|
3.12.2020 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 406/34 |
REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2020/1821
tat-2 ta’ Diċembru 2020
li jawtorizza t-tqegħid fis-suq ta’ estratt mill-Panax notoginseng u l-Astragalus membranaceus bħala ikel ġdid skont ir-Regolament (UE) 2015/2283 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li jemenda r-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/2470
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) 2015/2283 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Novembru 2015 dwar ikel ġdid, li jemenda r-Regolament (UE) Nru 1169/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 258/97 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1852/2001 (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 12 tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Ir-Regolament (UE) 2015/2283 jipprevedi li l-ikel ġdid awtorizzat u inkluż fil-lista tal-Unjoni biss jista’ jitqiegħed fis-suq fl-Unjoni. |
|
(2) |
Skont l-Artikolu 8 tar-Regolament (UE) 2015/2283, ġie adottat ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/2470 (2) li jistabbilixxi lista tal-Unjoni ta’ ikel ġdid awtorizzat. |
|
(3) |
Skont l-Artikolu 12 tar-Regolament (UE) 2015/2283, il-Kummissjoni trid tissottometti abbozz ta’ att ta’ implimentazzjoni li jawtorizza t-tqegħid fis-suq tal-Unjoni ta’ ikel ġdid u li jaġġorna l-lista tal-Unjoni. |
|
(4) |
Fis-7 ta’ Ġunju 2018, il-kumpanija NuLiv Science (“l-applikant”) ippreżentat applikazzjoni lill-Kummissjoni f’konformità mal-Artikolu 10(1) tar-Regolament (UE) 2015/2283 biex tqiegħed estratt mill-Panax notoginseng u l-Astragalus membranaceus fis-suq tal-Unjoni bħala ikel ġdid. L-applikant talab li estratt mill-Panax notoginseng u l-Astragalus membranaceus jintuża bħala ikel ġdid fis-supplimenti tal-ikel kif definiti fid-Direttiva 2002/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3) għall-popolazzjoni adulta ġenerali, minbarra s-supplimenti tal-ikel għan-nisa tqal. L-applikant għamel ukoll talba lill-Kummissjoni għall-protezzjoni tad-data riżervata ppreżentata fl-applikazzjoni. |
|
(5) |
F’konformità mal-Artikolu 10(3) tar-Regolament (UE) 2015/2283, fit-22 ta’ Ottubru 2018 il-Kummissjoni kkonsultat lill-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel (“l-Awtorità”), u talbitha tagħti opinjoni xjentifika abbażi ta’ valutazzjoni ta’ estratt mill-Panax notoginseng u l-Astragalus membranaceus bħala ikel ġdid. |
|
(6) |
Fit-24 ta’ Marzu 2020, l-Awtorità adottat l-opinjoni xjentifika dwar “Is-sikurezza ta’ estratt botaniku derivat mill-Panax notoginseng u l-Astragalus membranaceus (AstraGinTM) bħala ikel ġdid skont ir-Regolament (UE) 2015/2283” (4). Dik l-opinjoni hija konformi mar-rekwiżiti tal-Artikolu 11 tar-Regolament (UE) 2015/2283. |
|
(7) |
Fl-opinjoni tagħha, l-Awtorità kkonkludiet li estratt mill-Panax notoginseng u l-Astragalus membranaceus huwa sikur f’livell ta’ konsum ta’ 0,5 mg/kg bw kuljum li jikkorrispondi għal konsum massimu ta’ 35 mg/jum għall-popolazzjoni fil-mira, jiġifieri adulti esklużi n-nisa tqal. |
|
(8) |
L-opinjoni tal-Awtorità tagħti biżżejjed raġunijiet biex jiġi stabbilit li l-estratt mill-Panax notoginseng u l-Astragalus membranaceus skont il-kundizzjonijiet tal-użu vvalutati jikkonforma mal-Artikolu 12(1) tar-Regolament (UE) 2015/2283. |
|
(9) |
Fl-opinjoni tagħha, l-Awtorità qieset id-data tossikoloġika mid-doża fl-istudju tat-tossiċità tal-gavage orali ripetuta għal 28 jum tal-AstraGinTM fil-firien (5), mit-test tar-retromutazzjoni batterjali (it-test Ames) għall-AstraGinTM (6), mid-doża ripetuta għal 90 jum fl-istudju tat-tossiċità orali tal-Astragin® fil-firien Wistar (7), l-estratt proprjetarju tal-Panax notoginseng: test in vitro tal-mikronukleu fiċ-ċelloli CHO-K1 (8), u l-estratt ta’ Astragalus membranaceus: test in vitro tal-mikronukleu fiċ-ċelloli CHO-K1 (9) serva bħala bażi biex tiġi stabbilita s-sikurezza tal-ikel ġdid. Għalhekk, huwa kkunsidrat li l-konklużjonijiet dwar is-sikurezza tal-estratt mill-Panax notoginseng u l-Astragalus membranaceus ma setgħux jintlaħqu mingħajr id-data mir-rapporti mhux ippubblikati ta’ dawk l-istudji. |
|
(10) |
Wara l-opinjoni tal-Awtorità, il-Kummissjoni talbet lill-applikant biex jiċċara aktar il-ġustifikazzjoni pprovduta fir-rigward tal-pretensjoni proprjetarja tiegħu dwar l-istudju dwar it-tossiċità tal-gavage orali b’doża ripetuta ta’ 28 jum b’AstraGin TM fil-firien, it-test ta’ retromutazzjoni batterjali (it-test Ames) għal AstraGinTM, l-istudju tat-tossiċità orali b’doża ripetuta ta’ 90 jum ta’ Astragin® fil-firien Wistar, l-estratt proprjetarju tal-Panax notoginseng: test in vitro tal-mikronukleu fiċ-ċelloli CHO-K1, u l-estratt ta’ Astragalus membranaceus: test in vitro tal-mikronukleu fiċ-ċelloli CHO-K1, u biex tiġi ċċarata l-pretensjoni tagħhom għal dritt esklussiv ta’ referenza għal dik id-data, kif imsemmi fl-Artikolu 26(2)(b) tar-Regolament (UE) 2015/2283. |
|
(11) |
L-applikant iddikjara li, fiż-żmien li ġiet ippreżentata l-applikazzjoni, kellu s-sjieda u d-dritt esklussiv ta’ referenza għal dawn l-istudji, u li għalhekk il-partijiet terzi ma jistgħux jaċċessaw jew jużaw b’mod legali dawn l-istudji jew jirreferu għal dik id-data. |
|
(12) |
Il-Kummissjoni vvalutat l-informazzjoni kollha pprovduta mill-applikant u kkunsidrat li l-applikant wera biżżejjed li ġew issodisfati r-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 26(2) tar-Regolament (UE) 2015/2283. Għalhekk, id-data tossikoloġika mill-istudji li jinsabu fil-fajl tal-applikant, li serviet bħala bażi għall-Awtorità biex tistabbilixxi s-sikurezza tal-ikel ġdid u biex tilħaq il-konklużjonijiet tagħha dwar is-sikurezza ta’ estratt mill-Panax notoginseng u l-Astragalus membranaceus, u li mingħajrha l-ikel ġdid ma setax jiġi vvalutat mill-Awtorità, jenħtieġ li ma tintużax mill-Awtorità għall-benefiċċju ta’ xi applikant sussegwenti għal perjodu ta’ ħames snin mid-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament. Għaldaqstant, it-tqegħid fis-suq fl-Unjoni ta’ estratt tal-Panax notoginseng u l-Astragalus membranaceus jeħtieġ ikun ristrett għall-applikant għal dak il-perjodu. |
|
(13) |
Madankollu, ir-restrizzjoni tal-awtorizzazzjoni ta’ estratt mill-Panax notoginseng u l-Astragalus membranaceus u tar-referenza fil-fajl tal-applikant għall-użu uniku tal-applikant, ma twaqqafx lil applikanti oħra milli japplikaw għal awtorizzazzjoni għat-tqegħid fis-suq tal-istess ikel ġdid, diment li l-applikazzjoni tagħhom tkun ibbażata fuq informazzjoni miksuba legalment li tappoġġa l-awtorizzazzjoni skont ir-Regolament (UE) 2015/2283. |
|
(14) |
Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma f’konformità mal-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
1. Estratt mill-Panax notoginseng u l-Astragalus membranaceuskif speċifikat fl-Anness ta’ dan ir-Regolament għandu jiddaħħal fil-lista tal-Unjoni tal-ikel ġdid awtorizzat stabbilita fir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2017/2470.
2. Għal perjodu ta’ ħames snin mid-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament, l-applikant inizjali biss:
|
— |
Kumpanija: NuLiv Science; |
|
— |
Indirizz: 1050 W. Central Ave., Building C, Brea, CA 92821, USA, |
huwa awtorizzat li jqiegħed fis-suq fl-Unjoni l-ikel ġdid imsemmi fil-paragrafu 1, sakemm applikant sussegwenti ma jiksibx awtorizzazzjoni għal dak l-ikel ġdid mingħajr referenza għad-data protetta skont l-Artikolu 2 ta’ dan ir-Regolament jew bi qbil ta’ NuLiv Science.
3. L-entrata fil-lista tal-Unjoni msemmija fil-paragrafu 1 għandha tinkludi l-kundizzjonijiet tal-użu u r-rekwiżiti tat-tikkettar stipulati fl-Anness ta’ dan ir-Regolament.
Artikolu 2
Id-data li hemm fil-fajl tal-applikazzjoni li fuq il-bażi tagħhom l-ikel ġdid msemmi fl-Artikolu 1 ġie vvalutat min-naħa tal-Awtorità, u li skont kif ġie ddikjarat mill-applikant huma proprjetarji u li mingħajrhom il-protezzjoni tad-data ma setgħetx tiġi awtorizzata, ma għandhomx jintużaw għall-benefiċċju ta’ applikant sussegwenti għal perjodu ta’ ħames snin mid-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament mingħajr il-qbil ta’ NuLiv Science.
Artikolu 3
L-Anness tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2017/2470 huwa emendat f’konformità mal-Anness ta’ dan ir-Regolament.
Artikolu 4
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, it-2 ta’ Diċembru 2020.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Ursula VON DER LEYEN
(1) ĠU L 327, 11.12.2015, p. 1.
(2) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/2470 tal-20 ta’ Diċembru 2017 li jistabbilixxi l-lista tal-Unjoni tal-ikel ġdid skont ir-Regolament (UE) 2015/2283 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ikel ġdid (ĠU L 351, 30.12.2017, p. 72).
(3) Id-Direttiva 2002/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-10 ta’ Ġunju 2002 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri dwar is-supplimenti tal-ikel (ĠU L 183, 12.7.2002, p. 51).
(4) EFSA Journal 2020;18(5):6099.
(5) Pasics Szakonyiné I, 2011 (rapport ta’ studju mhux ippubblikat). Studju dwar it-tossiċità tal-gavage orali ta’ doża ripetuta ta’ 28 jum b’AstraGinTM fil-firien. Nru tal-Istudju: 413.407.3084. Toxi-Coop Zrt., l-Ungerija.
(6) Zin HM, 2016 (rapport ta’ studju mhux ippubblikat). Test ta’ retromutazzjoni batterika (it-test Ames) għal AstraGinTM. Kodiċi tal-istudju: GLP/J165/2016/48). Ċentru tar-Riċerka fit-Teknoloġija Ambjentali (ETRC). Shah Alam, Selangor, il-Malasja.
(7) Upadhyaya S u Wang R, 2017 (rapport ta’ studju mhux ippubblikat). studju tat-tossiċità orali b’doża ripetuta ta’ 90 jum ta’ Astragin ® fil-firien Wistar. 161101/NVS/PC. Lulju 2017. 319pp Vedic Life Sciences Pvt, Ltd. Mumbai, l-Indja.
(8) Vedic Lifesciences, 2019a (rapport ta’ studju mhux ippubblikat). Estratt proprjetarju tal-Panax notoginseng: test in vitro tal-mikronukleu fiċ-ċelloli CHO-K1. Studju Nru 190503/NL/PC. Mumbai, l-Indja.
(9) Vedic Lifesciences, 2019b (rapport ta’ studju mhux ippubblikat). Estratt ta’ Astragalus membranaceus: test in vitro tal-mikronukleu fiċ-ċelloli CHO-K1. Studju Nru 190502/NL/PC. Mumbai, l-Indja.
ANNESS
L-Anness tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2017/2470 huwa emendat kif ġej:
|
(1) |
fit-Tabella 1 (Ikel ġdid awtorizzat), tiddaħħal l-entrata li ġejja:
|
||||||||||||||
|
(2) |
fit-Tabella 2 (Speċifikazzjonijiet), tiddaħħal l-entrata li ġejja:
|