|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Is-serje C |
|
C/2025/2999 |
27.5.2025 |
Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni
(Każ M.11985 – KKR / TMUS / USI / RIDGEVIEW / JKT HOLDINGS)
Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
(C/2025/2999)
1.
Fid-19 ta’ Mejju 2025, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).Din in-notifika tikkonċerna l-impriżi li ġejjin:
|
— |
KKR & Co. Inc. (“KKR”, USA), |
|
— |
T-Mobile USA, Inc. (“TMUS”, l-Istati Uniti tal-Amerka), ikkontrollata minn Deutsche Telekom AG (il-Ġermanja), |
|
— |
U.S. Internet Corp. (“USI”, l-Istati Uniti tal-Amerika), Ridgeview, Inc. (“Ridgeview”, l-Istati Uniti tal-Amerika), u JKT Holdings, Inc. (“JKT Holdings”, l-Istati Uniti tal-Amerka). |
KKR u TMUS se jakkwistaw, fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll esklużiv ta’ USI, Ridgeview u JKT Holdings.
Il-konċentrazzjoni titwettaq permezz tax-xiri ta’ ishma.
2.
L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma li ġejjin:|
— |
KKR hija hija ditta tal-investiment globali li toffri l-ġestjoni tal-assi alternattivi kif ukoll soluzzjonijiet għas-swieq finanzjarji u tal-assikurazzjoni, |
|
— |
TMUs hija operatur tat-telekomunikazzjoni mingħajr fili li tagħti kopertura nazzjonali, servizzi tal-vuċi, messaġġi u ta’ data fl-Istati Uniti, Puerto Rico u l-Gżejjer Verġni tal-Istati Uniti, |
3.
L-attivitajiet kummerċjali tal-USI, Ridgeview u JKT Holdings huma dawn li ġejjin: il-forniment ta’ servizzi tal-fibra tal-internet u servizzi ta’ kolokazzjoni newtrali għat-trasportaturi fl-Istati Uniti.
4.
Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar trattament issimplifikat għal ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 dwar il-kontroll ta’ konċentrazzjonijiet bejn impriżi (2) għandu jiġi nnutat li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stabbilita fl-Avviż.
5.
Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar il-konċentrazzjoni proposta.Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn 10 ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Ir-referenza li ġejja għandha dejjem tiġi speċifikata:
M.11985 – KKR / TMUS / USI / RIDGEVIEW / JKT HOLDINGS
Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-posta elettronika jew bil-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:
Email: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu
Indirizz Postali:
|
European Commission |
|
Directorate-General for Competition |
|
Merger Registry |
|
1049 Bruxelles/Brussel |
|
BELGIQUE/BELGIË |
(1) ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).
ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2025/2999/oj
ISSN 1977-0987 (electronic edition)