|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Serje L |
|
2023/2660 |
29.11.2023 |
REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2023/2660
tat-28 ta’ Novembru 2023
li jġedded l-approvazzjoni tas-sustanza attiva glifosat f’konformità mar-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, u li jemenda r-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 540/2011
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ Ottubru 2009 dwar it-tqegħid fis-suq ta’ prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti u li jħassar id-Direttivi tal-Kunsill 79/117/KEE u 91/414/KEE (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 20(1) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/2324 (2) ġedded l-approvazzjoni tas-sustanza attiva glifosat sal-15 ta’ Diċembru 2022 u inkludiha fil-lista fil-Parti B tal-Anness tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 540/2011 (3). |
|
(2) |
Fit-13 ta’ Diċembru 2019, l-applikant (il-Grupp ta’ Tiġdid tal-Glifosat) ressaq applikazzjoni għat-tiġdid tal-approvazzjoni tas-sustanza attiva glifosat lill-Grupp ta’ Valutazzjoni dwar il-Glifosat (AGG), magħmul minn Franza, l-Ungerija, in-Netherlands u l-Iżvezja li nħatru biex jaġixxu b’mod konġunt bħala Stati Membri relaturi (4), f’konformità mal-Artikolu 1 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 844/2012 (5) u fil-perjodu ta’ żmien previst f’dak l-Artikolu. |
|
(3) |
L-applikant ressaq il-fajls supplimentari lill-AGG, lill-Kummissjoni u lill-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel (“l-Awtorità”) f’konformità mal-Artikolu 6 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 844/2012. L-AGG sab li l-applikazzjoni kienet ammissibbli. |
|
(4) |
Fil-15 ta’ Ġunju 2021, l-AGG ressaq lill-Awtorità u lill-Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi (“l-Aġenzija”) il-valutazzjonijiet tiegħu tas-sustanza attiva glifosat fl-għamla ta’ abbozz tar-rapport ta’ valutazzjoni tat-tiġdid u rapport li fih proposta għall-klassifikazzjoni u għat-tikkettar armonizzati skont ir-Regolament (KE) Nru 1272/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (6), rispettivament. Fl-abbozz tar-rapport ta’ valutazzjoni tat-tiġdid tiegħu, l-AGG ippropona li jġedded l-approvazzjoni tal-glifosat abbażi tal-valutazzjoni tar-riskju li wettaq. |
|
(5) |
L-Awtorità ppubblikat il-fajl sommarju supplimentari. L-Awtorità bagħtet ukoll l-abbozz tar-rapport ta’ valutazzjoni tat-tiġdid lill-applikant u lill-Istati Membri għall-kummenti tagħhom, u nediet konsultazzjoni pubblika dwaru. L-Awtorità għaddiet il-kummenti li rċeviet lill-Kummissjoni. |
|
(6) |
L-AGG, flimkien mal-Awtorità, ikkunsidra l-kummenti kollha li waslu dwar l-abbozz tar-rapport ta’ valutazzjoni tat-tiġdid u t-tweġibiet tal-applikant għalihom. F’konformità mal-Artikolu 13(3) tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 844/2012, l-Awtorità talbet informazzjoni addizzjonali mingħand l-applikant. |
|
(7) |
Fid-dawl tal-volum tal-informazzjoni ġdida li wasal permezz tal-konsultazzjoni pubblika, ix-xogħol meħtieġ mill-AGG wara l-evalwazzjoni tal-kummenti li waslu, u l-ħtieġa li tiġi evalwata l-informazzjoni addizzjonali mitluba mingħand l-applikant mill-Awtorità, l-AGG indika li kien meħtieġ aktar żmien biex jiġi pprovdut abbozz aġġornat tar-rapport ta’ valutazzjoni tat-tiġdid. Għaldaqstant, fl-10 ta’ Mejju 2022, l-Awtorità u l-Aġenzija ħabbru li l-għoti tal-konklużjoni tal-Awtorità se tiġi posposta sa Lulju 2023. |
|
(8) |
Fit-30 ta’ Mejju 2022, il-Kumitat għall-Istima tar-Riskji tal-Aġenzija adotta l-opinjoni tiegħu dwar il-klassifikazzjoni u t-tikkettar armonizzati tal-glifosat (7), li fiha kkonkluda li jenħtieġ li tinżamm il-klassifikazzjoni eżistenti tal-glifosat, stabbilita skont ir-Regolament (KE) Nru 1272/2008. Il-Kumitat ikkonferma wkoll li, abbażi tal-aħħar informazzjoni xjentifika u teknika disponibbli, u fid-dawl tal-kriterji stabbiliti f’dak ir-Regolament, il-glifosat ma jissodisfax il-kriterji biex jiġi kklassifikat bħala karċinoġeniku, mutaġeniku jew tossiku għar-riproduzzjoni. |
|
(9) |
Minħabba li l-valutazzjoni tal-glifosat iddewmet għal raġunijiet li mhumiex fil-kontroll tal-applikant, il-Kummissjoni kienet obbligata testendi, f’konformità mal-Artikolu 17 tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009, il-perjodu ta’ approvazzjoni tal-glifosat b’perjodu ta’ sena, sal-15 ta’ Diċembru 2023 (8). |
|
(10) |
Fis-6 ta’ Lulju 2023, l-Awtorità kkomunikat il-konklużjoni tal-valutazzjoni tar-riskju xjentifiku tagħha lill-Kummissjoni dwar jekk jistax jiġi mistenni li s-sustanza attiva glifosat tissodisfa l-kriterji għall-approvazzjoni stipulati fl-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009 (9) jew le. |
|
(11) |
Il-Kummissjoni stiednet lill-applikant iressaq il-kummenti tiegħu dwar il-konklużjoni tal-Awtorità u, f’konformità mal-Artikolu 14(1), it-tielet subparagrafu, tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 844/2012, dwar l-abbozz tar-rapport tat-tiġdid. L-applikant ressaq il-kummenti tiegħu, li ġew eżaminati bir-reqqa u li ġew ikkunsidrati. |
|
(12) |
Fit-13 ta’ Lulju 2023 u fit-22 ta’ Settembru 2023 rispettivament, il-Kummissjoni ressqet l-abbozz tar-rapport tat-tiġdid tagħha dwar il-glifosat u abbozz ta’ dan ir-Regolament lill-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf. |
|
(13) |
Fir-rigward tal-użu rappreżentattiv wieħed jew aktar ta’ mill-inqas prodott wieħed tal-protezzjoni tal-pjanti li fih is-sustanza attiva glifosat, ġie stabbilit li l-kriterji għall-approvazzjoni stipulati fl-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009 huma ssodisfati. Għalhekk, huwa xieraq li l-approvazzjoni tal-glifosat tiġġedded. |
|
(14) |
Madankollu, f’konformità mal-Artikolu 14(1) tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009, flimkien mal-Artikolu 6 tiegħu, u fid-dawl tal-għarfien xjentifiku u tekniku attwali u tal-eżitu tal-valutazzjoni tar-riskju, jeħtieġ li jiġu previsti ċerti kundizzjonijiet u restrizzjonijiet, inkluż it-tressiq tal-informazzjoni ta’ konferma. |
|
(15) |
B’mod partikolari, huwa xieraq li jiġu stabbiliti l-limiti massimi għal ċerti impuritajiet tossikoloġikament rilevanti li jistgħu jkunu preżenti fil-materjal tekniku kif manifatturat biex jiġi żgurat li s-sustanza attiva glifosat użata fil-prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti ma twassal għall-ebda effett ta’ ħsara fuq saħħet il-bniedem. |
|
(16) |
Abbażi tas-sejbiet tal-valutazzjoni tar-riskju, jeħtieġ ukoll li l-Istati Membri jintalbu jagħtu attenzjoni partikolari lil ċerti aspetti tekniċi meta jwettqu l-valutazzjonijiet għall-awtorizzazzjoni tal-prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti li fihom il-glifosat. |
|
(17) |
Sabiex jiġi żgurat li l-prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti li fihom il-glifosat ma jkollhomx effetti ta’ ħsara fuq saħħet il-bniedem jew tal-annimali u lanqas effetti inaċċettabbli fuq l-ambjent, jenħtieġ li l-Istati Membri jintalbu jagħtu attenzjoni partikolari li tiġi pprovduta biżżejjed data dwar il-koformulanti li jinsabu fihom, filwaqt li jitqiesu b’mod partikolari l-kriterji għall-identifikazzjoni ta’ koformulanti inaċċettabbli kif stabbilit fir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2023/574 (10). |
|
(18) |
Xi għelejjel jistgħu jitkabbru fl-għelieqi fejn kien intuża l-glifosat fl-istaġun tat-tkabbir ta’ qabel. Peress li l-Awtorità ma setgħetx tiffinalizza l-valutazzjoni tar-riskju għall-konsumatur tar-residwi li jistgħu jkunu preżenti f’dawk l-għelejjel abbażi tad-data disponibbli, jenħtieġ li meta jwettqu l-valutazzjonijiet tar-riskju għall-awtorizzazzjoni tal-prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti li fihom il-glifosat, l-Istati Membri jintalbu jagħtu attenzjoni partikolari lill-valutazzjoni tal-esponiment tal-konsumatur għall-għelejjel sussegwenti. |
|
(19) |
Ma ġie identifikat l-ebda tħassib dwar ir-riskju ta’ lissija diretta tal-glifosat u tal-metaboliti tiegħu fl-ilma ta’ taħt l-art. Madankollu, matul l-evalwazzjoni bejn il-pari ġie nnotat li l-ilma ta’ taħt l-art jista’ jiġi espost permezz tal-infiltrazzjoni mix-xatt u/jew tal-konnettività tal-korpi tal-ilma tal-wiċċ mal-akwiferi ta’ taħt l-art li għalihom ma kienx hemm informazzjoni disponibbli. Barra minn hekk, huwa possibbli li ċerti użi mhux agrikoli tal-glifosat fuq uċuħ issiġillati u f’żoni permeabbli ħafna jistgħu jwasslu għal riskju ogħla ta’ lissija fl-ilma ta’ taħt l-art u fl-ilma tal-wiċċ. Għalhekk, meta jwettqu l-valutazzjonijiet għall-awtorizzazzjoni tal-prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti li fihom il-glifosat, jenħtieġ li l-Istati Membri jintalbu jagħtu attenzjoni partikolari lill-protezzjoni tal-ilma ta’ taħt l-art f’żoni vulnerabbli, inkluż żoni permeabbli ħafna, u b’mod ġenerali għall-protezzjoni tal-ilmijiet tal-wiċċ, b’mod partikolari dawk użati għall-estrazzjoni tal-ilma tax-xorb, filwaqt li jitqiesu speċifikament l-użi fuq l-uċuħ issiġillati. |
|
(20) |
Għal uħud mill-użi tal-glifosat ivvalutati bħala parti mill-proċess tat-tiġdid, ġie identifikat riskju għoli għall-mammiferi erbivori żgħar meta ġiet applikata valutazzjoni konservattiva (Livell 1) mingħajr ma tqieset valutazzjoni rfinuta tal-esponiment, peress li ma kien hemm l-ebda data affidabbli ta’ livell ogħla adattata għal dan. Għalhekk, jenħtieġ li meta jkunu qed iwettqu l-valutazzjonijiet tar-riskju għall-awtorizzazzjoni tal-prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti li fihom il-glifosat, l-Istati Membri jintalbu jagħtu attenzjoni partikolari lill-valutazzjoni tar-riskju għall-mammiferi erbivori żgħar, b’mod partikolari dawk l-użi fejn dan ir-riskju ġie identifikat mill-Awtorità, u fejn meħtieġ jimponu miżuri xierqa ta’ mitigazzjoni, pereżempju billi jillimitaw iż-żmien tal-użu, l-għadd tal-applikazzjonijiet jew ir-rata tad-doża massima. Abbażi tal-eżitu tal-valutazzjoni tar-riskju, jitqies ukoll xieraq li jiġu stabbiliti r-rati massimi tal-użu li normalment għandhom japplikaw sakemm l-eżitu tal-valutazzjoni tar-riskju mwettqa għall-użu speċifiku tal-prodott għall-protezzjoni tal-pjanti jindika li rata ogħla ma twassal għall-ebda effett inaċċettabbli fuq il-mammiferi erbivori żgħar. |
|
(21) |
L-awtorità ma identifikat bl-ebda riskju inaċċettabbli għall-pjanti terrestri mhux fil-mira meta qieset l-esponiment potenzjali mid-deriva sprejjata jekk jiġu applikati ċerti miżuri ta’ mitigazzjoni. Pjanti akkwatiċi mhux fil-mira jistgħu wkoll ikunu esposti għal din id-deriva. Sabiex jiġi evitat kwalunkwe effett inaċċettabbli fuq il-pjanti terrestri u akkwatiċi mhux fil-mira, jenħtieġ li l-Istati Membri jintalbu jqisu l-esponiment possibbli tal-kuntatt mid-deriva sprejjata u jimponu miżuri ta’ mitigazzjoni xierqa meta jwettqu l-valutazzjonijiet għall-awtorizzazzjoni tal-prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti li fihom il-glifosat. |
|
(22) |
Filwaqt li ma ġie identifikat l-ebda impatt dirett fuq il-bijodiversità bħala parti mill-valutazzjoni tat-tiġdid tal-glifosat, ma setgħux jiġu esklużi effetti indiretti possibbli. Għalhekk, meta jwettqu l-valutazzjonijiet għall-awtorizzazzjoni tal-prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti li fihom il-glifosat, jenħtieġ li l-Istati Membri jagħtu attenzjoni partikolari lil kwalunkwe impatt indirett possibbli fuq il-bijodiversità permezz tal-interazzjonijiet trofiċi kkawżati mill-użu tal-prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti li fihom il-glifosat. Huma u jagħmlu dan, jenħtieġ li jqisu l-kundizzjonijiet agroambjentali speċifiċi u, fejn meħtieġ, jimponu miżuri ta’ mitigazzjoni tar-riskju u/jew kundizzjonijiet u restrizzjoni tal-użu. |
|
(23) |
Fin-nuqqas ta’ metodi u ta’ gwida miftiehma fil-livell tal-UE, li għad iridu jiġu żviluppati, l-Istati Membri jistgħu japplikaw il-metodi li huma jqisu xierqa biex jiddeterminaw l-effetti indiretti potenzjali tal-prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti li fihom il-glifosat u li jqisu l-kundizzjonijiet agroambjentali speċifiċi tagħhom. Huma u jagħmlu dan, jekk jidentifikaw kwalunkwe effett indirett possibbli fuq il-bijodiversità u jekk ikunu disponibbli metodi alternattivi prattiċi ta’ kontroll jew ta’ prevenzjoni b’impatti aktar baxxi fuq il-bijodiversità, jenħtieġ li l-Istati Membri jistabbilixxu kundizzjonijiet jew restrizzjonijiet speċifiċi tal-użu għall-prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti li fihom il-glifosat, filwaqt li jitqies b’mod partikolari jekk humiex disponibbli metodi alternattivi prattiċi ta’ kontroll jew ta’ prevenzjoni b’impatti aktar baxxi fuq il-bijodiversità. |
|
(24) |
Peress li l-ebda metodu jew gwida maqbula dwar il-valutazzjoni tal-effetti indiretti fuq il-bijodiversità ma huma attwalment disponibbli fil-livell tal-Unjoni, jenħtieġ li l-applikant iressaq l-informazzjoni konfermatorja dwar kwalunkwe effett indirett possibbli fuq il-bijodiversità permezz tal-interazzjonijiet trofiċi, ladarba metodi u gwida xierqa jkunu disponibbli. |
|
(25) |
Barra minn hekk, id-dispożizzjonijiet l-oħra tal-Unjoni mmirati lejn il-protezzjoni u l-promozzjoni tal-bijodiversità fl-ekosistemi, inkluż l-agroekosistemi, jistgħu jkunu rilevanti wkoll meta jitqies it-tnaqqis ta’ kwalunkwe impatt tal-glifosat fuq il-bijodiversità. B’ mod partikolari, skont id-Direttiva 2009/128/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (11) flimkien mal-Artikolu 55 tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009, jenħtieġ li l-Istati Membri jħeġġu l-iżvilupp u l-implimentazzjoni tal-ġestjoni integrata tal-organiżmi ta’ ħsara u tal-approċċi jew tat-tekniki alternattivi biex inaqqsu d-dipendenza tagħhom fuq l-użu tal-pestiċidi. |
|
(26) |
L-użi minn utenti mhux professjonali ma kinux parti mill-użi rappreżentattivi mressqa mill-applikant u għalhekk ma ġewx ivvalutati. Għalhekk, jenħtieġ li l-Istati Membri jintalbu jagħtu attenzjoni partikolari lill-użi minn utenti mhux professjonali meta jwettqu l-valutazzjonijiet għall-awtorizzazzjoni tagħhom. |
|
(27) |
L-użu tal-prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti li fihom il-glifosat għall-użi ta’ qabel il-ħsad mhux dejjem jista’ jkun konformi mad-Direttiva 2009/128/KE flimkien mad-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 55 tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009. Għalhekk, jenħtieġ li l-Istati Membri jintalbu jagħtu attenzjoni partikolari lill-użi ta’ qabel il-ħsad meta jwettqu l-valutazzjonijiet għall-awtorizzazzjoni tagħhom. B’mod speċifiku, l-użu tal-prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti li fihom il-glifosat għat-tnixxif biex jiġi kkontrollat il-ħin tal-ħsad jew biex jiġi ottimizzat id-dris mhux meqjus konformi mad-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 55 tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009 u, għalhekk, jenħtieġ li ma jiġix awtorizzat. |
|
(28) |
Peress li l-prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti li fihom il-glifosat jintużaw ħafna għall-użi mhux agrikoli, jenħtieġ li l-Istati Membri, f’konformità mad-Direttiva 2009/128/KE, jiżguraw li l-użu tal-prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti li fihom il-glifosat jiġi minimizzat jew ipprojbit f’żoni sensittivi bħal parks u ġonna pubbliċi, fi grawnds tal-isport u tar-rekreazzjoni, fi grawnds tal-iskejjel u f’bandli, u qrib faċilitajiet tal-kura tas-saħħa. |
|
(29) |
Id-Direttiva 2000/60/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (12) u d-Direttiva 2009/128/KE stabbilew ċerti rekwiżiti għall-monitoraġġ tal-istat tal-ilma u tal-użu tal-prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti. Meta titqies l-importanza tal-prevenzjoni tal-kontaminazzjoni tal-ambjent bil-glifosat u/jew bil-metaboliti tiegħu, u b’mod partikolari tal-ilmijiet tal-wiċċ, l-Istati Membri jistgħu jistabbilixxu wkoll rekwiżiti ta’ monitoraġġ addizzjonali meta jawtorizzaw il-prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti li fihom il-glifosat. |
|
(30) |
Il-glifosat kien soġġett għal żewġ valutazzjonijiet komprensivi mill-2012 ’l hawn. It-tnejn li huma ma identifikawx tħassib li jindika li l-kriterji għall-approvazzjoni stabbiliti fir-Regolament (KE) Nru 1107/2009 mhumiex issodisfati. Għaldaqstant, ma jistax ikun mistenni li fil-ġejjieni qrib tkun tiġi akkumulata biżżejjed informazzjoni ġdida biex tirriżulta f’eżitu differenti. Fl-istess ħin, huwa nnotat li r-riċerka dwar il-glifosat intensifikat f’dawn l-aħħar snin u jista’ jfeġġ għarfien ġdid dwar il-proprjetajiet tal-glifosat rilevanti għall-protezzjoni ta’ saħħet il-bniedem u tal-ambjent. Sabiex dawk il-kunsiderazzjonijiet jiġu bbilanċjati, huwa xieraq li jiġi previst it-tiġdid tal-approvazzjoni tal-glifosat għal perjodu ta’ 10 snin. Barra minn hekk, l-approvazzjoni tas-sustanza attiva tista’ tiġi rieżaminata fi kwalunkwe ħin skont l-Artikolu 21 tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009. |
|
(31) |
Jenħtieġ li r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 540/2011 jiġi emendat skont dan. |
|
(32) |
Filwaqt li jitqies li l-approvazzjoni attwali tal-glifosat tiskadi fil-15 ta’ Diċembru 2023, u bil-ħsieb li tiġi żgurata ċ-ċertezza legali, jenħtieġ li dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ malajr kemm jista’ jkun. |
|
(33) |
Il-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf ma tax opinjoni fi ħdan il-perjodu stabbilit mill-President tiegħu. Att ta’ implimentazzjoni ġie meqjus meħtieġ u l-President ressaq l-abbozz tal-att ta’ implimentazzjoni lill-kumitat tal-appell għal deliberazzjonijiet ulterjuri. Il-kumitat tal-appell ma tax opinjoni, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Tiġdid tal-approvazzjoni tas-sustanza attiva
Kif speċifikat fl-Anness I ta’ dan ir-Regolament, l-approvazzjoni tas-sustanza attiva glifosat qed tiġġedded, soġġetta għall-kundizzjonijiet u għar-restrizzjonijiet stabbiliti f’dak l-Anness.
Artikolu 2
Emendi tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 540/2011
L-Anness tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 540/2011 huwa emendat f’konformità mal-Anness II ta’ dan ir-Regolament.
Artikolu 3
Dħul fis-seħħ u data tal-applikazzjoni
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Għandu japplika mis-16 ta’ Diċembru 2023.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, it-28 ta’ Novembru 2023.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Ursula VON DER LEYEN
(1) ĠU L 309, 24.11.2009, p. 1.
(2) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/2324 tat-12 ta’ Diċembru 2017 li jġedded l-approvazzjoni tas-sustanza attiva glifosat skont ir-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar it-tqegħid fis-suq ta’ prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti, u li jemenda l-Anness tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 540/2011 (ĠU L 333, 15.12.2017, p. 10).
(3) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 540/2011 tal-25 ta’ Mejju 2011 li jimplimenta r-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill f’dak li għandu x’jaqsam mal-lista ta’ sustanzi attivi approvati (ĠU L 153, 11.6.2011, p. 1).
(4) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/724 tal-10 ta’ Mejju 2019 li jemenda r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 686/2012 fir-rigward tan-nominazzjoni ta’ Stati Membri relaturi u Stati Membri korelaturi għas-sustanzi attivi glifosat, lambda ċjalotrina, imażamoks u pendimetalina u jemenda r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 844/2012 fir-rigward tal-possibbiltà li grupp ta’ Stati Membri jassumu b’mod konġunt ir-rwol ta’ Stat Membru relatur (ĠU L 124, 13.5.2019, p. 32).
(5) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 844/2012 tat-18 ta’ Settembru 2012 li jistabbilixxi d-dispożizzjonijiet meħtieġa għall-implimentazzjoni tal-proċedura ta’ tiġdid għas-sustanzi attivi, kif previst fir-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar it-tqegħid fis-suq ta’ prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti (ĠU L 252, 19.9.2012, p. 26), li jkompli japplika għall-proċedura għat-tiġdid tal-approvazzjoni ta’ dawk is-sustanzi attivi skont l-Artikolu 17 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2020/1740 tal-20 ta’ Novembru 2020 li jistabbilixxi d-dispożizzjonijiet meħtieġa għall-implimentazzjoni tal-proċedura ta’ tiġdid għas-sustanzi attivi, kif previst fir-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, u li jħassar ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 844/2012 (ĠU L 392, 23.11.2020, p. 20).
(6) Ir-Regolament (KE) Nru 1272/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Diċembru 2008 dwar il-klassifikazzjoni, l-ittikkettar u l-imballaġġ tas-sustanzi u t-taħlitiet, li jemenda u jħassar id-Direttivi 67/548/KEE u 1999/45/KE, u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1907/2006 (ĠU L 353, 31.12.2008, p. 1).
(7) L-Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi (2022). Opinion of the Committee for Risk Assessment proposing harmonised classification and labelling of glyphosate (ISO); N-(phosphonomethyl)glycine (EC Number: 213-997-4; CAS Number: 1071-83-6) (https://echa.europa.eu/registry-of-clh-intentions-until-outcome/-/dislist/details/0b0236e185e41a77).
(8) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2022/2364 tat-2 ta’ Diċembru 2022 li jemenda r-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 540/2011 f’dak li għandu x’jaqsam mal-estensjoni tal-perjodu ta’ approvazzjoni tas-sustanza attiva glifosat (ĠU L 312, 5.12.2022, p. 99).
(9) L-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel (EFSA), 2023. Peer review of the pesticide risk assessment of the active substance glyphosate (EFSA Journal, 21(7), 1-52. https://doi.org/10.2903/j.efsa.2023.8164).
(10) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2023/574 tat-13 ta’ Marzu 2023 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-identifikazzjoni tal-koformulanti inaċċettabbli fi prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti f’konformità mar-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 75, 14.3.2023, p. 7).
(11) Id-Direttiva 2009/128/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ Ottubru 2009 li tistabbilixxi qafas għal azzjoni Komunitarja biex jinkiseb użu sostenibbli tal-pestiċidi (ĠU L 309, 24.11.2009, p. 71).
(12) Id-Direttiva 2000/60/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ Ottubru 2000 li tistabbilixxi qafas għal azzjoni Komunitarja fil-qasam tal-politika tal-ilma (ĠU L 327, 22.12.2000, p. 1).
ANNESS I
|
Isem Komuni, Numri ta’ Identifikazzjoni |
Isem tal-IUPAC |
Purità (1) |
Data tal-approvazzjoni |
Skadenza tal-approvazzjoni |
Dispożizzjonijiet speċifiċi |
||||||||||||||||||||||||||||||||
|
Glifosat Nru CAS: 1071-83-6 Nru CIPAC: 284 |
N-(fosfonometil)gliċina |
≥ 950 g/kg L-impuritajiet li ġejjin huma ta’ tħassib mil-lat tossikoloġiku u ma għandhomx jaqbżu l-livelli li ġejjin fil-materjal tekniku:
|
is-16 ta’ Diċembru 2023 |
il-15 ta’ Diċembru 2033 |
L-użi bħala erbiċida biss jistgħu jkunu awtorizzati. Għall-implimentazzjoni tal-prinċipji uniformi kif imsemmija fl-Artikolu 29(6) tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009, għandhom jitqiesu l-konklużjonijiet tar-rapport tat-tiġdid dwar il-glifosat, u b’mod partikulari l-Appendiċijiet I u II tiegħu. F’din il-valutazzjoni kumplessiva l-Istati Membri għandhom joqogħdu attenti b’mod partikolari li:
Il-kundizzjonijiet tal-użu għandhom jinkludu l-miżuri ta’ mitigazzjoni tar-riskju, inklużi l-kombinamenti tagħhom, kif meħtieġ. B’mod partikolari, id-deriva għandha titnaqqas għall-applikazzjonijiet ta’ sprej magħmula minn utenti professjonali f’għelieqi agrikoli. B’mod awtomatiku, biex jiġu protetti l-pjanti terrestri mhux fil-mira, għandha tkun meħtieġa strixxa ta’ lqugħ mhux sprejjata fl-għalqa ta’ mill-inqas 5 sa 10 m mill-fruntiera tal-għalqa skont l-użu partikolari u ż-żennuni li jnaqqsu d-deriva sprejjata b’mill-inqas 75 %, jew miżuri oħra ta’ mitigazzjoni tar-riskju bi tnaqqis ekwivalenti tad-deriva, sakemm l-eżitu tal-valutazzjoni tar-riskju mwettqa għall-użu speċifiku tal-prodott għall-protezzjoni tal-pjanti ma jindikax li dawn il-miżuri ta’ mitigazzjoni tar-riskju mhumiex meħtieġa jew jistgħu jitnaqqsu minħabba li ma hemmx riskji inaċċettabbli kkawżati mid-deriva sprejjata. Barra minn hekk, l-Istati Membri jistgħu jistabbilixxu r-rekwiżiti ta’ monitoraġġ meta jagħtu l-awtorizzazzjonijiet, sabiex jikkomplementaw il-monitoraġġ skont id-Direttivi 2000/60/KE u 2009/128/KE. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-użu tal-prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti li fihom il-glifosat jiġi minimizzat jew ipprojbit fiż-żoni speċifiċi elenkati fl-Artikolu 12(a) tad-Direttiva 2009/128/KE. L-applikant għandu jressaq l-informazzjoni ta’ konferma lill-Kummissjoni, lill-Istati Membri u lill-Awtorità fir-rigward tal-effetti indiretti possibbli fuq il-bijodiversità permezz tal-interazzjonijiet trofiċi, fi żmien 3 snin mid-data tal-applikabbiltà tad-dokument ta’ gwida rilevanti approvat mill-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf. |
(1) Fir-rapport tat-tiġdid jinsabu aktar dettalji dwar l-identità u l-ispeċifikazzjoni tas-sustanza attiva.
ANNESS II
Fil-Parti B tal-Anness tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 540/2011, l-entrata 118 dwar il-glifosat hija sostitwita b’dan li ġej:
|
Nru |
Isem Komuni, Numri ta’ Identifikazzjoni |
Isem tal-IUPAC |
Purità (1) |
Data tal-approvazzjoni |
Skadenza tal-approvazzjoni |
Dispożizzjonijiet speċifiċi |
||||||||||||||||||||||||||||||||
|
“118 |
Glifosat Nru CAS: 1071-83-6 Nru CIPAC: 284 |
N-(fosfonometil)gliċina |
≥ 950 g/kg L-impuritajiet li ġejjin huma ta’ tħassib mil-lat tossikoloġiku u ma għandhomx jaqbżu l-livelli li ġejjin fil-materjal tekniku:
|
is-16 ta’ Diċembru 2023 |
il-15 ta’ Diċembru 2033 |
L-użi bħala erbiċida biss jistgħu jkunu awtorizzati. Għall-implimentazzjoni tal-prinċipji uniformi kif imsemmija fl-Artikolu 29(6) tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009, għandhom jitqiesu l-konklużjonijiet tar-rapport tat-tiġdid dwar il-glifosat, u b’mod partikulari l-Appendiċijiet I u II tiegħu. F’din il-valutazzjoni kumplessiva l-Istati Membri għandhom jagħtu attenzjoni partikolari li:
Il-kundizzjonijiet tal-użu għandhom jinkludu l-miżuri ta’ mitigazzjoni tar-riskju, inklużi l-kombinamenti tagħhom, kif meħtieġ. B’mod partikolari, id-deriva għandha titnaqqas għall-applikazzjonijiet ta’ sprej magħmula minn utenti professjonali f’għelieqi agrikoli. B’mod awtomatiku, biex jiġu protetti l-pjanti terrestri mhux fil-mira, għandha tkun meħtieġa strixxa ta’ lqugħ mhux sprejjata fl-għalqa ta’ mill-inqas 5 sa 10 m mill-fruntiera tal-għalqa skont l-użu partikolari u ż-żennuni li jnaqqsu d-deriva sprejjata b’mill-inqas 75 %, jew miżuri oħra ta’ mitigazzjoni tar-riskju bi tnaqqis ekwivalenti tad-deriva, sakemm l-eżitu tal-valutazzjoni tar-riskju mwettqa għall-użu speċifiku tal-prodott għall-protezzjoni tal-pjanti ma jindikax li dawn il-miżuri ta’ mitigazzjoni tar-riskju mhumiex meħtieġa jew jistgħu jitnaqqsu minħabba li ma hemmx riskji inaċċettabbli kkawżati mid-deriva sprejjata. Barra minn hekk, l-Istati Membri jistgħu jistabbilixxu rekwiżiti ta’ monitoraġġ meta jagħtu l-awtorizzazzjonijiet, sabiex jikkomplementaw il-monitoraġġ skont id-Direttivi 2000/60/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (*2) u 2009/128/KE. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-użu tal-prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti li fihom il-glifosat jiġi minimizzat jew ipprojbit fiż-żoni speċifiċi elenkati fl-Artikolu 12(a) tad-Direttiva 2009/128/KE. L-applikant għandu jressaq l-informazzjoni ta’ konferma lill-Kummissjoni, lill-Istati Membri u lill-Awtorità fir-rigward tal-effetti indiretti possibbli fuq il-bijodiversità permezz tal-interazzjonijiet trofiċi, fi żmien tliet snin mid-data tal-applikabbiltà ta’ dokument ta’ gwida rilevanti approvat mill-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf.” |
(1) Fir-rapport tat-tiġdid jinsabu aktar dettalji dwar l-identità u l-ispeċifikazzjoni tas-sustanza attiva.
(*1) Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2023/574 tat-13 ta’ Marzu 2023 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-identifikazzjoni ta’ koformulanti inaċċettabbli fi prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti f’konformità mar-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 75, 14.3.2023, p. 7).
(*2) Id-Direttiva 2000/60/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ Ottubru 2000 li tistabbilixxi qafas għal azzjoni Komunitarja fil-qasam tal-politika tal-ilma (ĠU L 327, 22.12.2000, p. 1).
ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2023/2660/oj
ISSN 1977-074X (electronic edition)