European flag

Il-Ġurnal Uffiċjali
ta'l-Unjoni Ewropea

MT

Is-serje C


C/2025/6675

9.12.2025

Avviż għall-attenzjoni tal-persuni u l-entità soġġetti għall-miżuri restrittivi previsti fid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/788/PESK, kif emendata bid-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2025/2507 u r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1183/2005, kif implimentat bir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2025/2508 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fir-Repubblika Demokratika tal-Kongo

(C/2025/6675)

L-informazzjoni li ġejja qed titressaq għall-attenzjoni tal-persuni u l-entità li jidhru fl-Anness II tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/788/PESK (1), kif emendata bid-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2025/2507 (2), u fl-Anness Ia tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1183/2005 (3), kif implimentat mir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2025/2508 (4), dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni tar-Repubblika Demokratika tal-Kongo.

Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea ddeċieda li l-persuni u l-entità li jidhru fl-Annessi msemmija hawn fuq għandhom ikomplu jiġu inklużi fil-lista tal-lista tal-persuni fiżiċi jew ġuridiċi, l-entitajiet jew il-korpi soġġetti għall-miżuri restrittivi previsti fid-Deċiżjoni 2010/788/PESK u fir-Regolament (KE) Nru 1183/2005 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fir-Repubblika Demokratika tal-Kongo. Ir-raġunijiet għad-deżinjazzjoni ta' dawk il-persuni u l-entità jidhru fl-entrati rilevanti f'dawk l-Annessi.

Qed tinġibed l-attenzjoni tal-persuni u l-entità kkonċernati għall-possibbiltà li ssir applikazzjoni lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat(i) Membru/i rilevanti kif indikat fis-siti web fl-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 1183/2005, sabiex jiksbu awtorizzazzjoni biex jużaw il-fondi friżati għal ħtiġijiet bażiċi jew ħlasijiet speċifiċi (ara l-Artikolu 3 tar-Regolament).

Il-persuni u l-entità kkonċernati jistgħu jippreżentaw talba lill-Kunsill qabel l- 1 ta' Settembru 2026 , flimkien mad-dokumentazzjoni ta' sostenn, biex id-deċiżjoni li jiġu inklużi fil-lista msemmija hawn fuq terġa' tiġi kkunsidrata, fl-indirizz li ġej:

Kunsill tal-Unjoni Ewropea

General Secretariat

RELEX.1

Rue de la Loi/Wetstraat 175

1048 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË

Email: sanctions@consilium.europa.eu

Ser jittieħed kont ta' kwalunkwe osservazzjoni riċevuta għall-fini tar-rieżami li jmiss tal-Kunsill, skont l-Artikolu 9 tad-Deċiżjoni 2010/788/PESK.

L-attenzjoni tal-persuni u l-entità kkonċernati qed tinġibed ukoll għall-possibbiltà li jikkontestaw id-deċiżjoni tal-Kunsill quddiem il-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea, f'konformità mal-kundizzjonijiet stabbiliti fit-tieni paragrafu tal-Artikolu 275, u r-raba' u s-sitt paragrafi tal-Artikolu 263 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea.


(1)   ĠU L 336, 21.12.2010, p. 30.

(2)   ĠU L, 2025/2507, 9.12.2025, ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2025/2507/oj.

(3)   ĠU L 193, 23.7.2005, p. 1.

(4)   ĠU L, 2025/2508, 9.12.2025, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2025/2508/oj.


ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2025/6675/oj

ISSN 1977-0987 (electronic edition)