|
21.2.2008 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
L 47/38 |
DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE
Nru 116/2007
tat-28 ta' Settembru 2007
li temenda l-Anness XIII (Trasport) tal-Ftehim dwar iż-ŻEE
IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,
Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, kif emendat bil-Protokoll li jaġġusta l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, minn hawn 'il quddiem imsejjaħ “il-Ftehim”, u b'mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,
Billi:
|
(1) |
L-Anness XIII tal-Ftehim ġie emendat bid-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 91/2007 tas-6 ta' Lulju 2007 (1). |
|
(2) |
Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2007/230/KE tat-12 ta' April 2007 dwar formola li tikkonċerna l-leġiżlazzjoni soċjali b'rabta ma' l-attivitajiet ta' trasport bit-triq (2) għandha tiġi inkoporata mal-Ftehim, |
IDDEĊIEDA DAN LI ĠEJ:
Artikolu 1
Il-punt li ġej għandu jiddaħħal wara l-punt 21a (id-Direttiva 2006/22/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill) fl-Anness XIII mal-Ftehim:
|
“21aa. |
32007 D 0230: Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2007/230/KE tat-12 ta' April 2007 dwar formola li tikkonċerna l-leġiżlazzjoni soċjali b'rabta ma' l-attivitajiet ta' trasport bit-triq (ĠU L 99, 14.4.2007, p. 14).” |
Artikolu 2
It-testi tad-Deċiżjoni 2007/230/KE fl-ilsien Iżlandiż u Norveġiż, li għandhom jiġu ppublikati fis-Suppliment taż-ŻEE tal-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea, għandhom ikunu awtentiċi.
Artikolu 3
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-29 ta' Settembru 2007, sakemm ikunu saru n-notifiki kollha skond l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim lill-Kumitat Konġunt taż-ŻEE (*1).
Artikolu 4
Din id-Deċiżjoni għandha tkun ippubblikata fit-Taqsima ŻEE u fis-Suppliment ŻEE tal-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.
Magħmul fi Brussell, 28 ta' Settembru 2007.
Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE
Il-President
Stefán Haukur JÓHANNESSON
(1) ĠU L 328, 13.12.2007, p. 40.
(2) ĠU L 99, 14.4.2007, p. 14.
(*1) Mhuwa indikat ebda rekwiżit kostituzzjonali.