|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Is-serje L |
|
2025/1552 |
31.7.2025 |
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (UE) 2025/1552
tat-3 ta’ Marzu 2025
dwar l-iffirmar u l-konklużjoni tal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika tal-Armenja li jistabbilixxi qafas għall-parteċipazzjoni tar-Repubblika tal-Armenja f’operazzjonijiet tal-Unjoni Ewropea għall-immaniġġar ta’ kriżijiet
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 37 tiegħu, flimkien mal-Artikolu 218(5) u (6) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidra l-proposta mir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà,
Billi:
|
(1) |
Il-Kunsill, bid-Deċiżjoni adottata fid-29 ta’ April 2024, awtorizza lir-Rappreżentant Għoli għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà biex jiftaħ negozjati mal-Armenja għal ftehim bejn l-Unjoni u l-Armenja li jistabbilixxi qafas għall-parteċipazzjoni tal-Armenja f’operazzjonijiet tal-Unjoni Ewropea għall-immaniġġar ta’ kriżijiet. |
|
(2) |
Abbażi ta’ dik l-awtorizzazzjoni, ġie nnegozjat tali ftehim bejn l-Unjoni u l-Armenja. |
|
(3) |
Il-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika tal-Armenja li jistabbilixxi qafas għall-parteċipazzjoni tar-Repubblika tal-Armenja f’operazzjonijiet tal-Unjoni Ewropea għall-immaniġġar ta’ kriżijiet jenħtieġ li jiġi approvat f’isem l-Unjoni, u l-iffirmar tiegħu jenħtieġ li jiġi awtorizzat sabiex jorbot lill-Unjoni, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Il-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika tal-Armenja li jistabbilixxi qafas għall-parteċipazzjoni tar-Repubblika tal-Armenja f’operazzjonijiet tal-Unjoni Ewropea għall-immaniġġar ta’ kriżijiet huwa b’dan approvat f’isem l-Unjoni (1). L-iffirmar tiegħu, li jesprimi l-kunsens tal-Unjoni li tintrabat bil-Ftehim, huwa b’dan awtorizzat.
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.
Magħmul fi Brussell, it-3 ta’ Marzu 2025.
Għall-Kunsill
Il-President
A. SZŁAPKA
(1) It-test tal-Ftehim huwa ppublikat fil-ĠU L, 2025/1553, 31.7.2025, ELI: http://data.europa.eu/eli/agree/2025/1553/oj.
ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2025/1552/oj
ISSN 1977-074X (electronic edition)