Official Journal 192 , 27/10/1966 P. 3302 - 3304
Finnish special edition: Chapter 3 Volume 1 P. 0178
Danish special edition: Series I Chapter 1965-1966 P. 0213
Swedish special edition: Chapter 3 Volume 1 P. 0178
English special edition: Series I Chapter 1965-1966 P. 0244
Greek special edition: Chapter 03 Volume 2 P. 0054
Id-Direttiva tal-Kunsill tal-25 ta’ Ottubru 1966 li temenda d-Direttiva tal-Kunsill tas-26 ta’ Ġunju 1964 fuq problemi tas-saħħa li jaffettwaw il-kummerċ intra-Komunitarju fil-laħam frisk (66/601/KEE) Il-KUNSILL TAL-KOMUNITÀ EKONOMIKA EWROPEA, Wara li kkunsidra t-Trattat li jwaqqaf il-Komunità Ekonomika Ewropea, u partikolarment l-Artikoli 43 u 100 tiegħu; Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni; Wara li kkunsidra l-Opinjoni tal-Parlament Ewropew [1]; Wara li kkunsidra l-Opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali; Billi d-Direttiva tal-Kunsill tas-26 ta’ Ġunju 1964 [2] fuq problemi tas-saħħa li jaffettwaw il-kummerċ intra-komunitarju fil-laħam frisk daħlet fis-seħħ fit-30 ta’ Ġunju 1965; Billi dik id-Direttiva tikkostitwixxi l-ewwel stadju ta’ armonizzazzjoni maħsuba biex telimina ostakoli għall-kummerċ li joħorġu mid-differenzi bejn id-disposizzjonijiet veterinarji ta’ l-Istati Membri, partikolarment fir-rigward ta’ l-iġene tal-laħam; Billi l-inkorporazzjoni ta’ dik id-Direttiva fil-liġijiet ta’ kull Stat Membru wriet li d-disposizzjonijiet tagħha għandhom ikunu addattati fid-dawl ta’ data teknika u xjentifika u l-esperjenza miksuba; Billi, għalhekk, ċerti emendi għandhom isiru lit-test oriġinali kemm jista’ jkun possibbli, imma mingħajr detriment għall-istandards bażiċi u prinċipji tas-sistema istitwita minn dik id-Direttiva; Billi, fid-dawl ta’ l-esperjenza miksuba, xi tifsiriet misjuba f’dik id-Direttiva għandhom ikunu amplifikati; Billi għandu jkun speċifikat li r-raġunijiet għall-projbizzjoni tal-bejgħ tal-laħam għandhom jingħaddu fil-ħin ta’ l-ispezzjoni tas-saħħa mwettqa fil-pajjiż tad-destinazzjoni, partikolarment biex iħallu s-setgħat ta’ l-espert veterinarju responsabbli jkunu mfissra għall-għoti ta’ opinjoni għall-konsenjatur; Billi għandu jingħad espressament li fil-kummerċ f’laħam frisk mhux intiż għall-konsum uman, għandhom jibqgħu fis-seħħ disposizzjonijet nazzjonali sakemm ikunu adottati regolamenti Komunitarji; Billi d-disposizzjonijiet fuq l-iġene tal-biċċeriji għandha tinżamm imma l-ħtieġa li fil-biċċeriji għandhom ikunu pprovduti postijiet speċjali fejn ċerti speċi speċifiċi ta’ annimali mhumiex maqtula jistgħu jkunu irtirati; Billi l-esperjenza wriet li l-ħtiġiet ta’ timbrar għandhom ikunu emendati fir-rigward ta’ biċċiet żgħar tal-laħam u ta’ l-iskart u l-użu ta’ materjal koloranti vjola flimkien ma’ vjola metili għandu jkun awtorizzat għat-timbrar tal-laħam; ADOTTA DIN ID-DIRETTIVA: Artikolu 1 Id-Direttiva tal-Kunsill tas-26 ta’ Ġunju 1964 fuq il-problemi tas-saħħa li jaffettwaw il-kummerċ intra-Komunitarju fil-laħam frisk għandha tkun emendata kif indikat fl-Artikoli li ġejjin. Artikolu 2 1. "(a) "karkassa" tfiser il-ġisem sħiħ ta’ annimal tal-qatla wara t-tneħħija tad-demm, l-imsaren u t-tneħħija tas-saqajn mill-carpus u t-tarsus, ir-ras, id-denb u l-mammelli, flimkien ma’, fil-każ ta’ annimal bovini, nagħaġ, mogħoż u solipedi, wara t-tneħħija tal-ġilda." 2. Għandu jiżdied fl-aħħar ta’ l-Artikolu 2(b) il-kliem, "kemm jekk magħqud naturalment mal-karkassa jew le". Artikolu 3 Fl-Artikolu 3(1)(ċ) għandu jiġi ssostitwit għall-kliem "misjub f’saħħtu" il-kliem, "bħala riżultat ta’ din l-ispezzjoni, mgħoddi tajjeb għall-qatla għall-kummerċ intra-Komunitarju fil-laħam frisk." Artikolu 4 Fl-Artikolu 4(4) għandu jiddaħħal wara l-kelma "biċċerija" il-kliem "jew impjant tat-tqattiegħ". Artikolu 5 "1. Mingħajr preġudizzju għas-setghat li joħorġu mit-tieni sentenza tat-tieni subparagrafu ta’ l-Artikolu 4(3), Stat Membru jista’ jipprojbixxi l-bejgħ ta’ laħam frisk fit-territorju tiegħu jekk, fil-ħin ta’ l-ispezzjoni tas-saħħa mwettqa fil-pajjiż tad-destinazzjoni, jinstab li: (a) dak il-laħam mhux tajjeb għall-konsum uman; jew (b) id-disposizzjonijiet ta’ l-Artikolu 3 ma ġewx osservati." Artikolu 6 1. Fl-Artikolu 6(1) A (a) 1 il-kliem "und Schweinen" fit-test Ġermaniż għandu jitħassar.. 2. "(d) Laħam frisk mhux maħsub għall-konsum uman." 3. "Il-laħam frisk imsemmi f’(a), (b) u (ċ) hawn fuq jista’ jkun ikkonsenjat biss skond l-Artikolu 3." Artikolu 7 Il-Kapitolu I (1) ta’ l-Anness I għandu jkun emendat kif ġej: (a) Li ġej għandu jkun issostitwit għat-test fis-subparagrafu (b): "(b) Kmamar tal-qatla kbar biżżejjed biex ix-xogħol isir b’mod sodisfaċenti; f’kamra tal-qatla fejn kemm il-ħnieżer u speċi oħra ta’ annimali jinqatlu, post speċjali għandu jkun ipprovdut għall-qatla tal-ħnieżer;" (b) Is-subparagrafu (e) għandu jaqra’ kif ġej: "(e) kmamar isseparati għall-ħażna ta’ xaħam u għall-ħażna ta’ ġlud, qarnijiet u ixkla, fejn dan l-iskart ma jitneħħewx mill-biċċerija fil-ġurnata tal-qatla," (ċ) Is-subparagrafu (p) għandu jaqra kif ġej: "(p) provista adegwata, taħt pressjoni, ta’ ilma tax-xorb biss; iżda, ilma mhux tax-xorb jista’ jintuża f’każijiet eċċezzjonali għall-produzzjoni tal-fwar, iżda l-pajpijiet installati għal dan il-għan m’għandhomx iħallu dan l-ilma jintuża għal skopijiet oħra." Artikolu 8 "18. Karkassi ta’ solipedi, ħnieżer akbar minn erba’ xhur u annimali bovini akbar minn tliet xhur għandhom ikunu ssottomessi għall-ispezzjoni maqsuma fit-tul f’nofs karkassi matul is-sinsla. Fil-każ ta’ dawn il-ħnieżer u ta’ solipedi, ir-ras għandha tinqasam fit-tul ukoll. Jekk l-ispezzjoni hekk teħtieġ, l-uffiċjal veterinarju jista’ jeħtieġ kull karkassa li tinqasam fit-tul." Artikolu 9 1. Fl-ewwel inċiż tal-Kapitolu VII (29) ta’ l-Anness I il-kliem "fir-reġjun tad-dahar" għandu jitħassar. 2. "30. Il-fwied għandu jkun stampat bil-ħruq b’timbru skond 28. Irjus, ilsna, qlub u pulmuni għandhom ikunu mmarkati bl-inka jew stampar bil-ħruq b’timbru skond 28. Iżda, fil-każ ta’ annimali bovini taħt tliet xhur, ħnieżer, nagħaġ u mogħoż, timbrar ta’ ilsna u qlub m’għandhomx ikunu ta’ bilfors." 3. "31. Biċċiet li ma jkunux xaħam, xaħam subkutaneju, dnub, widnejn u saqajn miksuba fl-impjanti tat-tqattiegħ minn karkassi ittimbrati kif suppost għandhom, fejn ma jkollhomx timbru, ikunu immarkati bl-inka jew bil-ħruq skond 28 li jkollhom in-numru ta’ l-impjant tat-tqattiegħ minflok in-numru ta’ l-approvazzjoni tal-veterinarju tal-biċċerija; Biċċiet ta’ xaħam solidu ta’ barra li jkun tneħħielu l-ġilda għandhom jitpoġġew f’lottijiet ta’ ħames biċċiet issiġillati taħt is-superviżjoni uffiċjali u ttikketjata skond 32." 4. "32. Meta qatgħat mill-karkassi ta’ skart huma kkonsenjati f’pakketti, timbru kif ipprovdut fit-28 u 31 għandu jitwaħħal ma’ tikketta ċara viżibbli mwaħħla mal-pakkett b’tali mod li bilfors trid titqatta’ meta jinfetaħ il-pakkett." L-aħħar sentenza ta’ 32 għandha titħassar. 5. "33. Vjola metili biss jew xi materja koloranti oħra awtorizzata għal dan l-għan taħt ir-regoli Komunitarji jistgħu jintużaw għat-timbrar tal-laħam bil-linka." Artikolu 10 "34. Il-kopja ġenerali taċ-ċertifikat tas-saħħa li jakkumpanja l-laħam matul it-trasport lill-pajjiż ta’ destinazzjoni għandu jinħareġ minn uffiċjal veterinarju fil-ħin tat-tagħbija. Iċ-ċertifikat tas-saħħa għandu jikkorrespondi fil-forma u l-kontenut mal-mudell fl-Anness II, u jkun espress fil-lingwa tal-pajjiż tad-destinazzjoni għall-anqas u jkollu l-informazzjoni speċifikata fil-mudell fl-Anness II." Artikolu 11 "(a) - il-laħam deskritt hawn fuq 3 - it-tikketta mwaħħla mal-pakketti tal-laħam deskritta hawn fuq 3 ikollu timbru fis-sens li l-laħam jiġi kollu minn annimali maqtula f’biċċeriji approvati;" Artikolu 12 L-Istati Membri għandhom idaħħlu fis-seħħ il-liġijiet, ir-regolamenti u d-disposizzjonijiet amministrattivi meħtieġa sabiex jikkonformaw ma’ din id-Direttiva fi żmien tmien xhur min-notifika tagħha u għandhom jgħarrfu minnufih lill-Kummissjoni bihom. Artikolu 13 Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri. Magħmula fi Brussel, fil-25 ta’ Ottubru 1966. Għall-Kunsill B. W. Biesheuvel Il-President [1] ĠU C 130, 19.7.1966, p. 2466/66. [2] ĠU C 121, 29.7.1964, p. 2012/64. --------------------------------------------------