30.6.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 171/28


DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE

Nru 29/2011

tal-1 ta’ April 2011

li temenda l-Anness I (Kwistjonijiet veterinarji u fitosanitarji) u l-Anness II (Regolamenti tekniċi, standards, ittestjar u ċertifikazzjoni) mal-Ftehim taż-ŻEE

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, kif emendat mill-Protokoll li jaġġusta l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, minn issa ''l quddiem imsejjaħ ‘il-Ftehim’, u b''mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

Billi:

(1)

L-Anness I tal-Ftehim ġie emendat bid-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 116/2010 tal-10 ta’ Novembru 2010 (1).

(2)

L-Anness II tal-Ftehim ġie emendat bid-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 100/2010 tal-1 ta’ Ottubru 2010 (2).

(3)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 116/2010 tad-9 ta’ Frar 2010 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1924/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill rigward il-lista tal-affermazzjonijiet nutrittivi (3) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim.

(4)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 459/2010 tas-27 ta’ Mejju 2010 li jemenda l-Annessi II, III u IV tar-Regolament (KE) Nru 396/2005 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-livelli massimi ta’ residwi għal ċerti pestiċidi f’ċerti prodotti jew fuqhom (4) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim.

(5)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 600/2010 tat-8 ta’ Lulju 2010 li jemenda l-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 396/2005 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward ta’ żidiet u modifikazzjonijiet tal-eżempji ta’ varjetajiet li jiġu minn xulxin jew prodotti oħra li għalihom japplika l-istess MRL (5) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim.

(6)

Id-Direttiva tal-Kummissjoni Nru 2010/37/UE tas-17 ta’ Ġunju 2010 li temenda d-Direttiva 2008/60/KE li tistabbilixxi l-kriterji speċifiċi tal-purità għas-sustanzi li jagħtu ħlewwa (6) għandha tiġi inkorporata fil-Ftehim.

(7)

Din id-Deċiżjoni ma għandhiex tapplika għal-Liechtenstein,

IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:

Artikolu 1

L-inċiżi li ġejjin għandhom jiżdiedu fil-punt 40 (ir-Regolament (KE) Nru 396/2005 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill) tal-Kapitolu II tal-Anness I mal-Ftehim:

“—

32010 R 0459: Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 459/2010 tas-27 ta’ Mejju 2010 (ĠU L 129, 28.5.2010, p. 3),

—

32010 R 0600: Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 600/2010 tat-8 ta’ Lulju 2010 (ĠU L 174, 9.7.2010, p. 18).”

Artikolu 2

Il-Kapitolu XII tal-Anness II tal-Ftehim għandu jiġi emendat kif ġej:

1.

L-inċiżi li ġejjin għandhom jiżdiedu mal-punt 54zzy (ir-Regolament (KE) Nru 396/2005 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill):

“—

32010 R 0459: Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 459/2010 tas-27 ta’ Mejju 2010 (ĠU L 129, 28.5.2010, p. 3),

—

32010 R 0600: Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 600/2010 tat-8 ta’ Lulju 2010 (ĠU L 174, 9.7.2010, p. 18).”

2.

L-inċiż li ġej għandu jiżdied fil-punt 54zzzt (ir-Regolament (KE) Nru 1924/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill):

“—

32010 R 0116: Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 116/2010 tad-9 ta’ Frar 2010 (ĠU L 37, 10.2.2010, p. 16).”

3.

Dan li ġej għandu jiżdied fil-punt 54zzzy (id-Direttiva tal-Kummissjoni Nru 2008/60/KE):

“ , kif emendat permezz ta’:

—

32010 L 0037: Id-Direttiva tal-Kummissjoni 2010/37/UE tas-17 ta’ Ġunju 2010 (ĠU L 152, 18.6.2010, p. 12).”

Artikolu 3

It-testi tar-Regolamenti (UE) Nru 116/2010, (UE) Nru 459/2010 u (UE) Nru 600/2010, u d-Direttiva 2010/37/UE fl-ilsien Islandiż u f’dak Norveġiż, li għandhom jiġu ppubblikati fis-Suppliment taż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, għandhom ikunu awtentiċi.

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fl-1 ta’ Mejju 2011, sakemm ikunu saru n-notifiki kollha skont l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim lill-Kumitat Konġunt taż-ŻEE (*1).

Artikolu 5

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fis-Sezzjoni taż-ŻEE, u fis-Suppliment taż-ŻEE, ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, l-1 ta’ April 2011.

Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

L-Aġent President

Gianluca GRIPPA


(1)   ĠU L 58, 3.3.2011, p. 73.

(2)   ĠU L 332, 16.12.2010, p. 50.

(3)   ĠU L 37, 10.2.2010, p. 16.

(4)   ĠU L 129, 28.5.2010, p. 3.

(5)   ĠU L 174, 9.7.2010, p. 18.

(6)   ĠU L 152, 18.6.2010, p. 12.

(*1)  L-ebda rekwiżiti kostituzzjonali ma huma indikati.