19.6.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 167/39


DEĊIŻJONI TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUNSILL 2013/293/PESK

tat-18 ta' Ġunju 2013

li timplimenta d-Deċiżjoni 2012/285/PESK dwar miżuri restrittivi diretti kontra ċerti persuni, entitajiet u korpi li jheddu l-paċi, is-sigurtà jew l-istabbiltà tar-Repubblika tal-Ginea Bissaw

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2012/285/PESK tal-31 ta' Mejju 2012 dwar miżuri restrittivi diretti kontra ċerti persuni, entitajiet u korpi li jheddu l-paċi, is-sigurtà jew l-istabbiltà tar-Repubblika tal-Ginea Bissaw (1), u b'mod partikolari l-Artikoli 3(1) u 5(2) tagħha,

Billi:

(1)

Fil-31 ta' Mejju 2012, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni 2012/285/PESK.

(2)

Il-Kunsill wettaq rieżami sħiħ tal-listi ta' persunistipulati fl-Annessi II u III għad-Deċiżjoni 2012/285/PESK, li għaliha japplikaw l-Artikolu 1(1)(b) u l-Artikolu 2(1) u (2) ta' dik id-Deċiżjoni. Il-Kunsill ikkonkluda li l-persuni elenkati fl-Annessi II u III għad-Deċiżjoni 2012/285/PESK għandhom jibqgħu soġġetti għall-miżuri restrittivi speċifiċi previsti fiha.

(3)

Fl-20 ta' Marzu 2013, il-Kumitat tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti, stabbilit skont ir-Riżoluzzjoni 2048 (2012) tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti, aġġorna l-informazzjoni dwar persuna waħda soġġetta għall-projbizzjoni tal-ivvjaġġar impost skont ir-Riżoluzzjoni 2048 (2012).

(4)

Id-dettalji dwar dik il-persuna fl-Annessi I u III għad-Deċiżjoni 2012/285/PESK għandhom jiġu emendati skont dan,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-Annessi I u III għad-Deċiżjoni 2012/285/PESK huma b'dan emendati f'konformità mal-Anness għal din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tagħha f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fil-Lussemburgu, it-18 ta’ Ġunju 2013.

Għall-Kunsill

Il-President

P. HOGAN


(1)   ĠU L 142, 1.6.2012, p. 36.


ANNESS

Id-dettalji tal-persuna kif jinsabu hawn taħt fl-Annessi I u III għad-Deċiżjoni 2012/285/PESK għandhom jiġu sostitwiti b'dawn li ġejjin:

Isem

Informazzjoni għall-identifikazzjoni

(data u post tat-twelid (d.t.t. u p.t.t.), numru tal-passaport/karta tal-identità, eċċ.)

Raġunijiet għall-elenkar

Data tal-inklużjoni

Maġġur Idrissa DJALÓ

Nazzjonalità: Il-Ginea Bissaw

D.t.t.: 18 ta' Diċembru 1954

Kariga uffiċjali: Konsulent ta' protokoll għall-Kap Kmandant tal-Forzi Armati u sussegwentament, Kurunell u Kap tal-Protokoll tal-Kwartieri Ġenerali tal-Forzi Armati

Passaport: AAISO40158

Data tal-ħruġ: 2.10.2012

Post tal-ħruġ: Ginea Bissaw

Data ta' skadenza: 2.10.2015

Punt ta' Kuntatt għall-"Kmand Militari" li refa' r-responsabbiltà għall-kolp ta' stat tat-12 ta' April 2012 u wieħed mill-aktar membri attivi tiegħu. Kien wieħed mill-ewwel uffiċjali li assumew pubblikament l-affiljazzjoni tagħhom mal-"Kmand Militari", billi ffirma waħda mill-ewwel communiqués tiegħu (nru 5, datata 13 ta' April 2012). Il-Maġġur Djaló jappartjeni wkoll għall-Intelligence Militari.

18.7.2012