huwa l-Programm għall-Valutazzjoni Internazzjonali tal-Istudenti (PISA), kif miġbur u amministrat mill-OECD. Il-mira tkejjel is-sehem ta' persuni ta' 15-il sena (li jattendu istituzzjonijiet edukattivi fil-grad 7 ta' edukazzjoni obbligatorja jew ogħla) li ma jilħqux il-livell 2 (fuq skala ta' 1 sa 6) fuq l-iskala ta' profiċjenza fil-qasam rispettiv (qari, matematika jew xjenza).

(2)  Is-sors tad-data huwa PISA. Il-mira tkejjel is-sehem ta' persuni ta' 15-il sena (li jattendu istituzzjonijiet edukattivi fil-grad 7 ta' edukazzjoni obbligatorja jew ogħla) li jilħqu l-livell 5 (fuq skala ta' 1 sa 6) jew ogħla fuq l-iskala ta' profiċjenza fil-qasam rispettiv (qari, matematika jew xjenza).

(3)  Is-sors tad-data huwa PISA. Il-mira tkejjel is-sehem ta' persuni ta' 15-il sena (li jattendu istituzzjonijiet edukattivi fil-grad 7 ta' edukazzjoni obbligatorja jew ogħla) fil-kwart t'isfel tal-indiċi tal-istatus ekonomiku, soċjali u kulturali (ESCS) li jilħqu l-livell 4 jew ogħla fuq l-iskala ta' profiċjenza (1 sa 6) f'mill-inqas dominju wieħed (qari, matematika jew xjenza).

(4)  Il-mira hija bbażata fuq l-istħarriġ tal-Litteriżmu fil-Kompjuter u l-Informazzjoni (CIL) mill-Istudju Internazzjonali dwar il-Litteriżmu fil-Kompjuter u l-Informazzjoni (ICILS) imwettaq mill-Assoċjazzjoni Internazzjonali għall-Evalwazzjoni tal-Kisbiet Edukattivi (IEA). Il-mira tkejjel is-sehem ta' studenti fit-tmien sena skolastika tagħhom (dawk bejn it-13 u l-14-il sena) li għandhom prestazzjoni taħt il-limitu tal-livell 2 fuq l-iskala ta' profiċjenza tal-litteriżmu fil-kompjuter u fl-informazzjoni.

(5)  Is-sors tad-data huwa l-Eurostat (ġbir konġunt tad-data UNESCO-OECD-Eurostat). Il-mira tkejjel is-sehem tat-tfal bejn l-età ta' tliet snin u l-età meta t-tfal jibdew l-edukazzjoni primarja obbligatorja li jipparteċipaw fl-edukazzjoni u l-kura bikrija tat-tfal.

(6)  Is-sors tad-data huwa l-Eurostat (Stħarriġ dwar il-Forza tax-Xogħol tal-UE). Il-mira tkejjel is-sehem tal-popolazzjoni fl-età ta' bejn it-18 u l-24 sena b'livell massimu ta' edukazzjoni sekondarja tal-ewwel livell u li ma għadhiex fl-edukazzjoni jew fit-taħriġ formali jew mhux formali.

(7)  Is-sors tad-data huwa l-Eurostat (Stħarriġ dwar il-Forza tax-Xogħol tal-UE). Il-mira tkejjel is-sehem tal-popolazzjoni ta' bejn il-25 u l-34 sena li tkun lestiet livell ta' edukazzjoni terzjarja, baċellerat, masters, dottorat jew livell ekwivalenti ta' edukazzjoni ta' ċiklu qasir.

(8)  Il-mira ntlaqgħet mill-Kapijiet ta' Stat jew ta' Gvern tal-UE fid-Dikjarazzjoni ta' Porto u mill-Kunsill Ewropew fil-konklużjonijiet tiegħu tal-24 u l-25 ta' Ġunju 2021. Is-sors tad-data huwa l-Eurostat, bi trasferiment possibbli mill-Istħarriġ dwar l-Edukazzjoni għall-Adulti għall-Istħarriġ dwar il-Forza tax-Xogħol tal-UE li bħalissa qed jiġi vvalutat. Il-ġbir tad-data li għaddej fl-Istħarriġ dwar il-Forza tax-Xogħol tal-UE beda fl-2022. Il-mira tkejjel is-sehem ta' dawk bejn il-25 u l-64 sena li pparteċipaw f'edukazzjoni u taħriġ formali jew mhux formali matul l-aħħar 12-il xahar (eskluż taħriġ iggwidat fuq il-post tax-xogħol). Ladarba s-sors jiġi finalment ikkonfermat, il-Kunsill jista' jiddeċiedi, jekk ikun rilevanti, dwar reviżjoni tal-mira.

(9)  Is-sors tad-data huwa l-Eurostat (ġbir konġunt tad-data UNESCO-OECD-Eurostat). Il-mira tkejjel is-sehem ta' studenti rreġistrati fix-xjenzi naturali, il-matematika, l-istatistika, it-teknoloġiji tal-informazzjoni u tal-komunikazzjoni, l-inġinerija, il-manifattura u l-kostruzzjoni mill-volum totali ta' studenti rreġistrati fl-edukazzjoni vokazzjonali sekondarja għolja u postsekondarja mhux terzjarja. Fir-rigward tar-reġistrazzjoni tal-istudenti nisa, il-mira tkejjel is-sehem tan-nisa rreġistrati fi STEM mill-volum totali ta' studenti rreġistrati fi STEM.

(10)  Is-sors tad-data huwa l-Eurostat (ġbir konġunt tad-data UNESCO-OECD-Eurostat). Il-mira tkejjel is-sehem ta' studenti rreġistrati fix-xjenzi naturali, il-matematika, l-istatistika, it-teknoloġiji tal-informazzjoni u tal-komunikazzjoni, l-inġinerija, il-manifattura u l-kostruzzjoni mill-volum totali ta' studenti rreġistrati fl-edukazzjoni terzjarja. Fir-rigward tar-reġistrazzjoni tal-istudenti nisa, il-mira tkejjel is-sehem tan-nisa rreġistrati fi STEM mill-volum totali ta' studenti rreġistrati fi STEM.

(11)  Is-sors tad-data huwa l-Eurostat (ġbir konġunt tad-data UNESCO-OECD-Eurostat). Il-mira tkejjel is-sehem ta' studenti rreġistrati fil-programmi tat-teknoloġiji tal-informazzjoni u tal-komunikazzjoni (ICT) mill-volum totali ta' studenti rreġistrati fil-livell ta' dottorat. Fir-rigward tar-reġistrazzjoni tal-istudenti nisa, il-mira tkejjel is-sehem tan-nisa rreġistrati fl-ICT mill-volum totali ta' studenti rreġistrati fl-ICT.

(12)  Is-sors tad-data huwa l-Eurostat (ġbir konġunt tad-data UNESCO-OECD-Eurostat). Il-mira tkejjel is-sehem ta' gradwati b'mobbiltà barra minn pajjiżhom li twassal għal lawrja jew għal kreditu (mobbiltà tal-krediti li ddum mill-anqas tliet xhur jew li tirrappreżenta mill-inqas 15-il kreditu tas-Sistema Ewropea għall-Akkumulazzjoni u t-Trasferiment ta' Krediti (ECTS) (inklużi kemm traineeships kif ukoll mobbiltà fl-istudju) jew mobbiltà tal-krediti li tikkonsisti f'inqas minn tliet xhur u mill-inqas tliet krediti tal-ECTS matul iċ-ċiklu ta' studju). L-azzjonijiet ta' mobbiltà tal-krediti jistgħu jkunu jew kompletament fiżiċi jew imħalltin, jiġifieri jikkonsistu f'komponent kemm virtwali kif ukoll fiżiku. Fir-Rakkomandazzjoni tal-Kunsill tat-13 ta' Mejju 2024 “Ewropa Attiva” – opportunitajiet ta' mobbiltà tal-apprendiment għal kulħadd, (ĠU C, C/2024/3364, 14.6.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2024/3364/oj), il-Kummissjoni ntalbet mill-Kunsill tressaq proposta għal metodoloġija aġġornata għall-ġbir tad-data fl-2026. Il-ħidma fuq il-metodoloġija futura għadha għaddejja, immexxija mill-Eurostat.

(13)  Il-mira hija msejsa fuq l-indikatur definit fir-Rakkomandazzjoni tal-Kunsill tal-24 ta' Novembru 2020 dwar l-edukazzjoni u t-taħriġ vokazzjonali (VET) għall-kompetittività sostenibbli, il-ġustizzja soċjali u r-reżiljenza (ĠU C 417, 2.12.2020, p. 1). Din tkejjel is-sehem ta' studenti mobbli f'sena kalendarja, bħala proporzjon ta' koorti ta' gradwati tal-VET fl-istess sena. Tinkludi l-parteċipanti f'opportunitajiet ta' mobbiltà flessibbli, bħal dawk fl-Erasmus+ (pereżempju l-mobbiltà għal żmien qasir, il-mobbiltà fi grupp, il-mobbiltà mħallta, il-mobbiltà marbuta mal-parteċipazzjoni f'kompetizzjonijiet tal-ħiliet), jew programmi oħra tal-mobbiltà. L-indikatur ser ikun ibbażat fuq data miksuba mill-Eurostat (ġbir konġunt ta' data UNESCO-OECD-Eurostat) għall-gradwati tal-VET u Erasmus+ għall-mobbiltà. Fejn disponibbli u biss jekk id-data pprovduta tkun komparabbli mad-data tal-Erasmus+, id-data mill-programmi ta' mobbiltà tal-awtoritajiet nazzjonali, inkluż dwar it-tul ta' żmien tal-mobbiltà, tista' tintuża wkoll biex tikkomplementa d-data minn Erasmus+. Meta tiġi inkluża data mill-awtoritajiet nazzjonali, jenħtieġ li din tiġi indikata b'mod trasparenti.

(14)  Is-sors tad-data huwa l-Eurostat (ġbir konġunt tad-data UNESCO-OECD-Eurostat). Il-mira tkejjel l-għadd ta' gradwati b'mobbiltà li twassal għal lawrja fl-edukazzjoni terzjarja (livell terzjarju ta' ċiklu qasir, baċellerat, masters, dottorat jew ekwivalenti) li jiġu minn pajjiż mhux tal-UE.


ANNESS III

KWISTJONIJIET U AZZJONIJIET KONKRETI GĦALL-PRIJORITAJIET STRATEĠIĊI TAL-KOOPERAZZJONI EWROPEA FL-EDUKAZZJONI U T-TAĦRIĠ MATUL IT-TIENI ĊIKLU: 2026-2030

Prijorità strateġika 1 – Litteriżmu, matematika u xjenza għal kulħadd

i)

Il-promozzjoni tal-iżvilupp tal-litteriżmu, il-matematika u x-xjenza, b'enfasi fuq l-appoġġ kemm ta' dawk bi prestazzjoni baxxa kif ukoll ta' dawk bi prestazzjoni għolja.

ii)

Il-kunsiderazzjoni tal-inizjattivi stabbiliti fil-Pjan ta' Azzjoni tal-Kummissjoni dwar il-Ħiliet Bażiċi u l-Pjan Strateġiku għall-Edukazzjoni STEM tal-Kummissjoni.

iii)

Il-promozzjoni u l-appoġġ ulterjuri tat-tagħlim tal-lingwi u l-multilingwiżmu għal kulħadd.

iv)

It-tkomplija tal-isforzi biex jitnaqqas it-tluq bikri mill-edukazzjoni u t-taħriġ u titnaqqas il-prestazzjoni baxxa billi jiġi appoġġat approċċ skolastiku integrat b'viżjoni ċċentrata fuq l-istudenti għal edukazzjoni allinjata mal-prinċipji tal-Konvenzjoni dwar id-Drittijiet tat-Tfal.

v)

It-tisħiħ tal-ħidma fuq l-indirizzar tad-diversità akbar tal-ħtiġijiet tal-istudenti u t-titjib tal-aċċess għal edukazzjoni u taħriġ ta' kwalità għolja u inklużivi għall-istudenti kollha, inkluż studenti b'diżabbiltà jew bi bżonnijiet edukattivi speċjali u studenti minn gruppi żvantaġġati jew vulnerabbli.

vi)

It-tkomplija tal-implimentazzjoni tal-qafas ta' kwalità tal-UE għall-edukazzjoni u l-kura bikrija tat-tfal.

vii)

It-tkomplija tal-enfasi fuq id-differenzi bejn il-ġeneri fl-edukazzjoni u t-taħriġ u fuq opportunitajiet mhux ugwali għall-bniet u s-subien, in-nisa u l-irġiel, billi jiġu promossi għażliet edukattivi li huma aktar ibbilanċjati bejn il-ġeneri u billi jiġu sfidati l-isterjotipi dannużi tal-ġeneru fl-edukazzjoni u l-karrieri edukattivi, speċjalment fl-oqsma ta' studju STEM.

viii)

It-tkomplija tat-trawwim ta' investiment sostenibbli f'edukazzjoni u taħriġ ta' kwalità u inklużivi.

Prijorità strateġika 2 - L-iżvilupp tal-ħiliet diġitali u l-edukazzjoni ċivika

i)

It-tfittxija tal-protezzjoni u l-promozzjoni tal-valuri Ewropej fil-politika tal-edukazzjoni u t-taħriġ fl-oqsma kollha permezz tal-promozzjoni tal-kompetenzi ċiviċi, interkulturali, multilingwi u soċjali, id-diversità, il-fehim u r-rispett reċiproċi, u s-sjieda tal-valuri demokratiċi u d-drittijiet fundamentali fil-livelli kollha u fit-tipi kollha ta' edukazzjoni u taħriġ.

ii)

It-tisħiħ tal-promozzjoni tal-ħsieb kritiku u ċ-ċittadinanza diġitali appoġġati mil-litteriżmu diġitali u medjatiku, inkluż il-fehim tal-intelliġenza artifiċjali (IA), b'rispons għall-isfida dejjem tikber tal-miżinformazzjoni u d-diżinformazzjoni.

iii)

L-esplorazzjoni tal-impatt tal-IA u avvanzi teknoloġiċi oħra fuq l-edukazzjoni u t-taħriġ fis-setturi kollha u t-trawwim tal-użu etiku u responsabbli tagħhom.

iv)

Il-promozzjoni tal-benesseri, inkluż il-benesseri diġitali, u s-saħħa mentali fl-iskola, u ambjenti skolastiċi ta' appoġġ u sikuri għall-prevenzjoni u l-indirizzar ta' kwalunkwe forma ta' vjolenza, bullying, diskors ta' mibegħda, miżinformazzjoni u diżinformazzjoni u kull forma ta' diskriminazzjoni.

v)

It-tkomplija tal-isforzi biex isir progress fit-tagħlim għat-tranżizzjoni ekoloġika u l-iżvilupp sostenibbli billi dawk is-suġġetti jkomplu jiġu inkorporati fil-livelli kollha tas-sistemi tal-edukazzjoni u t-taħriġ, f'approċċ interdixxiplinari; fejn rilevanti, dawk l-isforzi jistgħu jimmobilizzaw l-għarfien espert u r-riżorsi għan-networking, u jappoġġaw approċċi kreattivi, pereżempju permezz tal-Koalizzjoni Edukazzjoni għall-Klima u l-użu ta' GreenComp: il-qafas Ewropew ta' kompetenza għas-sostenibbiltà.

vi)

It-tkomplija tal-iskambju tal-aħjar prattiki u l-implimentazzjoni tal-azzjonijiet inklużi fil-Pjan ta' Azzjoni għall-Edukazzjoni Diġitali 2021-2027, ir-Rakkomandazzjonijiet tal-Kunsill tal-2023 dwar il-fatturi abilitanti ewlenin għal edukazzjoni u taħriġ diġitali ta' suċċess u dwar it-titjib tal-forniment tal-ħiliet u l-kompetenzi diġitali fl-edukazzjoni u t-taħriġ, filwaqt li jitqiesu wkoll l-inizjattivi fil-pjan direzzjonali li jmiss tal-2030 dwar il-futur tal-edukazzjoni u l-ħiliet diġitali.

vii)

It-tkomplija tal-ħidma fuq id-dimensjoni Ewropea tat-tagħlim.

viii)

L-iżvilupp u l-esplorazzjoni tal-kunċett tal-edukazzjoni ċivika fil-livell Ewropew. Għodod possibbli bħal qafas ta' kompetenza u linji gwida jistgħu jiġu kkunsidrati, b'kont meħud tal-ħidma mwettqa mill-Kunsill tal-Ewropa.

ix)

It-tkomplija tal-iżvilupp u l-promozzjoni tal-Azzjonijiet Jean Monnet, li huma parti mill-programm Erasmus+.

Prijorità strateġika 3 - It-tagħlim tul il-ħajja u l-mobbiltà jsiru realtà għal kulħadd

i)

It-trawwim ta' sistemi flessibbli ta' edukazzjoni u taħriġ li jindirizzaw il-fażijiet ta' tranżizzjoni bejn l-edukazzjoni u t-taħriġ vokazzjonali, l-edukazzjoni għolja u t-tagħlim għall-adulti, inkluż it-tagħlim mhux formali u dak informali, u mill-edukazzjoni u t-taħriġ għax-xogħol.

ii)

Il-promozzjoni tal-ħolqien ta' mentalità ta' tagħlim tul il-ħajja bħala l-approċċ primarju għall-edukazzjoni u t-taħriġ.

iii)

L-iżgurar li s-sistemi tal-edukazzjoni u t-taħriġ, inkluż is-sistemi tat-tagħlim għall-adulti, jappoġġaw lill-istudenti kollha fl-aċċess għal suq tax-xogħol li qed jinbidel u fl-iżvilupp personali tagħhom u jkomplu jżidu l-opportunitajiet ta' titjib tal-ħiliet u ta' taħriġ mill-ġdid għall-adulti kollha, speċjalment għal dawk b'livell baxx ta' ħiliet.

iv)

It-tkomplija tal-insegwiment tal-aġenda Ewropea l-ġdida għat-tagħlim għall-adulti 2021-2030.

v)

Il-promozzjoni tal-libertà għall-istudenti u l-għalliema, l-edukaturi, il-ħarrieġa u persunal ieħor tal-edukazzjoni u t-taħriġ biex ikunu mobbli, u għall-istituzzjonijiet biex jikkooperaw ma' xulxin fl-Ewropa u lil hinn minnha, permezz tal-mobbiltà għat-tagħlim u l-kooperazzjoni transfruntiera.

vi)

It-tkomplija tal-isforzi biex jitneħħew l-ostakli eżistenti u l-ostakli għal kull tip ta' mobbiltà għat-tagħlim, inkluż dawk relatati mal-aċċess, il-gwida, is-servizzi għall-istudenti u r-rikonoxximent.

vii)

L-esplorazzjoni tal-iżvilupp possibbli tal-alleanzi tal-iskejjel Ewropej.

viii)

Is-segwitu tal-inizjattivi stabbiliti fir-Rakkomandazzjoni tal-Kunsill tat-13 ta' Mejju 2024 “Ewropa Attiva” – opportunitajiet ta' mobbiltà tal-apprendiment għal kulħadd.

ix)

Iż-żieda fl-isforzi biex aktar studenti minn barra l-UE jitħajru jistudjaw u jiggradwaw fl-UE u biex jinżamm it-talent f'konformità mal-politika tal-UE dwar il-migrazzjoni.

x)

L-esplorazzjoni tax-xogħol fuq ir-rikonoxximent reċiproku tal-kwalifiki tal-edukazzjoni u t-taħriġ u l-eżiti tal-perjodi ta' apprendiment barra mill-pajjiż fil-livelli tal-iskola u tal-VET, għall-finijiet ta' mobbiltà u apprendiment ulterjuri.

xi)

Fejn meħtieġ, titkompla l-ħidma fuq ir-rikonoxximent u l-validazzjoni tal-eżiti tat-tagħlim mhux formali u dak informali, inkluż il-volontarjat, u fuq it-tisħiħ tal-inklużività, il-kwalità u r-rikonoxximent tal-attivitajiet ta' solidarjetà transfruntiera.

Prijorità strateġika 4 – It-titjib tal-attraenza, il-kompetenzi u l-motivazzjoni fil-professjoni tal-edukazzjoni u t-taħriġ

i)

It-tkomplija tal-promozzjoni tal-eċċellenza fit-tagħlim fil-livelli kollha tal-edukazzjoni u t-taħriġ u biex l-istatus tal-professjoni tal-għalliema, pedagoġika u dik tat-tmexxija jitjieb u jsiru aktar attraenti.

ii)

It-tisħiħ tal-kooperazzjoni Ewropea biex jiġu kondiviżi l-aħjar prattiki biex jiġu attirati u miżmuma għalliema u ħarrieġa kompetenti, kwalifikati ħafna u motivati, inkluż fir-rigward tal-kundizzjonijiet tax-xogħol tagħhom.

iii)

Il-kontribut għall-iżvilupp ta' Aġenda tal-UE għall-Għalliema u l-Ħarrieġa.

iv)

It-tkomplija tal-appoġġ għall-iżvilupp ta' ħiliet u kompetenzi diġitali bażiċi u avvanzati u pedagoġiji innovattivi, inkluż l-iżgurar li l-edukazzjoni tal-għalliema tindirizza l-kompetenzi tal-għalliema biex jgħallmu f'ambjenti diġitali u jwieġbu għall-isfidi u l-opportunitajiet tal-IA.

v)

It-tkomplija tal-iżvilupp ta' networks ta' istituzzjonijiet tal-edukazzjoni tal-għalliema, permezz tal-Akkademji tal-Għalliema tal-Erasmus+.

vi)

L-appoġġ għall-għalliema, l-edukaturi, il-ħarrieġa u l-mexxejja fl-edukazzjoni u t-taħriġ fil-ġestjoni tal-inklużjoni, l-ugwaljanza u d-diversità f'termini ta' lingwa, kultura u età.

vii)

It-tkomplija taż-żieda fl-għadd u l-kwalità tal-opportunitajiet ta' mobbiltà tal-apprendiment għall-għalliema, il-ħarrieġa, il-mexxejja fl-edukazzjoni u t-taħriġ u għal persunal pedagoġiku u edukattiv ieħor fl-Ewropa.

viii)

Il-ħidma biex jitnaqqsu l-iżbilanċi bejn il-ġeneri fil-livelli u fit-tipi kollha ta' professjonijiet relatati mal-edukazzjoni u t-taħriġ.

ix)

Il-kontribut għall-iżvilupp possibbli ta' qafas Ewropew ta' kompetenza għall-persunal akkademiku u l-implimentazzjoni ta' miżuri biex jiġu żgurati l-attrattività u s-sostenibbiltà tal-karrieri fl-edukazzjoni għolja.

Prijorità strateġika 5 – It-trawwim ta' edukazzjoni u taħriġ vokazzjonali (VET) Ewropej eċċellenti u attraenti

i)

It-tfittxija ta' sistema tal-VET attraenti u innovattiva permezz tal-iżvilupp ta' Strateġija Ewropea għall-VET iffukata fuq l-attraenza, l-eċċellenza u l-inklużività.

ii)

It-tkomplija tat-tisħiħ tal-kooperazzjoni tranżnazzjonali, pereżempju taħt iċ-Ċentri ta' Eċċellenza Vokazzjonali, u l-appoġġ għall-iżvilupp u n-networking ulterjuri tagħhom.

iii)

L-iffaċilitar tal-mobbiltà tal-istudenti tal-VET billi jiġi esplorat l-iżvilupp ta' diploma/tikketta Ewropea potenzjali tal-VET, filwaqt li jitqiesu wkoll approċċi alternattivi possibbli, bil-ħsieb ta' deċiżjoni tal-Kunsill fi stadju aktar tard.

iv)

It-tkomplija tal-promozzjoni u l-użu tal-mikrokredenzjali fil-Qafas Ewropew tal-Kwalifiki (QEK) fil-qasam tal-VET, jekk applikabbli.

v)

L-implimentazzjoni tad-Dikjarazzjoni ta' Herning dwar Edukazzjoni u Taħriġ Vokazzjonali attraenti u inklużivi għal aktar kompetittività u impjiegi ta' kwalità 2026-2030.

vi)

L-espansjoni ulterjuri tal-Alleanza Ewropea għall-Apprendistati.

vii)

Il-kunsiderazzjoni tal-inizjattivi tal-VET relatati mal-Pjan Strateġiku għall-Edukazzjoni STEM.

viii)

Il-kontribut għat-tranżizzjoni ekoloġika u t-tkomplija tal-promozzjoni tal-perspettivi tas-sostenibbiltà ambjentali fil-kurrikuli tal-edukazzjoni u t-taħriġ.

ix)

It-tkomplija tal-indirizzar tal-iżvilupp ta' ħiliet u kompetenzi diġitali bażiċi u avvanzati fil-VET sabiex tiġi ffaċċata u indirizzata t-trasformazzjoni teknoloġika u diġitali tal-ekonomija u tas-soċjetà.

Prijorità strateġika 6 – Il-Promozzjoni ta' edukazzjoni għolja Ewropea kompetittiva

i)

It-tkomplija tal-inkoraġġiment ta' kooperazzjoni aktar mill-qrib u aktar profonda bejn l-istituzzjonijiet tal-edukazzjoni għolja permezz tal-promozzjoni u t-trawwim ta' kooperazzjoni tranżnazzjonali bla xkiel.

ii)

It-tkomplija tal-iżvilupp tal-inizjattiva tal-Universitajiet Ewropej fil-programm Erasmus+, f'sinerġija mal-istrumenti ta' finanzjament tal-UE, reġjonali u nazzjonali, abbażi tal-evalwazzjoni tal-progress li diġà sar.

iii)

It-tkomplija tat-tisħiħ tar-rikonoxximent reċiproku awtomatiku tal-kwalifiki għall-fini ta' aktar studji (1).

iv)

It-tkomplija tal-proċess fi tliet fażijiet maqbul f'Mejju 2025 “bl-għan li tiġi implimentata tikketta ta' lawrja Ewropea konġunta u titwitta t-triq għal lawrja Ewropea konġunta”, abbażi tal-ħidma tal-Laboratorju tal-Politiki tal-Grupp ta' Ħidma dwar l-Edukazzjoni Għolja tal-qafas strateġiku taż-Żona Ewropea tal-Edukazzjoni, filwaqt li jitqiesu approċċi alternattivi possibbli.

v)

It-tkomplija tal-esplorazzjoni tal-iżvilupp ta' qafas għall-assigurazzjoni tal-kwalità għall-alleanzi tal-istituzzjonijiet tal-edukazzjoni għolja, abbażi tal-Istandards u l-Linji Gwida Ewropej għall-Assigurazzjoni tal-Kwalità fiż-Żona Ewropea tal-Edukazzjoni Għolja (ESG) u l-istandards tal-Approċċ Ewropew għall-Assigurazzjoni tal-Kwalità tal-Programmi Konġunti.

vi)

It-tfittxija ta' iżjed aċċessibbiltà għal-edukazzjoni għolja għal firxa usa' ta' studenti u etajiet, u l-għoti ta' gwida u appoġġ immirati biex jgħinuhom jirnexxu.

vii)

Il-kunsiderazzjoni tal-inizjattivi tal-edukazzjoni għolja relatati mal-Pjan Strateġiku għall-Edukazzjoni STEM.

viii)

It-tħeġġiġ tal-mobbiltà bbilanċjata u ċ-ċirkolazzjoni bbilanċjata u l-allokazzjoni tal-ħiliet.

ix)

It-tkomplija tat-tisħiħ tas-sinerġiji u l-iffaċilitar ta' aktar ħidma bejn l-edukazzjoni għolja, l-innovazzjoni, ir-riċerka u s-setturi ekonomiċi, b'enfasi fuq it-tisħiħ tar-rilevanza għas-suq tax-xogħol u l-intraprenditorija.

x)

It-tkomplija tat-tisħiħ tal-bażi tal-evidenza dwar in-natura innovattiva, inklużiva u kompetittiva tas-settur Ewropew tal-edukazzjoni għolja, inkluż dwar ir-rilevanza tal-ħiliet miksuba u dwar il-komparabbiltà tal-eżiti tal-gradwati.

xi)

L-appoġġ għat-tfassil ta' politika bbażat fuq l-evidenza, b'mod partikolari permezz ta' titjib kontinwu tal-Osservatorju Ewropew tas-Settur tal-Edukazzjoni Għolja, u l-promozzjoni tal-istħarriġ Ewropew tal-istudenti Eurostudent, u l-istħarriġ Ewropew dwar il-monitoraġġ tal-gradwati tal-Eurograduate.

xii)

It-tkomplija tal-promozzjoni u l-użu tal-mikrokredenzjali fil-qasam tal-edukazzjoni għolja.

xiii)

L-inkoraġġiment ta' użu akbar tal-inizjattiva tal-Karta Ewropea tal-Istudenti bl-għan li l-istudenti mobbli kollha fl-Ewropa jibbenefikaw minnha.

xiv)

It-tkomplija tal-indirizzar tal-iżvilupp ta' ħiliet u kompetenzi diġitali, inkluż l-użu tal-AI, fl-edukazzjoni għolja sabiex tiġi ffaċċata u indirizzata t-trasformazzjoni teknoloġika u diġitali tal-ekonomija u tas-soċjetà.

xv)

Il-kontribut għall-appoġġ tas-salvagwardja tal-valuri akkademiċi fundamentali, f'sinerġija mal-azzjonijiet tal-Proċess ta' Bologna u ż-Żona Ewropea tar-Riċerka.


(1)  F'konformità mar-Rakkomandazzjoni tal-Kunsill tas-26 ta' Novembru 2018 dwar il-promozzjoni tar-rikonoxximent reċiproku awtomatiku ta' kwalifiki tal-edukazzjoni għolja u tal-edukazzjoni u t-taħriġ fil-livell sekondarju għoli u l-eżiti tal-perjodi ta' apprendiment barra mill-pajjiż (ĠU C 444, 10.12.2018, p. 1).


ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2026/3720/oj

ISSN 1977-0987 (electronic edition)