<?xml version="1.0" encoding="UTF-8"?><JUDGMENT xmlns:fmx="http://opoce" xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" xsi:noNamespaceSchemaLocation="http://formex.publications.europa.eu/schema/formex-05.55-20141201.xd"><BIB.JUDGMENT><REF.CASE FILE="n.a."><NO.CASE>C‑293/16</NO.CASE></REF.CASE><NO.CELEX>62016CJ0293</NO.CELEX><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2017:430">EU:C:2017:430</NO.ECLI><NO.SEQ>0001</NO.SEQ><PAGE.FIRST.ECR>1</PAGE.FIRST.ECR><PAGE.SEQ>1</PAGE.SEQ><PAGE.LAST.ECR>7</PAGE.LAST.ECR><PAGE.TOTAL>7</PAGE.TOTAL><AUTHOR>CJ</AUTHOR></BIB.JUDGMENT><CURR.TITLE><PAGE.HEADER><P>SENTENZA TAT-<DATE ISO="20170608">8.6.2017</DATE> – KAWŻA C-293/16</P><P>SHARDA EUROPE</P></PAGE.HEADER></CURR.TITLE><TITLE><TI><P><HT TYPE="UC">Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja</HT> (Id-Disa’ Awla)</P><P><DATE ISO="20170608">8 ta’ Ġunju 2017</DATE><NOTE NUMBERING="STAR" TYPE="FOOTNOTE" NOTE.ID="E0001"><P>Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol.</P></NOTE></P></TI></TITLE><INDEX><KEYWORD>Rinviju għal deċiżjoni preliminari</KEYWORD><KEYWORD>Agrikoltura</KEYWORD><KEYWORD>Tqegħid fis-suq ta’ prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti</KEYWORD><KEYWORD>Direttiva 2008/69/KE</KEYWORD><KEYWORD>Artikolu 3(2)</KEYWORD><KEYWORD>Proċedura ta’ evalwazzjoni, mill-Istat Membri, il-prodotti dwar il-protezzjoni tal-pjanti awtorizzati</KEYWORD><KEYWORD>Terminu</KEYWORD><KEYWORD>Diverġenza bejn il-verżjonijiet lingwistiċi</KEYWORD></INDEX><JUDGMENT.INIT><P>Fil-Kawża C-293/16,</P><P>li għandha bħala suġġett talba għal deċiżjoni preliminari skont l-Artikolu 267 TFUE, imressqa mit-Tribunal Supremo (qorti suprema, Spanja), permezz ta’ deċiżjoni tal-<DATE ISO="20160505">5 ta’ Mejju 2016</DATE>, li waslet fil-Qorti tal-Ġustizzja fil-<DATE ISO="20160525">25 ta’ Mejju 2016</DATE>, fil-proċedura</P></JUDGMENT.INIT><PARTIES><PLAINTIFS><P><HT TYPE="BOLD">Sharda Europe BVBA</HT></P></PLAINTIFS><AGAINST>vs</AGAINST><DEFENDANTS><P><HT TYPE="BOLD">Administración del Estado,</HT></P><P><HT TYPE="BOLD">Syngenta Agro SA,</HT></P></DEFENDANTS></PARTIES><PREAMBLE><PREAMBLE.INIT><P>IL-QORTI TAL-ĠUSTIZZJA (Id-Disa’ Awla),</P><P>komposta minn E. Juhász, President ta’ Awla, C. Vajda u C. Lycourgos (Relatur) imħallfin,</P><P>Avukat Ġenerali: M. Szpunar,</P><P>Reġistratur: A. Calot Escobar,</P></PREAMBLE.INIT><GR.VISA><VISA>wara li rat il-proċedura bil-miktub,</VISA></GR.VISA><GR.CONSID><CONSID><P>wara li kkunsidrat l-osservazzjonijiet ippreżentati:</P><LIST TYPE="DASH"><ITEM><P>għall-Gvern Spanjol, minn A. Sampol Pucurull, bħala aġent,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Kummissjoni Ewropea, minn I. Galindo Martín u F. Moro, bħala aġenti,</P></ITEM></LIST></CONSID></GR.CONSID><PREAMBLE.FINAL>tagħti l-preżenti</PREAMBLE.FINAL></PREAMBLE><?PAGE NO="2"?><CONTENTS.JUDGMENT><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P>Sentenza</P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0001"><NO.P>1</NO.P><TXT>It-talba għal deċiżjoni preliminari tirrigwarda l-interpretazzjoni tal-Artikolu 3(2) tad-Direttiva tal-Kummissjoni 2008/69/KE ta’ l-<DATE ISO="20080701">1 ta’ Lulju 2008</DATE> li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE biex tinkludi l-clofentezine, dicamba, difenoconazole, diflubenzuron, imazaquin, lenacil, oxadiazon, picloram u pyriproxyfen bħala sustanzi attivi (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="172" PAGE.FIRST="9" DATE.PUB="2008">ĠU 2008, L 172, p. 9</REF.DOC.OJ>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0002"><NO.P>2</NO.P><TXT>Din it-talba tressqet fil-kuntest ta’ kawża bejn Sharda Europe BVBA (iktar ’il quddiem <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0001" ID="QS0001"/>Sharda<QUOT.END REF.START="QS0001" CODE="201D" ID="QE0001"/>) u Syngenta Agro SA (iktar ’il quddiem <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0002" ID="QS0002"/>Syngenta<QUOT.END REF.START="QS0002" CODE="201D" ID="QE0002"/>) dwar proċedura ta’ evalwazzjoni tal-użu ta’ prodott għall-protezzjoni irreġistrat f’isem Sharda.</TXT></NP.ECR><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P>Il-kuntest ġuridiku</P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC"><HT TYPE="BOLD">Id-Direttiva 2008/66/KE</HT></HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0003"><NO.P>3</NO.P><TXT>L-Artikolu 3(2) tad-Direttiva tal-Kummissjoni 2008/66/KE tat-<DATE ISO="20080630">30 ta’ Ġunju 2008</DATE> li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE biex tinkludi l-bifenox, id-diflufenican, il-fenoxaprop-P, il-fenpropidin u l-quinoclamine bħala sustanzi attivi (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="171" PAGE.FIRST="9" DATE.PUB="2008">ĠU 2008, L 171, p. 9</REF.DOC.OJ>) jipprevedi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0003" ID="QS0003"/>B’deroga mill-paragrafu 1, għal kull prodott awtorizzat għall-ħarsien tal-pjanti li fih il-bifenox, id-diflufenican, il-fenoxaprop-P, il-fenpropidin u l-quinoclamine jew bħala l-unika sustanza attiva jew bħala waħda minn diversi sustanzi attivi li kollha kemm huma ġew elenkati fl-Anness I tad-Direttiva 91/414/KEE [ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 3, Vol. 11, p. 332] mhux aktar tard mill-<DATE ISO="20081231">31 ta’ Diċembru 2008</DATE>, l-Istati Membri għandhom jevalwaw mill-ġdid il-prodott skond il-prinċipji uniformi stipulati fl-Anness VI tad-Direttiva 91/414/KEE, fuq il-bażi ta’ dossjer li jissodisfa r-rekwiżiti ta’ l-Anness III ta’ dik id-Direttiva u billi titqies il-parti B ta’ l-annotazzjoni fl-Anness I għat-tali Direttiva dwar il-bifenox, id-diflufenican, il-fenoxaprop-P, il-fenpropidin u l-quinoclamine rispettivament. Fuq il-bażi ta’ din l-evalwazzjoni, għandhom jistabbilixxu jekk il-prodott jissodisfax il-kondizzjonijiet stipulati fl-Artikolu 4(1)(b), (ċ), (d) u (e) tad-Direttiva 91/414/KEE.</ALINEA><ALINEA>[…]<QUOT.END REF.START="QS0003" CODE="201D" ID="QE0003"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC"><HT TYPE="BOLD">Id-Direttiva 2008/69</HT></HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0004"><NO.P>4</NO.P><TXT>Il-premessa 7 tad-Direttiva 2008/69 tipprevedi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><CONSID><P><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0004" ID="QS0004"/>Mingħajr preġudizzju għall-obbligi definiti bid-Direttiva 91/414/KEE bħala konsegwenza ta’ l-inklużjoni ta’ sustanza attiva fl-Anness I, l-Istati Membri għandhom jingħataw perjodu ta’ sitt xhur wara l-inklużjoni biex jagħmlu reviżjoni ta’ awtorizzazjonijiet eżistenti ta’ prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti li fihom sustanzi attivi mniżżla fl-Anness biex jiżguraw li r-rekwiżiti stabbiliti bid-Direttiva 91/414/KEE, b’mod partikolari fl-Artikolu 13 tagħha u l-kundizzjonijiet rilevanti stabbiliti fl-Anness I, huma ssodisfati. L-Istati Membri għandhom ivarjaw, jibdlu jew jirrifjutaw, kif xieraq, awtorizzazzjonijiet eżistenti, skond id-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 91/414/KEE. B’deroga mill-iskadenza t’hawn fuq, għandu jkun ipprovdut perjodu itwal għall-preżentazzjoni u l-valutazzjoni tad-fajl komplut ta’ l-Anness III għal kull prodott għall-protezzjoni tal-pjanti għal kull użu intenzjonat skond il-prinċipji uniformi stipulati fid-Direttiva 91/414/KEE.<QUOT.END REF.START="QS0004" CODE="201D" ID="QE0004"/></P></CONSID></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0005"><NO.P>5</NO.P><TXT>L-Artikolu 3 tad-Direttiva 2008/69 jipprevedi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="003.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0005" ID="QS0005"/>1.</NO.PARAG><ALINEA>L-Istati Membri għandhom f’konformità mad-Direttiva 91/414/KEE, fejn hu meħtieġ, jemendaw jew jirtiraw awtorizzazzjonijiet eżistenti għall-prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti li fihom is-sustanzi attivi mniżżla fl-Anness bħala sustanzi attivi sat-<DATE ISO="20090630">30 ta’ Ġunju 2009</DATE>.</ALINEA><?PAGE NO="3"?><ALINEA>Sa dik id-data huma għandhom b’mod partikolari jivverifikaw li l-kundizzjonijiet fl-Anness I għal dik id-Direttiva dwar is-sustanzi attivi mniżżla fl-Anness jiġu ssodisfatti, bl-eċċezzjoni ta’ dawk identifikati fil-parti B tal-annotazzjoni li tirrigwarda dik is-sustanza attiva, u li d-detenturi tal-awtorizzazzjonijiet jkollhom, jew ikollhom aċċess għal, fajls li jissodisfaw ir-rekwiżiti tal-Anness II għal dik id-Direttiva skont il-kundizzjonijiet tal-Artikolu 13 ta’ dik id-Direttiva.</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="003.002"><NO.PARAG>2.</NO.PARAG><ALINEA>Permezz ta’ deroga mill-paragrafu 1, għal kull prodott awtorizzat għall-protezzjoni tal-pjanti li fih wieħed mis-sutanzi attivi mniżżla fl-Anness jew bħala l-unika sustanza attiva jew bħala wieħed mill-ħafna sustanzi attivi li kollha kienu mniżżla fl-Anness I tad-Direttiva 91/414/KEE mhux aktar tard mill-<DATE ISO="20081231">31 ta’ Diċembru 2008</DATE>, l-Istati Membri għandhom jerġgħu jevalwaw il-prodott skond il-prinċipji uniformi pprovduti fl-Anness VI tad-Direttiva 91/414/KEE, fuq il-bażi ta’ fajl li jissodisfa r-rekwiżiti ta’ l-Anness III għal dik id-Direttiva u li jikkunsidra l-parti B tar-reġistrazzjoni fl-Anness I għal dik id-Direttiva dwar is-sustanzi attivi mniżżla fl-Anness. Fuq il-bażi ta’ dik l-evalwazzjoni, huma għandhom jiddeterminaw jekk il-prodott jissodisfax il-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 4(1)(b), (c), (d) u (e) tad-Direttiva 91/414/KEE.</ALINEA><ALINEA>[…]<QUOT.END REF.START="QS0005" CODE="201D" ID="QE0005"/></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC"><HT TYPE="BOLD">Id-Direttiva 2008/70/KE</HT></HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0006"><NO.P>6</NO.P><TXT>L-Artikolu 3(2) tad-Direttiva tal-Kummissjoni 2008/70/KE tal-<DATE ISO="20080711">11 ta’ Lulju 2008</DATE> li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE biex jiġi inkluż it-tritosulfuron bħala sustanza attiva (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="185" PAGE.FIRST="40" DATE.PUB="2008">ĠU 2008, L 185 p. 40</REF.DOC.OJ>), jipprevedi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0006" ID="QS0006"/>B’deroga mill-paragrafu 1, għal kull prodott awtorizzat għall-ħarsien tal-pjanti li fih it-tritosulfuron bħala l-unika sustanza attiva jew inkella bħala waħda minn bosta sustanzi attivi li huma kollha elenkati fl-Anness I tad-Direttiva 91/414/KEE sa mhux aktar tard mit-<DATE ISO="20081130">30 ta’ Novembru 2008</DATE>, l-Istati Membri għandhom jivvalutaw mill-ġdid il-prodott skond il-prinċipji uniformi previsti fl-Anness VI tad-Direttiva 91/414/KEE, fuq il-bażi ta’ fajl li jissodisfa r-rekwiżiti ta’ l-Anness III ta’ din id-Direttiva u billi titqies il-parti B ta’ l-annotazzjoni fl-Anness I ta’ din id-Direttiva li tikkonċerna t-tritosulfuron. Fuq il-bażi ta’ din il-valutazzjoni, huma għandhom jistabbilixxu jekk il-prodott jissodisfax il-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 4(1)(b), (c), (d) u (e) tad-Direttiva 91/414/KEE</ALINEA><ALINEA>[…]<QUOT.END REF.START="QS0006" CODE="201D" ID="QE0006"/>.</ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC"><HT TYPE="BOLD">Id-Direttiva 2010/28/UE</HT></HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0007"><NO.P>7</NO.P><TXT>L-Artikolu 3(2), tad-Direttiva tal-Kummissjoni 2010/28/UE tat-<DATE ISO="20100423">23 ta’ April 2010</DATE> li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE għall-inklużjoni tal-metalaxyl bħala sustanza attiva (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="104" PAGE.FIRST="57" DATE.PUB="2010">ĠU 2010, L 104 p. 57</REF.DOC.OJ>), jipprevedi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0007" ID="QS0007"/>B’deroga mill-paragrafu 1, għal kull prodott għall-protezzjoni tal-pjanti li fih il-metalaxyl bħala l-unika sustanza attiva jew inkella bħala waħda minn bosta sustanzi attivi li jiġu kollha elenkati fl-Anness I tad-Direttiva 91/414/KEE sa mhux aktar tard mit-<DATE ISO="20100630">30 ta’ Ġunju 2010</DATE>, l-Istati Membri għandhom jerġgħu jivvalutaw il-prodott skont il-prinċipji uniformi stipulati fl-Anness VI tad-Direttiva 91/414/KEE, fuq il-bażi ta’ fajl li jissodisfa r-rekwiżiti tal-Anness III ta’ dik id-Direttiva u billi titqies il-parti B tal-annotazzjoni fl-Anness I ta’ dik id-Direttiva li tikkonċerna l-metalaxyl. Fuq il-bażi ta’ dik il-valutazzjoni, għandhom jiddeterminaw jekk il-prodott jissodisfax il-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 4(1)(b), (c), (d) u (e) tad-Direttiva 91/414/KEE.</ALINEA><ALINEA>[…]<QUOT.END REF.START="QS0007" CODE="201D" ID="QE0007"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ><?PAGE NO="4"?><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P>Il-kawża prinċipali u d-domandi preliminari</P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0008"><NO.P>8</NO.P><TXT>Fl-<DATE ISO="20090114">14 ta’ Jannar 2009</DATE>, Sharda ressqet, skont l-Artikolu 3(2) tad-Direttiva 2008/69, talba għal eżami mill-ġdid tal-awtorizzazzjoni mogħtija għat-tqegħid fis-suq tal-prodott fitofarmaċewtiku <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0008" ID="QS0008"/>Core<QUOT.END REF.START="QS0008" CODE="201D" ID="QE0008"/>, li fih il-difenoconazole, waħda mis-sustanzi attivi li jissemmew fl-anness ta’ din id-direttiva. Din it-talba ġiet milqugħa mill-awtoritajiet nazzjonali kompetenti.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0009"><NO.P>9</NO.P><TXT>Syngenta ppreżentat rikors amministrattiv quddiem is-Secretaría General Técnica del Ministerio de Medio Ambiente, Rural y Marino (segretarjat ġenerali tal-ministeru tal-ambjent u l-qasam rurali u tal-baħar, Spanja), intiż għall-irtirar tal-awtorizzazzjoni maħruġa għall-prodott fitofarmaċewtiku <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0009" ID="QS0009"/>Core<QUOT.END REF.START="QS0009" CODE="201D" ID="QE0009"/>. Skont Syngenta, it-talba għal eżami mill-ġdid ta’ dan il-prodott kienet ġiet imressqa wara l-<DATE ISO="20081231">31 ta’ Diċembru 2008</DATE>, id-data finali, skont Syngenta, sabiex titressaq din it-talba ta’ eżami mill-ġdid, konformement mal-Artikolu 3(2) tad-Direttiva 2008/69. Permezz ta’ deċiżjoni tal-<DATE ISO="20110120">20 ta’ Jannar 2011</DATE>, l-imsemmi segretarjat ġenerali ċaħad dan ir-rikors.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0010"><NO.P>10</NO.P><TXT>Syngenta ippreżentat rikors kontra din id-deċiżjoni quddiem it-Tribunal Superior de Justicia de Madrid (qorti superjuri tal-ġustizzja ta’ Madrid, Spanja), li, permezz ta’ sentenza tal-<DATE ISO="20131025">25 ta’ Ottubru 2013</DATE>, annullat il-proċedura ta’ evalwazzjoni tal-prodott fitofarmaċewtiku <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0010" ID="QS0010"/>Core<QUOT.END REF.START="QS0010" CODE="201D" ID="QE0010"/>, abbażi tal-fatt li t-talba għal evalwazzjoni mill-ġdid kienet tressqet barra mit-terminu stabbilit mill-Artikolu 3(2) tad-Direttiva 2008/69.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0011"><NO.P>11</NO.P><TXT>Sharda ippreżentat appell minn din is-sentenza quddiem it-Tribunal Supremo (qorti suprema, Spanja), billi sostna li d-data msemmija f’dan l-Artikolu 3(2), ma tipprekludix it-tressiq ta’ talbiet għal evalwazzjoni mill-ġdid wara l-<DATE ISO="20081231">31 ta’ Diċembru 2008</DATE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0012"><NO.P>12</NO.P><TXT>Syngenta sostniet li, peress li l-Artikolu 3(2) tad-Direttiva 2008/69 jikkostitwixxi dispożizzjoni mandatorja li ma tistax tiġi interpretata mod ieħor, it-talba għal evalwazzjoni mill-ġdid imressqa minn Sharda fl-<DATE ISO="20090114">14 ta’ Jannar 2009</DATE>, jiġifieri wara d-data finali prevista minn din id-dispożizzjoni, ma kellhom qatt jingħataw.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0013"><NO.P>13</NO.P><TXT>Il-qorti tar-rinviju tikkunsidra li huwa neċessarju, sabiex tirriżolvi t-tilwima li ġiet adita biha, li tiddetermina jekk it-terminu msemmi fl-imsemmi Artikolu 3(2) huwiex terminu perentorju, jew huwiex terminu li jista’ jiġi pprorogat mill-Istat Membri, għal raġunijiet oġġettivi ta’ forza maġġuri jew konformement għad-dritt intern tagħhom.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0014"><NO.P>14</NO.P><TXT>F’dawn iċ-ċirkustanzi, it-Tribunal Supremo (qorti suprema) iddeċidiet li tissospendi l-proċeduri quddiemha u tagħmel id-domandi preliminari segwenti lill-Qorti tal-Ġustizzja:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><LIST TYPE="OTHER"><ITEM><NP><NO.P><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0011" ID="QS0011"/>1)</NO.P><TXT>Peress li teżisti diverġenza bejn id-diversi verżjonijiet lingwistiċi tal-Artikolu 3(2) tad-Direttiva [2008/69], tal-<DATE ISO="20080701">1 ta’ Lulju 2008</DATE>, kif ukoll possibbli kontradizzjoni mal-premessa 7 tad-Direttiva qed isiru s-segwenti domandi preliminari lill-Qorti tal-Ġustizzja: Id-data tal-<DATE ISO="20081231">31 ta’ Diċembru 2008</DATE> stabbilita fl-Artikolu 3(2) tad-Direttiva tal-Kummissjoni 2008/69/KE, tal-<DATE ISO="20080701">1 ta’ Lulju 2008</DATE>, fil-verżjoni Spanjola tagħha, hija d-data ta’ skadenza tat-terminu massimu li l-Istati Membri għandhom sabiex iwettqu evalwazzjoni mill-ġdid, jew hija d-data massima għall-inkluzjoni fil-lista tal-Anness I tad-Direttiva [91/414], tas-sustanzi attivi li għandhom ikunu s-suġġett ta’ evalwazzjoni mill-ġdid, jew inkella hija l-aħħar ġurnata għall-preżentazzjoni tat-talba għal inklużjoni korrispondenti?</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>2)</NO.P><TXT>L-espressjoni <QUOT.START CODE="2018" REF.END="QE0012" ID="QS0012"/>mhux aktar tard mill-<DATE ISO="20081231">31 ta’ Diċembru 2008</DATE><QUOT.END REF.START="QS0012" CODE="2019" ID="QE0012"/>, li tinsab fl-Artikolu 3(2) tad-Direttiva 2008/69/KE tipprevedi terminu perentorju minħabba l-għan protett mis-sistema li tirriżulta mid-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE, tal-<DATE ISO="19910715">15 ta’ Lulju 1991</DATE>, u tipprekludi lill-Istati Membri milli jestenduh u milli jistabbilixxu data limitu li tiġi wara dik prevista fid-Direttiva [2008/69]?</TXT></NP></ITEM><?PAGE NO="5"?><ITEM><NP><NO.P>3)</NO.P><TXT>Jekk jitqies li dan it-terminu jista’ jiġi estiż, din l-estensjoni għandha tkun għal raġunijiet oġġettivi ta’ forża maġġuri jew, fid-dawl tal-indikazzjonijiet tal-Artikolu 3 indirizzati lill-Istati Membri, dan ifisser li dawn jistgħu jestenduh, konformement mal-leġiżlazzjoni nazzjonali tagħhom, skont il-każ u l-kundizzjonijiet li din tipprevedi?<QUOT.END REF.START="QS0011" CODE="201D" ID="QE0011"/></TXT></NP></ITEM></LIST></QUOT.S></P></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P>Fuq id-domandi preliminari</P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC"><HT TYPE="BOLD">Fuq l-ewwel domanda</HT></HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0015"><NO.P>15</NO.P><TXT>Permezz tal-ewwel domanda tagħha, il-qorti tar-rinviju tistaqsi, essenzjalment, jekk l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 3(2) tad-Direttiva 2008/69 għandu jiġi interpretat fis-sens li d-data tal-<DATE ISO="20081231">31 ta’ Diċembru 2008</DATE> li huwa jipprevedi tikkorrispondix, għal prodott fitofarmaċewtiku diġà awtorizzat, li fih waħda mis-sustanzi attivi msemmija fl-anness ta’ din id-direttiva, għal terminu li għandhom għad-dispożizzjoni tagħhom l-Istati Membri sabiex iwettqu l-eżami mill-ġdid, previst f’dan l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 3(2) ta’ dawn il-prodotti fitofarmaċewtiċi, jew għal terminu sabiex titressaq it-talba għal evalwazzjoni mill-ġdid korrispondenti, jew inkella għal data finali li fiha kellhom jiġu rreġistrati, fil-lista li tissemma fl-Anness I tad-Direttiva 91/414, is-sustanzi attivi kollha li jinsabu f’dan il-prodott fitofarmaċewtiku, li ma humiex dawk elenkati fl-anness tad-Direttiva 2008/69, sabiex jinħoloq obbligu sabiex titwettaq evalwazzjoni mill-ġdid tal-imsemmi prodott.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0016"><NO.P>16</NO.P><TXT>L-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 3(2) tad-Direttiva 2008/69, li qed tintalab interpretazzjoni tiegħu, jipprevedi li <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0013" ID="QS0013"/>għal kull prodott awtorizzat għall-protezzjoni tal-pjanti li fih wieħed mis-sutanzi attivi mniżżla fl-Anness jew bħala l-unika sustanza attiva jew bħala wieħed mill-ħafna sustanzi attivi li kollha kienu mniżżla fl-Anness I tad-Direttiva 91/414/KEE mhux aktar tard mill-<DATE ISO="20081231">31 ta’ Diċembru 2008</DATE>, l-Istati Membri għandhom jerġgħu jevalwaw il-prodott skond il-prinċipji uniformi pprovduti fl-Anness VI tad-Direttiva 91/414/KEE<QUOT.END REF.START="QS0013" CODE="201D" ID="QE0013"/>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0017"><NO.P>17</NO.P><TXT>Kif semmiet il-qorti tar-rinviju, għandu jiġi kkonstatat li teżisti diskrepanza bejn il-kliem tal-verżjoni bil-lingwa Spanjola tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 3(2) tad-Direttiva 2008/69 u dak ta’ verżjonijiet lingwistiċi oħra.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0018"><NO.P>18</NO.P><TXT>Fil-fatt, il-verżjoni bil-lingwa Spanjola ta’ din id-dispożizzjoni, skont liema <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0014" ID="QS0014"/>todo producto fitosanitario autorizado […] será objeto de una nueva evaluación, a más tardar, el 31 de diciembre de 2008 […]<QUOT.END REF.START="QS0014" CODE="201D" ID="QE0014"/>, tidher twassal għal interpretazzjoni skont liema d-data tal-<DATE ISO="20081231">31 ta’ Diċembru 2008</DATE> tikkostitwixxi terminu massimu li għandhom għad-dispożizzjoni tagħhom l-Istati Membri sabiex iwettqu evalwazzjoni mill-ġdid, fis-sens ta’ din id-dispożizzjoni, ta’ kull prodott fitofarmaċewtiku awtorizzat li fih waħda mis-sustanzi attivi msemmija fl-anness ta’ din id-direttiva, bħala sustanza attiva l-unika sustanza attiva jew inkella bħala waħda minn bosta sustanzi attivi li lkoll huma elenkati fl-Anness I tad-Direttiva 91/414.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0019"><NO.P>19</NO.P><TXT>Il-verżjonijiet tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 3(2) tad-Direttiva 2008/69 fil-lingwi Ġermaniża (<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0015" ID="QS0015"/>die sämtlich bis spätestens 31 Dezember 2008 in Anhang I der Richtlinie 91/414/EWG aufgeführt waren<QUOT.END REF.START="QS0015" CODE="201D" ID="QE0015"/>), Ingliża (<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0016" ID="QS0016"/>all of which were listed in Annex I to Directive 91/414/EEC by 31 December 2008 at the latest<QUOT.END REF.START="QS0016" CODE="201D" ID="QE0016"/>) u Franċiża (<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0017" ID="QS0017"/>[…]toutes inscrites à l’annexe I de la directive 91/414/CEE au plus tard le 31 décembre 2008<QUOT.END REF.START="QS0017" CODE="201D" ID="QE0017"/>) iwasslu min-naħa l-oħra għal interpretazzjoni skont liema d-data tal-<DATE ISO="20081231">31 ta’ Diċembru 2008</DATE> tirreferi għall-elenkar tas-sustanzi attivi li jinsabu fil-prodott fitofarmaċewtiku awtorizzat li għandu jkun suġġett għal evalwazzjoni mill-ġdid mill-Istat Membri, konformement mal-preskrizzjonijiet tal-imsemmi Artikolu 3(2). L-istess jista’ jingħad, b’mod partikolari, għall-verżjonijiet ta’ din id-dispożizzjoni fil-lingwi Griega, Taljana u Olandiża.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="6"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0020"><NO.P>20</NO.P><TXT>B’mod iktar preċiż, il-kliem ta’ dawn il-verżjonijiet lingwistiċi kollha, salv għall-verżjoni bil-lingwa Spanjola, jindika li l-prodott fitofarmaċewtiku kkonċernat għandu jkun suġġett għal evalwazzjoni mill-ġdid jekk is-sustanzi attivi kollha li jinsabu fih, assoċjati ma’ dawk li jissemmew fl-anness tad-Direttiva 2008/69, li kienu ġew inklużi fl-Anness I tad-Direttiva 91/414 mhux iktar tard mill-<DATE ISO="20081231">31 ta’ Diċembru 2008</DATE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0021"><NO.P>21</NO.P><TXT>Għandu jitfakkar konformement għal ġurisprudenza stabbilita tal-Qorti tal-Ġustizzja, li l-kliem użat f’waħda mill-verżjonijiet lingwistiċi ta’ dispożizzjoni tad-dritt tal-Unjoni ma jistax iservi bħala bażi unika għall-interpretazzjoni ta’ din id-dispożizzjoni jew jingħata, f’dan ir-rigward, prijorità fil-konfront tal-verżjonijiet lingwistiċi l-oħra Fil-fatt, il-ħtieġa ta’ applikazzjoni u, għalhekk, ta’ interpretazzjoni uniformi ta’ att tal-Unjoni, teskludi li dan l-att jiġi kkunsidrat b’mod iżolat f’waħda mill-verżjonijiet tiegħu, iżda tirrikjedi li dan l-att jiġi interpretat fid-dawl tal-istruttura ġenerali u tal-iskop tal-leġiżlazzjoni li tagħha tikkostitwixxi element (ara, b’mod partikolari, is-sentenzi tas-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="19771027">27 ta’ Ottubru 1977</DATE>, <NAME.CASE>Bouchereau,</NAME.CASE> <NO.CASE>30/77</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:1977:172">EU:C:1977:172</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0014">14</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>, u tas-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20160317">17 ta’ Marzu 2016</DATE>, <NAME.CASE>Kødbranchens Fællesråd,</NAME.CASE> <NO.CASE>C-112/15</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2016:185">EU:C:2016:185</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0036">36</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0022"><NO.P>22</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, huwa importanti, l-ewwel nett, li jirrileva li d-Direttiva 2008/69 daħlet fis-seħħ fl-<DATE ISO="20090101">1 ta’ Jannar 2009</DATE>. Madankollu, huwa inkompatibbli mal-qasam ta’ applikazzjoni <HT TYPE="ITALIC">ratione temporis</HT> ta’ din id-direttiva li jinterpreta l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 3(2) ta’ din kif jeżiġu l-evalwazzjoni mill-ġdid, fis-sens ta’ din id-dispożizzjoni, huma effettwati, jew li t-talbiet għal evalwazzjoni mill-ġdid korrispondenti jiġu ppreżentati, mhux iktar tard mill-<DATE ISO="20081231">31 ta’ Diċembru 2008</DATE>, jiġifieri, qabel id-data tad-dħul fis-seħħ tal-imsemmija direttiva.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0023"><NO.P>23</NO.P><TXT>It-tieni nett, għandu jiġi rrilevat li l-premessa 7 tad-Direttiva 2008/69 tipprevedi terminu ta’ sitt xhur, li minnu għandha ssir deroga għat-tressiq u l-evalwazzjoni tal-fajl sħiħ, previsti fl-Artikolu 3(2) ta’ din id-direttiva. Dan it-terminu jibda jiddekorri, konformement għall-ewwel sentenza ta’ din il-premessa, mill-inklużjoni ta’ sustanza attiva fl-Anness I tad-Direttiva 91/414, jiġifieri mid-dħul fis-seħħ tad-Direttiva 2008/69, li tipprevedi din l-inklużjoni. Billi din l-aħħar direttiva daħlet fis-seħħ fl-<DATE ISO="20090101">1 ta’ Jannar 2009</DATE>, il-premessa 7 tagħha tirreferi, għat-tressiq u l-evalwazzjoni tal-fajl sħiħ, previsti fl-Artikolu 3(2) tal-imsemmija direttiva, għal data wara t-<DATE ISO="20090630">30 ta’ Ġunju 2009</DATE>. Minn dan jirriżulta li d-data tal-<DATE ISO="20081231">31 ta’ Diċembru 2008</DATE>, imsemmija fl-Artikolu 3(2) tad-Direttiva 2008/69, ma jistax jikkostitwixxi t-terminu previst għall-evalwazzjoni mill-ġdid ta’ prodott fitofarmaċewtiku, fis-sens ta’ din id-dispożizzjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0024"><NO.P>24</NO.P><TXT>It-tielet nett, kif indikat il-Kummissjoni fl-osservazzjonijiet bil-miktub tagħha, għandu jsir riferiment għad-Direttivi 2008/66, 2008/70 u 2010/28, li, bħad-Direttiva 2008/69, jemendaw id-Direttiva 91/414 bil-għan li jiżdiedu sustanzi attivi fl-Anness I tagħha u li kull waħda minnhom fiha Artikolu 3(2) li huwa differenti mill-Artikolu 3(2) tad-Direttiva 2008/69 biss fir-rigward tad-data u fir-rigward tas-sustanza attiva jew sustanzi attivi li għalihom jirreferi. Madankollu, il-kliem tal-Artikolu 3(2), ta’ kull waħda minn dawn id-direttivi, inkluż fil-verżjoni tagħhom fil-lingwa Spanjola, jikkorrispondi għall-kliem tal-verżjonijiet lingwistiċi tal-Artikolu 3(2) tad-Direttiva 2008/69, imsemmija fil-punt 19 ta’ din is-sentenza, li minnu jirriżulta b’mod ċar li d-data prevista għal kull wieħed minn dawn l-Artikoli 3(2), jistabbilixxi id-data finali li fiha għandhom jiġu inklużi fil-lista li tidher fl-Anness I tad-Direttiva 91/414 is-sustanzi attivi kollha li jinsabu fil-prodott fitofarmaċewtiku li fih, barra minn hekk, waħda mis-sustanzi attivi elenkati fl-anness ta’ kull waħda minn dawn id-direttivi, sabiex jinħoloq obbligu li jsir evalwazzjoni mill-ġdid ta’ dan il-prodott.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0025"><NO.P>25</NO.P><TXT>Fid-dawl tal-kunsiderazzjonijiet preċedenti kollha, ir-risposta li għandha tingħata lill-ewwel domanda hija li l-ewwel subparagrafu Artikolu 3(2), tad- Direttiva 2008/69 għandu jiġi interpretat fis-sens li d-data tal-<DATE ISO="20081231">31 ta’ Diċembru 2008</DATE> li huwa jipprevedi, għal prodott fitofarmaċewtiku diġà awtorizzat, li jkun fih waħda mis-sustanzi attivi msemmija fl-anness ta’ din id-direttiva, fid-data finali li fiha għandhom jiġi inklużi, fil-lista li tidher fl-Anness I tad-Direttiva 91/414, is-sustanzi attivi kollha li<?PAGE NO="7"?> jinsabu f’dan il-prodott fitofarmaċewtiku, barra dawk elenkati fl-anness tad-Direttiva 2008/69, sabiex jinħoloq obbligu li ssir evalwazzjoni mil-ġdid tal-imsemmi il-prodott f’dan l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 3(2).</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC"><HT TYPE="BOLD">Fuq it-tieni u t-tielet domandi</HT></HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0026"><NO.P>26</NO.P><TXT>It-tieni u t-tielet domandi preliminari, huma bbażati fuq il-premessa skont liema d-data tal-<DATE ISO="20081231">31 ta’ Diċembru 2008</DATE>, prevista fl-Artikolu 3(2) tad-Direttiva 2008/69, tikkorrispondi għal terminu ta’ tressiq ta’ talba intiża sabiex titwettaq evalwazzjoni mill-ġdid ta’ prodott fitofarmaċewtiku prevista f’din id-dispożizzjoni. Madankollu, mir-risposta għall-ewwel domanda jirriżulta li d-data inkwistjoni ma tikkorrispondix għal terminu bħal dan.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0027"><NO.P>27</NO.P><TXT>Minn dan isegwi li ma hemmx lok li tingħata risposta għat-tieni u t-tielet domandi magħmula mill-qorti tar-rinviju.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P>Fuq l-ispejjeż</P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0028"><NO.P>28</NO.P><TXT>Peress li l-proċedura għandha, fir-rigward tal-partijiet fil-kawża prinċipali, in-natura ta’ kwistjoni mqajma quddiem il-qorti tar-rinviju, hija din il-qorti li tiddeċiedi fuq l-ispejjeż. L-ispejjeż sostnuti għas-sottomissjoni tal-osservazzjonijiet lill-Qorti tal-Ġustizzja, barra dawk tal-imsemmija partijiet, ma jistgħux jitħallsu lura.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ><JURISDICTION><INTRO>Għal dawn il-motivi, Il-Qorti tal-Ġustizzja (Id-Disa’ Awla) taqta’ u tiddeċiedi:</INTRO><P><HT TYPE="BOLD">L-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 3(2) Direttiva tal-Kummissjoni 2008/69/KE ta’ l-<DATE ISO="20080701">1 ta’ Lulju 2008</DATE> li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE biex tinkludi l-clofentezine, dicamba, difenoconazole, diflubenzuron, imazaquin, lenacil, oxadiazon, picloram u pyriproxyfen bħala sustanzi attivi, għandu jiġi interpretat fis-sens li d-data tal-<DATE ISO="20081231">31 ta’ Diċembru 2008</DATE> li jipprevedi prodott fitofarmaċewtiku diġà awtorizzat, li jkun fih waħda mis-sustanzi attivi msemmija fl-anness ta’ din id-direttiva, fid-data finali li fiha għandhom jiġi inklużi, fil-lista li tidher fl-Anness I tad-Direttiva 91/414 Direttiva Tal-Kunsill tal-<DATE ISO="19910715">15 ta’ Lulju 1991</DATE> li tikkonċerna t-tqegħid fis-suq ta’ prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti, is-sustanzi attivi kollha li jinsabu f’dan il-prodott fitofarmaċewtiku, barra dawk elenkati fl-anness tad-Direttiva 2008/69, sabiex jinħoloq obbligu li ssir evalwazzjoni mill-ġdid tal-imsemmi prodott f’dan l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 3(2).</HT></P></JURISDICTION></CONTENTS.JUDGMENT><SIGNATURE.CASE><SIGNATORY><P>Firem</P></SIGNATORY></SIGNATURE.CASE></JUDGMENT>