|
6.10.2017 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 258/24 |
REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2017/1795
tal-5 ta' Ottubru 2017
li jimponi dazju antidumping definittiv fuq importazzjonijiet ta' ċerti prodotti ċatti b'laminazzjoni termali tal-ħadid, azzar mhux illigat jew liga oħra tal-azzar li joriġinaw mill-Brażil, l-Iran, ir-Russja u l-Ukrajna u li jtemm l-investigazzjoni fir-rigward ta' importazzjonijiet ta' ċerti prodotti ċatti b'laminazzjoni termali tal-ħadid, azzar mhux illigat jew liga oħra tal-azzar li joriġinaw mis-Serbja
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) 2016/1036 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-8 ta' Ġunju 2016 dwar il-protezzjoni kontra l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta' dumping minn pajjiżi mhux membri tal-Unjoni Ewropea (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 9 (4) tiegħu,
Wara li kkonsultat lill-Istati Membri,
Billi:
1. PROĊEDURA
1.1. Il-bidu
|
(1) |
Fis-7 ta' Lulju 2016, il-Kummissjoni Ewropea (“il-Kummissjoni”) bdiet investigazzjoni antidumping fuq l-importazzjonijiet fl-Unjoni ta' ċerti prodotti ċatti b'laminazzjoni termali tal-ħadid, azzar mhux illigat jew liga oħra tal-azzar li joriġinaw mill-Brażil, l-Iran, ir-Russja, is-Serbja u l-Ukrajna (“il-pajjiżi kkonċernati”) fuq il-bażi tal-Artikolu 5 tar-Regolament (UE) 2016/1036 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (“ir-Regolament bażiku”). Hija ppubblikat Notifika ta' Bidu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (2) (“in-Notifika ta' Bidu”). |
|
(2) |
L-investigazzjoni ngħatat bidu wara lment li kien tressaq fit-23 ta' Mejju 2016 mill-Assoċjazzjoni Ewropea tal-Azzar (“Eurofer” jew “l-ilmentatur”) f'isem aktar minn 90 % tal-produzzjoni totali tal-Unjoni ta' ċerti prodotti ċatti b'laminazzjoni termali tal-ħadid, mhux illigat jew liga oħra tal-azzar. |
1.2. Il-partijiet interessati
|
(3) |
Fin-Notifika ta' Bidu, il-Kummissjoni stiednet lill-partijiet interessati jikkuntattjawha sabiex jipparteċipaw fl-investigazzjoni. Hija speċifikament infurmat lill-ilmentatur, lill-produtturi magħrufa oħrajn tal-Unjoni, lill-produtturi esportaturi magħrufa, lill-awtoritajiet tal-pajjiżi kkonċernati, lill-importaturi, lill-fornituri u lill-utenti magħrufa, lill-kummerċjanti u lill-assoċjazzjonijiet magħrufa li huma kkonċernati dwar il-bidu u stednithom jieħdu sehem. |
|
(4) |
Il-partijiet interessati ngħataw l-opportunità jagħtu l-opinjonijiet tagħhom bil-miktub u jitolbu smigħ mal-Kummissjoni u / jew mal-Uffiċjal tas-Seduta fil-proċedimenti kummerċjali. Il-partijiet interessati kollha li talbu dan u wrew li kien hemm raġunijiet partikolari biex jinstemgħu, ingħataw seduta ta' smigħ. |
1.3. Il-kampjunar
|
(5) |
Fin-Notifika ta' Bidu, il-Kummissjoni qalet li hija tista' tieħu kampjun mill-partijiet interessati skont l-Artikolu 17 tar-Regolament bażiku. |
(a) Il-kampjunar tal-produtturi tal-Unjoni
|
(6) |
Fin-Notifika ta' Bidu, il-Kummissjoni ħabbret li hi kienet għażlet proviżorjament kampjun tal-produtturi tal-Unjoni. Il-Kummissjoni għażlet kampjun fuq il-bażi tal-ogħla volumi rappreżentattivi ta' produzzjoni u ta' bejgħ filwaqt li żgurat firxa ġeografika. Il-Kummissjoni stiednet lill-partijiet interessati biex jagħtu l-kummenti tagħhom dwar il-kampjun proviżorju, iżda ma rċeviet l-ebda kumment. |
|
(7) |
Bħala riżultat, il-kampjun finali kien magħmul minn sitt produtturi tal-Unjoni li kienu jinsabu f'ħames Stati Membri differenti. Dan jammonta għal aktar minn 45 % tal-produzzjoni tal-Unjoni. |
(b) Il-kampjunar tal-importaturi mhux relatati
|
(8) |
Il-Kummissjoni talbet lill-produtturi esportaturi biex jipprovdu l-informazzjoni speċifikata fin-Notifika ta' Bidu biex tiddeċiedi jekk kienx bżonn li jittieħed kampjun u, jekk iva, biex tagħżel il-kampjun. Is-seba' importaturi li rrispondew kollha kemm huma kienu membri ta' konsorzju msemmi “Konsorzju għall-Importazzjonijiet ta' Prodotti Ċatti b'Laminazzjoni Termali” (“il-Konsorzju”). Dan il-Konsorzju ġie stabbilit ad hoc, għall-għanijiet tal-investigazzjoni, minn aktar minn 30 utent u importatur mhux relatat li jinsabu primarjament, iżda mhux esklussivament, fl-Italja. Dawn jikkonsistu primarjament minn SMEs. |
|
(9) |
Stemcor London Ltd, membru tal-Konsorzju, aċċettat b'mod volontarju kooperazzjoni sħiħa bis-sottomissjoni ta' tweġiba għall-kwestjonarju. Dan l-importatur mhux relatat, ibbażat f'Londra, ir-Renju Unit, kien jinnegozja l-prodott ikkonċernat b'valur li ammonta għal aktar minn GBP 30 miljun tul il-perjodu ta' investigazzjoni. Dan l-importatur mhux relatat saritlu żjara fil-post. |
(c) Il-kampjunar tal-produtturi esportaturi
|
(10) |
Minħabba l-għadd żgħir ta' produtturi esportaturi magħrufa fl-Iran, fir-Russja, fis-Serbja u fl-Ukrajna ma kienx previst kampjunar rigward dawk il-pajjiżi. |
|
(11) |
Minħabba l-għadd potenzjalment kbir ta' produtturi esportaturi fil-Brażil, il-Kummissjoni talbet lill-produtturi esportaturi kollha fil-Brażil biex jipprovdu l-informazzjoni speċifikata fin-Notifika ta' Bidu sabiex tiddeċiedi jekk kienx bżonn li jittieħed kampjun u, jekk iva, biex tagħżel il-kampjun. Barra minn hekk, il-Kummissjoni talbet lill-Missjoni tal-Brażil għall-Unjoni Ewropea biex tidentifika u / jew tikkuntattja produtturi esportaturi oħra, jekk ikun hemm, li jistgħu jkunu interessati jipparteċipaw fl-investigazzjoni. |
|
(12) |
Ħames produtturi ppreżentaw it-tagħrif u qablu li jiġu inklużi fil-kampjun. Il-Kummissjoni sabet li tnejn minn dawn il-kumpaniji kienu relatati u għaldaqstant qisithom bħala (grupp) wieħed ta' produtturi esportaturi. |
|
(13) |
Skont l-Artikolu 17(1) tar-Regolament bażiku, il-Kummissjoni għażlet kampjun ta' tliet produtturi esportaturi bbażat fuq l-ikbar volum rappreżentattiv ta' esportazzjonijiet lejn l-Unjoni li jista' jiġi investigat b'mod raġonevoli fil-ħin disponibbli. B'konformità mal-Artikolu 17(2) tar-Regolament bażiku, il-produtturi esportaturi magħrufa kollha u l-awtoritajiet Brażiljani ġew ikkonsultati dwar l-għażla tal-kampjun. Ma wasal l-ebda kumment. |
|
(14) |
Il-kampjun magħżul jirrappreżenta 97,3 % tal-esportazzjonijiet totali mill-Brażil lejn l-Unjoni, kif irrapportat mill-erba' produtturi esportaturi li kkooperaw. |
1.4. It-tweġibiet għall-kwestjonarju
|
(15) |
Il-Kummissjoni bagħtet kwestjonarji lill-ilmentatur, lill-produtturi tal-Unjoni kollha inklużi fil-kampjun, lill-produtturi esportaturi kollha magħrufa fl-Iran, fir-Russja, fis-Serbja u fl-Ukrajna u lit-tliet produtturi fil-Brażil inklużi fil-kampjun, lill-utenti u lill-importaturi li ppreżentaw ruħhom sal-iskadenzi taż-żmien stabbiliti fin-Notifika ta' Bidu. |
|
(16) |
Waslu tweġibiet għall-kwestjonarju mingħand l-Eurofer, is-sitt produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun u ċ-ċentri tas-servizzi tal-azzar relatati tagħhom, utent f'isem il-Konsorzju, importatur mhux relatat inkluż fil-kampjun u disa' gruppi ta' produtturi esportaturi fil-pajjiżi kkonċernati. |
|
(17) |
Barra minn hekk, il-Konsorzju ppreżenta l-kummenti wara l-bidu ta' dan il-proċediment. Barra minn hekk, diversi utenti oħra, primarjament mill-Polonja u mill-Istati Baltiċi, il-Konfederazzjoni ta' Min Iħaddem tal-Latvja u l-Assoċjazzjoni tal-Inġinerija Mekkanika u l-Industriji tax-Xogħol fil-Metall tal-Latvja ppreżentaw ukoll il-kummenti wara l-bidu tal-proċediment. |
1.5. Żjarat ta' verifika
|
(18) |
Il-Kummissjoni fittxet u vverifikat l-informazzjoni kollha li hija qieset bħala neċessarja biex jiġi stabbilit id-dumping, id-dannu li jirriżulta u l-interess tal-Unjoni. Iż-żjarat ta' verifika skont l-Artikolu 16 tar-Regolament bażiku saru fil-bini tal-kumpaniji li ġejjin:
|
1.6. Il-perjodu ta' investigazzjoni u l-perjodu kkunsiderat
|
(19) |
L-investigazzjoni ta' dumping u dannu kopriet il-perjodu mill-1 ta' Lulju 2015 sat-30 ta' Ġunju 2016 (“il-perjodu ta' investigazzjoni”). L-eżami tax-xejriet rilevanti għall-valutazzjoni tad-dannu kopra l-perjodu mill-1 ta' Jannar 2013 sat-tmiem tal-perjodu ta' investigazzjoni (“il-perjodu kkunsidrat”). |
1.7. Reġistrazzjoni ta' oġġetti importati
|
(20) |
Fil-11 ta' Ottubru 2016, l-ilmentatur ippreżenta talba għar-reġistrazzjoni tal-importazzjonijiet ta' ċerti prodotti ċatti b'laminazzjoni termali tal-ħadid, mhux illigat jew liga oħra tal-azzar mill-pajjiżi kkonċernati skont l-Artikolu 14(5) tar-Regolament bażiku. Fil-21 ta' Novembru 2016, l-ilmentatur ipprovda data aġġornata dwar l-importazzjonijiet fir-rigward tat-talba tiegħu għal reġistrazzjoni. Wara analiżi bir-reqqa tat-talba u d-data ta' sostenn, il-Kummissjoni kkonkludiet li l-kundizzjonijiet għal reġistrazzjoni kienu ssodisfati biss rigward l-importazzjonijiet mill-Brażil u mir-Russja. |
|
(21) |
Għaldaqstant, fis-6 ta' Jannar 2017, il-Kummissjoni ppubblikat Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni li jagħmel soġġetti għar-reġistrazzjoni l-importazzjonijiet ta' ċerti prodotti ċatti b'laminazzjoni termali tal-ħadid, mhux illigat jew liga oħra tal-azzar li joriġinaw mill-Brażil u mir-Russja (3) mis-6 ta' Jannar 2017 'il quddiem. |
1.8. Proċedura sussegwenti
|
(22) |
Fl-4 ta' April 2017, il-Kummissjoni infurmat lill-partijiet interessati kollha permezz ta' dokument ta' informazzjoni (“id-Dokument ta' Informazzjoni”) li hija kienet se tkompli l-investigazzjoni mingħajr ma timponi miżuri proviżorji fuq l-importazzjonijiet fl-Unjoni tal-prodott ikkonċernat li joriġina mill-pajjiżi kkonċernati. Id-Dokument ta' Informazzjoni kien jinkludi l-fatti u l-kunsiderazzjonijiet essenzjali li fuq il-bażi tagħhom il-Kummissjoni ddeċidiet li tkompli l-investigazzjoni mingħajr ma timponi miżuri proviżorji. |
|
(23) |
Sussegwentement għad-divulgazzjoni tad-Dokument ta' Informazzjoni, il-partijiet interessati għamlu sottomissjonijiet bil-miktub li bihom ipprovdew kummenti fuq l-informazzjoni u s-sejbiet divulgati. Il-partijiet interessati li talbu li jinstemgħu ngħataw ukoll seduta ta' smigħ. |
|
(24) |
Fl-4 ta' Mejju 2017, saret seduta ta' smigħ mal-ilmentatur fil-preżenza tal-Uffiċjal tas-Seduta fil-proċedimenti kummerċjali. Fil-15 ta' Mejju 2017, saru seduti ta' smigħ ma' żewġ produtturi esportaturi Russi, jiġifieri MMK u PAO Severstal. Fl-1 ta' Ġunju 2017, saret seduta ta' smigħ mal-Konsorzju. Fit-8 ta' Ġunju 2017, saret seduta ta' smigħ oħra mal-ilmentatur. Barra minn hekk, fit-13 ta' Ġunju 2017, saret seduta ta' smigħ mal-produttur esportatur tal-Ukrajna Metinvest Group. |
|
(25) |
Il-Kummissjoni qieset il-kummenti kollha bil-fomm u bil-miktub fir-rigward tad-Dokument ta' Informazzjoni sottomessi mill-partijiet interessati qabel ma waslet għad-deċiżjoni finali tagħha. Dawn il-kummenti huma indirizzati f'dan ir-Regolament. |
|
(26) |
Barra minn hekk, il-Kummissjoni talbet lill-utenti li ppreżentaw ruħhom fil-fażi inizjali biex jipprovdu aktar data dwar is-settur tal-inġinerija mekkanika u setturi oħra bil-għan li hi tivvaluta aktar fid-dettall l-impatt potenzjali tal-miżuri fuq is-setturi aktar 'l isfel fil-katina tal-provvista għajr it-tubi u l-pajpijiet. Stiednet ukoll lill-partijiet interessati jikkummentaw fuq il-forma xierqa ta' miżuri, jekk hemm. |
|
(27) |
Wara d-divulgazzjoni tad-Dokument ta' Informazzjoni, 18-il utent addizzjonali ppreżentaw ruħhom u talbu li jiġu rreġistrati bħala partijiet interessati. Mit-18, 17 tniżżlu bħala partijiet interessati. Sebgħa mit-18-il utent talbu li jiġu anonimizzati minħabba l-biża' ta' ritaljazzjoni. Din it-talba ntlaqgħet rigward sitta mis-sebgħa li huma. Dak li jifdal ma tniżżilx bħala parti interessata billi minkejja diversi tfakkiriet, ma ġġustifikax it-talba tiegħu għal anonimità. |
|
(28) |
Barra minn hekk, il-Kummissjoni kompliet tfittex u tivverifika l-informazzjoni kollha li dehrilha meħtieġa biex tasal għall-konklużjonijiet definittivi tagħha. Għal dan il-għan, bagħtet kwestjonarji addizzjonali ta' wara l-perjodu ta' investigazzjoni (“wara l-PI”) lis-sitt produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun, lil 74 utent (inklużi membri tal-Konsorzju) u 12-il assoċjazzjoni tal-utenti. |
|
(29) |
Ġew riċevuti tweġibiet għall-kwestjonarji dwar iż-żmien ta' wara l-perjodu ta' investigazzjoni mis-sitt produtturi tal-Unjoni kollha kemm huma u minn 23 utent. Barra minn hekk, tnejn mit-12-il assoċjazzjoni tal-utenti pprovdew informazzjoni addizzjonali. Barra minn hekk, l-ilmentatur, produttur wieħed tal-Unjoni: (4), u utenti magħżula (primarjament (5) fuq il-bażi tal-firxa ġeografika) ġew infurmati li s-servizzi tal-Kummissjoni kienu ġejjin bil-għan li jivverifikaw data rilevanti fil-post. |
|
(30) |
Imbagħad, saru ħames żjarat ta' verifika addizzjonali tul il-perjodu 29 ta' Mejju sad-9 ta' Ġunju 2017 fil-bini tal-partijiet interessati li ġejjin fl-Unjoni Ewropea:
|
|
(31) |
Il-partijiet kollha ġew mgħarrfa bil-fatti u l-kunsiderazzjonijiet essenzjali li fuq il-bażi tagħhom il-Kummissjoni kienet beħsiebha timponi miżuri antidumping definittivi. Huma ngħataw ukoll perjodu li fih setgħu jagħmlu rappreżentazzjonijiet wara d-divulgazzjoni finali. |
|
(32) |
Wara d-divulgazzjoni finali, fis-17 ta' Lulju 2017 (“id-divulgazzjoni finali”), fis-27 ta' Lulju 2017 saret seduta ta' smigħ mal-ilmentatur fil-preżenza tal-Uffiċjal tas-Seduta fil-proċedimenti kummerċjali. F'din is-seduta ta' smigħ, il-Eurofer qajmet xi punti sostantivi u proċedurali. |
|
(33) |
Fir-rigward tal-ewwel, il-Eurofer sostniet li l-Kummissjoni naqset milli tapplika r-rakkomandazzjonijiet tal-Uffiċjal tas-Seduta fil-proċedimenti kummerċjali li huwa ħareġ wara s-seduta ta' smigħ tal-4 ta' Mejju 2017 (ara l-premessa (24)). Fir-rapport tiegħu tat-23 ta' Ġunju 2017, l-Uffiċjal tas-Seduta sostna li s-servizzi jenħtieġ li jiżvelaw il-marġnijiet ta' dumping u dannu qabel isir it-test tal-interess tal-Unjoni, “mingħajr id-data attwalment użata fil-kalkoli” (6) Barra minn hekk, huwa ħeġġeġ lis-servizzi tal-Kummissjoni “biex jiżvelaw id-dokument finali lill-partijiet interessati fil-ħin u jagħtu żmien biżżejjed għall-kummenti, mill-inqas 30 jum minflok il-perjodu ta' 10 ijiem tas-soltu” (7). |
|
(34) |
Il-Kummissjoni nnutat li kienet irċeviet ir-rakkomandazzjonijiet tal-Uffiċjal tas-Seduta fit-23 ta' Ġunju 2017, li kien qrib id-data tad-divulgazzjoni finali (is-17 ta' Lulju 2017). Rigward il-marġni tad-dannu, hija ddeċidiet li ma kienx hemm wisq skop li ċ-ċifri inizjali jiġu żvelati mingħajr kalkoli sottostanti fl-aħħar ta' Ġunju, bħala pass ulterjuri, meta l-partijiet interessati kellhom jirċievu l-kalkoli sħaħ tal-marġni ta' dannu xorta waħda b'divulgazzjoni finali fil-futur qrib permezz ta' divulgazzjoni finali. Matul is-seduta tas-27 ta' Lulju 2017, il-Eurofer ikkonfermat li kienet irċeviet informazzjoni komprensiva rigward il-marġni ta' dannu permezz tad-Dokument ta' Divulgazzjoni Ġenerali u li l-kwistjoni saret mingħajr skop. Dwar l-iskadenza għall-kummenti fid-divulgazzjoni finali, l-Artikolu 20(5) tar-Regolament Bażiku jistipula li rappreżentazzjonijiet li saru wara d-divulgazzjoni finali għandhom jiġu kkunsidrati biss jekk jaslu “fil-perjodu stabbilit mill-Kummissjoni f'kull każ, li għandu jkun mill-inqas 10 ijiem”. Id-divulgazzjoni finali ġiet preżentata lill-partijiet interessati fis-17 ta' Lulju 2017, b'data ta' skadenza għall-kummenti fis-7 ta' Awwissu 2017, jiġifieri perjodu ta' tliet ġimgħat. Filwaqt li din l-iskadenza ma tilħaqx it-30 jum irrakkomandat mill-Uffiċjal tas-Seduta, ipprovdiet madankollu darbtejn aktar mill-minimu statutorju. Għaldaqstant il-Kummissjoni sostniet li kienet konformi mal-essenza tar-rakkomandazzjoni tal-Uffiċjal tas-Seduta, jiġifieri biex tipprovdi ħin “biżżejjed” biex isiru kummenti siewja dwar dokument li rripproduċa partijiet sostanzjali mill-informazzjoni li l-Kummissjoni kienet diġà għaddiet lill-partijiet fid-Dokument ta' Informazzjoni tal-4 ta' April (ara l-premessa (22)). |
|
(35) |
Rigward il-kwistjonijiet sostantivi mqajma quddiem l-Uffiċjal tas-Seduta, il-Kummissjoni ddeċidiet li tindirizzahom fil-partijiet rilevanti ta' dan ir-regolament hawn taħt, minħabba li kien tqajmu fil-kummenti bil-miktub li waslu wara d-divulgazzjoni finali. |
|
(36) |
Fit-3 ta' Awwissu 2017, saret seduta ta' smigħ mal-produttur esportatur Iranjan, jiġifieri l-Mobarakeh Steel Company. Waqt seduta il-produttur esportatur Iranjan qajjem il-kwistjoni ta' żball klerikali fil-kalkolu tiegħu tad-dumping. Il-produttur esportatur spjega li bi żball ċerti ċifri ġew approssimati, probabbilment minħabba t-tul tagħhom. |
|
(37) |
Il-Kummissjoni analizzat din l-allegazzjoni u kkonkludiet li fil-kalkolu tad-dumping għall-produttur esportatur tabilħaqq kien hemm żball klerikali, li kellu jiġi korrett. Bħala tali, il-kalkolu tad-dumping u l-kalkoli bbażati fuqu kellhom jiġu kkalkulati mill-ġdid bir-riżultati li ġejjin: il-marġni tad-dumping rivedut u r-rata ta' dazju antidumping għal Mobarakeh Steel Company ammontaw għal 17,9 %, u konsegwentement, il-PMI, aġġustat għaż-żieda fil-prezzijiet tal-materja prima ammonta għal EUR 468,49 kull tunnellata. |
|
(38) |
Fl-4 ta' Awwissu 2017, il-partijiet kollha ġew infurmati dwar din ir-reviżjoni permezz ta' divulgazzjoni addizzjonali finali u ġew mistiedna biex jikkummentaw dwar dan. |
|
(39) |
Il-Kummissjoni qieset il-kummenti kollha bil-fomm u bil-miktub fir-rigward tad-divulgazzjoni finali u d-divulgazzjoni finali addizzjonali ppreżentati mill-partijiet interessati qabel ma waslet għad-deċiżjoni finali tagħha. Dawn il-kummenti qed jiġu indirizzati f'dan ir-regolament, u fejn xieraq immodifikaw ir-riżultati tiegħu skont dan. |
2. PRODOTT IKKONĊERNAT U PRODOTT SIMILI
2.1. Il-prodott ikkonċernat
|
(40) |
Prodotti ċatti b'laminazzjoni termali tal-azzar huma prodotti permezz ta' laminazzjoni termali; dan huwa proċess li jiffurma l-metall li bih metall sħun jiġi mgħoddi minn par wieħed jew aktar ta' laminaturi termali biex titnaqqas il-ħxuna u biex il-ħxuna ssir uniformi, li permezz tiegħu t-temperatura tal-metall tkun ogħla mit-temperatura ta' rikristallizzazzjoni tiegħu. Jistgħu jiġu pprovduti f'bosta forom: f'koljaturi (mogħtija ż-żejt jew le, ippreżervati jew mhux ippreżervati), maqtugħin f'tulijiet (folji) jew fi strixxi rqaq. |
|
(41) |
Hemm żewġ użi prinċipali tal-prodotti ċatti tal-azzar b'laminazzjoni termali. L-ewwel, huma l-materjal ewlieni għall-produzzjoni ta' diversi prodotti tal-azzar downstream b'valur miżjud, li jibdew minn prodotti tal-azzar ċatti u miksija b'laminazzjoni kiesħa (8). It-tieni, huma jintużaw bħala input industrijali li jinxtara mill-utenti aħħarija għal varjetà ta' applikazzjonijiet, inkluż fil-kostruzzjoni (il-produzzjoni ta' tubi tal-azzar), fil-bini ta' bastimenti, f'kontenituri tal-gass, f'karozzi, f'reċipjenti taħt pressjoni u f'pipelines tal-enerġija. |
|
(42) |
Il-Kummissjoni eskludiet l-azzar tal-għodda u l-azzar ta' veloċità għolja mill-ambitu tal-prodott tal-proċedura antidumping li tittratta ċerti prodotti ċatti b'laminazzjoni termali tal-ħadid, tal-azzar mhux illigat jew ta' liga oħra tal-azzar li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina (9). |
|
(43) |
Fin-nuqqas ta' xi kumment rigward l-ambitu tal-prodott u l-prodott simili matul din l-investigazzjoni partikolari, u sabiex ikollha l-istess ambitu tal-prodott fid-diversi proċedimenti li jirrigwardaw ċerti prodotti ċatti b'laminazzjoni termali tal-ħadid, tal-azzar mhux illigat jew ta' liga oħra tal-azzar, il-Kummissjoni ddeċidiet ukoll li teskludi l-azzar tal-għodda u l-azzar ta' veloċità għolja mill-ambitu tal-prodott f'dan il-każ. |
|
(44) |
Il-partijiet interessati ġew mgħarrfa b'dawn l-esklużjonijiet permezz tad-Dokument ta' Informazzjoni. Il-Kummissjoni ma rċeviet ebda osservazzjoni f'dan ir-rigward. |
|
(45) |
Il-prodott ikkonċernat (ċatt b'laminazzjoni termali, “HRF”) ġie b'hekk definit bħala ċerti prodotti tal-ħadid irromblati ċatti, tal-azzar mhux illigat jew liga oħra tal-azzar, kemm jekk f'koljaturi jew le (inklużi prodotti maqtugħin skont tul definit (“cut-to-length”) u “strixxi dojoq”), mhux maħdumin aktar ħlief b'laminazzjoni termali, mhux magħqudin flimkien (clad), indurati jew miksijin, li joriġinaw mill-Brażil, l-Iran, ir-Russja u l-Ukrajna. Il-prodott ikkonċernat ma jinkludix:
Il-prodott ikkonċernat bħalissa jaqa' taħt il-kodiċijiet NM 7208 10 00, 7208 25 00, 7208 26 00, 7208 27 00, 7208 36 00, 7208 37 00, 7208 38 00, 7208 39 00, 7208 40 00, 7208 52 10, 7208 52 99, 7208 53 10, 7208 53 90, 7208 54 00, 7211 13 00, 7211 14 00, 7211 19 00, ex 7225 19 10, 7225 30 90, ex 7225 40 60, 7225 40 90, ex 7226 19 10, 7226 91 91 u 7226 91 99. |
2.2. Il-prodott simili
|
(46) |
L-investigazzjoni wriet li l-prodotti li ġejjin għandhom l-istess karatteristiċi fiżiċi bażiċi kif ukoll l-istess użi bażiċi:
|
|
(47) |
Fin-nuqqas ta' kummenti, il-Kummissjoni kkonfermat li l-prodott ikkonċernat prodott u mibjugħ fil-pajjiżi kkonċernati u dak prodott u mibjugħ mill-industrija tal-Unjoni huma simili, fit-tifsira tal-Artikolu 1(4) tar-Regolament bażiku. |
3. DUMPING
3.1. Metodoloġija ġenerali
|
(48) |
F'din it-taqsima, il-Kummissjoni ddeskriviet il-metodoloġija ġenerali li użat sabiex jiġi kkalkulat il-marġni ta' dumping. Fejn meħtieġ, kull kwistjoni speċifika għal pajjiż jew kumpanija rilevanti għal dawn il-kalkoli kienet indirizzata fit-taqsimiet speċifiċi għall-pajjiżi ta' hawn taħt. |
3.1.1. Valur normali
|
(49) |
Il-Kummissjoni l-ewwel eżaminat jekk il-volum totali ta' bejgħ domestiku ta' kull produttur esportatur li kkoopera kienx rappreżentattiv, skont l-Artikolu 2(2) tar-Regolament bażiku. Il-bejgħ domestiku jkun rappreżentattiv jekk il-volum totali tal-bejgħ domestiku tal-prodott simili lil klijenti indipendenti fis-suq domestiku għal kull produttur li jesporta jkun mill-inqas 5 % tal-volum tiegħu tal-bejgħ totali għall-esportazzjoni tal-prodott ikkonċernat lejn l-Unjoni matul il-perjodu ta' investigazzjoni. Il-valur normali għat-tipi mhux rappreżentattivi (jiġifieri dawk li l-bejgħ domestiku tagħhom kien inqas minn 5 % tal-bejgħ għall-esportazzjoni lejn l-Unjoni jew li ma nbiegħu xejn fis-suq domestiku) ġie kkalkulat skont l-ispiża tal-manifattura ta' kull tip ta' prodott flimkien ma' ammont għall-ispejjeż tal-bejgħ, ġenerali u amministrattivi u għall-profitti. Għall-bejgħ domestiku li sar fil-kors ordinarju tal-kummerċ intuża l-profitt skont it-tip ta' prodott għat-tipi ta' prodott ikkonċernati. Għat-tranżazzjonijiet kollha l-oħra li ma sarux fil-kors ordinarju tal-kummerċ intuża profitt medju. Il-Kummissjoni mbagħad identifikat it-tipi ta' prodott mibjugħin fis-suq domestiku li kienu identiċi jew komparabbli mat-tipi ta' prodott mibjugħin għall-esportazzjoni lejn l-Unjoni u eżaminat jekk il-bejgħ domestiku minn kull produttur esportatur li kkoopera għal kull tip ta' prodott kienx rappreżentattiv, skont l-Artikolu 2(2) tar-Regolament bażiku. Il-bejgħ domestiku ta' tip ta' prodott huwa rappreżentattiv jekk il-volum totali tal-bejgħ domestiku ta' dak it-tip ta' prodott lil klijenti indipendenti matul il-perjodu ta' investigazzjoni jirrappreżenta mill-inqas 5 % tal-volum totali tal-bejgħ għall-esportazzjoni tal-prodott identiku jew komparabbli lejn l-Unjoni. |
|
(50) |
Imbagħad, il-Kummissjoni ddefinixxiet il-proporzjon tal-bejgħ bi profitt lil klijenti indipendenti fis-suq domestiku għal kull tip ta' prodott matul il-perjodu ta investigazzjoni biex tiddeċiedi jekk tużax il-prezzijiet effettivi tal-bejgħ domestiku għall-kalkolu tal-valur normali, skont l-Artikolu 2(4) tar-Regolament bażiku. |
|
(51) |
Il-valur normali kien ibbażat fuq il-prezz domestiku effettiv skont it-tip ta' prodott, irrispettivament minn jekk dak il-bejgħ kienx profittabbli jew le, jekk:
|
|
(52) |
F'dan il-każ, il-valur normali kien il-medja ponderata tal-prezzijiet tal-bejgħ domestiku kollu ta' dak it-tip ta' prodott matul il-perjodu ta' investigazzjoni. |
|
(53) |
Il-valur normali kien ibbażat fuq il-prezz domestiku effettiv, skont it-tip ta' prodott, tal-bejgħ domestiku profittabbli biss tat-tipi ta' prodott matul il-perjodu ta' investigazzjoni jekk:
|
|
(54) |
Fejn ma kien hemm l-ebda jew ma kienx hemm biżżejjed bejgħ ta' tip ta' prodott simili fil-kors ordinarju tal-kummerċ, jew fejn tip ta' prodott ma nbiegħx fi kwantitajiet rappreżentattivi fis-suq domestiku, il-Kummissjoni ħadmet il-valur normali skont l-Artikoli 2(3) u (6) tar-Regolament bażiku. |
|
(55) |
Il-valur normali nħadem billi żdied dan li ġej mal-ispiża medja tal-produzzjoni tal-prodott simili ta' kull produttur esportatur li kkoopera matul il-perjodu ta' investigazzjoni:
|
3.1.2. Il-prezz tal-esportazzjoni
|
(56) |
Il-produtturi esportaturi esportaw lejn l-Unjoni jew direttament lil klijenti indipendenti jew permezz ta' kumpaniji relatati li jaġixxu bħala kummerċjanti u / jew importaturi. |
|
(57) |
Meta l-produtturi esportaturi esportaw il-prodott ikkonċernat direttament lil klijenti indipendenti fl-Unjoni, inkluż permezz ta' kummerċjanti, il-prezz tal-esportazzjoni kien stabbilit fuq il-bażi tal-prezzijiet effettivament imħallsa jew pagabbli għall-prodott ikkonċernat meta nbiegħ għall-esportazzjoni lejn l-Unjoni, skont l-Artikolu 2(8) tar-Regolament bażiku. |
|
(58) |
Meta l-produtturi esportaturi esportaw il-prodott ikkonċernat lejn l-Unjoni permezz ta' kumpanija relatata li taġixxi bħala importatur, il-prezz tal-esportazzjoni nħadem fuq il-bażi tal-prezz li bih il-prodott importat reġa' nbiegħ għall-ewwel darba lil klijenti indipendenti fl-Unjoni, skont l-Artikolu 2(9) tar-Regolament bażiku. Il-prezz tal-esportazzjoni nħadem ukoll, skont l-istess Artikolu, meta l-prodott ikkonċernat ma reġax inbiegħ fil-kundizzjoni li kien importat fiha. F'każijiet bħal dawn, l-aġġustamenti tal-prezz saru għall-ispejjeż kollha li ġġarrbu bejn l-importazzjoni u l-bejgħ mill-ġdid, inkluż l-ispejjeż BĠA, u għall-profitti. |
3.1.3. Paragun
|
(59) |
Il-Kummissjoni qabblet il-valur normali u l-prezz tal-esportazzjoni tal-produtturi esportaturi fuq il-bażi tal-prezz mill-fabbrika. |
|
(60) |
Meta dan kien iġġustifikat mill-ħtieġa li jiġi żgurat tqabbil ġust, il-Kummissjoni aġġustat il-valur normali u / jew il-prezz tal-esportazzjoni għad-differenzi li jaffettwaw il-paragunabbiltà tal-prezzijiet skont l-Artikolu 2(10) tar-Regolament bażiku. |
3.2. Il-Brażil
|
(61) |
Kien hemm ħames produtturi esportaturi fil-Brażil tul il-perjodu ta' investigazzjoni. Wara l-għażla tal-kampjun, kumpanija waħda li tesporta, Aperam Inox América do Sul S.A., spjegat lill-Kummissjoni li bi żball kienet irrapportat każijiet ta' bejgħ lejn l-Afrika li kienu biss fi tranżitu mit-territorju tal-Unjoni bħala bejgħ għall-esportazzjoni lejn l-Unjoni. Għalhekk, tul il-perjodu ta' investigazzjoni, ma kellhiex esportazzjonijiet tal-prodott ikkonċernat lejn l-Unjoni. Spjegat ukoll li għandha ishma komuni ma' ArcelorMittal Brasil S/A (“AMB”). Fuq il-bażi ta' dan, il-Kummissjoni ddeċidiet li tittratta lil dawn iż-żewġ kumpaniji bħala kumpaniji relatati. Usinas Siderúrgicas de Minas Gerais S.A. (“Usiminas”) u Companhia Siderúrgica Nacional (“CSN”) ukoll għandhom ishma komuni. Usiminas sostniet li kellhom jitqiesu bħala kumpaniji mhux relatati, billi bħalissa hemm proċedura għaddejja mal-awtorità tal-kompetizzjoni tal-Brażil, li tipprevjeni l-eżerċitar ta' kwalunkwe dritt b'rabta ma' Usiminas min-naħa ta' CSN. Il-Kummissjoni vverifikat l-allegazzjoni u l-evidenza pprovduta minn Usiminas u kkonkludiet li CSN ma kinitx f'pożizzjoni li teżerċita d-drittijiet tagħha b'rabta ma' Usiminas. Il-Kummissjoni aċċettat it-talba u ttrattat lil dawn il-kumpaniji bħala mhux relatati. Iż-żewġ kumpaniji ma oġġezzjonawx meta l-Kummissjoni ħabbret id-deċiżjoni tagħha fid-dokument li jinforma lill-kumpaniji li ma kinux se jiġu imposti miżuri proviżorji. Id-deċiżjoni dwar jekk dawn iż-żewġ kumpaniji humiex relatati jew le tista' tinbidel f'reviżjonijiet sussegwenti fil-każ li l-awtorità Brażiljana dwar il-kompetizzjoni toħroġ deċiżjoni differenti fil-futur. |
|
(62) |
Fis-suq domestiku, il-produtturi esportaturi kollha biegħu l-prodott simili kemm direttament kif ukoll permezz ta' kummerċjanti relatati u mhux relatati. Il-parti l-kbira tal-prodott simili mibjugħ ġiet ipproċessata aktar fi prodott li jew baqa' l-prodott simili jew sar prodott downstream ieħor. |
|
(63) |
Usiminas esportat il-prodott ikkonċernat lejn l-Unjoni direttament lil klijenti indipendenti. Iż-żewġ produtturi esportaturi l-oħrajn esportaw lejn l-Unjoni primarjament koljaturi mhux ipproċessati (mhux maqtugħin) li kienu jew jinbiegħu mill-ġdid jew jiġu pproċessati aktar mill-kumpanija relatata tagħhom fl-Unjoni. |
3.2.1. Valur normali
|
(64) |
Il-valur normali għat-tliet produtturi esportaturi kien stabbilit b'konformità mal-metodoloġija ġenerali stabbilita fit-Taqsima 3.1.1. ta' hawn fuq. |
|
(65) |
Għat-tliet produtturi esportaturi, il-valur normali kien ibbażat fuq il-prezz domestiku għal 14 %, 35 % u 91 % rispettivament tat-tipi ta' prodott esportati lejn l-Unjoni, li rrappreżentaw 54 %, 78 % u 99 % rispettivament tal-volum totali tal-bejgħ għall-esportazzjoni lejn l-Unjoni. Il-valur normali għall-bqija tat-tipi ta' prodott inħadem kif stipulat fil-premessi (54) u (55). |
|
(66) |
Wara d-divulgazzjoni tad-Dokument ta' Informazzjoni, Usiminas stqarret li l-ammont tal-ispejjeż BĠA ma ġiex ikkalkulat fil-livell kif il-prodott joħroġ mill-fabbrika u li ċerti spejjeż ma kinux relatati mal-prodott ikkonċernat u għalhekk kellhom jiġu esklużi mill-ammont BĠA. |
|
(67) |
Il-Kummissjoni aċċettat it-talba u kkoreġiet l-ammont BĠA skont dan. |
|
(68) |
Wara d-divulgazzjoni tad-Dokument ta' Informazzjoni, CSN sostniet li biex jiġi stabbilit l-ammont tal-ispejjeż BĠA, kien ikun aħjar kieku ntużat l-aħħar verżjoni tat-tabella BĠA sottomessa tul iż-żjara ta' verifika. Skont hi, dik il-verżjoni kienet tkun aktar preċiża billi ċerti spejjeż relatati mal-esportazzjonijiet kienu allokati biss għall-bejgħ għall-esportazzjoni u mhux għall-bejgħ domestiku. |
|
(69) |
Il-Kummissjoni ma laqgħetx din it-talba billi l-metodu ta' allokazzjoni tal-aħħar verżjoni tat-tabella BĠA ppreżentata mill-kumpanija ma setax jiġi vverifikat billi dan kien ipprovdut fl-aħħar taż-żjara ta' verifika. Minflok, il-Kummissjoni kkalkulat l-ammont tal-ispejjeż BĠA fuq il-bażi ta' verżjoni preċedenti li ġiet sottomessa matul iż-żjara ta' verifika u li setgħet tiġi vverifikata. Madankollu, din il-verżjoni kien fiha xi żbalji, u dawn ġew ikkoreġuti manwalment mill-Kummissjoni u divulgati lil CSN. CSN ma kkummentatx aktar fuq din id-divulgazzjoni. Fil-kalkolu, il-Kummissjoni ma allokatx spejjeż tal-esportazzjoni għall-bejgħ domestiku. Il-metodu ta' allokazzjoni użat mill-Kummissjoni ma ġiex ikkontestat minn CSN. |
3.2.2. Il-prezz tal-esportazzjoni
|
(70) |
Il-prezz tal-esportazzjoni għat-tliet produtturi esportaturi kien stabbilit b'konformità mal-metodoloġija ġenerali stabbilita fit-Taqsima 3.1.2. ta' hawn fuq. |
|
(71) |
Għal Usiminas, li kienet tbigħ il-prodott ikkonċernat lejn l-Unjoni direttament lil klijenti indipendenti, il-prezz tal-esportazzjoni ġie stabbilit skont l-Artikolu 2(8) tar-Regolament bażiku. |
|
(72) |
Iż-żewġ produtturi esportaturi l-oħrajn kienu jbigħu l-prodott ikkonċernat lejn l-Unjoni permezz ta' partijiet relatati. Madankollu, anki għal dawk il-produtturi esportaturi, il-prezz tal-esportazzjoni ġie stabbilit skont l-Artikolu 2(8) tar-Regolament bażiku billi l-Kummissjoni setgħet tivverifika li l-prezzijiet ta' bejn il-partijiet relatati kienu skont il-prinċipju ta' distakkament u jirriflettu l-prezzijiet tas-suq. |
3.2.3. Paragun
|
(73) |
Il-Kummissjoni qabblet il-valur normali u l-prezz tal-esportazzjoni tal-produtturi esportaturi fuq il-bażi tal-prezz mill-fabbrika. |
|
(74) |
Meta dan kien iġġustifikat mill-ħtieġa li jiġi żgurat tqabbil ġust, il-Kummissjoni aġġustat il-valur normali u / jew il-prezz tal-esportazzjoni għad-differenzi li jaffettwaw il-paragunabbiltà tal-prezzijiet skont l-Artikolu 2(10) tar-Regolament bażiku. Saru aġġustamenti għat-trasport, l-assigurazzjoni, l-immaniġġar, it-tagħbija u spejjeż anċillari (fil-medda ta' bejn 3,4 % u 4,6 % kif espress fil-fatturat nett), roħs, ribassi u kwantitajiet (fil-medda ta' bejn 0,2 % u 3,5 % kif espress fil-fatturat nett) u spejjeż ta' kreditu (fil-medda ta' bejn 1,8 % u 2,3 % kif espress fil-fatturat nett). |
|
(75) |
Il-produtturi esportaturi kollha ppreżentaw talba skont l-Artikolu 2(10)(b) tar-Regolament bażiku għal aġġustament għall-ħlas lura tad-dazju, bl-argument li l-eżistenza ta' skema ta' rifużjoni tad-dazju għal ċerti materji primi kienet timplika li l-bejgħ domestiku kollu tagħhom kien jinkorpora taxxa indiretta meta mqabbel mal-bejgħ għall-esportazzjoni. |
|
(76) |
Madankollu, il-produtturi esportaturi ma kinux f'pożizzjoni juru li l-eżistenza fiha nnifisha tal-iskema ta' rifużjoni tad-dazju kienet taffettwa l-paragunabbiltà tal-prezz. Barra minn hekk, tul iż-żjara ta' verifika, il-produtturi esportaturi kkonfermaw li l-iskema ta' rifużjoni tad-dazju ma taffettwax il-prezz tal-bejgħ. Għaldaqstant, din it-talba ma setgħetx tintlaqa'. |
|
(77) |
Usiminas għamlet talba skont l-Artikolu 2(10)(d)(i) tar-Regolament bażiku għal aġġustament fid-differenzi tal-livelli kummerċjali, bl-argument li l-bejgħ domestiku kollu tagħha sar lil utenti aħħarin, filwaqt li l-bejgħ għall-esportazzjoni kollu tagħha lejn l-Unjoni kien lil kummerċjanti relatati jew mhux relatati. |
|
(78) |
Il-produttur esportatur madankollu ma seta' juri l-ebda differenza konsistenti u distinta fil-prezz għal-livelli differenti ta' kummerċ, la fis-suq domestiku u lanqas tal-esportazzjoni tiegħu. Għaldaqstant, din it-talba ma setgħetx tintlaqa'. |
|
(79) |
Wara d-divulgazzjoni tad-Dokument ta' Informazzjoni, Usiminas sostniet li anki l-aġġustament tal-ispejjeż ta' kreditu kellu jitnaqqas sabiex jinħadem il-valur normali. |
|
(80) |
Il-Kummissjoni ma aċċettatx it-talba billi l-aġġustament għall-ispejjeż ta' kreditu huwa aġġustament li jsir rigward il-prezzijiet effettivi biex jiġi rifless il-perjodu miftiehem ta' kreditu, irrispettivament mid-data effettiva tal-ħlas. Huwa aġġustament purament tal-prezz, li mhuwiex iġġustifikat meta jinħadem il-valur normali. |
3.2.4. Marġni ta' dumping
|
(81) |
Għall-produtturi esportaturi, il-Kummissjoni qabblet il-valur normali medju ponderat ta' kull tip ta' prodott simili mal-medja ponderata tal-prezz tal-esportazzjoni tat-tip korrispondenti tal-prodott ikkonċernat, skont l-Artikoli 2(11) u (12) tar-Regolament bażiku. |
|
(82) |
Fil-kummenti tagħha dwar id-divulgazzjoni finali, CSN sostniet li l-valuri CIF użati għall-kalkolu tal-marġni tal-orħos prezz kellhom jiġu użati wkoll għall-kalkolu tal-marġni ta' dumping. It-talba ġiet aċċettata u l-kalkolu tad-dumping ġie kkoreġut skont dan. |
|
(83) |
Il-marġni medju ponderat ta' dumping għall-produtturi mhux inklużi fil-kampjun li kkooperaw ġie kkalkulat skont l-Artikolu 9(6) tar-Regolament bażiku. Dan il-marġni kien stabbilit fuq il-bażi tal-marġnijiet li ġew stabbiliti għat-tliet produtturi esportaturi fil-kampjun. |
|
(84) |
Il-livell ta' kooperazzjoni fil-Brażil huwa għoli minħabba li l-esportazzjonijiet tal-produtturi esportaturi li kkooperaw jammontaw għal kważi 100 % tal-esportazzjonijiet totali Brażiljani lejn l-Unjoni matul il-perjodu ta' investigazzjoni. Fuq din il-bażi, il-Kummissjoni ddeċidiet li tistabbilixxi l-marġni ta' dumping għall-pajjiż kollu u applikabbli għall-kumpaniji kollha l-oħrajn fl-istess livell bħal dak stabbilit għall-kumpanija fil-kampjun bl-ogħla marġni ta' dumping, jiġifieri Usiminas. |
|
(85) |
Il-marġnijiet ta' dumping, espressi bħala perċentwali tal-prezz CIF fil-fruntiera tal-Unjoni, bid-dazju mhux imħallas, huma kif ġej:
|
3.3. L-Iran
|
(86) |
Fl-Iran, hemm produttur esportatur wieħed biss tal-prodott ikkonċernat, li kkoopera bis-sħiħ ma' din l-investigazzjoni. Il-parti l-kbira tal-bejgħ tiegħu lejn l-Unjoni kienet bejgħ dirett lil xerrejja indipendenti, għalkemm xi wħud mit-tranżazzjonijiet saru permezz ta' kummerċjant relatat fil-Ġermanja. |
3.3.1. 3.3.1. Valur normali
|
(87) |
Il-valur normali għall-produttur esportatur uniku kien stabbilit b'konformità mal-metodoloġija ġenerali stabbilita fit-Taqsima 3.1.1. ta' hawn fuq. B'riżultat ta' dan, il-valur normali għal 61 % tat-tipi ta' prodott li rrappreżentaw 67 % tal-volum esportat mill-produttur esportatur lejn l-Unjoni kien ibbażat fuq il-prezz domestiku fil-kors ordinarju tal-kummerċ. Il-valur normali għall-bqija tat-tipi ta' prodott inħadem. Madankollu, jekk il-prezz medju ponderat ta' xi tip ta' prodott kien inqas mill-ispiża tal-produzzjoni għal kull unità, il-valur normali kien stabbilit b'konformità mal-metodoloġija stabbilita fil-premessa (55) ta' hawn fuq. |
|
(88) |
Il-produttur esportatur argumenta wkoll li l-Kummissjoni użat proporzjon żbaljat rigward l-ispejjeż BĠA għall-eżami fil-kors ordinarju tal-kummerċ u l-istabbiliment tal-valur normali. Dan kien żball fl-arrotondament, li ġie kkoreġut sussegwentement. Din it-tibdila ma kellha l-ebda impatt fuq il-marġnijiet ta' dumping stabbiliti fil-premessa (98). |
3.3.2. Il-prezz tal-esportazzjoni
|
(89) |
Il-prezz tal-esportazzjoni ġie stabbilit bl-użu tal-metodoloġija ġenerali stabbilita fit-Taqsima 3.1.2. ta' hawn fuq u b'mod partikolari fl-Artikolu 2(8) tar-Regolament bażiku. |
3.3.3. Paragun
|
(90) |
Il-Kummissjoni qabblet il-valur normali u l-prezz tal-esportazzjoni tal-produttur esportatur uniku fuq il-bażi tal-prezz mill-fabbrika. |
|
(91) |
Meta dan kien iġġustifikat mill-ħtieġa li jiġi żgurat tqabbil ġust, il-Kummissjoni aġġustat il-valur normali u / jew il-prezz tal-esportazzjoni għad-differenzi li jaffettwaw il-paragunabbiltà tal-prezzijiet skont l-Artikolu 2(10) tar-Regolament bażiku. Saru aġġustamenti għat-trasport, l-assigurazzjoni, l-immaniġġar, it-tagħbija u spejjeż anċillari (fil-medda ta' bejn 1 % u 3 %), ippakkjar (fil-medda ta' bejn 0 % u 1 %), spejjeż ta' kreditu (fil-medda ta' bejn 1 % u 3 %), kummissjonijiet (fil-medda ta' bejn 0,1 % u 2 %), roħs ieħor (fil-medda ta' bejn 0 % u 0,5 %), fatturi oħra (fil-medda ta' bejn 0 % u 1 %). Sar ukoll aġġustament fuq il-bażi tal-Artikolu 2(10)(i) għall-bejgħ għall-esportazzjoni permezz tal-kummerċjant relatat fl-Unjoni (fil-medda ta' bejn 2 % u 6 %). |
|
(92) |
Fil-kummenti tiegħu dwar id-divulgazzjoni finali, l-ilmentatur sostna li dawn l-aġġustamenti jidhru li huma għoljin u talab lill-Kummissjoni biex tagħti spjegazzjoni ulterjuri għal dawn l-aġġustamenti. Il-Kummissjoni ma tistax tagħti aktar dettalji dwar dawn l-aġġustamenti mingħajr ma tiġi żvelata informazzjoni kummerċjali kunfidenzjali. Dawn l-aġġustamenti kollha ġew analizzati u vverifikati mill-Kummissjoni f'konformità mal-mandat tagħha skont l-Artikolu 9(6) tar-Regolament bażiku. |
|
(93) |
Fil-kummenti tiegħu dwar id-Dokument ta' Informazzjoni, il-produttur esportatur argumenta li, meta nħadem il-valur normali, il-Kummissjoni ma naqqsitx l-adattamenti relatati mal-ispejjeż. Din it-talba hija fattwalment skorretta billi l-Kummissjoni naqqset dawn l-adattamenti. Il-produttur esportatur tenna din it-talba fil-kumment tiegħu dwar id-divulgazzjoni finali. Il-Kummissjoni spjegat il-metodoloġija tagħha dwar dan il-punt lill-produttur esportatur u ma waslu l-ebda kummenti oħra. |
|
(94) |
Waqt il-valutazzjoni tal-adattamenti, il-Kummissjoni rieżaminat l-evidenza relatata mal-aġġustament ibbażat fuq l-iskema ta' rifużjoni tad-dazju. L-evidenza għad-dispożizzjoni tal-Kummissjoni wriet li, filwaqt li l-produttur esportatur irċieva dak li sostna li huwa rimborż ta' dazji, l-ewwel nett lanqas ma hemm evidenza li huwa ħallas xi dazju billi, skont l-informazzjoni ppreżentata mill-produttur esportatur, il-materja prima kollha nkisbet lokalment. Għaldaqstant, id-dazju ma kienx “imġarrab […] minn materjal fiżikament inkorporat [fil-prodott]” bit-tifsira tal-Artikolu 2(10)(b) tar-Regolament bażiku, li huwa prerekwiżit għal dan l-aġġustament. Għalhekk, ma sarx tali aġġustament. |
3.3.4. Marġni ta' dumping
|
(95) |
Il-Kummissjoni qabblet il-valur normali medju ponderat ta' kull tip ta' prodott simili mal-prezz tal-esportazzjoni medju ponderat tat-tip korrispondenti tal-prodott ikkonċernat, skont l-Artikoli 2(11) u (12) tar-Regolament bażiku. |
|
(96) |
Fil-kummenti tiegħu rigward id-divulgazzjoni finali, il-produttur esportatur ġibed l-attenzjoni għal żball klerikali fil-kalkolu ta' dumping. Il-Kummissjoni kkoreġiet l-iżball klerikali, li kien minħabba l-arrotondament mhux meħtieġ ta' ċerti valur, u emendat il-kalkolu skont dan. Il-partijiet interessati kollha ġew infurmati b'din il-bidla b'divulgazzjoni addizzjonali finali. |
|
(97) |
Il-livell ta' kooperazzjoni mill-Iran kien għoli ħafna minħabba li l-esportazzjonijiet tal-produttur esportatur li kkoopera ammontaw għal madwar 100 % tal-esportazzjonijiet totali lejn l-Unjoni matul il-perjodu ta' investigazzjoni. Fuq din il-bażi, il-Kummissjoni stabbilixxiet il-marġni ta' dumping għall-pajjiż kollu fl-istess livell bħal dak għall-produttur esportatur uniku. |
|
(98) |
Il-marġnijiet ta' dumping, espressi bħala perċentwali tal-prezz CIF fil-fruntiera tal-Unjoni, bid-dazju mhux imħallas, huma kif ġej:
|
|
(99) |
Fil-kummenti tiegħu għad-Dokument ta' Informazzjoni, l-ilmentatur argumenta li l-marġni ta' dumping ikkalkulat fuq il-bażi tad-data miġbura minnu kien ogħla b'mod sinifikanti. Il-parti interessata stiednet lill-Kummissjoni tipprovdi aktar dettalji dwar kif ġie kkalkulat il-marġni ta' dumping għall-Iran. |
|
(100) |
Il-Kummissjoni bbażat il-kalkolu tagħha fuq data fattwali tal-kumpanija li ġiet ivverifikata fil-post. Il-parti interessata inkwistjoni ma kellhiex aċċess għal dan il-livell ta' informazzjoni, u dan il-fatt potenzjalment jispjega d-diskrepanza. Il-Kummissjoni ma tistax tipprovdi aktar dettalji rigward il-kalkolu mingħajr ma tiddivulga informazzjoni kummerċjali kunfidenzjali tal-produttur esportatur. |
|
(101) |
Fil-kummenti tiegħu dwar id-divulgazzjoni addizzjonali finali, l-ilmentatur talab aktar informazzjoni dwar dan l-iżball klerikali ta' arrotondament, li turi li tnaqqis ta' 5 punti perċentwali fil-livell tal-marġini tad-dumping probabbilment mhuwiex minħabba żball ta' arrotondament. |
|
(102) |
Il-Kummissjoni ma tistax tiddivulga l-kalkolu tad-dumping dettaljat lil partijiet oħrajn għajr il-parti interessata kkonċernat direttament, billi dan jiddivulga informazzjoni kummerċjali kunfidenzjali. Kif spjegat fil-premessa (96) hawn fuq, l-iżball jikkonċerna l-arrotondament mhux meħtieġ ta' ċerti valuri twal aktar minn 13-il ċifra (pereżempju ċ-ċifra 112.769.871.468,69 ġiet ikkunsidrata fil-kalkolu bħala 1,13). Ċifri twal bħal dawn kienu jinvolvu l-aktar tranżazzjonijiet ta' esportazzjoni importanti kkonvertiti fil-munita lokali Iranjana għall-kalkolu tad-dumping. Għaldaqstant it-tnaqqis tal-punti perċentwali ta' 5,1 tal-marġni ta' dumping. |
3.4. Ir-Russja
|
(103) |
Fir-Russja, hemm tliet produtturi esportaturi tal-prodott ikkonċernat, li kkooperaw bis-sħiħ ma' din l-investigazzjoni. Huma jirrappreżentaw kważi fl-intier tagħhom l-importazzjonijiet kollha tal-prodott ikkonċernat mir-Russja lejn l-Unjoni matul il-perjodu ta' investigazzjoni. |
3.4.1. Valur normali
|
(104) |
Il-valur normali għat-tliet produtturi esportaturi flimkien kien stabbilit b'konformità mal-metodoloġija ġenerali stabbilita fit-Taqsima 3.1.1. ta' hawn fuq. B'riżultat ta' dan, il-valur normali għall-maġġoranza tat-tipi ta' prodott esportati lejn l-Unjoni għat-tlieta li huma kien ibbażat fuq il-prezz domestiku (76 % jirrappreżentaw 98,9 % tal-kwantitajiet esportati, 49 % jirrappreżentaw 86,7 % tal-kwantitajiet esportati u 73 % jirrappreżentaw 96,6 % tal-kwantitajiet esportati rispettivament). |
|
(105) |
Il-valur normali għall-bqija tat-tipi nħadem bil-metodoloġija deskritta hawn fuq fil-premessi (54) u (55) jew billi ma kienx hemm bejgħ domestiku jew billi l-kwantitajiet tal-bejgħ fis-suq domestiku kienu żgħar wisq biex jitqiesu rappreżentattivi (inqas minn 75 MT għal kull tip ta' prodott). |
3.4.2. Il-prezz tal-esportazzjoni
|
(106) |
Il-produtturi esportaturi esportaw lejn l-Unjoni jew direttament, permezz ta' importaturi relatati fl-Unjoni, jew permezz ta' negozjanti / importaturi relatati bbażati fl-Iżvizzera. Il-kumpaniji relatati fl-Iżvizzera xtraw il-prodott ikkonċernat mingħand il-produtturi esportaturi u mbagħad biegħuh fl-Unjoni u pajjiżi oħrajn. |
|
(107) |
Il-prezz tal-esportazzjoni ġie stabbilit bl-użu tal-metodoloġija ġenerali stabbilita fit-Taqsima 3.1.2. ta' hawn fuq. |
|
(108) |
Wara d-divulgazzjoni tad-Dokument ta' Informazzjoni, Severstal ikkuntestat l-applikabbiltà tal-aġġustamenti li saru għall-ispejjeż BĠA u l-profitt skont l-Artikolu 2(9) tar-Regolament bażiku għall-bejgħ permezz tal-kummerċjant/importatur Żvizzeru relatat, SSE. |
|
(109) |
Fil-fehma tagħha, l-aġġustamenti huma biss xierqa fuq bażi speċifika għat-tranżazzjoni għat-tranżazzjonijiet fejn it-termini tal-bejgħ jeħtieġu li prodott jiġi konsenjat wara l-iżdoganar tal-merkanzija, jiġifieri għat-tranżazzjonijiet li fihom il-parti relatata taġixxi ta' importatur. Madankollu, għall-maġġoranza tat-tranżazzjonijiet ta' bejgħ permezz tal-kummerċjant / tal-importatur relatat fl-Iżvizzera t-termini ta' konsenja ma jirrikjedux li l-kummerċjant / l-importatur Żvizzeru jiżdogana l-oġġetti. Fl-istess ħin, Severstal ippretendiet li l-kummerċjanti / l-importaturi relatati tagħha bbażati fl-Iżvizzera kellhom jitqiesu bħala parti min-netwerk ta' esportazzjoni tal-produttur u mhux bħala importaturi. |
|
(110) |
Il-Kummissjoni ma laqgħetx din it-talba. L-investigazzjoni stabbilixxiet li SSE wettqet ħidmiet ta' importazzjoni għall-bejgħ tal-prodott ikkonċernat matul il-perjodu ta' investigazzjoni. L-Incoterms differenti (CIF, CFR, FOB, DAP jew CIF) ma jbiddlux il-fatt li SSE kienet topera bħala importatur relatat għas-suq tal-Unjoni. Fid-dawl tal-fatt li l-kummerċjant / l-importatur huwa relatat mal-produttur esportatur, l-Artikolu 2(9) tar-Regolament bażiku jimplika li d-data ta' dan il-kummerċjant / l-importatur mhijiex kredibbli u b'hekk kien meħtieġ aġġustament. |
|
(111) |
Barra minn hekk, il-Kummissjoni sabet li SSE ma setgħetx titqies bħala parti min-netwerk ta' esportazzjoni tal-produttur. Ma hemmx relazzjoni esklussiva bejn l-impriża prinċipali u l-kumpanija sussidjarja fl-Iżvizzera fejn jidħol il-bejgħ lejn l-UE. L-investigazzjoni stabbilixxiet li fil-grupp kien hemm ukoll dipartimenti oħra tal-bejgħ involuti fl-esportazzjonijiet lejn l-UE. B'mod aktar partikolari, l-impriża prinċipali fir-Russja kienet tmantni tliet kanali ta' esportazzjoni differenti lejn l-UE għall-prodott ikkonċernat, jiġifieri l-bejgħ dirett, il-bejgħ permezz taċ-ċentru tas-servizzi relatat fil-Latvja u l-bejgħ permezz tal-kummerċjant / tal-importatur tagħha fl-Iżvizzera. |
|
(112) |
Għaldaqstant, il-Kummissjoni kkonkludiet li l-aġġustamenti għall-ispejjeż BĠA u l-profitt għat-tipi kollha ta' tranżazzjonijiet ta' bejgħ permezz tal-kummerċjant/importatur Żvizzeru relatat kellhom jiġu applikati b'konformità 2(9) mal-Artikolu tar-Regolament bażiku. |
|
(113) |
Fid-divulgazjoni, Severstal tenniet in-nuqqas ta' qbil qawwi dwar l-applikazzjoni tal-Kummisssjoni tal-Artikolu 2(9) tar-Regolament bażiku. Barra minn hekk, hija sostniet li kellha trattament inkoerenti mill-Kummissjoni meta mqabbel ma' produtturi esportaturi b'importaturi / b'kummerċjanti relatati jew ġewwa inkella barra mill-Unjoni. |
|
(114) |
Il-Kummissjoni kkonfermat l-approċċ tagħha li l-kummerċjanti / l-importaturi jistgħu jiġu trattati skont l-Artikolu 2(9) tar-Regolament bażiku meta jwettqu funzjonijiet ta' importaturi, anki jekk ikunu barra l-Unjoni. Kif stipulat fil-premessa (110), dan kien il-każ għal SSE, filwaqt li kummerċjanti / importaturi minn produtturi esportaturi kienu jinsabu f'sitwazzjonijiet differenti, skont id-diversi funzjonijiet ta' kull kumpanija. |
|
(115) |
Barra minn hekk, Severstal ikkontestat bid-determinazzjoni tal-Kummissjoni li SSE ma setgħetx tiġi kkunsidrata bħala parti min-netwerk tagħha ta' esportazzjoni, Madankollu, għall-Kummissjoni, ir-raġunament sottostanti ta' Severstal, bħal kontroll ta' SSE mill-kumpanija ewlenija u l-allokazzjoni tal-profitti u telf għall-kumpanija ewlenija ma kkumpensawx għall-fatturi stabbiliti fil-premessa (111), li turi l-kuntrarju. Skont dan, SSE ma tistax tiġi kkunsidrata bħala dipartiment intern ta' esportazzjoni ta' Severstal. |
|
(116) |
Wara d-divulgazzjoni tad-Dokument ta' Informazzjoni, il-produttur esportatur NLMK ikkuntesta wkoll l-applikabbiltà tal-aġġustamenti li saru għall-ispejjeż BĠA u l-profitt skont l-Artikolu 2(9) tar-Regolament bażiku għall-bejgħ permezz tal-kumpanija sussidjarja Żvizzera relatata tagħha Novex. |
|
(117) |
Huwa sostna li Novex ma aġixxietx ta' importatur relatat sa fejn ma kinitx timporta l-prodott ikkonċernat fl-Unjoni. Sa fejn l-applikazzjoni tal-Artikolu 2(9) timplika li parti relatata għandha tkun qed taġixxi ta' importatur, l-ebda aġġustament fuq il-bażi tal-Artikolu 2(9) ma seta' jiġi applikat fuq il-prezz tal-esportazzjoni ta' Novex. |
|
(118) |
Sabiex tappoġġa l-pretensjoni tagħha, NLMK argumentat li fis-swieq tal-esportazzjoni hija tbigħ prodotti tal-ħadid u tal-azzar sistematikament permezz ta' żewġ kummerċjanti relatati, jiġifieri Novex fl-Iżvizzera u Novexco (Cyprus) Limited f'Ċipru. Novex hija inkarigata mill-bejgħ lejn l-Unjoni filwaqt li Novexco tbigħ lejn il-bqija tad-dinja. Dawn il-kumpaniji jaġixxu bħala d-dipartiment tal-bejgħ għall-esportazzjoni ta' NLMK u ma hemmx funzjoni oħra jew dipartiment ieħor fl-NLMK Group li jkunu inkarigati mit-twettiq ta' dan il-bejgħ għall-esportazzjoni. Mhux qed isir bejgħ dirett għall-esportazzjoni ta' prodotti tal-ħadid u l-azzar minn NLMK. |
|
(119) |
Novex u Novexco huma sussidjarji 100 % ta' NLMK, li lilhom NLMK fdat il-ħidmiet tagħha ta' bejgħ għall-esportazzjoni mhux biss għall-prodott ikkonċernat, iżda għall-portafoll ta' prodotti kollu ta' NLMK. Dawn iż-żewġ kumpaniji relatati jaġixxu taħt il-kontroll ekonomiku ta' NLMK, kemm bis-saħħa tal-istruttura tal-kapital tal-NLMK Group kif ukoll mil-lat ekonomiku. Huwa importanti li Novex u Novexco jikkummerċjalizzaw biss żewġ prodotti miksuba mill-kumpaniji relatati tagħhom fl-NLMK Group. B'hekk, mhux qed iwettqu attività ekonomika awtonoma li setgħet issir b'mod indipendenti barra mill-NLMK Group. |
|
(120) |
Filwaqt li l-bejgħ għall-esportazzjoni kollu ta' prodotti tal-ħadid u l-azzar minn NLMK isir permezz ta' Novex u Novexco, dawn il-kumpaniji relatati normalment mhux qed jaġixxu ta' importaturi ta' dawk il-prodotti lejn l-UE jew xi mkien ieħor, bl-eċċezzjoni tal-prodotti tal-azzar elettriku bil-granijiet orjentati (GOES), li qed jinbiegħu b'termini ta' konsenja bid-dazju mħallas (DDP). Il-bejgħ l-ieħor għall-esportazzjoni kollu mwettaq minn Novex u Novexco huwa bbażat fuq termini ta' konsenja li ma jinvolvux li huma jaġixxu ta' importaturi fir-rigward tal-prodotti rilevanti tal-ħadid u tal-azzar. |
|
(121) |
Għalhekk, NLMK qieset li Novex ma setgħetx tiġi kkwalifikata bħala “importatur” tal-prodotti rilevanti sa fejn ma kinitx twettaq l-iżdoganar tal-merkanzija jew xi funzjonijiet oħra, li jkun jaqdi importatur. |
|
(122) |
Barra minn hekk, NLMK argumentat li l-persunal ta' Novex jipparteċipa fil-kumitat għall-ippjanar tal-istrateġija ta' bejgħ tal-NLMK Group u jikkontribwixxi għall-ippjanar tal-bejgħ u l-ipprezzar tal-grupp fuq il-bażi tal-għarfien tiegħu tas-swieq tal-esportazzjoni. Għalhekk, NLMK ma għandhiex għarfien sħiħ tal-prezz li Novex tapplika għall-ewwel klijent indipendenti, iżda dan il-prezz qed jiġi stabbilit flimkien minn persunal ta' NLMK u Novex f'azzjoni komuni. Fl-istess ħin, fis-settur tal-prodott ikkonċernat, il-klijenti ewlenin, għall-inqas fil-każ tal-esportazzjonijiet ta' NLMK lejn l-Unjoni, huma kumpaniji kummerċjali li jippreferu jiżdoganaw il-prodotti huma stess bil-għan li jottimizzaw l-ispejjeż. Anki x-xiri tal-prodott ikkonċernat b'termini frank abbord (FOB), port tal-esportazzjoni, jew kost, assigurazzjoni u noll (CIF) jippermetti lill-kumpaniji kummerċjali jbigħu t-tagħbija fuq notifika qasira lejn kwalunkwe destinazzjoni li toffri l-aħjar prezz, li mhux neċessarjament tinsab fl-Unjoni. Għalhekk, għall-kummerċjanti l-iżdoganar tal-prodott mill-fornitur lejn l-Unjoni huwa ta' valur żgħir. |
|
(123) |
Bi ftit kliem, NLMK qieset li filwaqt li l-prodotti GOES jiġu forniti l-aktar direttament lill-proċessuri, prodotti oħra tal-ħadid u tal-azzar jiġu forniti l-aktar lil kummerċjanti mhux relatati fl-Unjoni. id-differenza fit-tipi ta' klijenti tirriżulta f'differenza rigward l-Incoterms miftiehma u r-rwol korrispondenti li jkollhom Novex u Novexco. Dan iwassal għal sitwazzjoni li fiha, skont NLMK, iċ-ċirkostanzi li wieħed jara fl-investigazzjoni dwar il-GOES ma jkunux rappreżentattivi tar-rwol effettiv ta' Novex li hija taqdi rigward il-prodott ikkonċernat jew prodotti oħra tal-ħadid u tal-azzar. NLMK ikkonkludiet li Novex kellha tiġi ttrattata bħala dipartiment intern għall-bejgħ ta' NLMK. |
|
(124) |
Il-Kummissjoni fakkret li l-valutazzjoni jekk produttur u kummerċjant relatat għandhomx jiġu ttrattati bħala entità ekonomika waħdanija u l-kummerċjant relatat bħala dipartiment intern għall-bejgħ tal-produttur jew le trid tqis il-funzjonijiet ġenerali tal-kummerċjant relatat u b'hekk għandha wkoll tieħu inkonsiderazzjoni attivitajiet relatati ma' prodotti differenti mill-prodott ikkonċernat (10). |
|
(125) |
Filwaqt li l-investigazzjoni kkonfermat li Novex ma kinitx taqdi funzjonijiet importanti għall-prodott ikkonċernat fil-perjodu ta' investigazzjoni, ta' min wieħed jinnota dawn li ġejjin rigward il-kwalifikazzjoni ta' Novex għall-finijiet ta' dan il-każ. Novex hija stabbilita bħala kummerċjant taħt il-liġi Żvizzera (11). Skont l-istatut ta' assoċjazzjoni tagħha, l-oġġett tagħha huwa x-xiri, il-bejgħ, id-distribuzzjoni u l-kummerċ ta' prodotti tal-azzar u materja prima fl-Iżvizzera u barra minnha. Ma hemmx limitazzjoni formali rigward il-fornituri u l-prodotti nnegozjati. Barra minn hekk, NLMK u Novex iffirmaw kuntratti oqfsa komprensivi li jirregolaw il-bejgħ u x-xiri bejn il-partijiet. Dawn il-kuntratti jistabbilixxu, pereżempju, proċeduri ddettaljati għal pretensjonijiet rigward oġġetti mhux konformi u jipprovdu għal penali f'każijiet ta' ħlasijiet jew konsenji ta' oġġetti mdewma kif ukoll għal arbitraġġ minn terzi f'każ ta' tilwim. Il-Kummissjoni nnutat ukoll li l-attivitajiet prinċipali ta' Novex skont ir-rapporti finanzjarji tagħha tal-2015 huma l-kummerċ tal-azzar, inklużi kwalunkwe attivitajiet b'imgħax, u li parti sinifikanti tax-xirjiet tagħha tal-azzar issir mingħand kumpaniji oħra fl-NLMK Group. |
|
(126) |
Barra minn hekk, NLMK innifisha rrikonoxxiet fis-sottomissjoni tagħha tas-7 ta' Ġunju 2017 li għall-prodotti GOES, Novex taġixxi bħala importatur relatat, fatt li jikkorrobora l-konklużjoni li Novex mhijiex ekwivalenti għal dipartiment intern għall-bejgħ ta' NLMK. |
|
(127) |
Għal dawn ir-raġunijiet, il-Kummissjoni kkonkludiet li r-relazzjoni bejn Novex u NLMK ma kinitx waħda ta' dipartiment integrat u intern għall-bejgħ li bis-saħħa tagħha ż-żewġ entitajiet legali setgħu jikkostitwixxu entità ekonomika waħdanija, iżda minflok tqieset ekwivalenti għal aġent li jaħdem bil-kummissjoni bit-tifsira tal-Artikolu 2(10)(i) tar-Regolament bażiku. |
|
(128) |
Wara d-divulgazzjoni finali, NLMK tenniet it-talba tagħha li hija u l-kummerċjant Novex jikkostitwixxu entità ekonomika unika. Hija ħasset li l-Kummissjoni naqqset milli tieħu inkunsiderazzjoni r-realtà ekonomika tar-relazzjonijiet bejn iż-żewġ entitajiet. B'mod partikolari, hija kkritikat lill-Kummissjoni li l-approċċ tal-Kummissjoni rigward Novex kien purament formali u teoretiku. Novex ma kinitx irreġistrata bħala kumpanija kummerċjali u n-nuqqas ta' limitazzjoni formali kien immaterjali, minħabba li fir-realtà ma ħadux il-provvista tagħhom minn sorsi oħra. Barra minn hekk, anki jekk kien hemm kuntratt bejn NLMK u Novex, ikun hemm solidarjetà effettiva bejn iż-żewġ entitajiet. Ir-riżultati ta' novex kienu allegatament kompletament ikkonsolidati fil-kontijiet tal-grupp. |
|
(129) |
Il-Kummissjoni ma laqgħetx dawn it-talbiet. Sabiex tiġi vvalutata r-relazzjoni bejn Novex u NLMK, l-eżistenza ta' kuntratt qafas li jirregola l-bejgħ u x-xiri bejn it-tnejn li huma ma jistax jiġi miċħud bħala teoretiku jew formali. Iżda, dan juri li ż-żewġ entitajiet għandhom funzjonijiet differenti u li ma hemm l-ebda relazzjoni ta' subordinazzjoni bejniethom. Barra minn hekk, mhuwiex komuni għal dipartiment ta' bejgħ intern biex iwettaq funzjonijiet ta' importazzjoni, li jkun wettaq Novex għal mill-inqas prodott wieħed tal-azzar (GOES). Fl-aħħar nett, Novex jista' f'xi ħin jiddeċiedi li jixtri HRF minn sorsi oħra, li dipartiment tal-bejgħ tal-esportazzjoni integrat ma jixtrix. Skont dan, il-Kummissjoni żammet il-pożizzjoni tagħha li aġġustament skont l-Artikolu 2(10)(i) tar-Regolament bażiku kien ġustifikat. |
|
(130) |
Wara d-divulgazzjoni finali, anki MMK ikkontestat, għall-ewwel darba, l-applikazzjoni tal-Artikolu 2(9) tar-Regolament bażiku f'dak li għandu x'jaqsam mal-kummerċjant relatat MMK Trade Steel AG. B'riflessjoni tal-fehmiet legali ta' Severstal, hija sostniet ukoll li l-kontroll sħiħ mill-kumpanija ewlenija u l-allokazzjoni ta' profitti u t-telf għall-kumpanija ewlenija Russa wrew li MMK Trade Steel AG kienet parti minn netwerk ta' esportazzjoni uniku. |
|
(131) |
Il-Kummissjoni tenniet il-pożizzjoni tagħha legali li l-kummerċjanti/importaturi jistgħu jiġu trattati skont l-Artikolu 2(9) tar-Regolament bażiku meta jwettqu funzjonijiet ta' importaturi, anki jekk ikunu barra l-Unjoni. MMK Trade Steel AG taqa' f'dik il-kategorija, kif instab fl-investigazzjoni dwar prodotti tal-azzar irrumblati ċatti fil-kiesaħ mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina (12). |
|
(132) |
Għaldaqstant, barra minn hekk il-Kummissjoni ma tistax ma taċċettax it-talba li MMK u MMK Trade Steel AG jistgħu jiffurmaw entità ekonomika waħda. F'kull każ, MMK kienet topera wkoll id-dipartiment tagħha stess fir-Russja u biegħet parti mill-azzar tagħha direttament lill-Ewropa. Skont dan, Trade Steel AG ma tistax titqies bħala dipartiment ta' esportazzjoni intern ta' MMK. |
3.4.3. Paragun
|
(133) |
Il-Kummissjoni qabblet il-valur normali u l-prezz tal-esportazzjoni tal-produtturi esportaturi fuq il-bażi tal-prezz mill-fabbrika. |
|
(134) |
Meta dan kien iġġustifikat mill-ħtieġa li jiġi żgurat tqabbil ġust, il-Kummissjoni aġġustat il-valur normali u / jew il-prezz tal-esportazzjoni għad-differenzi li jaffettwaw il-paragunabbiltà tal-prezzijiet skont l-Artikolu 2(10) tar-Regolament bażiku. Saru aġġustamenti għal karatteristiċi fiżiċi (fil-medda ta' bejn 0 % u 2 %) għat-trasport, l-assigurazzjoni, l-immaniġġar, it-tagħbija u spejjeż anċillari (fil-medda ta' bejn 1 % u 8 %), ippakkjar (fil-medda ta' bejn 0 % u 1 %), spejjeż ta' kreditu (fil-medda ta' bejn 0 % u 2 %), kummissjonijiet (fil-medda ta' bejn 0 % u 4 %), fatturi oħra (fil-medda ta' bejn 0 % u 1 %). |
|
(135) |
Wara d-divulgazzjoni tad-Dokument ta' Informazzjoni, Severstal sostniet li xi aġġustamenti BĠA saru b'mod skorrett, jiġifieri l-aġġustamenti għall-introjtu finanzjarju u l-ispejjeż tat-trasport. |
|
(136) |
Skont il-kumpanija, l-introjtu finanzjarju kellu jittieħed inkonsiderazzjoni għad-determinazzjoni tal-perċentwali ta' BĠA. Barra minn hekk, id-dħul għall-kumpanija sussidjarja relatata fl-Iżvizzera kien fl-istess ħin nefqa għal Severstal kif irrapportat fit-tabella G-PL fit-tweġibiet għall-kwestjonarji, li min-naħa tagħha kienet ittieħdet inkonsiderazzjoni meta ġie ddeterminat jekk il-bejgħ fis-suq domestiku sarx fil-kors ordinarju tal-kummerċ. |
|
(137) |
Il-Kummissjoni ma laqgħetx din it-talba. Severstal kemm tipproduċi kif ukoll tbigħ firxa wiesgħa ta' prodotti u ma kinitx f'pożizzjoni turi li l-introjtu finanzjarju inkwistjoni, li huwa self estiż mill-kumpanija sussidjarja Żvizzera għall-impriża prinċipali, kien relatat mal-prodott ikkonċernat. |
|
(138) |
Wara d-divulgazzjoni, Severstal tenniet id-dikjarazzjoni tagħha u sostniet li l-introjtu finanzjarju msemmi hawn fuq huwa “l-interessi mis-self mogħti biex jiġu ffinanzjati prodotti ta' ċiklu twil ta' produzzjoni ta' Severstal, li l-prodott ikkonċernat huwa parti minnhom.” Barra minn hekk, hija talbet biex talloka l-ammont rilevanti għall-prodott ikkonċernat biss. Madankollu, għall-Kummissjoni, din it-talba ma setgħetx tintlaqa' billi ma kinitx dettaljata, għalfejn self ġenerali għal “ċiklu twil ta' produzzjoni tal-prodotti” kien relatat ukoll mal-prodott ikkonċernat. |
|
(139) |
Rigward l-aġġustament għall-ispejjeż tat-trasport, Severstal sostniet li l-Kummissjoni kienet waslet għal ammont żbaljat ta' spejjeż tat-trasport bħala porzjon mill-ispejjeż BĠA. |
|
(140) |
Il-Kummissjoni aċċettat il-pretensjoni ta' Severstal rigward l-ispejjeż tat-trasport u għall-kalkoli użat l-ispejjeż effettivi tat-trasport kif irrapportati mill-kumpanija. Sabiex jiġi evitat l-għadd doppju, ġew issettjati f'zero ladarba kienu diġà ttieħdu inkonsiderazzjoni fil-kalkolu tal-adattamenti. |
3.4.4. Marġni ta' dumping
|
(141) |
Għall-produtturi esportaturi, il-Kummissjoni qabblet il-valur normali medju ponderat ta' kull tip ta' prodott simili mal-medja ponderata tal-prezz tal-esportazzjoni tat-tip korrispondenti tal-prodott ikkonċernat, skont l-Artikoli 2(11) u (12) tar-Regolament bażiku. |
|
(142) |
Il-livell ta' kooperazzjoni fir-Russja huwa għoli minħabba li l-esportazzjonijiet tal-produtturi esportaturi li kkooperaw ammontaw għal kważi 100 % tal-esportazzjonijiet totali lejn l-Unjoni matul il-perjodu ta' investigazzjoni. Għalhekk, il-Kummissjoni ddeċidiet li tistabbilixxi l-marġni ta' dumping għall-pajjiż kollu u applikabbli għall-kumpaniji kollha l-oħrajn fl-istess livell bħal dak stabbilit għall-kumpanija bl-ogħla marġni ta' dumping, jiġifieri Public Joint Stock Company Magnitogorsk Iron & Steel Works (PJSC MMK) Group. |
|
(143) |
Il-marġnijiet ta' dumping, espressi bħala perċentwali tal-prezz CIF fil-fruntiera tal-Unjoni, bid-dazju mhux imħallas, huma kif ġej:
|
3.5. Is-Serbja
|
(144) |
Fis-Serbja, hemm produttur esportatur wieħed biss tal-prodott ikkonċernat li kkoopera bis-sħiħ ma' din l-investigazzjoni. Il-parti l-kbira tal-bejgħ tiegħu lejn l-Unjoni kienet bejgħ dirett lil xerrejja indipendenti, għalkemm xi wħud mit-tranżazzjonijiet saru permezz ta' importatur relatat fis-Slovakkja. |
3.5.1. Valur normali
|
(145) |
Il-valur normali għall-produttur esportatur uniku kien stabbilit b'konformità mal-metodoloġija ġenerali stabbilita fit-Taqsima 3.1.1. ta' hawn fuq. B'riżultat ta' dan, il-valur normali għal 23 % tat-tipi ta' prodott li rrappreżentaw 71 % tal-volum esportat mill-produttur esportatur lejn l-Unjoni kien ibbażat fuq il-prezz domestiku fil-kors ordinarju tal-kummerċ. Kull meta l-volum totali ta' bejgħ domestiku ta' xi tip ta' prodott lil klijenti indipendenti matul il-perjodu ta' investigazzjoni rrappreżenta inqas minn 5 % tal-volum totali tal-bejgħ għall-esportazzjoni lejn l-Unjoni tat-tip ta' prodott identiku jew komparabbli, il-valur normali għal dak it-tip inħadem bl-użu tal-ispejjeż BĠA u l-profitt ta' dak it-tip u mhux tal-medja ponderata tal-ispejjeż BĠA u tal-profitt. Madankollu, jekk il-prezz medju ponderat ta' xi tip ta' prodott kien inqas mill-ispiża tal-produzzjoni għal kull unità, il-valur normali kien stabbilit b'konformità mal-metodoloġija stabbilita fil-premessa (55) ta' hawn fuq. |
3.5.2. Il-prezz tal-esportazzjoni
|
(146) |
Il-prezz tal-esportazzjoni ġie stabbilit bl-użu tal-metodoloġija ġenerali stabbilita fit-Taqsima 3.1.2. ta' hawn fuq u b'mod partikolari fl-Artikolu 2(8) tar-Regolament bażiku. Għall-bejgħ permezz tal-importatur relatat, il-prezz tal-esportazzjoni nħadem fuq il-bażi tal-Artikolu 2(9) tar-Regolament bażiku. |
3.5.3. Paragun
|
(147) |
Il-Kummissjoni qabblet il-valur normali u l-prezz tal-esportazzjoni tal-produttur esportatur uniku fuq il-bażi tal-prezz mill-fabbrika. |
|
(148) |
Meta dan kien iġġustifikat mill-ħtieġa li jiġi żgurat tqabbil ġust, il-Kummissjoni aġġustat il-valur normali u / jew il-prezz tal-esportazzjoni għad-differenzi li jaffettwaw il-paragunabbiltà tal-prezzijiet skont l-Artikolu 2(10) tar-Regolament bażiku. Saru aġġustamenti għat-trasport, l-assigurazzjoni, l-immaniġġar, it-tagħbija u spejjeż anċillari (fil-medda ta' bejn 5 % u 9 %), spejjeż ta' kreditu (fil-medda ta' bejn 0 % u 1,5 %), tariffi tal-banek (fil-medda ta' bejn 0 % u 1 %) u kummissjonijiet (fil-medda ta' bejn 0,5 % u 2 %). |
3.5.4. Marġni ta' dumping
|
(149) |
Il-Kummissjoni qabblet il-valur normali medju ponderat ta' kull tip ta' prodott simili mal-prezz tal-esportazzjoni medju ponderat tat-tip korrispondenti tal-prodott ikkonċernat, skont l-Artikoli 2(11) u (12) tar-Regolament bażiku. |
|
(150) |
Il-livell ta' kooperazzjoni mis-Serbja kien għoli ħafna minħabba li l-esportazzjonijiet tal-produttur esportatur li kkoopera ammontaw għal madwar 100 % tal-esportazzjonijiet totali lejn l-Unjoni matul il-perjodu ta' investigazzjoni. Fuq din il-bażi, il-Kummissjoni stabbilixxiet il-marġni ta' dumping għall-pajjiż kollu fl-istess livell bħal dak għall-produttur esportatur uniku. |
|
(151) |
Il-marġnijiet ta' dumping, espressi bħala perċentwali tal-prezz CIF fil-fruntiera tal-Unjoni, bid-dazju mhux imħallas, huma kif ġej:
|
3.6. L-Ukrajna
|
(152) |
Hemm grupp wieħed magħmul minn tliet produtturi esportaturi relatati tal-prodott ikkonċernat fl-Ukrajna (kollettivament imsemmi “il-produttur esportatur” f'din it-taqsima) li kkooperaw bis-sħiħ ma' din l-investigazzjoni. Tnejn mis-siti ta' produzzjoni huma bbażati f'Mariupol fir-reġjun ta' Donetsk, li matul l-investigazzjoni kien reġjun ta' kunflitt. Fuq talba tal-produttur esportatur, il-Kummissjoni ddeċidiet li teskludi mill-kalkolu wieħed minn dawn is-siti, li kellu biss volumi ta' esportazzjoni żgħar lejn l-Unjoni. |
|
(153) |
Fil-kummenti tiegħu dwar id-Dokument ta' Informazzjoni, l-ilmentatur talab li l-Kummissjoni tispjega d-deċiżjoni tagħha li teskludi kumpanija waħda tal-Ukrajna mill-kalkolu tal-marġni ta' dumping. |
|
(154) |
Il-Kummissjoni eskludiet il-kumpanija billi l-porzjon żgħir tal-bejgħ tagħha meta mqabbel mal-bejgħ tal-grupp ma kienx se jaffettwa l-marġni ta' dumping. Barra minn hekk, minħabba l-attivitajiet militari fir-reġjun, il-verifika tad-data rilevanti kienet impossibbli. Il-Kummissjoni qieset is-sitwazzjoni bħala forza maġġuri. |
|
(155) |
Fis-suq domestiku, il-produttur esportatur kien ibigħ il-prodott simili direttament u permezz ta' kummerċjant relatat. |
|
(156) |
Il-bejgħ kollu mill-produttur esportatur lejn l-Unjoni kien isir permezz ta' kummerċjant relatat fl-Iżvizzera. Il-kummerċjant kien ibigħ il-prodott ikkonċernat lil importaturi kemm relatati kif ukoll mhux relatati fl-Unjoni. |
3.6.1. Valur normali
|
(157) |
Il-valur normali għall-produttur esportatur kien stabbilit b'konformità mal-metodoloġija ġenerali stabbilita fit-Taqsima 3.1.1. ta' hawn fuq. Il-valur normali għal wieħed mis-siti ta' produzzjoni kien ibbażat esklussivament fuq il-prezzijiet domestiċi fil-kors ordinarju tal-kummerċ. Il-valur normali għas-sit ta' produzzjoni l-ieħor f'parti minnu kien ibbażat fuq il-prezzijiet domestiċi fil-kors ordinarju tal-kummerċ (għal 38 % tat-tipi ta' prodott li jirrappreżentaw 12 % tal-volum totali tal-esportazzjonijiet lejn l-Unjoni minn dak is-sit) u f'parti minnu nħadem. Kull meta l-volum totali ta' bejgħ domestiku ta' xi tip ta' prodott lil klijenti indipendenti matul il-perjodu ta' investigazzjoni rrappreżenta inqas minn 5 % tal-volum totali tal-bejgħ għall-esportazzjoni lejn l-Unjoni tat-tip ta' prodott identiku jew komparabbli, il-valur normali għal dak it-tip inħadem bl-użu tal-ispejjeż BĠA u l-profitt ta' dak it-tip u mhux tal-medja ponderata tal-ispejjeż BĠA u tal-profitt. Madankollu, jekk il-prezz medju ponderat ta' xi tip ta' prodott kien inqas mill-ispiża tal-produzzjoni għal kull unità, il-valur normali kien stabbilit b'konformità mal-metodoloġija stabbilita fil-premessa (55) ta' hawn fuq. |
|
(158) |
Il-produttur esportatur sostna aġġustament għall-ispejjeż tal-produzzjoni f'wieħed mis-siti ta' produzzjoni bbażati fiż-żona tal-kunflitt, jiġifieri Ilyich Iron and Steel Works ta' Mariupol (“Ilyich”), minħabba l-ispejjeż ta' produzzjoni mhux normali kkawżati direttament u indirettament mill-operazzjonijiet militari fir-reġjun. Il-produttur esportatur ippropona li jiġi stabbilit il-livell tal-aġġustament b'paragun tal-evoluzzjoni tal-ispejjeż għal kull unità f'Ilyich mal-evoluzzjoni tal-ispejjeż għal kull unità fis-sit ta' produzzjoni mhux affettwat mill-kunflitt, jiġifieri Integrated Iron and Steel Works Zaporizhstal (“Zaporizhstal”). Sabiex jiġi stabbilit dak li l-produttur esportatur irrefera għalih bħala “spejjeż għal kull unità”, għal kull sit ta' produzzjoni l-produttur esportatur ħa l-ispejjeż tal-oġġetti mibjugħa kollha u ddividihom bil-volum tal-prodotti tal-azzar b'laminazzjoni termali prodotti fis-sena kalendarja konkreta. Il-produttur esportatur segwa dan il-metodu mill-2013 (il-perjodu ta' qabel il-kunflitt) sal-2015 u fuq din il-bażi ppropona aġġustament 'l isfel tal-ispejjeż ta' Ilyich b'ċertu perċentwali. |
|
(159) |
Wara li kkunsidratu bir-reqqa, il-Kummissjoni qieset li l-metodu propost ta' kwantifikazzjoni tal-aġġustament mhuwiex xieraq. L-ewwel, dak li sar riferiment għalih bħala“spejjeż għal kull unità” ma kienx jikkorrispondi għall-ispejjeż għal unità ta' azzar ċatt b'laminazzjoni termali billi kien jinkludi l-ispejjeż għall-oġġetti mibjugħa kollha, bl-inklużjoni ta' oġġetti oħra. Dawk l-oġġetti l-oħra ffurmaw parti sinifikanti mill-produzzjoni f'Zaporizhstal u parti saħansitra ikbar mill-produzzjoni f'Ilyich. Il-metodu ta' kwantifikazzjoni tal-aġġustament xejn ma kkunsidra l-iżvilupp tal-output u tal-ispejjeż tal-prodotti l-oħrajn. L-output u l-ispejjeż tal-prodotti l-oħrajn ma baqgħux kostanti matul il-perjodu kollu li għalih il-produttur esportatur ippropona l-użu ta' dan il-metodu. Il-produttur esportatur ammetta fis-sottomissjoni tiegħu li Ilyich għadda minn żieda sostanzjali fil-produzzjoni ta' xi wħud mill-prodotti l-oħrajn bejn l-2012 u l-2016. Il-metodu ta' kwantifikazzjoni tal-aġġustament attribwixxa dawk l-ispejjeż dejjem jiżdiedu lill-output dejjem jonqos ta' azzar ċatt b'laminazzjoni termali u b'hekk għolla, b'mod possibbilment sinifikanti, iż-żieda f'dak li hu sejjaħ l-ispejjeż għal kull unità. It-tieni, anki jekk l-ispejjeż li l-użu tagħhom li ppropona l-produttur esportatur kienu l-ispejjeż effettivi tal-produzzjoni ta' prodotti tal-azzar ċatt b'laminazzjoni termali, huwa ppropona li l-kwantità tal-produzzjoni titqabbel mal-ispejjeż tal-bejgħ, mingħajr kunsiderazzjoni xierqa għall-varjazzjoni fil-ħażniet. Il-produttur esportatur kellu jqabbel jew il-kwantità tal-produzzjoni mal-ispejjeż tal-produzzjoni jew il-kwantità mibjugħa mal-ispejjeż tal-bejgħ. It-tielet, il-metodu ta' kwantifikazzjoni tal-aġġustament qabbel ix-xejriet sas-sena kalendarja 2015 u jipproponi li jiġi applikat ir-riżultat ta' dan il-kalkolu — jiġifieri t-tnaqqis — fuq id-data tal-perjodu ta' investigazzjoni (mill-1 ta' Lulju 2015 sat-30 ta' Ġunju 2016). Dan hu skorrett billi l-metodu kellu jsegwi x-xejriet sal-perjodu ta' investigazzjoni. |
|
(160) |
Fil-kummenti tiegħu dwar id-Dokument ta' Informazzjoni, il-produttur esportatur ma indirizzax in-nuqqasijiet tal-metodu ta' kwantifikazzjoni tal-aġġustament li ġie diskuss hawn fuq. Minflok, huwa qabbel l-ispejjeż tal-manifattura għal kull tip ta' prodott bejn iż-żewġ siti tul il-perjodu ta' investigazzjoni, bl-argument li r-riżultat ta' dan l-eżerċizzju kien simili għal dak li jrendi l-metodu ta' kwantifikazzjoni tal-aġġustament. Madankollu, il-produttur esportatur injora l-fatt li proprju r-raġuni għaliex huwa rrikorra għall-metodu ta' kwantifikazzjoni tal-aġġustament kienet li l-ispejjeż taż-żewġ siti ma jistgħux sempliċiment jitqabblu tul ċerta sena billi kienu differenti sa minn qabel il-kunflitt. Skont id-data użata għall-metodu ta' kwantifikazzjoni tal-aġġustament, “l-ispejjeż għal kull unità” f'Ilyich fl-2013 kienu ħafna ogħla mill-ispejjeż għal kull unità f'Zaporizhstal. Id-differenza espressa bħala proporzjon hija ikbar mid-differenza fl-ispejjeż tal-manifattura għal kull tip ta' prodott bejn iż-żewġ siti matul il-perjodu ta' investigazzjoni, li l-produttur esportatur ried jużah sabiex jappoġġa l-metodu. |
|
(161) |
Fil-kummenti tiegħu dwar id-divulgazzjoni finali, il-produttur esportatur argumenta li l-Kummissjoni ma kinitix involuta fi djalogu kostruttiv mal-produttur esportatur billi titlob jew tispeċifika informazzjoni addizzjonali li setgħet kienet meħtieġa għal valutazzjoni xierqa tal-pretensjoni. Skont il-produttur esportatur, l-unika darba li l-Kummissjoni speċifikat liema informazzjoni u metodoloġija kienet meħtieġa sabiex tiġi vvalutata l-pretensjoni kienet fid-divulgazzjoni finali tas-17 ta' Lulju 2017. |
|
(162) |
Il-Kummissjoni nnutat li din il-pretensjoni mhijiex fattwalment korretta. Fl-4 ta' April 2017, ġiet ikkomunikata spjegazzjoni dettaljata tan-nuqqasijiet tal-metodu ta' aġġustament propost lill-produttur esportatur, fl-Anness 4 tad-Dokument tal-Informazzjoni. Ir-raġuni għall-inklużjoni ta' din id-deskrizzjoni dettaljata kienet biex il-produttur esportatur jingħata l-opportunità u żmien biżżejjed biex jiġu indirizzati dawn in-nuqqasijiet. Kif imsemmi fil-premessa (160) above, il-produttur esportatur ma għamilx dan. |
|
(163) |
Fil-kummenti dwar id-divulgazzjoni finali, il-produttur esportatur sostna li oġġetti għajr prodotti tal-azzar b'laminazzjoni termali msemmija fil-premessa (159) above ma ffurmawx parti mill-produzzjoni f'Zaporizhstal u f'Ilyich. Sabiex jappoġġa din it-talba, il-produttur esportatur irrefera għad-data ppreżentata lill-Kummissjoni fis-16 ta' Frar 2017, li tikkonċerna l-kwantitajiet ta' produzzjoni f'Ilyich. |
|
(164) |
Dwar dan il-punt, il-Kummissjoni nnutat li d-data msemmija mill-produttur esportatur ġiet ippreżentata, wara li ż-żjara ta' verifika kienet diġà saret u għalhekk ma setgħetx tkun verifikata. Barra minn hekk, id-data tikkonċerna l-kwantità ta' produzzjoni f'tunnellati, u ma tikkonċernax l-ispejjeż jew il-valur. Il-kwantità prodotta ma tirriflettix l-ispejjeż tal-produzzjoni, speċjalment meta jiġi kkunsidrat li l-prodotti l-oħrajn jinkludu iktar valur miżjud u b'hekk prodotti bi spiża addizzjonali bħal azzar b'laminazzjoni kiesħa u azzar galvanizzat. Rigward id-data użata mill-Kummissjoni għad-dikjarazzjoni tagħha, bir-risposta għall-kwestjonarju antidumping, il-produttur esportatur ippreżenta d-data dwar il-fatturat iġġenerat mill-impjant, il-fatturat iġġenerat mid-diviżjoni rilevanti tal-impjant u l-fatturat iġġenerat mill-prodott ikkonċernat. Din id-data tal-fatturat ġiet ivverfikata mill-Kummissjoni waqt iż-żjara u intużat bħala indikatur għall-ispejjeż, li kuri li l-prodotti tal-azzar b'laminazzjoni mhux termali iffurmaw parti sinifikanti tal-produzzjoni f'Ilyich. |
|
(165) |
Fil-kummenti ulterjuri tad-divulgazzjoni finali, il-produttur esportatur ma qabilx mal-kumment tal-Kummissjoni fil-premessa (159) above rigward iż-żieda fil-produzzjoni ta' prodotti tal-azzar b'laminazzjoni mhux termali li indebitament jgħollu l-“ispejjeż għal kull unità” użati fil-metodu. Il-produttur esportatur sostna li ż-żieda ġenerali tal-ispiża totali tal-oġġetti mibjugħa minn Ilyich tmur kontra l-loġika tal-Kummissjoni li żieda tal-output ta' prodotti oħra jistgħu jgħollu l-ispiża ta' kull unità kkalkulata għall-prodotti tal-azzar b'laminazzjoni termali. |
|
(166) |
Il-Kummissjoni ma qablitx ma' dan il-kumment. Kif imsemmi hawn fuq, il-produttur esportatur stabbilixxa l-“ispiża għall kull unità” billi ddivida l-ispejjeż kollha tal-oġġetti mibjugħa (inkluż il-prodotti tal-azzar b'laminazzjoni mhux termali) bil-kwantità tal-oġġetti tal-azzar b'laminazzjoni termali, prodotti mill-impjant matul il-perjodi rilevanti. Kif rikonoxxut mill-produttur esportatur, matul il-perjodu li ġie kkunsidrat mill-metodu, il-kwantià ta' ċerti prodotti tal-azzar b'laminazzjoni mhux termali żdiedet b'mod sinifikanti. L-ispejjeż żejda li rriżultaw tal-produzzjoni ta' dawn il-prodotti ġew attribwiti mill-metodu propost mill-produttur esportatur għal prodotti tal-azzar b'laminazzjoni termali li kkaġunaw żieda fl-ispejjeż għal kull unità (jiġfieri għaż-żieda tal-ispejjeż għal kull unità matul il-perjodu rilevanti) li fuq il-bażi tagħhom il-produttur esportatur ippropona li jaġġusta l-ispejjeż f'Ilych. Dan jibqa' validu, indipendentement minn jekk l-ispejjeż ġenerali tal-oġġetti mibjugħa mill-impjant żdiedux, tnaqqsux jew baqgħux kostanti. |
|
(167) |
Rigward il-kumment tal-Kummissjoni fil-premessa (159) li l-metodu kellu jsegwi t-tendenzi sal-perjodu tal-investigazzjoni, il-produttur esportatur sostna fil-kummenti tiegħu rigward id-divulgazzjoni finali li ma kienx f'pożizzjoni li jipprovdi d-data għall-perjodu tal-investigazzjoni biex tiġi użata fil-metodu, minħabba li sa ftit ilu r-rapport awditjat tal-2016 ma kienx disponibbli. |
|
(168) |
Dwar dan il-punt, il-Kummissjoni semmiet li l-produttur esportatur kien f'pożizzjoni li jippreżenta ammonti sostanzjali tad-data tal-perjodu ta' investigazzjoni għall-finijiet ta' tlestija tal-kwestjonarju dwar l-antidumping. Għaldaqstant mhuwiex ċar għalfejn il-produttur esportatur ma setax jipproduċi data tal-perjodu ta' investigazzjoni għall-iskop ta' sostanzjar tal-metodu propost. Dan huwa iktar minnu billi, kif imsemmi fil-premessa (162) above, il-produttur esportatur kellu l-opportunità u ż-żmien biex jagħmel dan. |
|
(169) |
Fl-aħħar nett, fil-kummenti tiegħu dwar id-divulgazzjoni finali, il-produttur esportatur saħaq li d-differenza fl-ispejjeż tal-produzzjoni skont it-tip tal-prodott matul il-perjodu ta' investigazzjoni bejn iż-żewġ siti ta' produzzjoni, diskussi fil-premessa (160) above, tappoġġa l-metodu ta' aġġustament minħabba li d-differenza hija simili għal dik żviluppata mill-metodu. |
|
(170) |
Il-Kummissjoni ma qablitx ma' dan il-kumment. Fil-kummenti tiegħu, il-produttur esportatur ma indirizzax il-fatt li skont id-data użata għall-metodu ta' kwantifikazzjoni, l-“ispejjeż għal kull unità” fl-2013 (jiġifieri taħt kundizzjonijiet normali ta' qabel kunflitt) f'Ilyich kienu ferm ogħla mill-“ispiża għal kull unità” f'Zaporizhstal. Id-differenza espressa bħala proporzjon hija ikbar mid-differenza fl-ispejjeż tal-manifattura għal kull tip ta' prodott bejn iż-żewġ siti matul il-perjodu ta' investigazzjoni. Dan ifisser li, jew id-diskrepanza bejn l-ispejjeż tal-unità Ilyich u Zaporizhstal naqset bejn l-2013 u l-perjodu ta' investigazzjoni (jiġifieri l-ispejjeż għal kull unità ta' Ilyich naqsu relattivament mal-ispejjeż għal kull unità ta' Zaporizhstal) jew “l-ispejjeż għal kull unità” użati fil-metodu huma kompletament mhux affidabbli. Kif spjegat fil-premessa (159) hawn fuq, mill-inqas tal-aħħar huwa veru, minħabba li l-“ispejjeż għal kull unità” skont il-metodu huma mgħawġa minħabba l-inklużjoni ta' spejjeż ta' bejgħ ta' prodotti oħrajn, li ġew prodotti b'mod differenti fiż-żewġ siti matul il-perjodu rilevanti. Dan ifisser li d-differenza fl-ispiża tal-produzzjoni għal kull tip ta' prodott matul il-perjodu tal-investigazzjoni ma tappoġġax il-preċiżjoni tal-metodu propost mill-produttur esportatur. |
|
(171) |
Għal dawn ir-raġunijiet imsemmija hawn fuq, din il-pretensjoni ġiet miċħuda. |
|
(172) |
Fid-dikjarazzjonijiet finanzjarji tagħha, Zaporizhstal irrikonoxxiet telf sinifikanti dovut għad-differenzi fil-kambju li rriżultaw mill-konverżjoni ta' tranżazzjonijiet mhux denominati fil-hryvnia tal-Ukrajna. Il-produttur esportatur argumenta li dawn l-ispejjeż mhux imġarrba fil-kors ordinarju tal-kummerċ ikollhom jiġu stabbiliti b'konformità mal-Artikolu 2(6)(c) tar-Regolament bażiku u llimitati f'livell li jirrappreżenta l-kundizzjonijiet ta' operat normali tal-kumpanija. |
|
(173) |
Il-Kummissjoni ma qablitx ma' dan l-argument. Dan it-telf ġie mniżżel kif dovut fil-kontijiet tal-kumpanija u ġġarrab waqt il-perjodu ta' investigazzjoni. Il-Kummissjoni għalhekk ċaħdet din il-pretensjoni; qieset dawk bħala parti mill-ispejjeż BĠA tal-kumpanija relatati mal-operat tagħha u inkludiethom fil-kalkolu tal-valur normali. |
|
(174) |
Fil-kummenti tiegħu dwar id-Dokument ta' Informazzjoni, il-produttur esportatur irrikonoxxa li l-ispejjeż finanzjarji użati fil-kalkolu tal-ispejjeż BĠA ta' Zaporizhstal kienu mniżżla kif dovut fil-kontijiet tal-kumpanija u ġġarrbu waqt il-perjodu ta' investigazzjoni. Imbagħad, il-produttur esportatur tenna l-argument tiegħu li l-ispejjeż BĠA inkwistjoni kellhom ikunu bbażati fuq l-Artikolu 2(6)(c) tar-Regolament bażiku, u xi wħud mill-ispejjeż finanzjarji ma kinux relatati mal-produzzjoni u / jew il-bejgħ tal-prodotti. Sabiex isaħħaħ dan l-argument, il-produttur esportatur ippreżenta sett ġdid ta' data, sew wara li saret iż-żjara ta' verifika u li tressqet il-pretensjoni oriġinarjament. Fl-aħħar, il-produttur esportatur ġibed l-attenzjoni għal diversi dispożizzjonijiet fir-Regolament bażiku li jirregolaw kif jinħadmu l-ispejjeż BĠA u li jirrikjedu li dan il-mod ikun wieħed “raġonevoli”. |
|
(175) |
Il-Kummissjoni ma qablitx ma' din l-analiżi. Skont l-Artikolu 2(6) tar-Regolament bażiku, l-ispejjeż BĠA għandhom ikunu bbażati fuq data attwali relattiva għall-produzzjoni u l-bejgħ. Biss meta dawn l-ammonti ma jistgħux jiġu ddeterminati, tista' tiġi skattata d-dispożizzjoni tal-Artikolu 2(6)(c). Kif ġie rikonoxxut mill-produttur esportatur, id-data attwali tal-ispejjeż BĠA hija disponibbli fil-kontijiet tiegħu u tinkludi l-ispejjeż finanzjarji inkwistjoni. L-argument li xi wħud mill-ispejjeż finanzjarji mhumiex relatati mal-produzzjoni u / jew il-bejgħ tal-prodotti għandu jiġi rrifjutat. L-ewwel, id-data ppreżentata mill-produttur esportatur biex jissostanzja din il-pretensjoni ma tistax tiġi vverifikata f'din il-fażi tal-investigazzjoni. Il-produttur esportatur kellu biżżejjed żmien u notifika minn qabel biex jipprovdi din il-informazzjoni meta saret il-verifika, iżda ma ħax vantaġġ minn din l-opportunità. It-tieni, Zaporizhstal hija attiva biss fil-produzzjoni u fil-bejgħ tal-prodotti tagħha. Qatt ma ġiet ippreżentata evidenza kuntrarja mill-produttur esportatur. Ir-referenza għar-rekwiżit li l-mod ta' kif jinħadmu l-ispejjeż BĠA ikun raġonevoli hija irrelevanti billi l-Kummissjoni ma ħadmitx l-ispejjeż BĠA inkwistjoni, iżda stabbilixxiethom skont ir-rekwiżiti tal-Artikolu 2(6) tar-Regolament bażiku. Għaldaqstant, din il-pretensjoni ġiet irrifjutata. |
|
(176) |
Fil-kummenti tiegħu dwar id-divulgazzjoni finali, il-produttur esportatur argumenta li l-ispejjeż inkwistjoni kienu jirrigwardaw operazzjoni ekonomika tal-impjant, iżda mhux għall-operazzjoni li tinvolvi l-produzzjoni u l-bejgħ tal-prodott ikkonċernat. Il-produttur esportatur argumenta wkoll li l-Kummissjoni ma indirizzatx l-elementi ta' prova dwar it-talba biex teskludi dawn l-ispejjeż. Il-produttur esportatur sussegwentement argumenta li l-Kummissjoni ċaħdet anki l-fatt li ebda evidenza ma kienet sottomessa bħala sostenn għall-pretensjoni, billi ddikjarat li ma ġiet ppreżentata l-ebda evidenza li tikkontradixxi li Zaporizhstal hija biss attiva fil-produzzjoni u l-bejgħ tal-prodotti tagħha. Fl-aħħar nett, f'dak li għandu x'jaqsam mal-osservazzjoni tal-Kummissjoni dwar is-sett ta' data ppreżentata biex tiġi appoġġata l-esklużjoni ta' xi spejjeż finanzjarji, il-produttur esportatur iddikjara li din il-pretensjoni saret bħala risposta għall-kwestjonarju dwar l-antidumping u d-data rilevanti kienet fir-rapport awditjat sottomess b'risposta. |
|
(177) |
Bħala risposta għal dan, il-Kummissjoni nnutat li l-produttur esportatur għamel żewġ talbiet marbutin ma din il-pretensjoni. L-ewwel talba, li saret bħala risposta għall-kwetjonarju antidumping u mbagħad issostanzjata fil-komunikazzjoni tagħha tal-5 ta' Jannar 2017, kienet biex jiġu aġġustati l-ispejjeż finanzjarji ta' Zaporizhstal għal-livell storiku taħt kundizzjonijiet operattivi normali. It-tieni talba, li saret għall-ewwel darba fil-kummenti dwar id-Dokument ta' Informazzjoni fit-2 ta' Mejju 2017, wara l-verifika ta' Zaporizhstal, kienet biex jiġu aġġustati l-ispejjeż BĠA billi jiġu esklużi l-ispejjeż li allegatament mhux relatati mal-produzzjoni u / jew bejgħ tal-prodott ikkonċernat. |
|
(178) |
Kif spjegat fil-premessa (175) hawn fuq, il-Kummissjoni ma tistax taġġusta l-ispejjeż finanzjarji ta' Zaporizhstal għal-livell storiku taħt kundizzjonijiet operattivi normali,, minħabba li skont l-Artikolu 2(6) tar-Regolament bażiku, l-ispejjeż BĠA għandhom jiġu bbażati fuq data attwali tal-produzzjonu u tal-bejgħ. Din id-data kienet għad-dispożizzjoni tal-Kummissjoni u ġiet użata fil-kalkolu rilevanti. Ma ġew provduti l-ebda argumenti ġodda dwar dan il-punt fil-kummenti tal-produttur esportatur dwar id-divulgazzjoni finali, għaldaqstant l-ebda spjegazzjoni ulterjuri ma hija meħtieġa. |
|
(179) |
Rigward it-tieni talba, jiġifieri biex jiġi aġġustat il-valur normali ta' Zaporizhstal biex jiġu eskludi l-ispejjeż allegatament mhux relatati mal-produzzjoni u / jew mal-bejgħ tal-prodott ikkonċernat, il-Kummissjoni nnutat li mhuwiex ċar mill-kummenti fid-Dokument ta' Informazzjoni li dawn l-ispejjeż mhumiex marbutin direttament jew indirettament mal-produzzjoni u / jew il-bejgħ tal-prodott ikkonċernat. Kif imsemmi hawn fuq, il-Kummissjoni għandha informazzjoni, li l-attivitajiet ta' Zaporizhstal huma limitati għall-produzzjoni u l-bejgħ tal-prodott tagħha. Għaldaqstant, l-ispejjeż finanzjarji jkunu b'xi mod jew ieħor marbutin ma' dawn l-attivitajiet. Tabilħaqq, oġġetti msemmija mill-produttur esportatur fil-kummenti dwar id-Dokument ta' Informazzjoni bħala mhux relatati mal-produzzjoni u / jew bejgħ tal-prodott ikkonċernat jinvolvu fluss ta' flus marbut ma' investimenti, self għal materjal prima li jipproduċu sussidjarji, jew obbligazzjonijiet li jirriżultaw minn benefiċċji tal-impjegati. Dawn l-ispejjeż jidhru li huma għall-inqas marbutin indirettament mal-produzzjoni u / jew mal-bejgħ tal-prodott ikkonċernat. |
|
(180) |
Verifika ulterjuri ta' din il-kwistjoni kienet impossibbli billi din it-talba kienet saret sat-2 ta' Mejju 2017, ħafna wara li ż-żjara ta' verifika rilevanti ġiet konkluża (jiġifieri, fl-24 ta' Novembru 2016). Fil-Komunikazzjoni tal-5 ta' Jannar 2017, li ġiet sottomessa wkoll wara ż-żjara ta' verifika rilevanti, il-produttur esportatur semma li xi spejjeż finanzjarji marbutin mas-self kienu intużati għal skop ġenerali u ma kinux marbutin mal-produzzjoni u l-bejgħ tal-prodott ikkonċernat. L-ebda dettalji oħra dwar dan il-punt ma ngħataw dak iż-żmien, minħabba li l-produttur esportatur ma talabx l-esklużjoni ta' dan is-self iżda sostna t-talba tiegħu biex jaġġusta l-ispejjeż finanzjarji ta' Zaporizhstal għal-ivell storiku taħt kundizzjonijiet operattivi normali. |
|
(181) |
Dwar dan il-punt, fil-kummenti tiegħu dwar id-divulgazzjoni finali, il-produttur esportatur argumenta li matul iż-żjara ta' verifika għand Zaporizhstal, il-Kummissjoni ġiet ipprovduta b'verżjoni kompleta u komprensiva ta' rapporti ta' awditjar, li tqajjem b'mod ċar il-kwistjoni tal-ispejjeż finanzjarji tal-impjant mhux marbut mal-produzzjoni u bejgħ tal-prodott ikkonċernat. Il-produttur esportatur argumenta għalhekk li l-Kummissjoni setgħet tuża din l-opportunità biex tivverifika u titlob, jekk meħtieġ, aktar kjarifiki rigward l-evidenza ppreżentata minn Zaporizhstal. |
|
(182) |
Il-Kummissjoni l-ewwel innotat li, kif imsemmi mill-produttur esportatur, ir-rapporti annwali sħaħ ta' Zaporizhstal ma ġewx ipprovduti saż-żjara ta' verifika, minkejja li kienu mitluba fil-kwestjonarju dwar l-antidumping. Kif ikkomunikat lill-produttur esportatur fl-ittra ta' qabel il-verifika tas-27 ta' Ottubru 2016, il-Kummissjoni nnotat ukoll, li l-iskop taż-żjara kien li tiġi vverifikata l-informazzjoni fir-risposti għall-kwestjonarji billi d-dettalji rreġistrati fihom jiġu vverifikati mad-dokumenti tas-sors, l-ispejjeż u r-rekords tal-kontabbiltà u d-dikjarazzjonijiet finanzjarji awditjati. Sat-2 ta' Mejju 2017, il-kwistjoni ta' ċerti spejjeż finanzjarji ta' Zaporizhstal allegatament mhux marbutin mal-produzzjoni u mal-bejgħ tal-prodott ikkonċernat ma tqajmitx u kienet imsemmija biss fil-komunikazzjoni tal-5 ta' Jannar 2017. Dawn it-tnejn seħħew wara li ż-żjajjar ta' verifika fl-istabbilimenti ta' Zaporizhstal kienu diġà ġew konklużi. Għaldaqstant, l-analiżi tal-kwistjoni u l-verifika ta' dawn l-ispejjeż ma kinux u ma setgħux kienu fil-programm ta' ħidma tal-Kummussjoni għal dik iż-żjara. Li jiġi argumentat li l-kwistjoni tal-ispejjeż finanzjarji mhux marbutin mal-produzzjoni jew il-bejgħ tqajmet sempliċement għax dawn l-ispejjeż kienu rreġistrati fir-rapporti awditjati ifisser li l-iskop taż-żjara ta' verifika r-rwol tal-Kummissjoni f'dan ma jiġix ikkunsidrat, kif ikkomunikat lill-produttur esportatur fl-ittra ta' qabel il-verifika qabel il-bidu tagħha. Dan, flimkien mal-fatt li r-rapporti awditjati ġew provduti biss matul iż-żjara ta' verifika u kif imsemmi hawn fuq, fejn mhuwiex ċar li l-ispejjeż rilevanti mhumiex marbutin mal-produzzjoni u l-bejgħ tal-prodott ikkonċernat, iwassal li din il-parti tat-talba tiġi miċħuda. |
|
(183) |
Għal dawn ir-raġunijiet imsemmija hawn fuq, din it-talba ġiet miċħuda. |
3.6.2. Il-prezz tal-esportazzjoni
|
(184) |
Il-prezz tal-esportazzjoni ġie stabbilit bl-użu tal-metodoloġija ġenerali stabbilita fit-Taqsima 3.1.2. ta' hawn fuq u b'mod partikolari fl-Artikolu 2(8) tar-Regolament bażiku. Għall-bejgħ permezz tal-importaturi relatati, il-prezz tal-esportazzjoni nħadem fuq il-bażi tal-Artikolu 2(9) tar-Regolament bażiku. |
|
(185) |
Il-produttur esportatur sostna li l-kummerċjant Żvizzeru — Metinvest International SA (“MISA”) — kien jaġixxi bħala sempliċi dipartiment tal-esportazzjoni tas-siti ta' produzzjoni billi ma kienx iwettaq l-iżdoganar tal-oġġetti forniti lejn l-Unjoni. Barra minn hekk, il-produttur esportatur sostna li ma kellux isir tnaqqis tal-ispejjeż BĠA u l-profitt tal-kummerċjant (jew kummissjoni nominali) billi l-Artikolu 2(9) tar-Regolament bażiku mhuwiex applikabbli għall-każ preżenti billi l-kummerċjant mhuwiex ibbażat fl-Unjoni. |
|
(186) |
Il-Kummissjoni ma ħadmitx il-prezz tal-esportazzjoni skont l-Artikolu 2(9) tar-Regolament bażiku għall-bejgħ għall-esportazzjoni lil xerrejja indipendenti permezz tal-kummerċjant Żvizzeru. Madankollu, anki jekk ix-xerrej ikun dak responsabbli għall-iżdoganar, dan ma jbiddilx il-fatt li l-bejgħ isir minn kummerċjant relatat li jġorr spejjeż BĠA u li normalment ifittex jagħmel il-profitt mis-servizzi tiegħu. Għalhekk, kif ġie nnutat fil-premessa (194), il-Kummissjoni qieset li jenħtieġ aġġustament skont l-Artikolu 2(10)(i) tar-Regolament bażiku. |
|
(187) |
Fil-kummenti tiegħu dwar id-Dokument ta' Informazzjoni, il-produttur esportatur sostna li MISA mhijiex kummerċjant li jfittex il-profitt, iżda kumpanija relatata fdata b'kompiti li normalment jaqgħu fir-responsabiltajiet ta' dipartiment intern tal-bejgħ għall-esportazzjoni. |
|
(188) |
Fuq il-bażi tal-evidenza għad-disponiment tagħha, il-Kummissjoni ma qablitx ma' din l-oġġezzjoni. MISA hija kumpanija li tfittex il-profitt, li tiddeskrivi lilha nnifisha bħala waħda li tfittex li ssib il-bilanċ bejn il-profittabbiltà, is-sodisfazzjon tal-klijenti, u l-immaniġġar tar-riskju. L-attivitajiet ta' MISA mhumiex limitati għall-bejgħ ta' prodotti tal-Metinvest Group. MISA u s-siti ta' produzzjoni għandhom proprjetarji differenti. U fl-aħħar, MISA tiffirma kuntratti ddettaljati ta' bejgħ u xiri mas-siti ta' produzzjoni. Dawn il-ftehimiet fihom klawsoli dwar penali f'każijiet ta' nuqqas li jitwettqu, jew li jitwettqu kif dovut, l-obbligi rispettivi, kif ukoll dwar arbitraġġ minn terzi f'każ ta' tilwim, ħaġa aktar komuni f'kuntratti bejn kummerċjanti indipendenti milli bejn dipartiment tal-produzzjoni u tal-bejgħ tal-istess kumpanija. Fuq il-bażi ta' din l-evidenza, il-Kummissjoni tikkonkludi li r-relazzjoni bejn MISA u ż-żewġ siti ta' produzzjoni hija aktar waħda ta' aġent milli waħda ta' dipartiment integrat għall-bejgħ. Kif ġie spjegat fil-premessa (194), l-aġġustament rilevanti huwa meħtieġ kull meta MISA jkollha sehem f'xi tranżazzjoni. |
|
(189) |
Fil-kummenti tiegħu dwar id-divulgazzjoni finali, mill-applikazzjoni tal-Artikolu 2(8) tar-Regolament bażiku għal bejgħ permezz ta' MISA, il-produttur esportatur iddeduċa li l-Kummissjoni aċċettat li MISA taġixxi bħala dipartiment tal-bejgħ tal-grupp. Għalhekk il-produttur esportatur ma qabilx mal-applikazzjoni tal-Artikolu 2(10)(i) tar-Regolament bażiku, u argumenta li MISA ma taġixxix bħala aġent jew kummerċjant. Sabiex jenfasizza dan il-punt, il-prodottur esportatur argumenta li MISA tbigħ biss parti żgħira u mhux sinifikanti ta' prodotti mhux manifatturati mill-grupp. Il-produttur esportatur argumenta wkoll li l-fatt li MISA qed tipprova ssib bilanċ tajjeb bejn il-profittabbiltà, is-sodisfazzjoni tal-klijenti u l-ġestjoni tar-riskju, jew li tiffirma kuntratti ta' bejgħ u xiri mas-siti ta' produzzjoni, jew li għandha d-direttur l-persunal tagħha stess, lu huwa differenti mill-impjanti fl-Ukrajna, ikun rekwiżit li jirriżulta minn konformità ma' rekwiżiti legali meħtieġa fl-Ukrajna u l-Iżvizzera. |
|
(190) |
Kif imsemmi hawn fuq, il-Kummissjoni ma taċċettax li MISA taġixxi bħala dipartiment tal-bejgħ bl-esportazzjoni tal-grupp. MISA aġixxiet bħala kummerċjant relatat u għalhekk il-Kummissjoni applikat l-Artikolu 2(8) flimkien mal-Artikolu 2(10)(i) tar-Regolament bażiku. Barra minn hekk, MISA mhux biss tbigħ parti żgħira u mhux sinifikanti ta' prodotti mhux manifatturati mill-grupp, għalkemm dan il-fatt biss huwa ta' importanza sinifikanti għal din il-konklużjoni. MISA tbigħ ukoll ammonti sostanzjali ta' prodotti ta' parti terza lill-grupp. Rigward l-evidenza deskritta fil-premessa (188) above, il-produttur esportatur sempliċement argumenta li dawn l-elementi huma meħtieġa bil-liġi u ma jinnegawx il-pożizzjoni ta' MISA bħala dipartiment tal-esportazzjoni. L-ebda dettalji ma ngħataw, rigward liema element jirrikjedu l-liġijiet. Barra minn hekk, il-produttur esportatur ma spjegax għaliex l-elementi bħall-fatt li huwa xprunat mill-profitt (li qabel kien ikkontestat mill-produttur esportatur fil-kummenti tiegħu dwar id-Dokument ta' Informazzjoni) jew li għandu ftehimiet bi klawżoli dwar il-penali għal nuqqas prestazzjoni jew prestazzjoni baxxa tal-obbligi rispettivi, kif ukoll is-soluzzjoni ta' tilwim ta' partijiet terzi ma jinnegawx il-pożizzjoni ta' MISA bħala dipartiment tal-esportazzjoni. Għaldaqstant, l-ebda kummenti oħra dwar dan il-punt ma huma meħtieġa. |
|
(191) |
Għal dawn ir-raġunijiet imsemmija hawn fuq, din it-talba ġiet miċħuda. |
3.6.3. Paragun
|
(192) |
Il-Kummissjoni qabblet il-valur normali u l-prezz tal-esportazzjoni tal-produttur esportatur uniku fuq il-bażi tal-prezz mill-fabbrika. |
|
(193) |
Meta dan kien iġġustifikat mill-ħtieġa li jiġi żgurat tqabbil ġust, il-Kummissjoni aġġustat il-valur normali u / jew il-prezz tal-esportazzjoni għad-differenzi li jaffettwaw il-paragunabbiltà tal-prezzijiet skont l-Artikolu 2(10) tar-Regolament bażiku. Saru aġġustamenti għal ħlasijiet fuq l-importazzjoni (fil-medda ta' bejn 0,1 % u 0,7 %) għat-trasport, l-assigurazzjoni, l-immaniġġar, it-tagħbija u spejjeż anċillari (fil-medda ta' bejn 1 % u 8 %), ippakkjar (fil-medda ta' bejn 0 % u 0,1 %), spejjeż ta' kreditu (fil-medda ta' bejn 0 % u 0,7 %), spejjeż ta' wara l-bejgħ (fil-medda ta' bejn 0,1 % u 0,4 %), miżati tal-banek (fil-medda ta' bejn 0 % u 0,3 %) u kummissjonijiet (fil-medda ta' bejn 0 % u 0,2 %). |
|
(194) |
Barra minn hekk, ladarba l-bejgħ kollu lejn l-Unjoni seħħ permezz tal-kummerċjant relatat fl-Iżvizzera, sar aġġustament rilevanti fuq il-bażi tal-Artikolu 2(10)(i) tar-Regolament bażiku. |
|
(195) |
Il-produttur esportatur ippretenda livell ta' aġġustament skont l-Artikolu 2(10)(d)(i) tar-Regolament bażiku, bl-argument li l-kanali ta' bejgħ tal-prodott simili fis-suq domestiku kienu sinifikantement differenti minn dawk tal-bejgħ tal-prodott ikkonċernat lejn l-Unjoni u li dan kien jaffettwa l-paragunabbiltà tal-prezz. Argumenta wkoll li kien hemm differenzi konsistenti u distinti rigward il-funzjonijiet u l-prezzijiet għad-diversi livelli ta' kummerċ fis-suq domestiku u fil-bejgħ għall-esportazzjoni lejn l-Unjoni. |
|
(196) |
Il-produttur esportatur ma wriex differenzi konsistenti u distinti rigward il-funzjonijiet u l-prezzijiet tal-bejjiegħ għad-diversi livelli ta' kummerċ fis-suq domestiku tal-pajjiż ta' esportazzjoni. Id-data pprovduta mill-produttur esportatur ma kkorroborratx tali sejba. Għalhekk, il-Kummissjoni ma laqgħetx din it-talba. |
|
(197) |
Fil-kummenti tiegħu dwar id-Dokument ta' Informazzjoni, il-produttur esportatur ikkontesta din il-ġustifikazzjoni bil-qawwa kollha bħala waħda arbitrarja u mhux sostanzjata. Ma pprovda, però, l-ebda evidenza li kien hemm differenzi konsistenti u distinti rigward il-funzjonijiet u l-prezzijiet tal-bejjiegħ għad-diversi livelli ta' kummerċ fis-suq domestiku tal-pajjiż ta' esportazzjoni. Minflok, iffoka biss fuq l-ewwel parti ta' dan ir-rekwiżit, bl-argument li hemm differenzi konsistenti u distinti rigward il-funzjonijiet u l-prezzijiet fil-bejgħ fid-diversi livelli ta' kummerċ fi swieq differenti, filwaqt li ħalla barra r-rekwiżit li dan kellu jintwera fis-suq domestiku. Il-Kummissjoni vverifikat il-prezzijiet tal-bejjiegħ għad-diversi livelli tal-kummerċ fis-suq domestiku u ma kinitx f'pożizzjoni ssib differenzi konsistenti u distinti. |
|
(198) |
Il-produttur esportatur argumenta li jekk il-Kummissjoni kienet tal-fehma li ma japplikax l-Artikolu 2(10)(d)(i) tar-Regolament bażiku, il-Kummissjoni kellha tirrikorri għall-Artikolu 2(10)(d)(ii) tar-Regolament bażiku. B'hekk, barra riferiment vag għal evidenza prima facie, il-produttur esportatur ma pprovda l-ebda argument għaliex kellha tkun applikabbli din id-dispożizzjoni. Il-livelli rilevanti tal-kummerċ kienu jeżistu fis-suq domestiku, u ma ntweriex b'mod ċar li ċerti funzjonijiet għandhom x'jaqsmu ma' livelli tal-kummerċ differenti minn dak li għandu jintuża fil-paragun. Għaldaqstant, din id-dispożizzjoni mhix applikabbli għall-każ inkwistjoni. |
|
(199) |
Fil-kumment tiegħu dwar id-divulgazzjoni finali, il-produttur esportatur argumenta li l-Kummissjoni kkontradixxiet lilha nnifisha fir-raġunament tagħha meta semmiet li, filwaqt li jeżistu livelli differenti ta' kummerċ fis-suq domestiku, il-produttur esportatur ma uriex differenzi konsistenti u distinti fil-funzjonijiet u l-prezzijiet tal-bejjiegħ għal dawn il-livelli. |
|
(200) |
Il-Kummissjoni ma rat l-ebda kontradizzjonif'din id-dikjarazzjoni. |
|
(201) |
Barra minn hekk, il-produttur esportatur argumenta li fil-komunikazzjoni tal-5 ta' Jannar 2017 ma pprovdiex lill-Kummissjoni bl-analiżi u l-paragun tiegħu tal-livelli diversi ta' kummerċ tas-suq domestiku, billi jiġu identifikati u mqabbla l-livelli ta' kummerċ fis-suq domestiku u tintwera d-differenza fil-prezzijiet bejn dawn il-livelli. |
|
(202) |
Il-Kummissjoni irrispondiet billi semmiet li fil-komunikazzjoni rilevanti, il-kumpanija qabblet kanali ta' bejgħ domestiku differenti, mhux il-livelli ta' kummerċ ta' wieħed mis-siti ta' produzzjoni tagħha. F'dan il-paragun diġà żbaljat, il-produttur esportatur argumenta wkoll li l-kanal l-aktar komparabbli għall-kanali ta' bejgħ tal-Unjoni huwa dak dirett, jiġifieri dak li m'għandux involviment tal-kummerċjant domestiku. Ma ngħatat l-ebda evidenza rigward għaliex dan ikun il-każ, speċjalment meta wieħed iqis li l-bejgħ kollu lejn l-Unjoni sar permezz ta' negozjant relatat fl-Iżvizzera, jiġifieri MISA. Għalhekk il-Kummissjoni żammet mal-fatt li l-produttur esportatur ma wriex li kien hemm differenzi konsistenti u distinti rigward il-funzjonijiet u l-prezzijiet tal-bejjiegħ għad-diversi livelli ta' kummerċ fis-suq domestiku tal-pajjiż ta' esportazzjoni. |
|
(203) |
Fil-kummenti tiegħu dwar id-divulgazzjoni finali, il-produttur esportatur allega wkoll li l-Kummissjoni ma ndirizzatx il-fatt li huwa ppreżenta lista ta' bejgħ bl-esportazzjoni riveduta tal-kumpanija relatata MISA. F'din il-lista, il-produttur esportatur kien indirizza n-nota tal-Kummissjoni fir-rigward tal-livelli kummerċjali għal għadd kbir ta' tranżazzjonijiet, li ma kinux korretti fir-risposta oriġinali għall-kwestjonarju dwar l-antidumping. Il-produttur esportatur sostna li ma jistax jingħad li din l-informazzjoni kienet ippreżentata tard wisq fl-investigazzjoni, għax kieku l-Kummissjoni kienet tivverifikaha, jekk kien meħtieġ, matul iż-żjara ta' verifika tal-entitajiet relatati tal-kumpanija fl-Unjoni. |
|
(204) |
Il-Kummissjoni ma qablitx ma' din id-dikjarazzjoni. L-informazzjoni addizzjonali dwar il-lista tal-bejgħ ta' MISA ġiet ipprovduta wara l-verifika MISA. Sabiex jiġi żgurat li preċiżament sitwazzjoni bħal din tiġi evitata, qabel iż-żjara ta' verifika fil-bini ta' MISA, fil-komunikazzjoni tagħha tas-17 ta' Jannar 2017, il-Kummissjoni fakkret lill-kumpanija, li jekk talba jew kwalunkwe aspetti tagħha kienu jeħtieġu verifika, kellha tiġi ppreżentata fi żmien raġonevoli qabel iż-żjara ta' verifika sabiex il-grupp responsabbli mill-każ seta' jipprepara l-parti rilevanti taż-żjara. Fl-aħħar nett, anki jekk il-Kummissjoni setgħet tivverifika din id-data fil-bini ta' MISA, dan ma jbiddilx il-fatt li, kif imsemmi hawn fuq, li l-produttur esportatur ma wriex li kien hemm differenzi konsistenti u distinti rigward il-funzjonijiet u l-prezzijiet tal-bejjiegħ għad-diversi livelli ta' kummerċ fis-suq domestiku tal-pajjiż ta' esportazzjoni. |
|
(205) |
Fil-kummenti tiegħu dwar id-divulgazzjoni finali, il-produttur esportatur tenna wkoll l-affermazzjoni tiegħu li, jekk il-Kummissjoni kkunsidrat li l-evidenza ppreżentata mill-kumpanija f'appoġġ tal-Artikolu 2(10)(d) (i) tar-Regolament bażiku ma jurux id-differenzi konsistenti u distinti fil-funzjonijiet u l-prezzijiet tal-bejjiegħ għad-diversi livelli ta' kummerċ fis-suq domestiku, dik l-istess evidenza setgħet tintuża mill-Kummissjoni għall-applikazzjoni ta' aġġustament speċjali skont l-Artikolu 2(10)(d) (ii), jiġifieri f'każijiet tan-“nuqqas tal-livelli rilevanti fis-suq domestiku”. Madankollu, kif imsemmi hawn fuq, il-Kummissjoni sabet li l-livelli rilevanti ta' kummerċ tassew kienu jeżistu fis-suq domestiku. Il-produttur esportatur ma weriex li kien hemm differenzi konsistenti u distinti fil-funzjonijiet u l-prezzijiet tal-bejjiegħ għal dawn il-livelli, iżda dan ma jibdilx il-fatt li dawn il-livelli kienu preżenti fis-suq domestiku. Għaldaqstant il-kundizzjonijiet għall-applikazzjoni ta' Artikolu 2(10)(d) (ii) tar-Regolamenti bażiċi ma ġewx issodisfati. |
|
(206) |
Għal dawn ir-raġunijiet imsemmija hawn fuq, din it-talba ġiet miċħuda. |
|
(207) |
Il-produttur esportatur sostna wkoll li, għall-finijiet ta' paragun ġust, il-valur normali kellu jiġi aġġustat fuq il-bażi tal-ispejjeż tat-trasport tal-prodott simili bejn is-sit ta' produzzjoni u l-kummerċjant domestiku relatat. |
|
(208) |
Skont l-Artikolu 2(10)(e) tar-Regolament bażiku, irid isir aġġustament għad-differenzi fl-ispejjeż relatati direttament li jinġarrbu meta l-prodott ikkonċernat u / jew il-prodott simili jinġarr mill-post fejn jaħdem il-produttur esportatur lejn bejjiegħ indipendenti, meta tali spejjeż jkunu inklużi fil-prezzijiet applikati. Din id-dispożizzjoni ma tkoprix l-ispejjeż tat-trasport bejn żewġ partijiet relatati, li donnhom mhumiex riflessi fil-prezz mitlub mix-xerrej indipendenti. Għalhekk il-Kummissjoni ċaħdet din id-dikjarazzjoni. |
3.6.4. Marġni ta' dumping
|
(209) |
Wara d-Dokument ta' Informazzjoni, il-produttur esportatur ippreżenta sett ġdid ta' data għall-bejgħ mill-importaturi relatati. Dan is-sett ta' data ġie sussegwentement ivverifikat mill-Kummissjoni. Dawn iċ-ċifri ġodda affettwaw il-kalkolu tad-dumping oriġinarjament stabbilit fid-Dokument ta' Informazzjoni. |
|
(210) |
Għall-produttur esportatur, il-Kummissjoni qabblet il-valur normali medju ponderat ta' kull tip ta' prodott simili mal-medja ponderata tal-prezz tal-esportazzjoni tat-tip korrispondenti tal-prodott ikkonċernat, skont l-Artikoli 2(11) u (12) tar-Regolament bażiku. |
|
(211) |
Il-livell ta' kooperazzjoni mill-Ukrajna kien għoli ħafna minħabba li l-esportazzjonijiet tal-produttur esportatur li kkoopera ammontaw għal aktar minn 95 % tal-esportazzjonijiet totali lejn l-Unjoni matul il-perjodu ta' investigazzjoni. Fuq din il-bażi, il-Kummissjoni stabbilixxiet il-marġni ta' dumping għall-pajjiż kollu fl-istess livell bħal dak għall-produttur esportatur uniku. |
|
(212) |
Il-marġnijiet ta' dumping, espressi bħala perċentwali tal-prezz CIF fil-fruntiera tal-Unjoni, bid-dazju mhux imħallas, huma kif ġej:
|
4. ID-DANNU
4.1. Definizzjoni tal-industrija tal-Unjoni u tal-produzzjoni tal-Unjoni
|
(213) |
Fl-Unjoni, 17-il kumpanija pprovdew data dwar il-produzzjoni u l-bejgħ fl-eżerċizzju permanenti u indikaw li pproduċew il-prodott simili matul il-perjodu ta' investigazzjoni. Fuq il-bażi tal-informazzjoni disponibbli mill-ilment, dawn is-17-il kumpanija jirrappreżentaw madwar 90 % tal-produzzjoni tal-prodott simili fl-Unjoni. |
|
(214) |
Apparti minn dawn is-17-il kumpanija, kien hemm ħames kumpaniji oħra li kienu jipproduċu l-prodott simili waqt il-perjodu ta' investigazzjoni. |
|
(215) |
Parti interessata waħda sostniet li l-inklużjoni tad-data tal-produttur Taljan Ilva tgħawweġ l-istampa tad-dannu għall-industrija tal-azzar tal-Unjoni kollha minħabba s-sitwazzjoni partikolari ta' din il-kumpanija (13) u, għalhekk, il-produttur Taljan kellu jiġi eskluż. Madankollu, skont l-Artikolu 4(1) tar-Regolament bażiku, it-terminu “industrija tal-Unjoni” jirreferi għall-produtturi kollha tal-prodotti simili fl-Unjoni jew proporzjon maġġuri minnhom. Billi l-Kummissjoni ma kellhiex raġuni biex tirrestrinġi l-analiżi tagħha għal proporzjon maġġuri, kellha tanalizza l-industrija kollha, inkluża Ilva. Għaldaqstant, din l-allegazzjoni ma ntlaqgħetx. |
|
(216) |
Il-produzzjoni totali tal-Unjoni waqt il-perjodu ta' investigazzjoni ġiet stabbilita għal madwar 72,9 miljun tunnellata. Il-Kummissjoni stabbilixxiet din iċ-ċifra fuq il-bażi tal-informazzjoni mill-ilmentatur u mill-produtturi kollha magħrufa fl-Unjoni. Kif indikat fil-premessa (7), sitt produtturi tal-Unjoni ngħażlu fil-kampjun li jirrappreżenta aktar minn 45 % tal-produzzjoni totali tal-Unjoni tal-prodott simili, li nstab li jikkostitwixxi kampjun rappreżentattiv. |
|
(217) |
Il-mudell kummerċjali tal-produtturi tal-Unjoni u l-livell ta' integrazzjoni vertikali tagħhom ivarjaw. Madankollu, b'mod ġenerali l-industrija tal-Unjoni tista' tiġi kkaratterizzata bħala industrija b'livell għoli ta' integrazzjoni vertikali, kif spjegat aktar fil-premessa (219) hawn taħt. |
4.2. Il-konsum tal-Unjoni
|
(218) |
Kif imsemmi fil-premessa (45) hawn fuq, il-prodott ikkonċernat jaqa' fi ħdan għadd ta' kodiċijiet NM inklużi ċerti kodiċijiet ex. Sabiex il-konsum tal-Unjoni ma jiġix sottovalutat, u fid-dawl tal-impatt marġinali apparenti ta' tali kodiċijiet fuq il-konsum totali, il-volumi tal-importazzjoni tal- kodiċijiet NM ex ġew ikkunsidrati kollha sabiex jiġi kkalkulat il-konsum tal-Unjoni. |
|
(219) |
Billi l-industrija tal-Unjoni fil-biċċa l-kbira tagħha hija integrata vertikalment u l-prodott ikkonċernat jitqies bħala materjal ewlieni għall-produzzjoni ta' diversi prodotti downstream b'valur miżjud, li jibdew minn prodotti b'laminazzjoni kiesħa, il-konsum fis-suq ristrett u fis-suq ħieles ġie analizzat separatament. |
|
(220) |
Id-distinzjoni bejn suq ristrett u suq ħieles hija rilevanti għall-analiżi tad-dannu. Barra minn hekk, fis-suq ristrett, il-prezzijiet ta' trasferiment jiġu ffissati skont diversi politiki tal-prezzijiet. Għall-kuntrarju, il-produzzjoni destinata għas-suq ħieles tal-Unjoni tinsab f'kompetizzjoni diretta ma' importazzjonijiet tal-prodott ikkonċernat, u l-prezzijiet huma prezzijiet tas-suq ħieles. |
|
(221) |
Sabiex tipprovdi stampa kemm jista' jkun kompluta tal-industrija tal-Unjoni, il-Kummissjoni kisbet data għall-attività kollha tal-prodott simili u ddeterminat jekk il-produzzjoni kinitx destinata għall-użu ristrett jew għas-suq ħieles. Il-Kummissjoni sabet li tul il-perjodu ta' investigazzjoni, madwar 58 % tal-produzzjoni totali tal-produtturi tal-Unjoni kienet destinata għall-użu ristrett. |
|
(222) |
Wara d-divulgazzjoni tad-Dokument ta' Informazzjoni, il-produttur esportatur Serb innota li l-konsum tas-suq ħieles tal-prodott ikkonċernat naqas bejn l-2015 u l-perjodu ta' investigazzjoni b'aktar minn 1,2 miljun tunnellata u li dan jimplika tnaqqis enormi fil-konsum tal-Unjoni tul it-tieni nofs tal-2015. Hu, għalhekk, talab li l-Kummissjoni tinvestiga aktar jekk id-data tal-bejgħ ipprovduta mill-industrija tal-Unjoni fis-suq ħieles kinitx preċiża fir-realtà. |
|
(223) |
Il-Kummissjoni analizzat id-data tal-bejgħ u tal-konsum ipprovduta mill-industrija tal-Unjoni u kkonfermat li d-data pprovduta għall-konsum tas-suq ħieles mill-industrija tal-Unjoni kienet preċiża u kredibbli. |
4.2.1. Il-konsum ristrett fis-suq tal-Unjoni
|
(224) |
Il-Kummissjoni stabbilixxiet il-konsum ristrett tal-Unjoni fuq il-bażi tal-użu ristrett u tal-bejgħ ristrett fis-suq tal-Unjoni tal-produtturi kollha magħrufa fl-Unjoni. Fuq din il-bażi, il-konsum ristrett tal-Unjoni żviluppa kif ġej: Tabella 1 Il-konsum ristrett fis-suq tal-Unjoni (tunnellati)
|
||||||||||||||||||||
|
(225) |
Matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni, il-konsum ristrett tal-Unjoni fis-suq tal-Unjoni baqa' stabbli. |
4.2.2. Konsum tas-suq ħieles fis-suq tal-Unjoni
|
(226) |
Il-Kummissjoni stabbilixxiet il-konsum tas-suq ħieles tal-Unjoni fuq il-bażi ta' (a) il-bejgħ fis-suq tal-Unjoni tal-produtturi kollha magħrufin fl-Unjoni u (b) l-importazzjonijiet fl-Unjoni mill-pajjiżi terzi kollha kif irrapportat mill-Eurostat, sabiex b'hekk qieset ukoll id-data ppreżentata mill-produtturi esportaturi li kkooperaw fil-pajjiżi kkonċernati. Fuq din il-bażi, il-konsum tas-suq ħieles tal-Unjoni żviluppa kif ġej: Tabella 2 Konsum tas-suq ħieles (tunnellati)
|
||||||||||||||||||||
|
(227) |
Matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni, il-konsum tas-suq ħieles tal-Unjoni żdied b'madwar 5 %. Iż-żieda hija prinċipalment dovuta għall-irkupru ekonomiku tal-industrija downstream. |
4.3. Valutazzjoni kumulattiva tal-effetti tal-importazzjonijiet mill-pajjiżi kkonċernati u l-volumi tal-importazzjoni u l-prezzijiet tal-importazzjoni mill-pajjiżi kkonċernati
4.3.1. Valutazzjoni kumulattiva tal-effetti tal-importazzjonijiet mill-pajjiżi kkonċernati
|
(228) |
Il-Kummissjoni stħarrġet jekk l-importazzjonijiet tal-prodott ikkonċernat li joriġina mill-pajjiżi kkonċernati għandhomx ikunu vvalutati b'mod kumulattiv, skont l-Artikolu 3(4) tar-Regolament bażiku. |
|
(229) |
Dik id-dispożizzjoni tistipula li l-importazzjonijiet minn aktar minn pajjiż wieħed iridu jiġu vvalutati b'mod kumulattiv biss jekk ikun iddeterminat li:
|
|
(230) |
Il-marġnijiet ta' dumping stabbiliti b'rabta mal-importazzjonijiet mill-pajjiżi kkonċernati huma mniżżla hawn fuq fit-Taqsima 3 “Dumping”. Dawn il-marġnijiet kollha huma ogħla mil-livell limitu de minimis stabbilit fl-Artikolu 9(3) tar-Regolament bażiku. |
|
(231) |
Il-volumi tal-importazzjonijiet mill-Brażil, l-Iran, ir-Russja u l-Ukrajna ġew ivvalutati u ma kinux negliġibbli skont it-tifsira tal-Artikolu 3(4) tar-Regolament bażiku. Fil-perjodu ta' investigazzjoni, il-Brażil, l-Iran, ir-Russja u l-Ukrajna kellhom sehem mis-suq ta' 1,79 %, 3,32 %, 4,29 % u 3,17 % rispettivament, kif imsemmi fit-Tabella 3 ta' hawn taħt. |
|
(232) |
Min-naħa l-oħra, instab li l-volumi tal-importazzjonijiet mis-Serbja huma negliġibbli fit-tifsira tal-Artikolu 3(4) tar-Regolament bażiku. Il-volum tal-importazzjonijiet mis-Serbja naqas minn 427 558 tunnellata fl-2015 għal madwar 354 000 tunnellata fil-PI, ammont li jfisser sehem mis-suq ta' 1,04 % biss. Hija l-prattika tal-Kummissjoni li tqis “negliġibbli” sehem mis-suq taħt il-livell limitu ta' 1 % kif stabbilit mir-Regolament bażiku fil-fażi tal-bidu. Madankollu, il-Kummissjoni sabet li f'dan il-każ, 1,04 % għadu negliġibbli billi 0,04 % għandu jitqies immaterjali, b'mod partikolari meta, f'termini relattivi, il-volumi tal-importazzjonijiet mis-Serbja huma konsiderevolment aktar baxxi mill-volumi minn kull wieħed mill-erba' pajjiżi l-oħra. Il-volumi tal-importazzjonijiet mis-Serbja kienu kważi nofs il-volumi mill-Brażil, it-tieni l-iżgħar pajjiż fejn jidħlu il-volumi tal-importazzjonijiet. Tabella 3 Il-volum tal-importazzjoni (tunnellati) u s-sehem mis-suq
|
|||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
(233) |
Wara d-divulgazzjoni finali u waqt is-seduta tas-27 ta' Lulju 2017, l-ilmentatur argumenta li l-esportazzjonijiet Serbi jenħtieġ li jiġu vvalutati b'mod kumulattiv mal-importazzjonijiet mill-erba' pajjiżi oħra, minħabba li l-esportazzjonijiet Serbi eċċedew il-1 % tal-livell limitu de minimis. Fil-fehma tiegħu, il-livell limitu ta' 1 % ma jippermettix għal ebda eċċezzjoni, irrispettivament kemm ikun żgħir il-perċentwal addizzjonali. |
|
(234) |
Il-Kummissjoni ċaħdet dan l-argument. Id-deċiżjoni rigward jekk l-importazzjonijiet għandhomx ikunu vvalutati jew le b'mod kumulattiv trid tkun ibbażata fuq il-kriterji stabbiliti fl-Artikolu 3(3) tar-Regolament bażiku. L-Artikolu 3(4) tar-Regolament bażiku ma jagħti importanza lill-ebda minn dawn il-kriterji individwali. Filwaqt li huwa minnu li l-importazzjonijiet minn pajjiż ma jistgħux jiġu akkumulati jekk il-volum ikun negliġibbli, f'każ kuntrarju ma jfissirx li ma għandhomx de facto jiġu akkumulati. Barra minn hekk, ir-Regolament bażiku ma jistabbilix b'mod espliċitu il-livell limitu negliġibbli. Filwaqt li l-Artikolu 5(7) tar-Regolament bażiku jista' jservi ta' gwida rigward il-volumi ta' importazzjoni negliġibbli, l-Artikolu 3(4) ma jinkorporax permezz ta' referenza dawn il-livelli limiti. Iżda, il-kliem jagħti flessibilità biżżejjed biex il-Kummissjoni twettaq analiżi każ b'każ b'kunsiderazzjoni li l-volumi extra ta' 0,04 % kienu immaterjali. |
|
(235) |
Barra minn hekk, il-Kummissjoni sabet li l-prezzijiet tal-esportazzjoni mis-Serbja kienu differenti mill-prezzijiet tal-esportazzjoni tal-erba' pajjiżi l-oħra għar-raġunijiet li ġejjin:
Tabella 4 Prezzijiet tal-importazzjoni (EUR / tunnellata)
|
||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
(236) |
F'dan ir-rigward, l-iffissar tal-prezzijiet, flimkien mal-volum negliġibbli, jissuġġerixxi li l-produttur esportatur Serb aktar joqgħod għall-prezzijiet milli jiffissahom hu għall-prodott ikkonċernat. Dan jintwera wkoll mill-fatt li t-tnaqqis fil-prezzijiet bejn l-2015 u l-perjodu ta' investigazzjoni huwa aktar baxx anki f'termini relattivi meta mqabbel mat-tnaqqis fil-prezzijiet fl-erba' pajjiżi l-oħrajn ikkonċeranti. |
|
(237) |
Wara d-divulgazzjoni finali, matul is-seduta ta' smigħ tas-27 ta' Lulju 2017 (ara l-premessa (33)), l-ilmentatur talab lis-servizzi tal-Kummissjoni biex jipprovdu data rigward it-twaqqigħ tal-prezzijiet jew il-bejgħ taħt il-prezz għall-produttur esportatur Serb sabiex ikun jista' jagħmel rieżami tad-dikjarazzjonijiet tal-Kummissjoni, kif stabbilit fil-premessi (235) u (236), li l-produttur esportatur Serb ikun pjuttost segwaċi tal-prezzijiet milli stipulant. Barra minn hekk, skont l-ilmentatur ma hemm l-ebda evidenza li s-Serbja hija segwaċi tal-prezzijiet. |
|
(238) |
Il-Kummissjoni innotat li kienet iddivulgat 'il fuq mill-medja tal-prezzijiet tal-importazzjonijiet mill-pajjiżi kkonċernati. Din id-data turi li l-prezzijiet tal-importazzjonijiet Serbi kienu l-ogħla fl-2013 (EUR 468 għal kull tunnellata) u baqgħu l-ogħla fis-snin ta' wara sal-prezz fil-PI (EUR 365 għal kull tunnellata). Barra minn hekk, l-indiċi fit-Tabella 4 ta' hawn fuq juri li n-nuqqas relattiv tal-prezzijiet Serbi inbidel minn 100 għal 78 bis-sena 2013 indiċjata sa 100, filwaqt li l-erbgħa l-oħra wrew tnaqqis għal 75 (il-Brażil), 70 (l-Iran), 72 (ir-Russja) u l-Ukrajna (74). L-ilmentatur seta' għalhekk jagħmel rieżami tal-konklużjoni tal-Kummissjoni, li l-produttur esportatur kien pjuttost segwaċi tal-prezzijiet milli stipulatur, fir-rigward tal-prezz tal-importazzjonijiet u t-tnaqqis relattiv tiegħu bejn l-2013 u l-PI. Il-Kummissjoni ma użatx data dwar it-twaqqigħ fil-prezzijiet u l-bejgħ taħt il-prezz għal din il-valutazzjoni minħabba li l-kalkoli tat-twaqqigħ fil-prezzijiet u l-bejgħ taħt il-prezz jagħtu biss ħarsa lejn il-perjodu ta' investigazzjoni għalhekk ma jippermettux li jkun hemm paragunabbiltà tal-prezzijiet matul numru ta' snin. Minħabba li l-ilmentatur ma pprovdiex iktar raġunijiet biex tiġi ddivulgata d-data dwar it-twaqqigħ tal-prezzijiet u l-bejgħ taħt u l-prezz minbarra r-rieżami tad-dikjarazzjonijiet stabbiliti fil-premessi (235) u (236) ta' hawn fuq, il-Kummissjoni, konsegwentement, ċaħdet din it-talba. |
|
(239) |
Minħabba li l-ilmentatur ma kkontestax iċ-ċifri kif stipulat fit-Tabella 4, il-Kummissjoni kkonfermat il-konklużjoni tagħha li l-importatur Serb segwa biss ix-xejra ġenerali fil-prezzijiet stabbilita minn importaturi oħra milli strateġija ta' prezzar aggressiva bħala “price leader”. |
|
(240) |
Għalhekk, il-Kummissjoni kkonkludiet li l-importazzjonijiet mis-Serbja m'għandhomx jiġu vvalutati b'mod kumulattiv mal- importazzjonijiet mill-erba' pajjiżi l-oħra. B'konsegwenza tal-konklużjoni li l-importazzjonijiet mis-Serbja kienu de minimis, ma hemmx bżonn ta' miżuri protettivi rigward l-importazzjonijiet ta' HRF li joriġinaw mis-Serbja. Għaldaqstant, b'konformità mal-Artikolu 9(2) tar-Regolament bażiku, il-proċediment jenħtieġ li jiġi tterminat fir-rigward tal-importazzjonijiet mis-Serbja. |
|
(241) |
Il-Kummissjoni vvalutat ukoll il-kundizzjonijiet ta' kompetizzjoni bejn l-importazzjonijiet oġġett ta' dumping mill-erba' pajjiżi kkonċernati l-oħrajn u l-kundizzjonijiet ta' kompetizzjoni bejn l-importazzjonijiet oġġett ta' dumping u l-prodott simili u sabet li kienu simili. Il-prodotti importati kienu jikkompetu ma' xulxin u mal-prodott simili prodott fl-Unjoni. Il-prodotti huma interkambjabbli u kienu kkummerċjalizzati fl-Unjoni permezz ta' mezzi ta' bejgħ komparabbli, billi kienu jinbiegħu lil kategoriji simili ta' klijenti aħħarija. |
|
(242) |
Wara l-bidu tal-investigazzjoni, diversi partijiet issottomettew kummenti dwar il-valutazzjoni kumulattiva tal-effetti tal-importazzjonijiet mill-pajjiżi kkonċernati. Il-Missjoni tal-Ukrajna għall-Unjoni Ewropea, il-Ministeru għall-Industrija u l-Kummerċ tar-Russja u produttur esportatur Russu kif ukoll żewġ produtturi esportaturi mill-Brażil ikkontestaw l-adegwatezza tal-valutazzjoni kumulattiva tal-importazzjonijiet minn pajjiżhom flimkien mal-pajjiżi investigati l-oħra u sostnew li l-importazzjonijiet minn pajjiżhom ma kellhomx jiġu kkumulati magħhom. Il-Missjoni tal-Ukrajna għall-Unjoni Ewropea argumentat li l-volumi tal-importazzjonijiet tal-Ukrajna kienu stabbli tul il-perjodu 2011-2016, għall-kuntrarju tal-pajjiżi l-oħrajn, u li hemm differenza sinifikanti bejn l-istruttura ġeografika tal-importazzjonijiet mill-Ukrajna minn naħa u mill-Brażil, l-Iran, is-Serbja u r-Russja min-naħa l-oħra. Il-Ministeru għall-Industrija u l-Kummerċ tar-Russja kien tal-opinjoni li tinħtieġ valutazzjoni eżawrjenti tal-kundizzjonijiet ta' kompetizzjoni. Il-produttur esportatur Russu argumenta li l-importazzjonijiet tul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni effettivament naqsu, li parti mill-importazzjonijiet kienu provvisti ristretti fi ħdan il-grupp li ma daħlux fis-suq ħieles tal-Unjoni fih innifsu u li t-tipi ta' prodotti mibjugħa kienu differenti. Barra minn hekk, produttur esportatur Brażiljan argumenta li hu ma kienx isegwi xejra simili fil-prezzijiet u li dawk l-importazzjonijiet kienu jitqassmu permezz ta' kanali tal-bejgħ differenti meta mqabbla mal-importazzjonijiet mill-erba' pajjiżi kkonċernati l-oħrajn. Produttur esportatur Brażiljan ieħor argumenta li l-importazzjonijiet Brażiljani kienu negliġibbli u li l-importazzjonijiet mill-Brażil ma kinux isegwu l-istess xejriet bħal dawk mill-erba' pajjiżi kkonċernati l-oħrajn fejn jidħlu l-volumi, is-sehem mis-suq u l-prezz. |
|
(243) |
Il-Kummissjoni ma laqgħetx dawn l-argumenti. L-importazzjonijiet mir-Russja u mill-Ukrajna lejn l-Unjoni żdiedu f'termini assoluti tul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni. Barra minn hekk, għalkemm l-importazzjonijiet kienu naqsu tul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni, dan il-fatt mhuwiex kriterju biex jiġi ddeterminat jekk il-volum tal-importazzjonijiet huwiex negliġibbli fit-tifsira tal-Artikolu 3(4) tar-Regolament bażiku. |
|
(244) |
Il-kundizzjonijiet ta' kompetizzjoni bejn l-importazzjonijiet oġġett ta' dumping mill-Brażil, l-Iran, ir-Russja u l-Ukrajna u l-prodott simili ġew ivvalutati bħala simili għar-raġunijiet ta' hawn taħt.
|
|
(245) |
Fuq il-bażi ta' dak li ntqal hawn fuq, il-Kummissjoni kkonkludiet li ġew issodisfati l-kundizzjonijiet għat-twettiq ta' valutazzjoni kumulattiva tal-effetti tal-importazzjonijiet mill-Brażil, l-Iran, ir-Russja u l-Ukrajna. Konsegwentement, dawn l-importazzjonijiet ġew eżaminati b'mod kumulattiv għall-finijiet tad-determinazzjoni tad-dannu. |
|
(246) |
Wara d-divulgazzjoni tad-Dokument ta' Informazzjoni, il-Kummissjoni rċeviet diversi sottomissjonijiet rigward il-valutazzjoni kumulattiva tal-pajjiżi kkonċernati, li qed jiġu indirizzati fil-premessi ta' hawn taħt. |
|
(247) |
L-ilmentatur argumenta li l-importazzjonijiet mis-Serbja kkawżaw dannu lill-produtturi tal-Unjoni b'mod simili bħall-importazzjonijiet mill-erba' pajjiżi l-oħra. F'dan ir-rigward, l-ilmentatur irrefera għall-fatt li l-importazzjonijiet mis-Serbja rduppjaw il-volum tagħhom u s-sehem tagħhom mis-suq fil-perjodu bejn l-2013 u l-perjodu ta' investigazzjoni, li l-prezzijiet tagħhom ukoll naqsu ħafna f'dan il-perjodu u li l-importazzjonijiet mis-Serbja waqqgħu l-prezzijiet tal-produtturi tal-Unjoni b'ammonti apprezzabbli tul il-perjodu ta' investigazzjoni. Barra minn hekk, l-ilmentatur sostna wkoll li l-importazzjonijiet mis-Serbja għandhom sehem mis-suq ta' 1,04 %, li huwa ftit 'il fuq mil-livell limitu ta' 1 % tal-Artikolu 5(7) tar-Regolament bażiku. B'żieda ma' dan, l-ilmentatur irrefera għal riskju potenzjali ta' ċirkomvenzjoni, billi t-terminazzjoni fir-rigward tas-Serbja tista' twassal li l-impriża prinċipali Ċiniża tal-uniku produttur esportatur tas-Serbja tbigħ lejn l-Unjoni permezz tal-kumpanija sussidjarja Serbjana tagħha. |
|
(248) |
Il-Kummissjoni rrifjutat l-allegazzjoni li l-importazzjonijiet mis-Serbja jikkawżaw dannu lill-produtturi tal-Unjoni b'mod simili bħall-importazzjonijiet mill-pajjiżi l-oħra għar-raġunijiet stipulata hawn taħt.
|
|
(249) |
Barra minn hekk, żewġ produtturi esportaturi Brażiljani inklużi fil-kampjun sostnew li l-valutazzjoni kumulattiva tal-importazzjonijiet mill-Brażil flimkien ma' dawk mill-Iran, mir-Russa u mill-Ukrajna ma kinitx iġġustifikata għar-raġunijiet stipulati fiż-żewġ premessi li ġejjin. |
|
(250) |
Wieħed argumenta li aktar minn terz tal-importazzjonijiet mill-Brażil ma kinux jidħlu fil-kompetizzjoni ma' prodotti mill-Iran, mir-Russja u mill-Ukrajna filwaqt li ġab provi li juru li l-kanali tal-bejgħ tal-importazzjonijiet mill-Brażil kienu differenti minn dawk mill-Iran, mir-Russja u mill-Ukrajna. Barra minn hekk, il-produttur esportatur argumenta li, b'mod simili bħas-Serbja, il-prezzijiet Brażiljani kienu ferm ogħla mill-prezzijiet medji tal-Iran, tar-Russja u tal-Ukrajna u li l-produtturi esportaturi Brażiljani kienu wkoll aktar joqogħdu għall-prezzijiet milli jiffissawhom huma. U fl-aħħar, argumenta li l-ebda wieħed mill-produtturi Brażiljani ma kien iwaqqa' l-prezzijiet tal-industrija tal-Unjoni. |
|
(251) |
Il-produttur esportatur l-ieħor tal-Brażil argumenta li tali valutazzjoni kumulattiva ma kinitx xierqa minħabba l-volumi negliġibbli tal-importazzjonijiet Brażiljani (bħal fil-każ tas-Serbja) u d-differenza fil-kundizzjonijiet ta' kompetizzjoni. F'dan ir-rigward, meta wieħed iqis il-volumi negliġibbli, il-produttur esportatur Brażiljan argumenta li s-sehem mis-suq tal-Brażil qabeż il-livell limitu ta' 1 % biss mill-2015 'il quddiem u kien jammonta biss għal 1,79 % tul il-perjodu ta' investigazzjoni. B'żieda ma' dan, il-volumi tal-importazzjonijiet tiegħu kienu żgħar wisq biex jikkontribwixxu għal kwalunkwe dannu u, għaldaqstant, immaterjali. Rigward il-kundizzjonijiet ta' kompetizzjoni differenti, irrefera għall-fatt li kważi 60 % tal-importazzjonijiet tal-prodott ikkonċernat mill-Brażil tul il-perjodu ta' investigazzjoni kienu bejgħ jew trasferimenti lejn kumpaniji Ewropej relatati li ma jidħlux f'kompetizzjoni diretta ma' prodotti maħsuba għas-suq ħieles u għaldaqstant jiffaċċjaw kundizzjonijiet ta' kompetizzjoni differenti minnhom. Barra minn hekk, ikkuntesta l-istqarrija tal-Kummissjoni fid-Dokument ta' Informazzjoni li l-importazzjonijiet mill-Brażil u l-prodott simili tal-Unjoni huma interkambjabbli. Argumenta f'dan il-kuntest li l-produtturi esportaturi tal-Brażil jesportaw primarjament tipi kummerċjali ta' HRF, li għandhom karatteristiċi fiżiċi, kimiċi u tekniċi differenti kif ukoll utenti aħħarija differenti mill-prodotti mibjugħa mill-industrija tal-Unjoni, li huma primarjament tipi ta' HRF ta' kwalità għolja. Barra minn hekk, ikkontesta li l-produtturi esportaturi tal-Brażil jużaw kanali tal-bejgħ simili bħall-produtturi esportaturi mill-pajjiżi kkonċernati l-oħrajn. Argumenta li dawk il-produtturi normalment ibigħu direttament lil klijenti indipendenti fis-suq ħieles tal-Unjoni, għall-kuntrarju tal-maġġoranza tal-importazzjonijiet mill-Brażil. Fl-aħħar, għamel kummenti dwar il-prezzijiet simili għal dawk ippreżentati mill-produttur esportatur l-ieħor. |
|
(252) |
Il-Kummissjoni rrifjutat il-pretensjonijiet taż-żewġ produtturi esportaturi Brażiljani inklużi fil-kampjun, kif stipulat hawn taħt. |
|
(253) |
L-ewwel, bil-għan li tiddefinixxi l-konsum, il-Kummissjoni qieset it-total tal-importazzjonijiet mill-Brażil, irrispettivament mill-fatt li dawn kienu jinkludu provvisti f'xi gruppi. Ir-raġuni ta' dan hija li fin-nuqqas ta' tali importazzjonijiet, kien ikun probabbli ħafna li l-kumpaniji jiksbu HRF minn sorsi oħra disponibbli fis-suq ħieles tal-Unjoni, inkluż il-prodott simili mmanifatturat mill-industrija tal-Unjoni. |
|
(254) |
It-tieni, għal parti mill-bejgħ mill-Brażil, il-kanali tal-bejgħ mhumiex differenti minn dawk tal-Iran, tar-Russja u tal-Ukrajna. Il-produtturi kollha li kkooperaw mill-Brażil, mill-Iran, mir-Russja u mill-Ukrajna jużaw kanali tal-bejgħ simili billi jbigħu jew direttament jew permezz ta' kummerċjant/importatur relatat li jinsab jew fl-Unjoni jew barra minnha. Barra minn hekk, rigward l-argument li 60 % tal-importazzjonijiet tal-prodott ikkonċernat mill-Brażil tul il-perjodu ta' investigazzjoni kienu bejgħ jew trasferimenti lejn kumpaniji Ewropej relatati li ma jidħlux f'kompetizzjoni diretta ma' prodotti maħsuba għas-suq ħieles u għaldaqstant jiffaċċjaw kundizzjonijiet ta' kompetizzjoni differenti minnhom, ta' min wieħed jinnota dawn li ġejjin. Parti mill-importazzjonijiet tal-prodott ikkonċernat mill-produtturi esportaturi Russi kienu wkoll tranżazzjonijiet ta' bejgħ lil kumpaniji Ewropej relatati, u parti minnhom tkomplew jiġu pproċessati minn dawk il-kumpaniji Ewropej relatati. Konsegwentement, dawk il-produtturi esportaturi qed jiffaċċjaw l-istess kundizzjonijiet ta' kompetizzjoni. |
|
(255) |
It-tielet, kif stipulat fit-Tabella 4, il-Kummissjoni rrikonoxxiet li l-prezzijiet Brażiljani huma ogħla mill-prezzijiet medji tal-Iran, ir-Russja u l-Ukrajna. Madankollu, it-Tabella 4 uriet ukoll li l-prezzijiet Brażiljani kienu konsistentement aktar baxxi mill-prezzijiet tal-importazzjoni Serbjani tul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni, jiġifieri s-snin 2013, 2014, 2015 u l-perjodu ta' investigazzjoni. |
|
(256) |
Ir-raba', rigward l-argument li l-produtturi esportaturi Brażiljani wkoll aktar joqogħdu għall-prezzijiet milli jiffissawhom huma, il-prezz tal-produttur esportatur Serb ġie vvalutat f'konnessjoni mal-volumi negliġibbli tiegħu. Għaldaqstant, wieħed ma jistax jasal għall-istess konklużjoni rigward il-Brażil. |
|
(257) |
Il-ħames, rigward il-volumi, kif diġà stabbilit fit-Tabella 3, l-importazzjonijiet mill-Brażil ammontaw għal 608 541 tunnellata tul il-perjodu ta' investigazzjoni, meta mqabbla mat-354 145 tunnellata tal-importazzjonijiet Serbi. B'hekk, il-volumi tal-importazzjonijiet tal-HRF Brażiljani kienu ogħla minn dawk tas-Serbja b'aktar minn 70 % u rrappreżentaw sehem mis-suq ta' 1,79 % meta mqabbel mal-1,04 % tas-Serbja. B'riżultat ta' dan, dawn l-importazzjonijiet ma tqisux negliġibbli. |
|
(258) |
U fl-aħħar, rigward l-allegazzjoni ta' taħlita ta' prodotti differenti fejn jidħlu l-produtturi esportaturi Brażiljani, kien ċar li l-prodotti tagħhom kienu jinsabu f'kompetizzjoni diretta mal-prodotti tal-Unjoni u prodotti minn produtturi esportaturi oħrajn. Għall-kuntrarju tal-allegazzjoni tal-produtturi esportaturi, l-investigazzjoni wriet li t-tipi kollha tal-prodott ikkonċernat, inklużi t-tipi mibjugħa mill-produtturi esportaturi Brażiljani, kienu wkoll immanifatturati u mibjugħa mill-produtturi tal-Unjoni. F'dan ir-rigward, il-Kummissjoni nnutat li aktar minn 99,9 % tat-tipi ta' prodott kollha mibjugħa mit-tliet produtturi esportaturi Brażiljani kienu jinbiegħu wkoll mill-produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun tul il-perjodu ta' investigazzjoni. Barra minn hekk, valutazzjoni kumulattiva ssir għall-intier tal-pajjiż li jkun, b'kunsiderazzjoni għall-ambitu sħiħ tal-prodott ikkonċernat u mhux billi jitqiesu biss ċerti tipi tal-prodott ikkonċernat. |
|
(259) |
Wara d-divulgazzjoni finali, il-produttur esportatur Brażiljan CSN tenna li l-kanali tal-bejgħ u l-prezzijiet tal-importazzjoni mill-Brażil huma pjuttost differenti minn dawk tal-importazzjonijiet mill-Iran, ir-Russja u l-Ukrajna. Rigward il-kanali tal-bejgħ, huwa semma li is-sussidjarju tiegħu Lusosider mhuwiex kummerċjant u lanqas importatur, iżda utent ta' HRF. Huwa argumenta li b'mod partikolari s-sitwazzjoni ta' NLMK Europe ma kinitx l-istess bħas-sitwazzjoni ta' Lusosider. Huwa semma wkoll li Lusosider ma kellux aċċess faċli għall-HRF mibjugħ fis-suq tal-Unjoni. Rigward il-prezzijiet tal-importazzjoni, huwa semma li x-xejra tal-prezzijiet tal-importazzjonijiet mill-Brażil isegwu l-istess xejra 'l fuq bħall-prezzijiet tal-importazzjonijiet mis-Serbja. |
|
(260) |
Il-Kummissjoni ċaħdet dawn il-pretensjonijiet bħala bla bażi. Rigward il-kanali tal-bejgħ, kien hemm sussidjarji oħrajn Russi fil-Latvja u l-Polonja u kumpanija ewlenija Russa minbarra NLMK, li parzjalment użaw u pproċessaw sa ċertu punt l-HRF matul il-PI li kisbu mill-kumpanija tagħhom ewlenija Russa. Barra minn hekk, minkejja l-allegazzjoni li Lusosider ma kellux aċċess faċli għal HRF mibjugħ fis-suq tal-Unjoni, matul seduta ta' smigħ il-Kummissjoni ġiet mgħarrfa, li Lusosider kien fornut minn sorsi oħra matul il-perjodu ta' investigazzjoni, bħat-Turkija, it-Tajwan u r-Russja. Barra minn hekk, il-Kummissjoni ma kellha l-ebda evidenza tal-fatt, li l-produtturi tal-Unjoni ma ridux ifornu lil Lusosider u dan tal-aħħar ma pprovda l-ebda tali evidenza. Barra minn hekk, rigward il-prezzijiet, il-Kummissjoni fakkret ukoll li l-prezzijiet Brażiljani kienu konsistentement aktar baxxi mill-prezzijiet tal-importazzjoni Serbjani tul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni, jiġifieri s-snin 2013, 2014, 2015 u l-perjodu ta' investigazzjoni (ara l-premessa (235)). Għalhekk, il-Kummissjoni ma aċċettatx it-talba tal-produttur esportatur Brażiljan, li l-importazzjonijiet mill-Brażil ma għandhomx jiġu vvalutati b'mod kumulattiv mal- importazzjonijiet mit-tliet pajjiżi l-oħra. |
|
(261) |
Għaldaqstant, il-Kummissjoni kkonkludiet ukoll li l-kriterji kollha stipulati fl-Artikolu 3(4) huma ssodisfati mill-erba' pajjiżi l-oħrajn u għaldaqstant l-importazzjonijiet mill-Brażil, mill-Iran, mir-Russja u mill-Ukrajna kellhom jiġu eżaminati b'mod kumulattiv bil-għan li jiġi ddeterminat id-dannu. |
4.3.2. Volum u sehem mis-suq tal-importazzjonijiet mill-Brażil, l-Iran, ir-Russja, u l-Ukrajna
|
(262) |
L-importazzjonijiet lejn l-Unjoni mill-Brażil, l-Iran, ir-Russja, u l-Ukrajna żviluppaw kif ġej: Tabella 5 Il-volum tal-importazzjoni (tunnellati) u s-sehem mis-suq
|
|||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
(263) |
It-Tabella ta' hawn fuq turi li f'ċifri assoluti l-importazzjonijiet mill-pajjiżi kkonċernati żdiedu b'mod sinifikanti matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni. B'mod parallel, is-sehem mis-suq totali tal-importazzjonijiet tagħhom fl-Unjoni żdied bi kważi 5 punti perċentwali (minn 7,45 % fl-2013 għal 12,57 %, jew żieda b'69 %) matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni. |
4.3.3. Il-prezzijiet tal-importazzjonijiet mill-pajjiżi kkonċernati u t-twaqqigħ tal-prezz
|
(264) |
Il-Kummissjoni stabbilixxiet il-prezzijiet tal-importazzjonijiet fuq il-bażi tad-data tal-Eurostat. Il-prezz medju ponderat tal-importazzjonijiet mill-Brażil, mill-Iran, mir-Russja u mill-Ukrajna lejn l-Unjoni żviluppa kif ġej: Tabella 6 Prezzijiet tal-importazzjoni (EUR / tunnellata)
|
|||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
(265) |
Il-prezzijiet medji tal-importazzjonijiet mill-pajjiżi kkonċernati naqsu minn EUR 442 għal kull tunnellata fl-2013 għal EUR 323 għal kull tunnellata matul il-perjodu ta' investigazzjoni. Matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni, it-tnaqqis fil-prezz medju unitarju tal-importazzjonijiet oġġett ta' dumping kien ta' 27 %. |
|
(266) |
Il-Kummissjoni vvalutat it-twaqqigħ tal-prezz matul il-perjodu ta' investigazzjoni billi qabblet:
|
|
(267) |
It-tqabbil tal-prezzijiet sar tip b'tip għat-tranżazzjonijiet fl-istess livell ta' kummerċ, b'aġġustament debitu fejn meħtieġ, u wara tnaqqis tar-rifużjonijiet u tal-iskontijiet. Ir-riżultat tat-tqabbil ġie espress bħala perċentwal tal-fatturat tal-produtturi tal-Unjoni matul il-perjodu ta' investigazzjoni. L-aġġustamenti ewlenin relatati mal-ispejjeż tal-konsenja (li jvarjaw bejn 3,4 % u 8,9 % għal kull produttur tal-Unjoni inkluż fil-kampjun), l-ispejjeż ta' kreditu (li jvarjaw bejn 0,1 % u 0,4 %) u l-iskontijiet (li jvarjaw bejn 0,1 % u 2 %). |
|
(268) |
Kif intqal fil-premessa (16), importatur mhux relatat wieħed biss issottometta tweġiba għall-kwestjonarju. Fuq il-bażi tal-evidenza miġbura tul il-verifika għand dak l-importatur mhux relatat, żdiedu spejjeż ta' wara l-importazzjoni, li ġew stabbiliti b'7 EUR għal kull tunnellata. |
|
(269) |
Fuq il-bażi ta' dan li ntqal hawn fuq, instab li l-importazzjonijiet oġġett ta' dumping mill-maġġoranza tal-produtturi esportaturi kkonċernati inklużi fil-kampjun waqqgħu l-prezzijiet tal-industrija tal-Unjoni b'bejn 8,45 % u 17,74 %, kif jidher fit-Tabella ta' hawn taħt. Għall-kumpaniji kollha tal-Brażil ma nstabx twaqqigħ tal-prezz. Tabella 7 Marġnijiet tat-twaqqigħ tal-prezz
|
|
(270) |
Wara d-divulgazzjoni tad-Dokument ta' Informazzjoni, l-ilmentatur u l-produttur esportatur Iranjan innutaw li l-informazzjoni pprovduta fid-Dokument ta' Informazzjoni kienet inkonsistenti ma' dik ipprovduta f'wieħed mill-annessi tiegħu. Filwaqt li d-dokument kien jgħid li ma nstabx twaqqigħ tal-prezz għall-kumpanija Iranjana, anness speċifiku wera marġni tat-twaqqigħ tal-prezz ta' 8,45 % fir-rigward tal-kumpanija Iranjana. |
|
(271) |
B'risposta għal dawn il-kummenti, il-Kummissjoni tikkonferma li l-parti deskrittiva tad-Dokument ta' Informazzjoni b'mod skorrett għamlet riferiment għall-kumpanija Iranjana u li l-marġni tat-twaqqigħ tal-prezz ipprovdut fl-anness kien korrett. |
|
(272) |
Wara d-divulgazzjoni finali, il-produttur esportatur Brażiljan Usiminas sostna li l-Artikoli 3(2) u 3(3) tar-Regolament bażiku jirrikjedu li l-Kummissjoni twettaq analiżi xierqa tal-effett tal-prezzijiet tal-importazzjonijiet oġġett ta' dumping u tikkunsidra jekk kienx hemm twaqqigħ sinifikanti tal-prezzijiet. Analiżi bħal din jenħtieġ li ma tkunx limitata għal tqabbil matematiku sempliċi, iżda tikkonsisti wkoll f'valutazzjoni dinamika tal-iżviluppi tal-prezzijiet u x-xejriet fir-relazzjoni bejn il-prezzijiet tal-importazzjonijiet oġġett ta' dumping u dawk tal-prodotti simili matul il-perjodu ta' investigazzjoni. |
|
(273) |
Il-Kummissjoni ma laqgħetx dan l-argument: Hija l-ewwel ipprovdiet il-prezzijiet unitarji medji ponderati ta' bejgħ tal-produtturi tal-Unjoni fis-suq ħieles fl-Unjoni fit-Tabella tal-premessa (295). Konsegwentement, kif stabbilit fil-premessa (297), il-Kummissjoni saħqet li l-produtturi tal-Unjoni kellhom isegwu l-ispiral 'l isfel tal-prezzijiet u naqqsu l-prezz tal-bejgħ tagħhom b'mod sinifikanti, b'mod partikolari matul is-sena 2015 u l-perjodu ta' investigazzjoni. Billi l-prodott ikkonċernat huwa prodott bażiku, il-produtturi tal-Unjoni kellhom isegwu l-ispiral tat-tnaqqis fil-prezz. Kummenti simili mill-Kummissjoni jinsabu fil-premessa (387). Barra minn hekk, hija rreferiet ukoll għall-analiżi tal-fatturi l-oħrajn, li flimkien jew b'mod separat ma setgħux ikissru r-rabta kawżali bejn l-importazzjonijiet oġġett ta' dumping. (ara l-premessa (390)). Għaldaqstant, l-analiżi tal-Kummissjoni ma kienx limitat għal tqabbil matematiku sempliċi. L-aħħar kunsiderazzjoni, iżda mhux l-inqas, hija li la l-produttur esportatur Brażiljan ma pprovda spjegazzjoni u lanqas il-Kummissjoni ma kienet konxja tar-raġunijiet għaliex analiżi addizzjonali bħal din tagħmel l-analiżi tat-twaqqigħ tal-prezzijiet aktar sinifikanti, meta jiġi kkunsidrat in-natura tat-tip ta' prodott inkwistjoni. |
4.4. Is-sitwazzjoni ekonomika tal-industrija tal-Unjoni
4.4.1. Rimarki ġenerali
|
(274) |
B'konformità mal-Artikolu 3(5) tar-Regolament bażiku, l-analiżi tal-impatt tal-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta' dumping fuq l-industrija tal-Unjoni kienet tinkludi evalwazzjoni tal-indikaturi ekonomiċi kollha li kellhom effett fuq l-istat tal-industrija tal-Unjoni matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni. |
|
(275) |
L-indikaturi makroekonomiċi (il-produzzjoni, il-kapaċità ta' produzzjoni, l-użu tal-kapaċità, il-volum tal-bejgħ, l-istokkijiet, it-tkabbir, is-sehem mis-suq, l-impjiegi, il-produttività u d-daqs tal-marġnijiet ta' dumping) ġew ivvalutati fil-livell tal-industrija sħiħa tal-Unjoni. Il-valutazzjoni kienet ibbażata fuq l-informazzjoni pprovduta mill-ilmentatur, li ġiet imbagħad kontroverifikata ma' data pprovduta mill-produtturi tal-Unjoni u minn statistika uffiċjali disponibbli (Eurostat). |
|
(276) |
L-analiżi tal-indikaturi mikroekonomiċi (il-prezzijiet tal-bejgħ, il-profittabbiltà, il-fluss tal-flus, l-investimenti, ir-redditu fuq l-investimenti, il-possibbiltà li jiġi ġġenerat kapital, il-pagi u l-ispejjeż tal-produzzjoni) twettqet fil-livell tal-produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun. Il-valutazzjoni kienet ibbażata fuq l-informazzjoni tagħhom, ivverifikata kif xieraq. |
|
(277) |
Sabiex tipprovdi stampa kemm jista' jkun kompluta tal-industrija tal-Unjoni, il-Kummissjoni kisbet data għall-produzzjoni kollha tal-prodott ikkonċernat u ddeterminat jekk il-produzzjoni kinitx destinata għall-użu ristrett jew għas-suq ħieles. Għal uħud mill-indikaturi tad-dannu relatati mal-industrija tal-Unjoni, il-Kummissjoni analizzat b'mod separat id-data relatata mas-suq ħieles u dik relatata mas-suq ristrett u għamlet analiżi komparattiva. Dawn il-fatturi huma: il-bejgħ, is-sehem mis-suq, il-prezzijiet unitarji, l-ispiża għal kull unità, il-profittabbiltà u l-fluss tal-flus. Madankollu, indikaturi ekonomiċi oħra jistgħu jiġu eżaminati b'mod siewi biss billi wieħed jirreferi għall-attività sħiħa, inkluż l-użu ristrett tal-industrija tal-Unjoni. Dawn il-fatturi huma: il-produzzjoni, il-kapaċità, l-użu tal-kapaċità, l-investimenti, ir-redditu fuq l-investimenti, l-impjiegi, il-produttività, l-istokkijiet u l-kostijiet lavorattivi. Għal dawn il-fatturi, il-Kummissjoni tista' twettaq valutazzjoni siewja biss billi tirreferi għall-attività sħiħa tal-industrija tal-Unjoni. Din l-analiżi hija konformi mal-ġurisprudenza tal-qrati tal-Unjoni u tad-WTO (14). |
4.4.2. L-indikaturi makroekonomiċi
4.4.2.1.
|
(278) |
Il-produzzjoni totali tal-Unjoni, il-kapaċità ta' produzzjoni u l-użu tal-kapaċità żviluppaw kif ġej matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni: Tabella 8 Il-produzzjoni, il-kapaċità ta' produzzjoni u l-użu tal-kapaċità
|
|||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
(279) |
Matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni, il-volum tal-produzzjoni tal-industrija tal-Unjoni naqas ftit b'madwar 1,7 miljun tunnellata (– 2 %). |
|
(280) |
Iċ-ċifri tal-kapaċità rrapportati jirreferu għall-kapaċità teknika, ħaġa li timplika li kienu tqiesu l-aġġustamenti, meqjusa bħala standards mill-industrija, għall-ħin tat-twaqqif, għall-manutenzjoni, għall-ostakli u għal perjodi normali oħra ta' waqfien. Matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni, il-kapaċità ta' produzzjoni naqset minħabba t-tnaqqis ta' parti mill-kapaċità ta' produzzjoni, primarjament fil-Belġju u fl-Italja. |
|
(281) |
Ir-rata tal-użu tal-kapaċità baqgħet relattivament stabbli tul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni billi kienet tvarja bejn 74,1 % u 76,2 %. |
4.4.2.2.
|
(282) |
Matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni l-volum tal-bejgħ u s-sehem mis-suq tal-industrija tal-Unjoni fis-suq ħieles żviluppaw kif ġej: Tabella 9 Il-volum tal-bejgħ u s-sehem mis-suq (suq ħieles)
|
||||||||||||||||||||||||||||||
|
(283) |
Il-volum tal-bejgħ tal-industrija tal-Unjoni fis-suq ħieles tal-Unjoni naqas b'5 % matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni, minn 27,5 miljun tunnellata għal 26 miljun tunnellata. |
|
(284) |
Matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni, is-sehem mis-suq tal-industrija tal-Unjoni f'termini ta' konsum tal-Unjoni naqas b'aktar minn 8 punti perċentwali, minn 85,1 % għal 76,7 %. It-tnaqqis fil-volum tal-bejgħ fis-suq ħieles tal-Unjoni u t-telf ta' sehem mis-suq tal-industrija tal-Unjoni kkoinċidew ma' żieda fil-konsum fis-suq ħieles tal-Unjoni, indikatur ta' deterjorament tal-pożizzjoni kompetittiva tal-produtturi tal-azzar tal-Unjoni. |
|
(285) |
Fir-rigward tas-suq ristrett fl-Unjoni, matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni, il-volum ristrett u s-sehem mis-suq żviluppaw kif ġej: Tabella 10 Volum ristrett fis-suq tal-Unjoni u s-sehem mis-suq
|
||||||||||||||||||||||||||||||
|
(286) |
Il-volum ristrett tal-industrija tal-Unjoni (magħmul mit-trasferimenti ristretti u l-bejgħ ristrett fis-suq tal-Unjoni) fis-suq tal-Unjoni f'ċifri assoluti baqa' relattivament stabbli tul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni. |
|
(287) |
Is-sehem tal-użu ristrett (espress bħala perċentwali mit-total tal-produzzjoni) tal-industrija tal-Unjoni żdied ftit tul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni, minn 56,9 % fl-2013 għal 58,2 % tul il-perjodu ta' investigazzjoni. |
4.4.2.3.
|
(288) |
L-impjiegi ġew ikkalkulati billi ttieħdu biss il-ħaddiema li jaħdmu direttament għall-prodott simili fl-impjanti differenti tal-azzar tal-produtturi tal-Unjoni. Dan il-metodu pprovda data preċiża li hija relattivament faċli li tiġi ddeterminata. |
|
(289) |
Matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni, l-impjiegi u l-produttività żviluppaw kif ġej: Tabella 11 L-impjiegi u l-produttività
|
||||||||||||||||||||||||||||||
|
(290) |
Il-livell tal-impjiegi fl-industrija tal-Unjoni naqas matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni. Il-Kummissjoni stabbilixxiet tul l-investigazzjoni li dan it-tnaqqis ġie kkawżat mill-ħtieġa li jitnaqqsu l-ispejjeż tal-produzzjoni u tinkiseb effiċjenza fid-dawl tal-kompetizzjoni ikbar mill-importazzjonijiet oġġett ta' dumping fis-suq. Dan irriżulta fi tnaqqis tal-ħaddiema b'5 % matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni, mingħajr ma jittieħed inkonsiderazzjoni l-ebda impjieg indirett. Dovut għal u minkejja l-volum tal-produzzjoni li qed jonqos ftit (– 2 %) matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni, il-produttività tal-ħaddiema tal-industrija tal-Unjoni, imkejla bħala produzzjoni għal kull persuna impjegata fis-sena, żdiedet (+ 3 %). Dan juri li l-industrija tal-Unjoni kienet tipprova tadatta għat-tibdil fil-kundizzjonijiet tas-suq sabiex tibqa' kompetittiva. |
4.4.2.4.
|
(291) |
Il-livelli tal-istokk tal-produtturi tal-Unjoni żviluppaw kif ġej matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni: Tabella 12 Inventarji
|
||||||||||||||||||||||||||||||
|
(292) |
Il-maġġoranza tat-tipi ta' prodott simili huma prodotti mill-industrija tal-Unjoni skont ordnijiet speċifiċi tal-utenti. Għalhekk, l-istokkijiet ma kinux meqjusa bħala indikatur importanti ta' dannu għal din l-industrija. Dan huwa kkonfermat ukoll mill-analiżi tal-evoluzzjoni tal-istokkijiet tal-għeluq bħala perċentwal tal-produzzjoni. Kif jidher hawn fuq, dan l-indikatur baqa' relattivament stabbli f'madwar 3,4 % sa 3,7 % tal-volum tal-produzzjoni. |
4.4.2.5.
|
(293) |
Il-marġnijiet ta' dumping mill-Brażil, l-Iran, ir-Russja u l-Ukrajna kienu ferm ogħla mil-livell de minimis. L-impatt tad-daqs tal-marġnijiet għoljin attwali ta' dumping fuq l-industrija tal-Unjoni ma kienx negliġibbli, meta wieħed iqis il-volum u l-prezzijiet tal-importazzjonijiet mill-Brażil, l-Iran, ir-Russja u l-Ukrajna. |
4.4.2.6.
|
(294) |
Il-konsum tal-Unjoni (suq ħieles) żdied b'madwar 5 % matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni, filwaqt li l-volum tal-bejgħ tal-industrija tal-Unjoni fis-suq ħieles tal-Unjoni naqas b'madwar 5 %. L-industrija tal-Unjoni għalhekk tilfet sehem mis-suq, għall-kuntrarju tas-sehem mis-suq tal-importazzjonijiet mill-Brażil, l-Iran, ir-Russja u l-Ukrajna, li żdied b'mod sinifikanti matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni. |
4.4.3. L-indikaturi mikroekonomiċi
4.4.3.1.
|
(295) |
Matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni l-prezzijiet unitarji medji ponderati ta' bejgħ tal-produtturi tal-Unjoni fis-suq ħieles fl-Unjoni żviluppaw kif ġej: Tabella 13 Prezzijiet tal-bejgħ fis-suq ħieles fl-Unjoni
|
||||||||||||||||||||||||||||||
|
(296) |
It-tabella ta' hawn fuq turi l-evoluzzjoni tal-prezz unitarju tal-bejgħ fis-suq ħieles tal-Unjoni meta mqabbel mal-ispejjeż tal-produzzjoni korrispondenti. Bħala medja, il-prezzijiet tal-bejgħ kienu inqas mill-ispejjeż tal-produzzjoni għal kull unità, bl-eċċezzjoni tal-2014, meta s-suq tal-Unjoni beda jirkupra u s-sehem mis-suq tal-importazzjonijiet mill-erba' pajjiżi kkonċernati l-oħra kien aktar baxx milli kien fil-perjodu ta' investigazzjoni. |
|
(297) |
Ġeneralment, l-ispejjeż tal-produzzjoni baqgħu ogħla mill-prezzijiet tal-bejgħ li qed jonqsu, bl-eċċezzjoni tal-2014. Sabiex jiġi limitat it-telf fis-sehem mis-suq u billi l-prodott ikkonċernat huwa prodott bażiku, il-produtturi tal-Unjoni kellhom isegwu l-ispiral 'l isfel tal-prezzijiet u naqqsu l-prezz tal-bejgħ tagħhom b'mod sinifikanti, b'mod partikolari matul is-sena 2015 u l-perjodu ta' investigazzjoni. Billi l-prodott ikkonċernat huwa prodott bażiku, il-produtturi tal-Unjoni kellhom isegwu l-ispiral tat-tnaqqis fil-prezz. |
|
(298) |
Fost il-produtturi fil-kampjun, ċerti prodotti ċatti b'laminazzjoni termali tal-ħadid, tal-azzar mhux illigat jew ta' liga oħra tal-azzar għall-konsum ristrett ġew trasferiti jew inbiegħu bi prezzijiet ta' trasferiment għal ipproċessar downstream ulterjuri bl-użu ta' politiki differenti ta' pprezzar (primarjament bi spejjeż għal trasferiment ristretti u bi prezzijiet ta' bejgħ ristrett). Għaldaqstant, ma tista' tinstilet ebda konklużjoni siewja mill-evoluzzjoni tal-prezz tal-użu ristrett. |
4.4.3.2.
|
(299) |
Matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni, il-kost lavorattiv medju tal-produtturi tal-Unjoni żviluppa kif ġej: Tabella 14 Spejjeż medji tax-xogħol għal kull impjegat
|
||||||||||||||||||||
|
(300) |
Matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni, il-paga medja għal kull impjegat żdiedet b'4 %. |
4.4.3.3.
|
(301) |
Matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni l-profittabbiltà, il-fluss tal-flus, l-investimenti u r-redditu fuq l-investimenti tal-produtturi tal-Unjoni żviluppaw kif ġej: Tabella 15 Profittabbiltà, fluss tal-flus, investimenti u redittu fuq l-investimenti
|
||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
(302) |
Il-Kummissjoni stabbilixxiet il-profittabbiltà tal-produtturi tal-Unjoni billi esprimiet it-telf nett qabel it-taxxa tal-bejgħ tal-prodott simili fis-suq ħieles fl-Unjoni bħala perċentwal tal-fatturat ta' dak il-bejgħ. |
|
(303) |
Matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni il-profittabbiltà żviluppat b'mod negattiv: matul il-perjodi kollha ġie sostnut telf, bl-eċċezzjoni tal-2014. Filwaqt li l-telf fis-sena 2013 kien marbut parzjalment mal-konsegwenzi tal-kriżi tad-dejn fiż-Żona tal-Euro, il-produtturi tal-azzar tal-Unjoni setgħu jirkupraw parzjalment matul l-2014 u fl-ewwel nofs tal-2015. Kif jintwera fit-tabella taħt il-premessa (295), il-prezz unitarju tal-bejgħ tnaqqas bi 23 % tul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni, minħabba pressjoni b'saħħitha fuq il-prezz mingħand l-importazzjonijiet oġġett ta' dumping mit-tieni nofs tal-2015 'il quddiem. Dan wassal għal telf sinifikanti ta' 7,8 % tul il-perjodu ta' investigazzjoni, li huwa l-agħar riżultat tul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni. |
|
(304) |
Il-fluss tal-flus nett huwa l-kapaċità tal-produtturi tal-Unjoni li jiffinanzjaw l-attivitajiet tagħhom huma stess. Ix-xejra fil-fluss tal-flus nett segwiet xejra simili 'l isfel bħall-profittabbiltà u saret negattiva, f'livelli insostenibbli. |
|
(305) |
Minkejja t-telf imġarrab tul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni, l-investimenti (inkluża s-sostituzzjoni ta' ċerti assi ta' produzzjoni) baqgħu 'l fuq minn EUR 240 miljun tul is-snin kollha tal-perjodu taħt kunsiderazzjoni. Madankollu, l-investimenti kienu jinsabu f'livell relattivament baxx tul il-perjodu kollu billi l-abbiltà li jinġabar il-kapital ġiet affettwata mit-telf tul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni (apparti l-qligħ żgħir li nkiseb fl-2014). |
|
(306) |
Ir-redditu fuq l-investimenti huwa l-profitt (jew it-telf) f'perċentwal tal-valur kontabilistiku nett tal-investimenti. Minħabba t-telf imġarrab, ir-redditu fuq l-investiment kien negattiv tul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni, bl-eċċezzjoni tal-2014. |
4.4.3.4.
|
(307) |
Wara d-divulgazzjoni tad-Dokument ta' Informazzjoni, il-produtturi esportaturi Russi, MMK Group u Severstal Group, u l-Ministeru Russu għall-Iżvilupp Ekonomiku ssottomettew li l-Kummissjoni ma indirizzatx b'mod xieraq il-fattur tas-suq ristrett fl-analiżi tagħha tal-indikaturi mikroekonomiċi. Il-produtturi esportaturi Russi nnutaw li l-Kummissjoni analizzat l-indikaturi mikroekonomiċi għas-suq ħieles biss, li huwa segment żgħir mis-suq, jiġifieri 41,8 % — 43,1 % biss tal-produzzjoni tal-Unjoni tal-prodott ikkonċernat. Huma sostnew li eżami tal-indikaturi mikroekonomiċi biss b'rabta mas-suq ħieles tal-Unjoni jkun probabbli li juri stampa aktar negattiva minn wieħed li jirreferi għas-suq kollu tal-UE tal-prodott simili. F'dan ir-rigward, huma rreferew għas-sejbiet tar-Rapport tal-Korp tal-Appell tad-WTO f'United States — Anti-Dumping Measures on Certain Hot-Rolled Steel Products from Japan, (15) li fl-opinjoni tagħhom jirrikjedi li eżami bbilanċjat u oġġettiv tal-indikaturi mikroekonomiċi jinkludi kemm is-suq ħieles kif ukoll dak ristrett. |
|
(308) |
Il-Kummissjoni rrifjutat l-allegazzjoni li hija ma wettqitx eżami bbilanċjat u oġġettiv tal-indikaturi mikroekonomiċi, inklużi kemm is-suq ħieles u kemm is-suq ristrett. |
|
(309) |
L-ewwel, spjegat il-metodoloġija tagħha fil-premessa (277) billi stqarret kif u meta għamlet distinzjoni bejn id-data relatata mas-suq ħieles u dik relatata mas-suq ristrett. |
|
(310) |
It-tieni, l-asserzjoni li l-Kummissjoni ma mxietx b'konformità ma' dak ir-rapport tal-Korp tal-Appell tad-WTO mhijiex korretta. Il-Kummissjoni, għall-analiżi, ma injoratx is-suq ristrett. Ipprovdiet ċifri mis-suq ristrett u qisitu fejn xieraq fl-analiżi tagħha (ara, f'dan ir-rigward, il-premessi minn (224) sa (225) u l-premessi minn (285) sa (287)). |
|
(311) |
It-tielet, f'dan il-każ partikolari, il-maġġoranza tas-suq ristrett ikkonsistiet fi trasferimenti ristretti (kważi 87 % tul il-perjodu ta' investigazzjoni), kif jidher fit-tabella ta' hawn taħt: Tabella 16 Tqassim bejn trasferimenti ristretti u bejgħ ristrett
|
|
(312) |
Tali trasferimenti ma jidħlux fis-suq ħieles billi l-prodott jintuża minn produttur integrat għall-ipproċessar ulterjuri, it-trasformazzjoni jew l-assemblaġġ fi proċess integrat. Dawn it-trasferimenti interni huma kkaratterizzati mill-fatt li mhux qed jinħarġu fatturi kummerċjali u li l-produttur / l-utent integrat mhuwiex entità legali separata, b'differenza mill-bejgħ ristrett. Bħala riżultat, ma hemmx prezzijiet tal-bejgħ għal dawk it-trasferimenti ristretti. |
|
(313) |
Barra minn hekk, huwa diffiċli ħafna biex wieħed jistabbilixxi l-profittabbiltà jew ir-redditu fuq l-investiment għal dawn it-trasferimenti ristretti billi t-tipi ta' prodott (meta jiġu ttrasferiti b'mod ristrett) qed jitkomplew jiġu pproċessati internament u f'diversi prodotti downstream tal-azzar, mingħajr ma jinħarġu kwalunkwe fatturi tal-bejgħ (ħaġa essenzjali biex jiġi ddeterminat id-dħul u wieħed mill-elementi kruċjali biex ikun jista' jiġi ddeterminat xi profitt). |
|
(314) |
Madankollu, kif stabbilit fil-premessa (41), it-tipi ta' prodott differenti tal-HRF, huma l-materja prima għall-produzzjoni ta' diversi prodotti downstream tal-azzar bil-valur miżjud, li jibdew minn prodotti ċatti u miksija (16) b'laminazzjoni kiesħa. F'dan ir-rigward, ir-regolament proviżorju dwar il-prodotti tal-azzar irrumblati ċatti fil-kiesaħ li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina u l-Federazzjoni Russa pprovda li “is-sitwazzjoni tal-industrija tal-Unjoni fis-suq ħieles marret għall-agħar b'mod sinifikanti matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni mindu t-telf beda jakkumula mill-2012 'il quddiem. Tabilħaqq, il-volumi ta' bejgħ fis-suq ħieles tal-Unjoni naqsu b'14 %, il-prezzijiet tal-bejgħ ta' unità naqsu b'19 % filwaqt li l-kost tal-produzzjoni naqas b'16 % biss. Barra minn hekk, l-industrija tal-Unjoni tilfet sehem mis-suq għall-importazzjonijiet mill-pajjiżi kkonċernati u kellha tnaqqas l-investimenti fid-dawl tar-redditu kontinwament negattiv fuq l-investiment. (17).” Din il-konklużjoni f'din il-premessa ġiet ikkonfermata fil-fażi definittiva (18) u għadha rilevanti. Il-perjodu ta' investigazzjoni tal-każ tal-prodotti tal-azzar ċatti irrumblati fil-kiesaħ (19) ippreċeda l-perjodu ta' investigazzjoni fil-każ attwali. Madankollu, anki bil-perjodu ta' investigazzjoni differenti, l-indikaturi ta' hawn fuq juru, b'mod simili bħal fis-suq ħieles, stampa negattiva għall-prodotti tal-azzar irrumblati ċatt fil-kiesaħ, jiġifieri għall-ewwel suq downstream li għalih jintużaw trasferimenti ristretti u bejgħ ristrett tal-HRF. |
|
(315) |
Bħala riżultat, ibbażat fuq l-argumenti ta' hawn fuq, il-Kummissjoni rrifjutat il-pretensjonijiet tal-produtturi esportaturi Russi u tal-Ministeru Russu għall-Iżvilupp Ekonomiku u tikkonferma li aġixxiet bid-diliġenza dovuta u żgurat li ż-żewġt iswieq ġew eżaminati kif xieraq. |
4.4.4. Konklużjoni dwar id-dannu materjali
|
(316) |
Minkejja l-azzjonijiet konkreti mill-industrija tal-Unjoni biex tittejjeb l-effiċjenza bit-tnaqqis tal-ispejjeż (bħat-tnaqqis tas-sigħat tax-xogħol ta' kull ġimgħa) u kontroll iebes fuq l-ispejjeż tal-produzzjoni tul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni, is-sitwazzjoni ekonomika tal-industrija tal-Unjoni ddeterjorat b'mod sinifikanti: it-telf żdied minn – 2,7 % fl-2013 għal – 7,8 % tul il-perjodu ta' investigazzjoni. Bħala riżultat, ġie akkumulat telf tul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni, bl-eċċezzjoni tas-sena 2014. |
|
(317) |
Barra minn hekk, minkejja żieda b'5 % fil-konsum tal-Unjoni fis-suq ħieles, il-volumi tal-bejgħ tal-industrija tal-Unjoni naqsu b'5 %, bil-prezzijiet unitarji tal-bejgħ jitnaqqsu b'aktar minn 20 %, u l-produzzjoni tonqos bi 2 %. Barra minn hekk, l-impjiegi naqsu b'5 %. B'konsegwenza ta' dan, anki l-indikaturi l-oħra tad-dannu żviluppaw b'mod negattiv. |
|
(318) |
Il-konsegwenzi tal-kriżi tad-dejn fiż-Żona tal-Euro fl-2013 affettwaw b'mod negattiv il-profittabbiltà fl-2013, filwaqt li segwa rkupru moderat fl-2014. Imbagħad, fiċ-ċirkostanzi partikolari ta' dan il-każ, il-produtturi tal-Unjoni: biegħu l-prodott ikkonċernat bi prezzijiet iżjed baxxi mill-ispiża primarjament mit-tieni nofs tal-2015 'il quddiem, sabiex iżommu s-sehem tagħhom mis-suq. Il-produtturi esportaturi kollha mill-erba' pajjiżi: kkonċernati biegħu bi prezzijiet oġġett ta' dumping, u fil-parti l-kbira tal-każijiet, il-prezzijiet tagħhom waqqgħu il-prezzijiet tal-produtturi tal-azzar tal-Unjoni u b'hekk eżerċitaw pressjoni sinifikanti fuq il-prezzijiet tal-bejgħ fl-industrija tal-Unjoni. |
|
(319) |
Minħabba t-telf imġarrab matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni b'riżultat tal-fatturi deskritti hawn fuq, l-indikaturi l-oħrajn bħall-fluss tal-flus u r-redditu fuq l-investiment segwew l-istess xejriet 'l isfel bħall-indikatur tal-profittabbiltà. |
|
(320) |
Il-partijiet interessati kienu informati bid-divulgazzjoni tad-Dokument ta' Informazzjoni li l-Kummissjoni kkonkludiet li l-industrija tal-Unjoni qed iġġarrab dannu materjali skont it-tifsira tal-Artikolu 3(5), u ngħataw l-opportunità biex jipprovdu kummenti. |
|
(321) |
Il-produtturi esportaturi Russi (MMK Group u Severstal Group) u l-Ministeru Russu għall-Iżvilupp Ekonomiku stqarru li kien impossibbli li l-Kummissjoni ssib dannu materjali fil-proċediment preżenti billi l-proċedimenti Ċiniżi (20) koprew preċiżament l-istess prodott ikkonċernat u de facto eżatt l-istess perjodu għall-valutazzjoni tax-xejriet ta' dannu u l-kawżalità (sa Ġunju 2016 u saħansitra Settembru 2016). Għal din ir-raġuni, huma allegaw li l-konnessjoni b'saħħitha bejn iż-żewġ proċedimenti twassal għan-neċessità li s-sejbiet rigward id-dannu u l-kawżalità fiż-żewġ proċedimenti jkunu allinjati ma' xulxin. |
|
(322) |
Il-produttur esportatur Brażiljan Usiminas kellu wkoll dubji dwar jekk is-sitwazzjoni tal-industrija tal-Unjoni setgħetx kienet iddeterjorat minn sitwazzjoni li fiha kien hemm theddida ta' dannu għal sitwazzjoni ta' dannu materjali fi żmien sitt xhur biss, bil-kunsiderazzjoni li l-perjodi ta' investigazzjoni għall-proċediment Ċiniż u l-proċediment preżenti t-tnejn li huma jkopru t-tieni nofs tal-2015. Għall-istess raġunijiet, il-Ministeru Russu għall-Iżvilupp Ekonomiku talab ukoll li l-Kummissjoni terġa' tikkunsidra d-determinazzjoni tad-dannu materjali lill-industrija tal-Unjoni fil-proċediment attwali. |
|
(323) |
Barra minn hekk, Usiminas allegat li diversi indikaturi wrew xejra stabbli jew ftit negattiva biss u li għalhekk id-dannu allegatament imġarrab mill-industrija tal-Unjoni ma jikkwalifikax bħala materjali. F'dan ir-rigward, dan il-produttur esportatur irrefera għat-tnaqqis żgħir fil-produzzjoni tal-Unjoni, il-volum tal-bejgħ u l-impjiegi. Barra minn hekk, dan il-produttur esportatur sostna li t-tnaqqis fis-sehem mis-suq, għalkemm aktar sinifikanti, kien madankollu żgħir fid-dawl tal-fatt li l-industrija tal-Unjoni żammet sehem mis-suq: dominanti ta' 76,7 % tul il-perjodu ta' investigazzjoni. |
|
(324) |
Il-Kummissjoni rrikonoxxiet li l-investigazzjoni attwali tkopri preċiżament l-istess prodott ikkonċernat u prodott simili bħall-investigazzjonijiet dwar iċ-Ċina. |
|
(325) |
Madankollu, l-investigazzjoni attwali u dawk dwar iċ-Ċina ma jkoprux l-istess perjodi rilevanti għall-valutazzjoni tax-xejriet għad-dannu u l-kawżalità. L-ewwel nett, l-investigazzjoni tad-dumping u d-dannu fl-investigazzjoni preżenti kopriet il-perjodu mill-1 ta' Lulju 2015 sat-30 ta' Ġunju 2016, filwaqt li l-istħarriġ dwar ix-xejriet rilevanti għall-valutazzjoni tad-dannu kopra l-perjodu mill-1 ta' Jannar 2013 sat-30 ta' Ġunju 2016. Fejn jidħlu l-investigazzjonijiet taċ-Ċina, l-investigazzjoni dwar dumping, sussidju u dannu kopriet il-perjodu mill-1 ta' Jannar 2015 sal-31 ta' Diċembru 2015, filwaqt li l-istħarriġ dwar ix-xejriet rilevanti għall-valutazzjoni tad-dannu kopra l-perjodu mill-1 ta' Jannar 2012 sat-tmiem l-2015. Għalkemm huwa minnu li hemm sovrapożizzjoni ta' sitt xhur rigward il-perjodu ta' investigazzjoni bejn iż-żewġ investigazzjonijiet (il-perjodu mill-1 ta' Lulju 2015 sal-31 ta' Diċembru 2015), id-determinazzjoni tad-dumping u d-dannu sar fuq il-bażi ta' perjodu ta' investigazzjoni u perjodu taħt kunsiderazzjoni li kienu differenti fl-investigazzjoni attwali u l-investigazzjonijiet taċ-Ċina u li kienu diġà ġew definiti b'konformità mad-dispożizzjonijiet rilevanti tar-Regolament bażiku u mħabbra fin-Notifika ta' Bidu. Dan ġie spjegat b'mod ċar fil-premessa (115) tar-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/649 (21) (ir-“Regolament definittiv rigward iċ-Ċina”), li tistqarr: “Il-Kummissjoni ma sabithiex possibbli f'dan il-każ li tikkumula l-importazzjonijiet oġġett ta' dumping billi tgħaqqad iż-żewġ investigazzjonijiet. Il-kunċett ta' importazzjonijiet li jkunu” fl-istess ħin soġġetti għal investigazzjonijiet kontra dumping, “skont l-Artikolu 3(4) tar-Regolament bażiku jirrekjedi jew importazzjonijiet li qegħdin taħt l-istess investigazzjoni jew importazzjonijiet li huma taħt żewġ investigazzjonijiet differenti li għaddejjin simultanjament u li għandhom l-istess perjodi ta' investigazzjoni jew perjodi ta' investigazzjoni li huma fil-biċċa l-kbira mrikkbin. F'dan il-każ, iż-żewġ investigazzjonijiet għandhom perjodi ta' investigazzjoni differenti, bi trikkib tal-PI ta' sitt xhur biss.” |
|
(326) |
Fil-każ preżenti, il-Kummissjoni kienet irċeviet evidenza biżżejjed għall-bidu ta' proċedura bbażata fuq l-allegazzjoni ta' dannu attwali, b'mod partikolari minħabba l-prezzijiet baxxi ħafna, matul il-perjodu ta' investigazzjoni. Il-każ taċ-Ċina jirrigwarda, għall-kuntrarju, theddida ta' dannu li tkopri perjodu ta' investigazzjoni parzjalment preċedenti mill-perjodu ta' investigazzjoni fil-każ preżenti, li ma tkunx ibbażata biss fuq l-ipprezzar u l-iżvilupp fil-volum tal-importazzjonijiet Ċiniżi, iżda wkoll fuq l-imġiba mistennija fil-futur ta' produtturi esportaturi Ċiniżi minħabba, b'mod partikolari, il-kapaċitajiet żejda eżistenti. |
|
(327) |
Il-ġurisprudenza teħtieġ li l-Kummissjoni twettaq analiżi ta' attribuzzjoni tal-fatturi differenti. Fil-każ preżenti, l-importazzjonijiet mill-erba' pajjiżi kkawżaw dannu effettiv lill-industrija tal-Unjoni fil-perjodu ta' investigazzjoni ta' dan il-każ. |
|
(328) |
Indipendentement minn dan id-dannu attwali, l-importazzjonijiet Ċiniżi kkostitwixxew theddida addizzjonali ta' dannu għall-industrija tal-Unjoni. Għalhekk, minħabba d-differenza fiż-żewġ perjodi ta' investigazzjonijiet u l-konklużjonijiet li saru fl-investigazzjoni preżenti, it-theddida tad-dannu miċ-Ċina ma tistax tkisser ir-rabta ta' kawżalità f'dan il-każ. |
|
(329) |
Il-Kummissjoni osservat ukoll li l-metodu użat għall-kalkolu tal-marġni ta' dannu, li huwa bbażat fuq is-sottokwotazzjoni osservata min-naħa tal-kumpaniji mill-erba' pajjiżi, jinkludi, mit-tfassil innifsu, kwalunkwe attribuzzjoni tad-dannu possibbilment ikkawżat miċ-Ċina lill-importazzjonijiet mill-erba' pajjiżi:. |
|
(330) |
Fejn jidħlu d-dubji tal-produttur esportatur Brażiljan dwar jekk is-sitwazzjoni tal-industrija tal-Unjoni setgħetx kienet iddeterjorat minn sitwazzjoni li fiha kien hemm theddida ta' dannu għal sitwazzjoni ta' dannu materjali fi żmien sitt xhur biss, il-Kummissjoni qabblet il-perjodu ta' investigazzjoni fil-każijiet taċ-Ċina mal-perjodu ta' investigazzjoni fil-każ preżenti u sabet li kien hemm deterjorament tas-sitwazzjoni tal-industrija tal-Unjoni f'dan il-perjodu ta' 6 xhur. F'dan ir-rigward, il-Kummissjoni tirreferi, pereżempju, għat-tnaqqis ulterjuri fil-volumi ta' produzzjoni, il-volumi tal-bejgħ, l-impjiegi, u l-prezzijiet tal-bejgħ tal-produtturi tal-Unjoni u s-sitwazzjoni negattiva li marret għall-agħar (profittabbiltà) kif jidher fit-Tabella ta' hawn taħt. Tabella 17 Tqabbil ta' xi indikaturi mikro u makro ewlenin bejn “il-każ taċ-Ċina” u l-ħames (5) pajjiżi għall-perjodi rispettivi tagħhom ta' investigazzjoni
|
|
(331) |
Rigward l-allegazzjoni li diversi indikaturi juru xejra stabbli jew ftit negattiva biss u għaldaqstant id-dannu allegatament imġarrab mill-industrija tal-Unjoni ma jikkwalifikax bħala materjali, il-Kummissjoni rreferiet għad-deterjorament ulterjuri tal-indikaturi ta' dannu ewlenin, kif stabbilit fil-premessi minn (316) sa (319). Il-Kummissjoni sabet li tali deterjorament kien suffiċjenti biex jikkwalifika s-sitwazzjoni tal-industrija tal-Unjoni bħala waħda ta' dannu materjali. |
|
(332) |
Wara d-divulgazzjoni finali, il-produtturi esportaturi Russi (MMK Group u Severstal Group) ikkontestaw s-sejba tal-Kummissjoni dwar id-dannu materjali għar-raġunijiet li ġejjin:
|
|
(333) |
Il-Kummissjoni ma laqgħetx dawn l-argumenti għar-raġunijiet li ġejjin:
|
|
(334) |
Fuq il-bażi ta' dak li ntqal aktar 'il fuq, il-Kummissjoni kkonkludiet li l-industrija tal-Unjoni sofriet dannu materjali skont l-Artikolu 3(5) tar-Regolament bażiku. |
5. KAWŻALITÀ
|
(335) |
Skont l-Artikolu 3(6) tar-Regolament bażiku, il-Kummissjoni eżaminat jekk id-dannu lill-industrija tal-Unjoni kienx ikkawżat mill-importazzjonijiet oġġett ta' dumping mill-Brażil, mill-Iran, mir-Russja u mill-Ukrajna. Skont l-Artikolu 3(7) tar-Regolament bażiku, il-Kummissjoni eżaminat ukoll jekk fatturi magħrufin oħrajn setgħux fl-istess ħin ikkawżaw dannu lill-industrija tal-Unjoni. Il-Kummissjoni żgurat li kwalunkwe dannu possibbli kkawżat minn fatturi oħra għajr l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta' dumping mill-Brażil, mill-Iran, mir-Russja u mill-Ukrajna ma kienx attribwit lill-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta' dumping. |
|
(336) |
Il-fatti kkunsidrati mill-Kummissjoni kienu: il-kriżi ekonomika, in-nuqqas ta' kompetittività tal-produtturi tal-Unjoni, importazzjonijiet minn pajjiżi terzi, l-impatt tas-sitwazzjoni ta' produttur tal-azzar Taljan wieħed fuq l-istampa tad-dannu, il-prestazzjoni tal-produtturi tal-Unjoni fil-bejgħ għall-esportazzjoni, il-“kapaċità żejda” tal-industrija Ewropea tal-azzar, u l-korrelazzjoni bejn il-prezzijiet tal-HRF fis-suq tal-Unjoni:, minn naħa, u l-prezzijiet tal-materja prima u tal-HRF madwar id-dinja, min-naħa l-oħra. |
5.1. L-effetti tal-importazzjonijiet oġġett ta' dumping mill-Brażil, mill-Iran, mir-Russja u mill-Ukrajna
|
(337) |
Bħala medja, il-prezzijiet tal-bejgħ tal-produtturi esportaturi naqsu minn EUR 442 għal kull tunnellata fl-2013 għal EUR 323 għal kull tunnellata matul il-perjodu ta' investigazzjoni (– 27 %). Billi baxxew kontinwament il-prezz tal-bejgħ għal kull unità tagħhom matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni, il-produtturi esportaturi mill-Brażil, mill-Iran, mir-Russja u mill-Ukrajna setgħu jżidu b'mod sinifikanti s-sehem mis-suq tagħhom minn 7,45 % fl-2013 għal 12,57 % fil-perjodu ta' investigazzjoni, kif turi t-tabella fil-premessa (262). Kien hemm ukoll żieda sostanzjali fl-importazzjonijiet mill-pajjiżi kkonċernati fl-2015 u l-perjodu ta' investigazzjoni meta mqabbel mas-snin ta' qabel. |
|
(338) |
Il-Kummissjoni sabet li l-volumi jiżdiedu u t-tnaqqis drammatiku fil-prezzijiet tal-importazzjonijiet mill-pajjiżi kkonċernati tul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni kkawżaw dannu lill-industrija tal-Unjoni. Dan hu l-każ billi, iffaċċjati bl-istrateġija aggressiva tal-ipprezzar tal-produtturi esportaturi tal-pajjiżi kkonċernati, il-produtturi tal-Unjoni: ma kellhomx għażla ħlief li jnaqqsu huma wkoll il-prezzijiet u li jbigħu bit-telf bil-għan li jżommu ċertu livell ta' volumi ta' bejgħ u s-sehem mis-suq. Konsegwentement, dan kellu impatt negattiv fuq il-profittabbiltà tal-industrija, li waslet għal-livell mhux sostenibbli ta' – 7,8 % tul il-perjodu ta' investigazzjoni. |
|
(339) |
Minħabba l-koinċidenza fiż-żmien bejn, minn naħa waħda, il-livell tal-importazzjonijiet oġġett ta' dumping bi prezzijiet dejjem jonqsu u, min-naħa l-oħra, it-telf tal-volum tal-bejgħ u d-dipressjoni fil-prezzijiet tal-industrija tal-Unjoni li rriżultaw f'sitwazzjoni ta' telf, il-Kummissjoni kkonkludiet li l-importazzjonijiet oġġett ta' dumping ikkawżaw dannu materjal lill-industrija tal-Unjoni. |
5.2. Effetti ta' fatturi oħrajn
5.2.1. Il-kriżi ekonomika
|
(340) |
Il-Kummissjoni sabet li l-konsegwenzi tal-kriżi tad-dejn fiż-Żona tal-Euro affettwaw b'mod negattiv il-prestazzjoni tal-industrija tal-azzar tal-Unjoni fl-2013. Madankollu, kif imsemmi fil-premessa (303), il-Kummissjoni kkonkludiet ukoll li l-industrija tal-Unjoni bdiet tirkupra tul l-2014 u l-ewwel nofs tal-2015. |
|
(341) |
B'mod partikolari, is-suq kien beda jirkupra mill-effetti tal-kriżi b'talba relattivament stabbli u saħansitra tiżdied mill-2014 'il quddiem. B'riżultat ta' dan, mill-2014 'il quddiem, l-industrija tal-Unjoni setgħet ibbenefikat aktar mill-irkupru tas-suq. Però, l-importazzjonijiet bi prezzijiet baxxi żdiedu gradwalment u qabdu ishma mis-suq għad-detriment tal-industrija tal-Unjoni. Il-pressjoni kontinwa tal-importazzjonijiet bdiet tinħass bis-sħiħ mit-tieni nofs tal-2015, il-bidu tal-perjodu ta' investigazzjoni. |
|
(342) |
B'hekk, b'kunsiderazzjoni għall-irkupru tas-suq tal-Unjoni, kif evidenzjat miż-żieda fil-konsum fis-suq ħieles tal-Unjoni tul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni (ara t-Tabella tal-premessa (226), il-Kummissjoni kkonkludiet li l-kriżi tad-dejn fiż-Żona tal-Euro kellha impatt negattiv primarjament tul is-sena 2013 tal-perjodu taħt kunsiderazzjoni u qabel il-perjodu ta' investigazzjoni. Madankollu, din ma kkontribwixxitx għad-dannu materjali li nstab tul il-perjodu ta' investigazzjoni. |
5.2.2. Importazzjonijiet minn pajjiżi terzi
5.2.2.1.
|
(343) |
Matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni, il-volum ta' importazzjonijiet u s-sehem mis-suq (f'volum tal-importazzjonijiet totali) miċ-Ċina żviluppaw kif ġej: Tabella 18 Volumi, prezzijiet unitarji u ishma mis-suq miċ-Ċina
|
|||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
(344) |
Kif stipulat fit-Tabella ta' hawn fuq, l-importazzjonijiet miċ-Ċina żdiedu bi 370 % tul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni, filwaqt li l-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi għajr il-Brażil, l-Iran, ir-Russja, u l-Ukrajna (inkluża ċ-Ċina) żdiedu b'51 % biss. Barra minn hekk, bil-paragun taċ-ċifri assoluti tal-importazzjoni ġie osservat li:
|
|
(345) |
Barra minn hekk, il-prezzijiet Ċiniżi nbidlu minn EUR 505 għal kull tunnellata fl-2013 għal EUR 339 għal kull tunnellata matul il-perjodu ta' investigazzjoni. |
|
(346) |
Il-ġurisprudenza teħtieġ li l-Kummissjoni twettaq analiżi ta' attribuzzjoni tal-fatturi differenti. Fl-investigazzjoni preżenti, l-importazzjonijiet mill-Brażil, l-Iran, ir-Russja, u l-Ukrajna kkawżaw dannu effettiv lill-industrija tal-Unjoni fil-perjodu ta' investigazzjoni ta' dan il-każ. B'mod indipendenti mill-investigazzjoni preżenti, fil-kuntest tal-investigazzjoni dwar l-istess prodott importat miċ-Ċina, il-Kummissjoni kkonkludiet li kien hemm rabta kawżali bejn l-importazzjonijiet miċ-Ċina oġġett ta' dumping u t-theddid ta' dannu materjali lill-industrija tal-Unjoni (b'mod partikolari tul it-tieni nofs tal-2015) (25). |
|
(347) |
Minkejja li l-investigazzjoni “taċ-Ċina” u l-investigazzjoni preżenti ma jkoprux l-istess perjodi rilevanti għall-valutazzjoni tax-xejriet ta' dannu u r-rabta kawżali, l-ewwel, hemm sovrappożizzjoni ta' sitt xhur rigward il-perjodu ta' investigazzjoni bejn iż-żewġ investigazzjonijiet (il-perjodu mill-1 ta' Lulju 2015 sal-31 ta' Diċembru 2015). It-tieni, kif imsemmi fil-premessa (59) tar-Regolament definittiv “taċ-Ċina” (26), il-volum tal-importazzjonijiet Ċiniżi żdied aktar (bi 8,5 %) fl-ewwel nofs tal-2016 (773 275 tunnellata) meta mqabbel mal-ewwel nofs tal-2015 (712 390 tunnellata). Barra minn hekk, kif stipulat fit-tabella fil-premessa (343), il-volumi tal-importazzjonijiet miċ-Ċina tul il-perjodu ta' investigazzjoni ma kinux negliġibbli. It-tielet, kif imsemmi fil-premessa (93) tal-każ “taċ-Ċina” definit, il-“produtturi esportaturi Ċiniżi kellhom iffissar aggressiv tal-prezzijiet fis-suq tal-Unjoni, b'mod partikolari fit-tieni nofs tal-2015 u fl-ewwel nofs tal-2016. Jekk ma tittieħed l-ebda miżura, u meta wieħed iqis il-kapaċità żejda massiva eżistenti tal-azzar Ċiniża, inkluż il-prodott ikkonċernat, il-produtturi esportaturi Ċiniżi jistgħu jżommu strateġija ta' prezzijiet aggressiva, waqt li jnaqqsu l-prezzijiet tal-bejgħ tagħhom għal livelli minimi.” |
|
(348) |
Għal dawn ir-raġunijiet kollha, b'mod partikolari dovut għall-volumi ta' importazzjoni Ċiniżi mhux negliġibbli u l-iffissar aggressiv tal-prezzijiet mill-produtturi esportaturi Ċiniżi, huwa possibbli li l-importazzjonijiet Ċiniżi kkontribwixxew ukoll għad-dannu materjali li nstab f'din l-investigazzjoni. |
|
(349) |
Min-naħa l-oħra, wieħed ma jistax jassumi li l-importazzjonijiet Ċiniżi kienu l-unika raġuni għas-sitwazzjoni li kienet qed tiddeterjora tal-industrija tal-Unjoni. Kieku, ipotetikament, kellu jiġi eliminat l-effett tal-importazzjonijiet Ċiniżi, kieku l-importazzjonijiet mill-erba' pajjiżi l-oħrajn baqgħu kawża indipendenti fihom innifishom. B'mod partikolari, il-livell tal-importazzjonijiet tul il-perjodu ta' investigazzjoni mill-erba' pajjiżi kkonċernati (4,2 miljun tunnellata tul il-perjodu ta' investigazzjoni) huwa ħafna aktar sinifikanti u kważi tliet darbiet ikbar mill-livell tal-importazzjonijiet Ċiniżi tul il-perjodu ta' investigazzjoni (1,6 miljun tunnellata tul il-perjodu ta' investigazzjoni). |
|
(350) |
Barra minn hekk, il-produtturi esportaturi Ċiniżi tqiesu bħala li jiffissaw il-prezzijiet għas-suq tal-Unjoni, iżda dan l-iffissar tal-prezzijiet għall-HRF miċ-Ċiniżi waħdu ma kienx deċiżiv. X'aktarx, l-importazzjonijiet mill-erba' pajjiżi: bil-volum u s-sehem mis-suq sinifikanti tagħhom baxxew ukoll il-prezzijiet fis-suq tal-Unjoni. Mingħajr tali allinjament mal-politika tal-prezzijiet aggressiva mill-erba' pajjiżi, id-dannu kieku ma seħħx. |
|
(351) |
Għalhekk, il-Kummissjoni kkonkludiet li huwa probabbli li l-importazzjonijiet miċ-Ċina kkontribwixxew għad-dannu materjali mġarrab mill-industrija tal-Unjoni. Madankollu, dan ma kissirx ir-rabta ta' kawżalità bejn id-dannu kkawżat lill-industrija tal-Unjoni u l-importazzjonijiet oġġett ta' dumping mill-erba' pajjiżi l-oħrajn minħabba l-volumi sinifikanti tagħhom u l-prezzijiet komparattivament baxxi. |
|
(352) |
Barra minn hekk, kwalunkwe effett mill-esportazzjonijiet Ċiniżi mhuwiex attribwit lill-erba' pajjiżi billi l-livell tal-eliminazzjoni tad-dannu jqis biss l-effett tal-importazzjonijiet oġġett ta' dumping mill-erba' pajjiżi (ara l-premessa (554)). |
5.2.2.2.
|
(353) |
Matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni l-volum ta' importazzjonijiet u s-sehem mis-suq (f'volum tal-importazzjonijiet totali) minn pajjiżi terzi żviluppaw kif ġej: Tabella 19 Volumi, prezzijiet unitarji u ishma mis-suq minn pajjiżi terzi (għajr iċ-Ċina)
|
||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
(354) |
Produttur esportatur Brażiljan wieħed sostna li l-fatt li t-Turkija ma kinitx soġġetta għal din l-investigazzjoni kien diskriminatorju. Dan il-produttur esportatur allega li l-volum tal-importazzjonijiet Torok kien ogħla minn dak Brażiljan tul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni u li l-prezzijiet tal-importazzjonijiet Torok kienu wkoll aktar baxxi mill-prezzijiet tal-importazzjoni mill-Brażil. Għal dawn ir-raġunijiet, dik il-parti interessata ssottomettiet li l-importazzjonijiet Torok kienu kawża maġġuri tad-dannu li jista' jkun li ġarrbet l-industrija tal-Unjoni u li l-ilmentatur kellu żball billi ma kkunsidrax l-impatt tal-importazzjonijiet Torok. |
|
(355) |
Rigward il-pretensjoni dwar diskriminazzjoni, il-Kummissjoni nnutat li l-ilmentatur fl-ilment tiegħu pprovda evidenza prima facie li l-produtturi esportaturi Torok ma kinux qed iwettqu dumping tal-prodott ikkonċernat fis-suq tal-Unjoni. Min-naħa l-oħra, kalkoli simili għall-Brażil u l-pajjiżi kkonċernati l-oħrajn issuġġerixxew li l-importazzjonijiet minn dawk il-pajjiżi kienu oġġett ta' dumping, fatt li ġie kkonfermat ukoll minn din l-investigazzjoni. |
|
(356) |
Rigward id-dannu potenzjali kkawżat mill-importazzjonijiet mit-Turkija, il-Kummissjoni sabet li l-volum tal-importazzjonijiet mit-Turkija naqas tul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni. Għalhekk, anki jekk l-importazzjonijiet mit-Turkija kkontribwixxew għad-dannu kkawżat lill-industrija tal-Unjoni, ma setgħux ikunu l-kawża tax-xejriet dejjem aktar negattivi li nstabu fl-analiżi tad-dannu. Barra minn hekk, il-prezzijiet tal-importazzjoni mit-Turkija (EUR 344 għal kull tunnellata, ara t-tabella fil-premessa (353)) bħala medja huma ogħla mill-prezzijiet medji tal-importazzjoni mill-pajjiżi kkonċernati, kif elenkati fit-tabella fil-premessa (264) u ma kinux oġġett ta' dumping fuq il-bażi tal-evidenza prima facie pprovduta mill-ilmentatur (ara l-premessa(355)). Għal dawn ir-raġunijiet, il-Kummissjoni kkonkludiet li l-importazzjonijiet Torok ma kissrux ir-rabta ta' kawżalità bejn l-importazzjonijiet oġġett ta' dumping tal-erba' pajjiżi u d-dannu materjali kkawżat lill-industrija tal-Unjoni. |
|
(357) |
Rigward il-volumi tal-importazzjoni minn pajjiżi terzi oħrajn, il-Kummissjoni qabblithom mal-importazzjonijiet mill-erba' pajjiżi: kkonċernati. Hija nnutat li l-importazzjonijiet mill-Brażil, l-Iran, ir-Russja, u l-Ukrajna kkostitwixxew il-maġġoranza vasta tal-importazzjonijiet kollha (4 266 881 tunnellata) fl-Unjoni tul il-perjodu ta' investigazzjoni u li l-volum tagħhom żdied b'77 % tul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni. is-sehem tagħhom mis-suq tul il-perjodu ta' investigazzjoni kien 12,58 %. B'kuntrast ma' dan, il-volum aggregat mill-pajjiżi l-oħra kollha biss kien ta' 3 636 846 tunnellata u s-sehem mis-suq tagħhom kien ta' 10,72 % matul l-istess perjodu. Kif elenkat fit-tabella fil-premessa (353), il-volum aggreggat tal-pajjiżi kollha l-oħrajn apparti ċ-Ċina ammonta għal 2 057 998 tunnellata biss, u s-sehem mis-suq tagħhom kien 6,07 %. |
|
(358) |
Barra minn hekk, il-prezzijiet medji tal-importazzjoni mill-pajjiżi terzi l-oħrajn (EUR 365 għal kull tunnellata għall-pajjiżi terzi kollha l-oħrajn, ara t-Tabella 14 ta' hawn fuq) kienu ogħla mill-prezzijiet medji tal-importazzjoni mill-Brażil, l-Iran, ir-Russja, u l-Ukrajna (EUR 323 għal kull tunnellata tul il-perjodu ta' investigazzjoni, ara l-premessa (265)). Għaldaqstant, il-Kummissjoni kkonkludiet li l-volumi tal-importazzjoni minn pajjiżi terzi oħrajn ma kissrux ir-rabta ta' kawżalità bejn l-importazzjonijiet oġġett ta' dumping mill-Brażil, l-Iran, ir-Russja, u l-Ukrajna u d-dannu lill-industrija tal-Unjoni. |
|
(359) |
Il-ġurisprudenza teħtieġ li l-Kummissjoni twettaq analiżi ta' attribuzzjoni tal-fatturi differenti. Fl-investigazzjoni preżenti, l-importazzjonijiet mill-Brażil, l-Iran, ir-Russja, u l-Ukrajna kkawżaw dannu effettiv lill-industrija tal-Unjoni fil-perjodu ta' investigazzjoni. Indipendentement mill-investigazzjoni preżenti, bis-sejbiet preżenti dwar volumi u prezzijiet elenkati fil-premessi (357) u (358), l-importazzjonijiet tal-pajjiżi kollha l-oħrajn apparti ċ-Ċina ma kissrux ir-rabta ta' kawżalità fil-każ inkwistjoni, u kellhom biss impatt marġinali jew xejn, fuq l-istampa tad-dannu. |
5.2.3. Il-prestazzjoni tal-bejgħ tal-esportazzjonijiet tal-industrija tal-Unjoni
|
(360) |
Matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni l-volum tal-esportazzjonijiet tal-produtturi tal-Unjoni fil-kampjun żviluppa kif ġej: Tabella 20 Il-volumi tal-esportazzjoni mill-produtturi tal-Unjoni fil-kampjun
|
||||||||||||||||||||||||||||||
|
(361) |
Il-volum tal-bejgħ għall-esportazzjoni mill-produtturi tal-Unjoni fil-kampjun naqas bi 13 % tul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni. F'dak li għandu x'jaqsam mal-prezzijiet, dawn naqsu b'mod sinifikanti, bi 23 % matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni. |
|
(362) |
Il-bejgħ għall-esportazzjoni tal-produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun ikkorrisponda għal madwar 25 % tal-bejgħ totali tagħhom fis-suq ħieles tul il-perjodu ta' investigazzjoni. Barra minn hekk, mil-lat tal-perċentwali it-tnaqqis fil-prezzijiet tal-esportazzjoni segwa l-istess xejra bħall-prezzijiet tal-bejgħ tal-produtturi tal-Unjoni fis-suq tal-Unjoni. |
|
(363) |
Il-Kummissjoni kkonkludiet li l-prestazzjoni tal-bejgħ għall-esportazzjoni tal-produtturi tal-Unjoni kkontribwixxiet għad-dannu lill-industrija tal-Unjoni. Madankollu, sabet li dan il-fattur ma kissirx ir-rabta kawżali bejn l-importazzjonijiet oġġett ta' dumping u d-dannu materjali lill-industrija tal-Unjoni kemm għall-istess raġuni stipulata fil-premessi (350) u (351), jiġifieri minħabba l-volumi sinifikanti u l-prezzijiet komparattivament baxxi tal-importazzjonijiet mill-erba' pajjiżi, u billi l-impatt tagħhom kien marġinali biss. |
5.2.4. Is-sitwazzjoni speċifika ta' produttur Taljan wieħed tal-Unjoni
|
(364) |
Parti interessata waħda ppretendiet li l-inklużjoni tal-produttur Taljan Ilva fid-data tad-dannu kienet tgħawweġ l-istampa tad-dannu. Ippretendiet li l-produzzjoni effettiva u l-bejgħ tal-produttur Taljan naqsu b'mod sinifikanti tul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni għal raġunijiet mhux relatati mal-importazzjonijiet tal-pajjiżi kkonċernati. |
|
(365) |
L-ewwel, kif stipulat fil-premessa (215), id-definizzjoni u l-analiżi tal-industrija tal-Unjoni huma bbażati fuq l-industrija tal-Unjoni kollha, inkluż dak il-produttur Taljan. B'hekk, mhuwiex xieraq kieku dak il-produttur jiġi eskluż mid-definizzjoni tal-industrija tal-Unjoni. F'dan il-kuntest, il-fatt li dak il-produttur Taljan naqqas il-produzzjoni attwali tiegħu (b'inqas minn 700 000 tunnellata) tul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni ma jistax jispjega bis-sħiħ it-tnaqqis fil-livelli ta' produzzjoni ġenerali tal-industrija tal-Unjoni (– 1,7 miljun tunnellata). Xi produtturi tal-Unjoni kienu f'pożizzjoni jżidu l-produzzjoni effettiva tagħhom tul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni, iżda xi wħud oħrajn (bħal Ilva) ma kinux. L-istess raġunament jgħodd għad-data dwar il-bejgħ. |
|
(366) |
B'żieda ma' dan, Ilva mhuwiex produttur tal-Unjoni inkluż fil-kampjun, u b'hekk ma influwenzax ix-xejriet osservati fl-indikaturi mikroekonomiċi. F'dan ir-rigward, il-Kummissjoni nnutat li l-produtturi kollha tal-Unjoni inklużi fil-kampjun ġarrbu telf tul il-perjodu ta' investigazzjoni. Dan ikkorrobora s-sejba li l-industrija tal-Unjoni ġarrbet dannu fl-intier tagħha. |
|
(367) |
Barra minn hekk, l-impatt tas-sitwazzjoni speċifika ta' wieħed produttur Taljan fuq l-istampa ġenerali tal-industrija tal-Unjoni kien ukoll limitat. Minkejja l-fatt li dak il-produttur Taljan naqqas il-volumi tiegħu tal-produzzjoni u tal-bejgħ, produtturi oħra tal-Unjoni kienu f'pożizzjoni jipproduċu u jbigħu volumi relattivament ikbar u mlew il-vojt ikkreat minn dak il-produttur Taljan. Madankollu, dawn il-produtturi tal-Unjoni ma kellhom ebda għażla oħra ħlief li jsegwu l-livell tal-prezzijiet stabbiliti mill-importazzjonijiet oġġett ta' dumping sabiex jevitaw li jitilfu aktar mis-sehem mis-suq tagħhom. |
|
(368) |
Barra minn hekk, il-fatt li ċerti produtturi tal-Unjoni jkollhom prestazzjoni relattivament aħjar fis-suq tal-Unjoni minn oħrajn jista' jkun riżultat ta' diversi fatturi iżda ma jaffettwax il-konklużjoni li l-industrija tal-Unjoni inġenerali ġarrbet dannu kkawżat minn importazzjonijiet oġġett ta' dumping. |
|
(369) |
Għaldaqstant, il-Kummissjoni kkonkludiet li l-impatt ta' wieħed produttur Taljan kien limitat u ma kienx jikkontribwixxi għad-dannu kkawżat lill-industrija tal-Unjoni. |
5.2.5. Il-kapaċità żejda tal-industrija Ewropew tal-azzar u l-kapaċità żejda fl-industrija dinjija tal-azzar
|
(370) |
Xi partijiet interessati ppretendew li dak li kkawża d-dannu lill-industrija tal-UE ma kienx l-importazzjonijiet mill-pajjiżi kkonċernati, iżda x'aktarx il-kapaċità żejda tal-produtturi tal-Unjoni. Sabiex jikkorroboraw il-pretensjoni tagħhom, dawk il-partijiet interessati rreferew għall-Pjan ta' Azzjoni tal-Kummissjoni għall-azzar. |
|
(371) |
Il-Kummissjoni ċaħdet dan l-argument. Minkejja li f'livell dinji hawn problema ta' kapaċitajiet żejda fil-qasam tal-azzar (27), inkluż fis-suq tal-Unjoni, il-Kummissjoni kkonkludiet li tliet fabbriki (28) tal-industrija tal-Unjoni naqqsu konsiderevolment il-volumi ta' produzzjoni effettivi tagħhom tul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni. F'livell globali, il-volum ta' produzzjoni tal-produtturi tal-Unjoni tnaqqas bi 2 %, kif elenkat fit-tabella fil-premessa (278). |
|
(372) |
Kif jidher mit-tabella tal-premessa (301), il-profittabbiltà ħżienet b'mod sinifikanti, u ġġarrab telf rekord tul il-perjodu ta' investigazzjoni. Konsegwentement, dan juri li m'hemmx korrelazzjoni diretta bejn iċ-ċifri relattivament stabbli tal-produzzjoni u tal-kapaċità minn naħa u t-telf jeħżien min-naħa l-oħra, meta wieħed iqis ir-rieda tal-industrija tal-Unjoni li tadatta għall-kundizzjonijiet tas-suq jinbidlu sabiex tibqa' kompetittiva. |
|
(373) |
Għalhekk, il-Kummissjoni kkonkludiet li l-kapaċità żejda tal-industrija Ewropea tal-azzar ma kissritx ir-rabta ta' kawżalità. |
|
(374) |
Rigward l-argument addizzjonali li d-dannu lill-industrija tal-Unjoni ġie kkawżat mill-kapaċità żejda f'livell dinji fil-qasam tal-HRF, it-tabella ta' hawn taħt turi l-kapaċitajiet ta' riżerva teoretiċi għall-azzar mhux maħdum u l-livelli effettivi ta' produzzjoni fil-Brażil, l-Iran, ir-Russja, u l-Ukrajna. Tabella 21 Kapaċitajiet għall-azzar mhux maħdum u livelli effettivi ta' produzzjoni tal-prodott simili mil-lat tal-Brażil, l-Iran, ir-Russja, u l-Ukrajna (f'eluf ta' tunnellati)
|
|
(375) |
Dawn il-kapaċitajiet żejda skattaw prattiki ta' dumping mill-pajjiżi kkonċernati kollha. |
|
(376) |
Għalhekk, il-Kummissjoni kkonkludiet li kapaċitajiet żejda madwar id-dinja ma jkissrux ir-rabta ta' kawżalità fiċ-ċirkostanzi speċifiċi ta' dan il-każ. F'dan il-każ, il-kapaċità żejda hija waħda mir-raġunijiet għall-prattiki ta' dumping mill-pajjiżi kkonċernati. |
5.2.6. Il-produtturi tal-Unjoni mhumiex kompetittivi biżżejjed
|
(377) |
Xi partijiet interessati allegaw li l-produtturi tal-Unjoni: ma kinux kompetittivi biżżejjed minħabba spejjeż komparattivament ogħla tal-enerġija (primarjament tal-elettriku). Parti interessata oħra allegat li l-industrija tal-Unjoni kienet ikkaratterizzata min-nuqqas ta' investimenti u ta' innovazzjoni. |
|
(378) |
Fejn jidħlu l-ispejjeż tal-enerġija, l-enerġija, għalkemm importanti, mhijiex il-parti ewlenija tal-ispejjeż għall-produzzjoni tal-prodott ikkonċernat. Il-Kummissjoni sabet fuq il-bażi ta' studju speċjalizzat reċenti li l-prezzijiet Ewropej tal-elettriku naqsu bi 12 % tul il-perjodu 2010 — 2015. Bħala riżultat, l-Unjoni saret ir-reġjun bir-raba' l-inqas livell ta' prezzijiet tal-elettriku fid-dinja (31). B'hekk, wieħed ma jistax jargumenta li l-produtturi tal-Unjoni: għandhom żvantaġġ komparattiv f'dan ir-rigward. It-tielet, dawn l-argumenti dwar l-ispejjeż tal-elettriku ma jistgħux jiġu rrikonċiljati mal-fatt li l-industrija tal-Unjoni xorta kienet kapaċi tikseb profitti ta' madwar 0,4 % fl-2013 kif ukoll matul il-perjodu 2007 — 2011, meta dan l-allegat żvantaġġ komparattiv f'termini ta' spejjeż kien jeżisti wkoll. |
|
(379) |
Rigward l-allegazzjoni dwar nuqqas ta' investimenti u ta' innovazzjoni, il-Kummissjoni sabet matul l-investigazzjoni li kien għad hemm investimenti għaddejjin li jaqbżu l-EUR 240 miljun tul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni (ara l-premessa (305)). Fejn tidħol l-allegazzjoni li l-industrija tal-Unjoni ma kinitx innovattiva, dik il-parti interessata ma pprovdiet l-ebda evidenza biex tissostanzja din l-asserzjoni. |
|
(380) |
Għalhekk, il-Kummissjoni rrifjutat il-pretensjoni li l-industrija tal-Unjoni ma kinitx kompetittiva biżżejjed u kkonkludiet li dawn il-fatturi ma kkawżawx dannu lill-industrija tal-Unjoni. |
5.2.7. Prezzijiet baxxi tal-HRF fis-suq tal-Unjoni minħabba prezzijiet baxxi tal-materja prima u / jew prezzijiet baxxi tal-HRF madwar id-dinja
|
(381) |
Produttur esportatur wieħed mill-Brażil sostna li l-prezzijiet baxxi tal-materja prima fil-manifattura tal-azzar, b'mod partikolari ta' minerali tal-ħadid, wasslu għal tnaqqis tal-prezzijiet tas-suq tal-HRF fis-suq tal-Unjoni. Il-produttur esportatur tal-Ukrajna argumenta li l-allegat effett tal-prezzijiet fis-suq domestiku tal-Unjoni ma kienx ikkawżat mill-importazzjonijiet mill-pajjiżi kkonċernati, iżda x'aktarx dovut għal xejra 'l isfel kullimkien fid-dinja rigward il-prezzijiet tal-HRF. |
|
(382) |
Il-Kummissjoni analizzat kemm il-prezzijiet tal-HRF u kemm l-iżviluppi fil-prezzijiet tal-materja prima għall-HRF għall-perjodu taħt kunsiderazzjoni. |
|
(383) |
Matul l-investigazzjoni l-Kummissjoni kkonfermat li l-prezzijiet għall-materja prima waqgħu bejn l-2012 u l-perjodu ta' investigazzjoni. Pereżempju, il-prezz għall-minerali tal-ħadid naqas minn madwar USD 141 kull MT għal USD 52 kull MT — tnaqqis ta' aktar minn 60 %. |
|
(384) |
Madankollu, meta jiġu analizzati l-ispejjeż tal-produzzjoni tal-akbar produttur tal-Unjoni fil-kampjun, il-Kummissjoni sabet li l-impatt ta' dan it-tnaqqis fil-prezzijiet tal-materja prima huwa ħafna aktar baxx mill-evoluzzjoni osservata fil-prezzijiet. Pereżempju, il-kontribut mill-aktar materji primi importanti ammonta għal madwar 70 % tal-ispiża totali tal-produzzjoni tiegħu fl-2013, iżda kien għadu jirrappreżenta madwar 60 % tal-ispiża totali tal-produzzjoni tul il-perjodu ta' investigazzjoni. Dan wera li ma kien hemm l-ebda korrelazzjoni diretta bejn it-tnaqqis fil-prezzijiet tal-materja prima u tnaqqis tal-ispejjeż tal-produzzjoni fir-rigward tal-HRF. |
|
(385) |
Barra minn hekk, l-ispejjeż tal-produzzjoni fi ħdan l-industrija tal-Unjoni b'kollox naqsu b'19 % (ara l-premessa (295)), ħaġa li kienet riżultat mhux biss ta' spejjeż aktar baxxi tal-materja prima, iżda wkoll dovut għal titjib fl-effiċjenza milħuq mill-produtturi tal-Unjoni kif stipulat fil-premessa (290). Barra minn hekk, il-prezzijiet medji tal-importazzjoni naqsu b'perċentwal ogħla tul l-istess perjodu, jiġifieri b'27 % (ara l-premessa (265)). |
|
(386) |
Taħt kundizzjonijiet ġusti tas-suq, l-industrija tal-Unjoni kienet tkun tista' żżomm il-livelli tal-prezzijiet tal-bejgħ tagħha sabiex tikseb il-benefiċċji mit-tnaqqis fl-ispejjeż u terġa' ssir profittabbli. Però, il-produtturi tal-Unjoni kellhom isegwu x-xejra tal-prezzijiet fis-suq tal-Unjoni u jnaqqsu l-prezzijiet tagħhom huma wkoll. Tul il-perjodu ta' investigazzjoni, il-produtturi tal-Unjoni: kienu sfurzati jbigħu bi prezzijiet aktar baxxi mill-ispiża sabiex jevitaw li jiċkien aktar is-sehem tagħhom mis-suq. Għaldaqstant, il-Kummissjoni rrifjutat il-pretensjoni li t-tnaqqis fil-prezzijiet tal-HRF madwar id-dinja u t-tnaqqis fil-prezzijiet tal-materja prima kkontribwixxa għad-dannu mġarrab mill-industrija tal-Unjoni. |
5.3. Konklużjoni dwar il-kawżalità
|
(387) |
Ġiet stabbilita rabta kawżali bejn l-importazzjonijiet oġġett ta' dumping mill-Brażil, mill-Iran, mir-Russja u mill-Ukrajna minn naħa u d-dannu mġarrab mill-industrija tal-Unjoni min-naħa l-oħra. Kien hemm koinċidenza fiż-żmien bejn iż-żieda qawwija tal-livell tal-importazzjonijiet oġġett ta' dumping bi tnaqqis kontinwu tal-prezzijiet tal-bejgħ mill-Brażil, mill-Iran, mir-Russja u mill-Ukrajna u l-waqgħa tal-prestazzjoni tal-Unjoni, b'mod partikolari mit-tieni nofs tal-2015 'il quddiem. L-industrija tal-Unjoni ma kellha ebda għażla oħra ħlief li ssegwi l-livell tal-prezzijiet stabbiliti mill-importazzjonijiet oġġett ta' dumping sabiex tevita li jiċkien aktar is-sehem tagħha mis-suq. Dan irriżulta f'sitwazzjoni ta' telf. Bħala riżultat, l-industrija tal-Unjoni ma kinitx f'pożizzjoni li tibbenefika mill-irkupru tal-konsum tal-Unjoni u kienet sfurzata tbigħ il-prodotti tagħha fis-suq tal-Unjoni bi prezzijiet aktar baxxi mill-ispejjeż. |
|
(388) |
Il-Kummissjoni sabet li fatturi oħra li forsi kellhom xi impatt fuq is-sitwazzjoni fl-industrija tal-Unjoni kienu: importazzjonijiet minn pajjiżi terzi, il-prestazzjoni tal-bejgħ għall-esportazzjoni tal-produtturi tal-Unjoni, u l-kapaċità żejda fl-industrija Ewropea tal-azzar u l-kapaċità żejda tal-industrija tal-azzar f'livell dinji. |
|
(389) |
Fil-qosor, il-Kummissjoni qieset li l-ebda argument ippreżentat mill-partijiet interessati dwar il-fatturi l-oħra wara d-divulgazzjoni tad-Dokument ta' Informazzjoni ma jista' jbiddel ir-riżultati li stabbilixxew rabta kawżali bejn l-importazzjonijiet oġġett ta' dumping u d-dannu materjali li ġarrbet l-industrija tal-Unjoni matul il-PI. |
|
(390) |
Barra minn hekk, il-Kummissjoni kkonkludiet li dawn il-fatturi flimkien jew separatament ma setgħux ikissru r-rabta ta' kawżalità bejn l-importazzjonijiet oġġett ta' dumping u d-dannu materjali li nstab li ġie kkawżat lill-industrija tal-Unjoni u li l-importazzjonijiet oġġett ta' dumping mill-pajjiżi kkonċernati baqgħu l-kawża ewlenija tad-dannu għar-raġunijiet li ġejjin. Kif stabbilit fil-premessa (357), l-importazzjonijiet mill-Brażil, l-Iran, ir-Russja, u l-Ukrajna kkostitwixxew il-maġġoranza vasta tal-importazzjonijiet kollha (4 266 881 tunnellata) fl-Unjoni tul il-perjodu ta' investigazzjoni u l-volum tagħhom żdied b'77 % tul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni. Barra minn hekk, kif stabbilit fil-premessa (362), il-bejgħ tal-produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun għall-esportazzjoni jikkorrispondi biss għal parti żgħira (25 %) mill-bejgħ totali fis-suq ħieles filwaqt li l-kapaċitajiet żejda fl-erba' pajjiżi kkonċernati huma preċiżament waħda mir-raġunijiet għall-prattiki ta' dumping fis-suq tal-Unjoni. |
|
(391) |
Xi wħud mill-fatturi magħrufa apparti l-importazzjonijiet oġġett ta' dumping — il-kriżi ekonomika, is-sitwazzjoni ta' produttur Taljan wieħed partikolari, in-nuqqas ta' kompetittività tal-produtturi tal-Unjoni, u l-prezzijiet baxxi tal-HRF fis-suq tal-Unjoni minħabba l-prezzijiet baxxi tal-materja prima u / jew prezzijiet baxxi tal-HRF madwar id-dinja — instab li ma kinux ikkawżaw dannu lill-industrija tal-Unjoni tul il-perjodu ta' investigazzjoni. |
|
(392) |
Il-partijiet tgħarrfu b'dawn is-sejbiet permezz tad-Dokument ta' Informazzjoni. Il-partijiet interessati pprovdew kummenti, li huma indirizzati fil-premessi li ġejjin. Dawn il-kummenti ttieħdu inkonsiderazzjoni mill-Kummissjoni meta hija wasslet għad-deċiżjoni finali tagħha. |
|
(393) |
Il-produtturi esportaturi Russi MMK Group u Severstal Group ippretendew li r-rabta kawżali allegata bejn l-importazzjonijiet mill-pajjiżi kkonċernati u kwalunkwe deterjorament tas-sitwazzjoni tal-industrija tal-Unjoni bejn l-1 ta' Lulju 2015 u t-30 ta' Ġunju 2016 titkisser b'mod ovvju mis-sejbiet tar-Regolament definittiv dwar iċ-Ċina. F'dan ir-rigward, huma għamlu riferiment għat-tkabbir sostanzjali u rapidu tal-volumi tal-importazzjonijiet Ċiniżi mill-2015 sa tmiem il-perjodu ta' investigazzjoni fil-proċediment attwali u għax-xejra aktar 'l isfel tal-prezzijiet tal-importazzjoni Ċiniżi (– 33 %), kif stabbilit fil-premessa (161) tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2016/1778 (32) (“ir-Regolament proviżorju dwar iċ-Ċina”). Dawn il-produtturi esportaturi Russi jirreferu b'mod speċifiku għall-premessi minn (178) sa (182), (184) u (188) tar-Regolament proviżorju dwar iċ-Ċina bħala evidenza li kienu l-importazzjonijiet Ċiniżi li kienu responsabbli għas-sitwazzjoni li marret għall-agħar fil-perjodu Lulju 2015 — Ġunju 2016 u mhux l-importazzjonijiet mill-pajjiżi kkonċernati. Barra minn hekk, b'mod simili għall-kummenti tal-produtturi esportaturi Russi, il-Ministeru Russu għall-Iżvilupp Ekonomiku stqarr li l-importazzjonijiet Ċiniżi kienu fattur deċiżiv li affettwa b'mod negattiv l-istat tal-industrija tal-Unjoni, mhux l-importazzjonijiet mill-pajjiżi kkonċernati. Wara d-divulgazzjoni finali, l-istess pretensjoni kienet imtennija minn dawn il-produtturi esportaturi Russi u l-Ministeru tal-Industrija u l-Kummerċ. |
|
(394) |
Il-Kummissjoni ma laqgħetx dawn l-argumenti. Il-premessi li għalihom irreferew il-produtturi esportaturi Russi għandhom x'jaqsmu mal-perjodu 2012–2015 u mhux il-perjodu taħt kunsiderazzjoni fil-proċediment attwali. L-istess jgħodd rigward ix-xejra 'l isfel tal-prezzijiet tal-importazzjoni Ċiniżi. F'dan ir-rigward, il-Kummissjoni tirreferi għall-ispjegazzjonijiet inklużi fil-premessa (325) u ttenni li m'hemmx kontradizzjoni bejn il-każ preżenti u l-każ li jirrigwarda liċ-Ċina. Il-Kummissjoni kkonkludiet li l-importazzjonijiet miċ-Ċina jista' jkun li kkontribwixxew għad-dannu materjali mġarrab mill-industrija tal-Unjoni kif spjegat fil-premessa (349), iżda li ma kinux ikissru r-rabta kawżali bejn l-importazzjonijiet oġġett ta' dumping mill-pajjiżi kkonċernati u d-dannu materjali li nstab tul il-perjodu ta' investigazzjoni. |
|
(395) |
Il-Ministeru Russu għall-Iżvilupp Ekonomiku stqarr ukoll li, għall-kuntrarju tal-produtturi tal-Unjoni, għall-manifatturi Russi s-sehem tal-ispejjeż tal-materja prima fl-ispejjeż totali tal-produzzjoni kien jikkorrispondi għal aktar minn 60 % fl-2015. Għaldaqstant, it-tnaqqis fil-prezzijiet tal-materja prima wassal għal tnaqqis ikbar fil-prezzijiet tal-HRF tal-produtturi esportaturi Russi milli tal-produtturi tal-Unjoni. Għalhekk, kien jistenna li l-Kummissjoni se tivvaluta dan l-element b'mod xieraq għall-finijiet ta' dan il-proċediment. Barra minn hekk, il-Ministeru Russu ppretenda li l-prezzijiet tal-esportazzjoni tal-industrija tal-Unjoni kienu ħafna aktar baxxi mill-kost unitarju medju tal-produzzjoni u li n-nuqqas ta' profittabbiltà fil-prestazzjoni tal-esportazzjoni tal-industrija tal-Unjoni seta' kien fattur li kkawża dannu lill-industrija tal-Unjoni. Għaldaqstant, il-Ministeru Russu talab li l-Kummissjoni terġa' tikkunsidra d-determinazzjoni tal-kawżalità fil-proċediment attwali. Wara d-divulgazzjoni finali, l-istess pretensjoni rigward il-prestazzjoni tal-esportazzjoni tal-industrija tal-Unjoni kienet imtennija mill-Ministeru tal-Industrija u l-Kummerċ. |
|
(396) |
Rigward l-argumenti tal-Ministeru Russu dwar il-prezzijiet tal-materja prima, il-Kummissjoni rreferiet għall-premessa (381) u s-segwitu, fejn sabet li rigward il-produtturi tal-Unjoni:, m'hemmx korrelazzjoni diretta bejn il-waqgħa fil-prezzijiet tal-materja prima u xi tnaqqis fl-ispejjeż tal-produzzjoni għall-HRF. Jekk it-tnaqqis fil-prezzijiet tal-materja prima wassal għal tnaqqis ikbar fil-prezzijiet tal-HRF tal-produtturi esportaturi Russi milli tal-produtturi tal-Unjoni, dan kellu jiġi rifless kemm fil-prezz domestiku kif ukoll fil-prezz tal-esportazzjoni tal-produttur Russu. Madankollu, il-Kummissjoni sabet li l-produttur esportatur Russu kien qed iwettaq dumping tal-prodotti tiegħu fis-suq tal-UE. |
|
(397) |
Rigward in-nuqqas ta' profittabbiltà b'rabta mal-prestazzjoni tal-esportazzjoni tal-industrija tal-Unjoni, il-Kummissjoni rreferiet għall-premessa (360) u s-segwitu. Mhux biss kienet tirrikonoxxi li l-prezzijiet tal-bejgħ tal-volumi esportati naqsu b'mod sinifikanti, iżda wkoll li l-volumi tal-esportazzjoni tal-produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun ma kinux jikkorrispondu għal aktar minn 25 % tal-bejgħ totali tagħhom fis-suq ħieles tul il-perjodu ta' investigazzjoni (ara l-premessa (362)). Għaldaqstant, il-Kummissjoni kkonkludiet li l-prestazzjoni tal-bejgħ għall-esportazzjoni kellha kontribut marġinali għad-dannu lill-industrija tal-Unjoni, iżda li dan il-fattur ma kissirx ir-rabta ta' kawżalità bejn l-importazzjonijiet oġġett ta' dumping u d-dannu materjali lill-industrija tal-Unjoni. |
|
(398) |
Barra minn hekk, il-produttur esportatur Brażiljan CSN issottometta li l-akkuratezza tal-valutazzjoni tal-kawżalità kienet tiġi affettwata b'mod negattiv (i) mill-inklużjoni tal-importazzjonijiet imwettqa mill-ArcelorMittal Group fil-valutazzjoni tad-dannu; u (ii) mill-kontradizzjoni bejn is-sejbiet fil-każ preżenti rigward l-effetti tal-importazzjonijiet miċ-Ċina u l-konklużjonijiet tal-Kummissjoni fl-investigazzjoni antidumping parallela dwar l-importazzjoni tal-HRF miċ-Ċina. Rigward l-inklużjoni tal-importazzjonijiet imwettqa mill-ArcelorMittal Group, CSN stqarret li dawn l-importazzjonijiet jikkostitwixxu deċiżjoni konxja u meħuda b'intenzjoni ħażina fi ħdan il-grupp. L-esportatur Brażiljan Usiminas ipprovda kummenti simili billi stqarr li l-parti l-kbira tal-importazzjonijiet mill-Brażil kienu bejgħ/trasferiment ristretti, b'mod partikolari minn ArcelorMittal Brazil għal ArcelorMittal fl-Ewropa. Rigward l-effetti taċ-Ċina, CSN ma qablitx mal-konklużjoni tal-premessa (349), li tipprovdi li l-importazzjonijiet Ċiniżi ma kissrux ir-rabta każwali bejn id-dannu mġarrab mill-industrija tal-Unjoni u l-importazzjonijiet mill-pajjiżi taħt investigazzjoni. F'dan ir-rigward, l-esportatur Brażiljan irrefera għaż-żieda fl-importazzjonijiet Ċiniżi — bi prezzijiet jonqsu aktar — li żdiedu b'ritmu ħafna aktar mgħaġġel mill-importazzjonijiet mill-pajjiżi taħt investigazzjoni. |
|
(399) |
Il-Kummissjoni ma laqgħetx dawn il-pretensjonijiet. Rigward l-inklużjoni tal-importazzjonijiet imwettqa mill-ArcelorMittal Group mill-kumpanija relatata tagħha fil-Brażil lil kumpaniji relatati fl-Unjoni, il-Kummissjoni nnutat li ladarba hi kkonkludiet li ġew issodisfati l-kriterji għal valutazzjoni kumulattiva tal-effett tal-importazzjoni oġġett ta' dumping skont l-Artikolu 3(4) tar-Regolament bażiku, l-analiżi tal-kawżalità għandha titwettaq b'rabta mal-pajjiżi kollha taħt investigazzjoni flimkien. Kif ġie spjegat fil-Kapitolu 4.3.1, il-kundizzjonijiet għall-valutazzjoni kumulattiva ġew issodisfati rigward il-Brażil, ir-Russja, l-Iran u l-Ukrajna. Għalhekk, fil-każ inkwistjoni, il-mistoqsija jekk l-industrija tal-Unjoni ġabitux id-dannu b'idejha tikkonsisti fil-kwistjoni jekk l-importazzjonijiet mill-Brażil imwettqa mill-industrija tal-Unjoni kinux ta' tali natura li jkissru r-rabta ta' kawżalità bejn id-dannu u l-importazzjonijiet oġġett ta' dumping meta vvalutati b'mod kumulattiv. F'dan ir-rigward, il-Kummissjoni nnutat li l-importazzjonijiet imwettqa mill-ArcelorMitttal Group tul il-PI rrappreżentaw biss 5,8 % tal-importazzjonijiet totali tal-pajjiżi taħt investigazzjoni. Fuq din il-bażi, ikkonkludiet li dawn il-volumi baxxi ma kinux kapaċi jkissru r-rabta ta' kawżalità bejn id-dumping u d-dannu misjub. L-impatt tagħhom fuq id-dannu kien marġinali. |
|
(400) |
Rigward il-pretensjoni dwar l-importazzjonijiet Ċiniżi, il-Kummissjoni għamlet riferiment għall-premessa (394). Anki jekk ikun veru li l-importazzjonijiet Ċiniżi żdiedu b'pass aktar mgħaġġel mill-importazzjonijiet mill-pajjiżi taħt investigazzjoni, il-livell tal-importazzjonijiet tul il-perjodu ta' investigazzjoni mill-pajjiżi kkonċernati (4,2 miljun tunnellata tul il-perjodu ta' investigazzjoni) huwa kważi tliet darbiet ikbar mil-livell tal-importazzjonijiet Ċiniżi tul il-perjodu ta' investigazzjoni (1,6 miljun tunnellata tul il-perjodu ta' investigazzjoni). Għaldaqstant, kif diġà ssemma' qabel, il-Kummissjoni kkonkludiet li l-importazzjonijiet miċ-Ċina jista' jkun li kkontribwixxew għad-dannu materjali mġarrab mill-industrija tal-Unjoni kif spjegat fil-premessa (349), iżda li ma kinux ikissru r-rabta kawżali bejn l-importazzjonijiet oġġett ta' dumping mill-pajjiżi kkonċernati u d-dannu materjali li nstab tul il-perjodu ta' investigazzjoni. |
|
(401) |
Il-produttur esportatur Usiminas stqarr li l-Kummissjoni falliet li tistabbilixxi li kien hemm rabta ta' kawżalità bejn id-dannu u l-importazzjonijiet ta' HRF mill-Brażil. Usiminas ippretendiet li ma kellux ikun hemm dubju li l-importazzjonijiet Brażiljani, bil-volumi baxxi u l-prezzijiet komparattivament ogħla, sempliċiment ma kinux kapaċi jħallu l-effetti ddikjarati ta' dannu fuq l-industrija tal-Unjoni. Usiminas stqarret ukoll li, minkejja li l-importazzjonijiet mill-Brażil, l-Iran, ir-Russja, u l-Ukrajna kienu kkumulati, il-volumi tagħhom ma setgħux jitqiesu “sinifikanti” skont l-Artikolu 3(3) tar-Regolament bażiku. B'mod partikolari, is-sehem mis-suq ikkombinat tal-Brażil, l-Iran, ir-Russja, u l-Ukrajna kien l-aktar l-aktar ta' 12,58 % tul il-perjodu ta' investigazzjoni, livell baxx wisq biex jikkawża dannu meta wieħed iqis li l-industrija tal-Unjoni kienet iżżomm sehem mis-suq ikbar minn 75 % tul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni. Barra minn hekk, Usiminas issottomettiet li, fuq il-bażi tad-data pprovduta fid-Dokument ta' Informazzjoni, it-tnaqqis fil-profittabbiltà tal-Unjoni u ż-żieda fil-volumi tal-importazzjonijiet ikkombinati mill-Brażil, l-Iran, ir-Russja, u l-Ukrajna ma kkoinċidux fiż-żmien. F'dan ir-rigward, Usiminas sostniet, pereżempju, li l-aktar telf sinifikanti fil-profittabbiltà seħħ bejn l-2015 u l-perjodu ta' investigazzjoni, meta s-sehem mis-suq ikkombinat tal-importazzjonijiet mill-pajjiżi kkonċernati żdied b'mhux aktar minn 0,08 %. U fl-aħħar, hija talbet li l-Kummissjoni tispjega kif kien possibbli li s-sitwazzjoni tal-importazzjoni mill-Brażil, l-Iran, ir-Russja, u l-Ukrajna nbidlet b'mod tant drastiku f'perjodu ta' żmien tant qasir li importazzjonijiet li ma kinux jippreżentaw theddid ta' dannu saru l-kawża ta' dannu materjali effettiv lill-industrija tal-Unjoni. |
|
(402) |
L-ewwel, kif ġie spjegat fil-premessa (261), il-Kummissjoni kkonkludiet li l-kundizzjonijiet għat-twettiq ta' valutazzjoni kumulattiva tal-effetti tal-importazzjonijiet mill-Brażil, l-Iran, ir-Russja, u l-Ukrajna kienu ssodisfati skont l-Artikolu 3(4) tar-Regolament bażiku. Il-marġnijiet ta' dumping stabbiliti b'rabta mal-importazzjonijiet minn dawk il-pajjiżi, kif elenkati taħt it-Taqsima 3, Dumping, kienu ogħla mil-livell limitu “de minimis” u għalhekk mhux negliġibbli. |
|
(403) |
It-tieni, il-Kummissjoni rrifjutat il-pretensjoni li l-volumi mill-pajjiżi kkonċernati ma jistgħux jitqiesu bħala “sinifikanti” bit-tifsira tal-Artikolu 3(3) tar-Regolament bażiku. Is-sehem mis-suq: ikkombinat tal-Brażil, l-Iran, ir-Russja, u l-Ukrajna kien ta' 7,45 % tul l-2013 u laħaq 12,58 % tul il-perjodu ta' investigazzjoni. Anki f'volumi assoluti, l-importazzjonijiet minn dawn il-pajjiżi żdiedu b'mod sinifikanti tul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni, minn 2,4 miljun tunnellata tul l-2013 għal 4,3 tunnellata tul il-perjodu ta' investigazzjoni. Min-naħa l-oħra, is-sehem mis-suq tal-industrija tal-Unjoni naqas minn 85,1 % għal 76,7 % tul l-istess perjodu, ħaġa li tindika deterjorament fil-pożizzjoni kompetittiva tal-produtturi tal-azzar tal-Unjoni. |
|
(404) |
It-tielet, huwa veru li s-sehem mis-suq ikkombinat tal-importazzjonijiet mill-Brażil, l-Iran, ir-Russja, u l-Ukrajna żdied b'0,08 % biss tul l-2015 u l-perjodu ta' investigazzjoni. Madankollu, tul l-istess perjodu, il-prezzijiet tal-importazzjonijiet mill-Brażil, l-Iran, ir-Russja, u l-Ukrajna tnaqqsu wkoll b'mod sinifikanti b'10 %, b'14 %, b'16 % u b'14 % rispettivament, element ieħor li għandu jittieħed inkonsiderazzjoni meta wieħed jiddetermina jekk importazzjonijiet oġġett ta' dumping mill-pajjiżi kkonċernati kinux il-kawża ta' dannu materjali lill-industrija tal-Unjoni. |
|
(405) |
U fl-aħħar, rigward il-pretensjoni li l-volumi tal-importazzjonijiet mill-pajjiżi kkonċernati ma kinux jippreżentaw theddida ta' dannu, il-premessa (188) tar-Regolament proviżorju dwar iċ-Ċina jipprovdi f'dan il-kuntest li “huwa wkoll probabbli li l-importazzjonijiet mill-Brażil, mill-Iran, mir-Russja, mis-Serbja u mill-Ukrajna kkontribwew għat-theddida ta' dannu materjali” (33). Din l-istqarrija ġiet ikkonfermata fil-premessa (116) tar-Regolament definittiv fir-rigward taċ-Ċina (34). |
|
(406) |
B'żieda ma' dan, l-analiżi tal-kawżalità kif imsemmija fil-premessi minn (337) sa (339) tispjega b'mod ċar u tissostanzja għaliex l-importazzjonijiet mill-Brażil, l-Iran, ir-Russja, u l-Ukrajna saru kawża ta' dannu materjali lill-industrija tal-Unjoni. Minħabba l-koinċidenza fiż-żmien bejn il-livell li baqa' jiżdied tal-importazzjonijiet oġġett ta' dumping bi prezzijiet dejjem jonqsu u t-telf tal-volum tal-bejgħ u d-dipressjoni fil-prezzijiet tal-industrija tal-Unjoni li rriżultaw f'sitwazzjoni ta' telf, u b'kunsiderazzjoni għal dawn il-livelli msemmija, il-Kummissjoni kkonkludiet li l-importazzjonijiet oġġett ta' dumping kienu responsabbli għas-sitwazzjoni dannuża tal-industrija tal-Unjoni. |
|
(407) |
Barra minn hekk, Usiminas allegat li kwalunkwe dannu li l-industrija tal-Unjoni ġarrbet tul il-perjodu ta' investigazzjoni kien dovut, mill-inqas parzjalment, għall-effetti tar-reċessjoni ekonomika li kompliet tinħass tul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni. Allegat ukoll li l-importazzjonijiet miċ-Ċina kif ukoll mit-Turkija, apparti l-ispejjeż għolja tal-enerġija fl-Unjoni, kienu kawża ħafna aktar probabbli tal-allegat dannu milli l-importazzjonijiet mill-Brażil. |
|
(408) |
Il-Kummissjoni ċaħdet dawn il-pretensjonijiet kif ġej. Rigward l-argument li r-reċessjoni ekonomika kienet kawża tad-dannu, għallinqas f'parti minnu, il-Kummissjoni kkonkludiet tul l-investigazzjoni li minkejja li l-kriżi tad-dejn fiż-Żona tal-Euro kellha impatt negattiv tul is-sena 2013, ma kkawżatx id-dannu materjali li nstab tul il-perjodu ta' investigazzjoni (ara l-premessa (342)). |
|
(409) |
Rigward l-argument li fatturi oħra (l-importazzjonijiet miċ-Ċina u mit-Turkija, u spejjeż għolja tal-enerġija) kienu kawża ħafna aktar probabbli tad-dannu allegatament imġarrab mill-industrija tal-Unjoni milli l-importazzjonijiet mill-Brażil, wieħed jista' jistqarr dawn li ġejjin.
|
|
(410) |
il-Kummissjoni qieset li l-ebda argument ippreżentat mill-partijiet interessati wara d-divulgazzjoni tad-Dokument ta' Informazzjoni ma jista' jbiddel ir-riżultati li stabbilixxew rabta kawżali bejn l-importazzjonijiet oġġett ta' dumping u d-dannu materjali li ġarrbet l-industrija tal-Unjoni matul il-perjodu ta' investigazzjoni. |
|
(411) |
Wara d-divulgazzjoni finali, kumpanija Brażiljana CSN sostniet li l-impatt tal-ArcelorMittal Group fuq id-dannu għandu jiġi separat u distint mill-importazzjonijiet li joriġinaw mill-Brażil. B'konsegwenza ta' dan, l-investigazzjoni fir-rigward tal-Brażil jenħtieġ li tintemm, billi s-sehem tas-suq ta' importazzjonijiet oġġett ta' dumping jonqos taħt il-livell de minimis fin-nuqqas ta' importazzjonijiet minn ArcelorMittal Group, ikklassifikat bħala dannu kkaġunat mill-industrija stess. |
|
(412) |
Il-Kummissjoni ma laqgħetx din il-pretensjoni. Anke jekk il-Kummissjoni kellha tiżola l-importazzjonijiet ta' ArcelorMittal Group, il-bqija tal-importazzjonijiet Brażiljani, ikun manifestament mhux negliġibbli. Barra minn hekk, kif stabbilit fil-premessa (399), ladarba jiġi konkluż li ġew issodisfati l-kriterji għal valutazzjoni kumulattiva tal-effett tal-importazzjoni oġġett ta' dumping skont l-Artikolu 3(4) tar-Regolament bażiku, l-analiżi tal-kawżalità jneħiteġ li titwettaq b'rabta mal-pajjiżi kollha taħt investigazzjoni flimkien. |
|
(413) |
Għalhekk, fuq il-bażi ta' dak li ntqal hawn fuq, il-Kummissjoni kkonkludiet li d-dannu lill-industrija tal-Unjoni kien ikkawżat mill-importazzjonijiet oġġett ta' dumping mill-Brażil, mill-Iran, mir-Russja u mill-Ukrajna. Fatturi oħra magħrufa li fl-istess żmien kellhom xi impatt fuq is-sitwazzjoni tal-industrija tal-Unjoni, meqjusa b'mod individwali jew kollettiv, ma kissrux ir-rabta ta' kawżalità. |
6. L-INTERESS TAL-UNJONI
6.1. Kummenti preliminari
|
(414) |
B'konformità mal-Artikolu 21 tar-Regolament bażiku, il-Kummissjoni eżaminat jekk setgħetx b'mod ċar tikkonkludi li ma kienx fl-interess tal-Unjoni li tadotta miżuri f'dan il-każ. Hija tat konsiderazzjoni speċjali lill-bżonn li jiġu eliminati l-effetti ta' distorsjoni tal-kompetizzjoni minn dumping dannuż u li tiġi ristabbilita kompetizzjoni effettiva. Id-determinazzjoni tal-interess tal-Unjoni kienet ibbażata fuq apprezzament tal-interessi varji kollha involuti, inklużi dawk tal-industrija, tal-importaturi u tal-utenti tal-Unjoni. |
|
(415) |
Il-partijiet ġew informati bis-sejbiet tal-Kummissjoni dwar l-interess tal-Unjoni permezz tad-Dokument ta' Informazzjoni. Il-partijiet interessati pprovdew kummenti, li huma indirizzati fil-premessi li ġejjin. Barra minn hekk, kif spjegat fil-premessi (28) u s-segwitu, il-Kummissjoni ġabret ukoll informazzjoni addizzjonali dwar l-iżviluppi ta' wara l-PI. Żaret għadd ta' utenti, assoċjazzjonijiet u produtturi tal-Unjoni wara d-divulgazzjoni tad-Dokument ta' Informazzjoni, kif spjegat fil-premessa (29). Il-kummenti tal-partijiet u l-informazzjoni addizzjonali miġbura dwar l-iżviluppi ta' wara l-PI ttieħdu inkonsiderazzjoni mill-Kummissjoni meta hija waslet għad-deċiżjoni finali tagħha dwar l-interess tal-Unjoni, u jiġu diskussi fil-premessi li ġejjin. |
|
(416) |
Wara d-divulgazzjoni tad-Dokument ta' Informazzjoni, l-ilmentatur stqarr li kellu riżervazzjonijiet serji rigward il-valutazzjoni mill-Kummissjoni tad-data ta' wara l-PI bil-għan li jiġi ddeterminat l-interess tal-Unjoni. L-ilmentatur stqarr li l-perjodu ta' wara l-PI ma setax ikun bażi għad-dgħajfien tal-konklużjonijiet ovvji li għandhom jirriżultaw mid-data tal-PI. B'żieda ma' dan, hu stqarr li, jekk il-Kummissjoni ddeċidiet li tivvaluta data ta' wara l-PI, ikollha tħares ukoll lejn il-perjodu ta' wara Marzu tal-2017 billi “id-data Q2 2017 hija l-aħjar evidenza ta' x'jiġri kieku ma jiġux imposti dazji (35)”. |
|
(417) |
Barra minn hekk, wara d-divulgazzjoni tad-Dokument ta' Informazzjoni, il-Kummissjoni rċeviet kummenti rigward il-ħtieġa li jittieħdu inkonsiderazzjoni żviluppi importanti ta' wara l-PI mil-lat tal-membri tal-Konsorzju, mill-produtturi esportaturi u mill-Missjoni tal-Brażil għall-Unjoni Ewropea. Il-parti l-kbira tal-kummenti rreferew għal żviluppi relatati mal-prezzijiet, b'mod partikolari li l-prezzijiet tal-prodott ikkonċernat u l-prodott simili żdiedu sinifikantement wara l-perjodu ta' investigazzjoni. |
|
(418) |
Rigward l-argumenti tal-ilmentatur, huwa prinċipju bażiku li, skont l-Artikolu 6(1) tar-Regolament bażiku, l-informazzjoni relatata ma' perjodu sussegwenti għall-perjodu ta' investigazzjoni normalment m'għandhiex tittieħed inkonsiderazzjoni. Madankollu, il-Kummissjoni nnutat li fil-kuntest tad-determinazzjoni ta' jekk hemmx interess tal-Unjoni kif previst fl-Artikolu 21(1) tar-Regolament bażiku, l-informazzjoni relatata ma' perjodu sussegwenti għall-perjodu ta' investigazzjoni tista' tiġi kkunsidrata. (36). Il-valutazzjoni tad-data ta' wara l-PI kopriet kemm jista' jkun aktar mill-perjodu ta' wara l-perjodu ta' investigazzjoni. Intbagħtu xi mistoqsijiet ta' segwitu lill-partijiet interessati għall-perjodu ta' wara Marzu tal-2017, u t-tweġibiet ittieħdu wkoll inkonsiderazzjoni. |
|
(419) |
L-iżviluppi ta' wara l-PI rreferew, b'mod partikolari, għal żieda drastika fil-prezzijiet tal-prodott ikkonċernat u l-prodott simili u nuqqas ta' provvisti fis-suq rigward ċerti tipi ta' prodott, li huma rilevanti għall-valutazzjoni tal-interess tal-Unjoni rigward l-impożizzjoni ta' miżuri adegwati, b'mod partikolari minħabba ċ-ċirkostanzi speċifiċi ta' dan il-każ. Għalhekk, id-deċiżjoni tal-Kummissjoni li, b'mod eċċezzjonali, tinvestiga dawn l-iżviluppi ta' wara l-PI fil-perjodu ta' bejn Lulju 2016 u Marzu 2017 (u lil hinn minn Marzu 2017) fil-kuntest tal-valutazzjoni tagħha tal-interess tal-Unjoni kienet iġġustifikata u xierqa. |
6.2. L-interess tal-industrija tal-Unjoni
|
(420) |
L-industrija tal-Unjoni tinsab f'diversi Stati Membri (ir-Renju Unit, Franza, il-Ġermanja, ir-Repubblika Ċeka, ir-Repubblika Slovakka, l-Italja, il-Lussemburgu, il-Belġju, il-Polonja, in-Netherlands, l-Awstrija, il-Finlandja, l-Iżvezja, il-Portugall, l-Ungerija u Spanja), u timpjega direttament madwar 18 000 impjegat li jaħdmu għall-prodott simili fid-diversi impjanti tal-azzar tal-produtturi tal-Unjoni: (ara l-premessa (289)). |
|
(421) |
Sbatax-il produttur ikkooperaw matul l-investigazzjoni. Produttur wieħed Taljan oppona l-bidu tal-investigazzjoni. |
|
(422) |
Kif intwera fil-premessa (387), l-industrija kollha tal-Unjoni esperjenzat deterjorament tas-sitwazzjoni tagħha, b'mod partikolari mit-tieni nofs tal-2015 'il quddiem, u ġiet affettwata b'mod negattiv mill-importazzjonijiet oġġett ta' dumping. B'mod partikolari, l-indikaturi tad-dannu relatati mal-prestazzjoni finanzjarja tal-produtturi tal-Unjoni fil-kampjun, bħall-profittabbiltà, ġew affettwati serjament. |
|
(423) |
Barra minn hekk, huwa mistenni li l-impożizzjoni ta' dazji antidumping definittivi tistabbilixxi mill-ġdid kundizzjonijiet ta' kummerċ ġust fis-suq tal-Unjoni u tippermetti lill-industrija tal-Unjoni li tirkupra. Dan iwassal għal titjib fil-profittabbiltà tal-industrija tal-Unjoni lejn livelli meqjusa neċessarji għal din l-industrija b'kapital intensiv. L-industrija tal-Unjoni sofriet dannu materjali kkawżat mill-importazzjonijiet oġġett ta' dumping mill-Brazil, l-Iran, ir-Russja u l-Ukrajna. |
|
(424) |
Wara d-divulgazzjoni tad-Dokument ta' Informazzjoni, il-Kummissjoni bagħtet kwestjonarji addizzjonali ta' wara l-PI lis-sitt produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun. Ġew riċevuti tweġibiet għall-kwestjonarji ta' wara l-PI mis-sitt produtturi tal-Unjoni kollha kemm huma, u l-ilmentatur ġie infurmat li s-servizzi tal-Kummissjoni kienu ġejjin bil-għan li jivverifikaw data rilevanti fil-post. |
|
(425) |
Id-data ta' wara l-PI miġbura mingħand is-sitt produtturi tal-Unjoni wriet li l-profittabbiltà ta' kull produttur individwali tal-Unjoni qiegħda tvarja. Bħala medja, matul il-PI, il-produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun ġarrbu telf li jammonta għal – 7,8 %. Tul il-perjodi ta' wara l-PI minn Lulju sa Diċembru 2016 u Jannar sa Marzu 2017, il-profittabbiltà kienet 2 % u 8,6 %, rispettivament. Dawn il-perċentwali huma l-medja taċ-ċifri tal-profittabbiltà ponderati qabel it-taxxa għall-produtturi kollha tal-Unjoni inklużi fil-kampjun, kif muri fid-dikjarazzjonijiet rispettivi tal-introjtu tagħhom espressi bħala perċentwali b'rabta mal-bejgħ tagħhom fl-Unjoni lil klijenti mhux relatati. |
|
(426) |
Il-Kummissjoni ttenni li, skont l-Artikolu 6(1) tar-Regolament bażiku, il-konklużjoni dwar id-dannu ntlaħqet fuq il-bażi ta' data vverifikata mill-PI. Il-ġbir u l-verifika tad-data ta' wara l-PI, min-naħa l-oħra, saru biss fil-qafas tal-analiżi tal-interess tal-Unjoni. It-Tabella fil-premessa (301) uriet it-telf għoli u l-fluss tal-flus negattiv mis-sena 2013 'il quddiem. |
|
(427) |
Fuq il-bażi tal-informazzjoni addizzjonali riċevuta, il-Kummissjoni sabet li l-valutazzjoni ġenerali tal-iżvilupp tal-profitti u l-ispejjeż tul il-perjodi ta' wara l-PI la tista' ttaffi x-xejriet negattivi li nstabu għall-indikaturi l-oħra tad-dannu u lanqas tpatti għall-erba' perjodi konsekuttivi ta' telf għoli. |
|
(428) |
Għaldaqstant, il-Kummissjoni kkonkludiet li l-impożizzjoni ta' dazji antidumping definittivi tkun fl-interess tal-industrija tal-Unjoni. |
6.3. L-interess tal-importaturi
|
(429) |
Kif intqal fil-premessa (8), is-seba' importaturi li ppreżentaw ruħhom kienu kollha membri tal-Konsorzju u kienu kontra l-impożizzjoni ta' miżuri f'din l-investigazzjoni partikolari. |
|
(430) |
Fejn jidħol l-importatur mhux relatat inkluż fil-kampjun, l-attivitajiet relatati mal-prodott ikkonċernat kienu jirrappreżentaw bejn 5 % u 10 % tal-fatturat totali tul il-perjodu ta' investigazzjoni. Hu oppona l-impożizzjoni potenzjali ta' miżuri antidumping bil-kunsiderazzjoni li dawn jistgħu jwasslu għal tnaqqis ulterjuri jew waqfien tal-importazzjonijiet tal-prodott ikkonċernat. |
|
(431) |
Il-Kummissjoni nnutat li, kif stipulat fil-premessi (453) u (458), tul l-ewwel xhur tal-2017, importazzjonijiet tal-HRF minn pajjiżi oħra apparti l-Brażil, l-Iran, ir-Russja, u l-Ukrajna pattew sa ċertu punt għall-volumi li kienu qed jiġu importati mill-pajjiżi kkonċernati qabel il-bidu ta' din l-investigazzjoni. Għaldaqstant, il-Kummissjoni kkonkludiet li l-impożizzjoni ta' miżuri mhux se tħalli effett konsiderevolment negattiv fuq l-importaturi, iżda li huma jkollhom jibdlu sorsi, ħaġa li twassal għal spejjeż addizzjonali għal dawn l-importaturi. |
6.4. L-interess tal-utenti
6.4.1. Introduzzjoni
|
(432) |
Il-prodotti ċatti tal-azzar b'laminazzjoni termali jintużaw bħala input industrijali li l-utenti aħħarin jixtru għal varjetà ta' applikazzjonijiet, inkluż fil-kostruzzjoni (il-produzzjoni ta' tubi tal-azzar), fil-bini ta' bastimenti, kontenituri tal-gass, kontenituri taħt pressjoni u pipelines tal-enerġija. |
|
(433) |
Fis-swieq downstream tal-prodott ikkonċernat, l-utenti qed jikkompetu mal-kumpaniji relatati integrati vertikalment fl-industrija tal-Unjoni. Il-prodott ikkonċernat/prodott simili huwa element ta' kost għad-diversi utenti li minnhom qed jiġi pproċessat. |
|
(434) |
Il-Konsorzju għamel diversi sottomissjonijiet tul diversi fażijiet tal-investigazzjoni. Barra minn hekk, fuq talba tiegħu seħħew tliet seduti ta' smigħ. |
|
(435) |
Il-kumpanija bbażata fl-Italja Marcegaglia Carbon Steel Spa (minn hawn 'il quddiem, “Marcegaglia”), li tipproċessa l-prodott ikkonċernat/simili u tipproduċi, fost l-oħrajn, tubi, pajpijiet u prodotti downstream oħra tal-azzar u hija membru tal-Konsorzju, ipprovdiet tweġiba għall-kwestjonarju bħala membru tal-Konsorzju. Il-prodott ikkonċernat/prodott simili huwa element ta' kost għal dan l-utent, bħalma jiġri anki fil-każijiet tal-utenti l-oħrajn. Weħidha, Marcegaglia ta' kull sena qed tikkonsma bejn 2.9 u 4.4 miljun tunnellata tal-prodott ikkonċernat/prodott simili. Timporta bejn 1,6 u 2,4 miljun tunnellata tal-prodott kemm mill-pajjiżi kkonċernati u kemm minn pajjiżi terzi oħra. Ikkooperat bis-sħiħ fl-investigazzjoni; Issottomettiet tweġiba għall-kwestjonarju, sussegwentement saritilha żjara fuq il-post, u pprovdiet l-informazzjoni kollha mitluba mill-Kummissjoni tul l-investigazzjoni. |
|
(436) |
Barra minn hekk, utenti oħra apparti l-membri tal-Konsorzju, b'mod partikolari utenti Baltiċi u Pollakki, issottomettew kummenti direttament wara li nfetaħ il-każ, kif stipulat fil-premessa (17). Esprimew l-oppożizzjoni tagħhom għall-ftuħ tal-investigazzjoni. Barra minn hekk, il-Konfederazzjoni ta' Min Iħaddem tal-Latvja u l-Assoċjazzjoni tal-Inġinerija Mekkanika u l-Industriji tax-Xogħol fil-Metall tal-Latvja wkoll issottomettew kummenti li bihom opponew il-bidu tal-proċediment. Minkejja li ġiet imfittxija aktar kooperazzjoni mingħand dawn il-partijiet interessati tul l-investigazzjoni, anki wara d-divulgazzjoni tad-Dokument ta' Informazzjoni, ma waslu l-ebda kummenti addizzjonali. |
|
(437) |
Wara d-divulgazzjoni tad-Dokument ta' Informazzjoni, l-ilmentatur stqarr li l-analiżi tal-interess tal-Unjoni kienet qed titgħawweġ mill-fatt li kienet tiffoka biss fuq utenti mhux integrati li jiddependu fuq esportazzjonijiet u li kienu qed jibbenefikaw (u jkomplu jibbenefikaw) mill-provvista ta' materjal ta' input oġġett ta' dumping. Fl-istess ħin, hu allega li l-Kummissjoni naqset milli tqis l-interessi tal-kumpaniji utenti l-oħrajn — utenti relatati ma' produtturi tal-Unjoni u utenti oħrajn li għal diversi raġunijiet mhumiex f'pożizzjoni jiddependu fuq importazzjonijiet. Ippretenda f'dan ir-rigward li n-nuqqas ta' impożizzjoni ta' miżuri kellu effetti negattivi ħafna fuq l-utenti relatati mal-produtturi tal-Unjoni li jridu jikkompetu mal-utenti li joqogħdu fuq importazzjonijiet oġġett ta' dumping. |
|
(438) |
Kif imsemmi fil-premessi (28) u (29), wara d-divulgazzjoni tad-Dokument ta' Informazzjoni,, il-Kummissjoni kompliet tfittex u tivverifika l-informazzjoni kollha li kienet tqis meħtieġa għas-sejbiet finali tagħha. Għal dan l-għan, bagħtet kwestjonarji addizzjonali ta' wara l-PI lil 74 utent (inklużi membri tal-Konsorzju, utenti relatati ma' produtturi tal-Unjoni, u utenti oħra li għal diversi raġunijiet mhumiex f'pożizzjoni jiddependu fuq importazzjonijiet) u 12-il assoċjazzjoni tal-utenti. |
|
(439) |
Il-Kummissjoni rċeviet tweġibiet għall-kwestjonarji ta' wara l-PI mingħand 25 utent:
|
|
(440) |
Barra minn hekk, tnejn mit-12-il assoċjazzjoni tal-utenti pprovdew informazzjoni addizzjonali. |
|
(441) |
F'dan ir-rigward, l-ilmentatur allega li l-Kummissjoni kellha tikkonkludi li ma kien hemm l-ebda impatt fuq l-utenti minħabba l-livell baxx ta' kooperazzjoni għar-raġunijiet li ġejjin: Kienu biss ftit l-utenti li rreaġixxew għall-ewwel kwestjonarju, il-livell ta' rispons mill-utenti għal numru kbir ta' kwestjonarji ta' wara l-IP kien baxx, inkluż rata baxxa ta' risposti mill-membri tal-Konsorzju, u fl-aħħar nett l-opinjonijiet tal-maġġoranza tal-utenti, li pprovdew data finanzjarja u li appoġġaw id-dazji, ġew fil-biċċa l-kbira injorati. |
|
(442) |
Il-Kummissjoni reġgħet tenniet li hija kienet wettqet l-investigazzjoni ta' interess tal-Unjoni f'konformità sħiħa mal-Artikolu 21 tar-Regolament bażiku: Meta saret id-divulgazzjoni tad-Dokument ta' Informazzjoni (ara l-premessa (22), 4 ta' April 2017), il-Kummissjoni rrikonoxxiet li kien hemm livell baxx ta' kooperazzjoni mill-utenti għall-ewwel kwestjonarju. Hija stiednet lill-partijiet biex jippreżentaw il-fehmiet tagħhom dwar il-fatti u l-kunsiderazzjonijiet li kienu nġabru sa dak iż-żmien fl-istadju proviżorju. Hija nnutat ukoll f'dak il-mument li l-provi dokumentarji miksuba minn sors wieħed ma kinux konsistenti ma' dawk miksuba minn sorsi oħra, inklużi l-istqarrijiet konfliġġenti bejn l-industrija tal-Unjoni u l-konsorzju dwar il-marġini tal-profittabbiltà u l-possibbiltà li jgħaddu żidiet fil-prezzijiet. F'dan ir-rigward, il-Kummissjoni ddeterminat liema proċeduri addizzjonali kienu meħtieġa biex tinġabar evidenza kompetenti. Dan kien f'konformità mal-Artikolu 21(1) (it-tieni sentenza) u 21(2) tar-Regolament bażiku, skont liema, determinazzjoni skont dan l-Artikolu tenħtieġ li ssir biss meta l-partijiet kollha jkunu ngħataw l-opportunità li jippreżentaw l-opinjonijiet. Barra minn hekk, l-Artikolu 21(5) tar-Regolament bażiku jipprevedi li l-Kummissjoni għandha teżamina li l-informazzjoni tiġi ppreżentata kif suppost wara l-istadju proviżorju. |
|
(443) |
Barra minn hekk, il-Kummissjoni ma kinitx konvinta mill-argument tal-ilmentatur, li l-livell ta' tweġibiet mill-utenti għall-kwestjonarji ta' wara l-IP kienu baxxi wisq biex jinsiltu konklużjonijiet sinifikanti minnhom. Hija kienet irċeviet 14-il kwestjonarju ta' wara l-PI mimlijin mill-utenti (ara t-Tabella fil-premessa (498)). Dawn ir-risposti kienu jinkludu utent wieħed importanti (Marcegaglia), kif spjegat fil-premessa (435), li waħedha kkunsmat bejn 8,5 % u 13 % tat-total tal-produzzjoni tal-Unjoni HRF. Barra minn hekk, it-weġiba ta' wara l-PI ta' ESTA tirrappreżenta mill-anqas aktar minn 100 produttur tat-tubi tal-azzar fl-Unjoni (38). L-informazzjoni tagħha dwar il-profittabbiltà kemxejn negattiva tas-settur kollu tat-tubi ikkonfermat l-evidenza miksuba mill-utenti li kkooperaw bis-sħiħ billi mlew il-kwestjonarji ta' wara l-PI. Il-Kummissjoni għalhekk temmen li l-25 tweġiba (14 minnhom kienu kwestjonarji sħaħ ta' wara l-PI mingħand l-utenti) jistgħu jitqiesu bħala rappreżentattivi sabiex jittieħdu l-konklużjonijiet dwar is-suq kollu ta' produtturi ta' tubi tal-azzar f'konformità sħiħa mal-Artikolu 21(5) tar-Regolament bażiku: |
|
(444) |
Fl-aħħar nett, il-Kummissjoni ċaħdet l-allegazzjoni tal-ilmentatur li hija kienet injorat l-opinjonijiet tal-utenti li kienu favur il-miżuri. L-opinjoni tagħhom kienet imsmmija b'mod ċar fil-premessa (439) u fit-Tabella fil-premessa (498). Madankollu, il-Kummissjoni fehmet ukoll li l-maġġoranza tagħhom kienu parti mill-produtturi tal-azzar tal-HRF tal-Unjoni integrati vertikalment. Dawn ippreżentaw lilhom infushom biss wara azzjoni koordinata, kif muri bis-sottomissjoni ta' formulazzjonijiet standard favur miżuri mingħajr ebda informazzjoni speċifika dwar is-sitwazzjoni partikolari tagħhom Minħabba li kienu bażikament qed jirrepetu l-opinjonijiet ġenerali tal-industrija tal-Unjoni, il-Kummissjoni vvalutat li dawn ma kienu ppreżentaw ebda element ġdid li jista' jibdel il-valutazzjoni tal-interessi rilevanti inkwistjoni. |
|
(445) |
Is-sottotaqsimiet li ġejjin fihom il-valutazzjoni tal-informazzjoni kollha riċevuta tul din l-investigazzjoni u s-sejbiet tal-Kummissjoni, li għalihom waslet wara li ħadet inkonsiderazzjoni l-kummenti kollha li waslu mingħand il-partijiet interessati. |
6.4.2. Pretensjonijiet mingħand l-utenti
|
(446) |
Il-Konsorzju argumenta li l-impożizzjoni ta' miżuri fuq l-importazzjonijiet mill-pajjiżi kkonċernati, b'żieda mal-miżuri fuq l-importazzjonijiet miċ-Ċina, twassal kieku għal sitwazzjoni li fiha l-utenti m'għadx għandhom aċċess għal provvisti affidabbli fis-suq tal-Unjoni, b'mod partikolari ta' koljaturi ta' kwalità għolja użati għall-irrublar mill-ġdid. Il-membri utenti tal-Konsorzju stqarru wkoll tul is-seduti ta' smigħ li l-industrija tal-Unjoni mhux dejjem tforni ċerti tipi ta' prodott aktar speċjalizzati (bħal dawk użati fis-settur awtomobilistiku). Stqarru wkoll li l-produtturi tal-Unjoni jridu ħafna ħin biex iwasslu l-prodotti u li, b'differenza mill-produtturi tal-Unjoni, il-kummerċjanti fl-Unjoni jaħżnu wkoll tipi ta' prodott differenti u jippjanaw konsenji żgħar skont il-konvenjenza tal-utenti. |
|
(447) |
Il-Konsorzju ġibed l-attenzjoni li 88 % tal-produzzjoni totali tal-Unjoni tirriżulta minn 16-il kumpanija biss li jappartjenu għal tmien gruppi kbar, fejn l-akbar parti tal-produzzjoni tintuża fis-suq ristrett. Għalhekk, bħala riżultat tas-sehem relattivament għoli mis-suq tagħhom jistgħu jeżerċitaw pressjoni qawwija kemm fis-suq tal-prodott ikkonċernat kif ukoll fis-suq downstream. Membri individwali tal-Konsorzju wkoll ikkonfermaw dawn l-istqarrijiet tul is-seduti ta' smigħ. |
|
(448) |
Il-Konsorzju ppretenda wkoll li “l-adozzjoni ta' dazji antidumping kontra l-pajjiżi kkonċernati kieku tagħmel l-industrija mhux relatata tal-ipproċessar tal-UE vulnerabbli għall-aħħar għall-kompetituri stabbiliti f'pajjiżi terzi li jistgħu jbigħu fis-swieq tal-UE prodotti magħmula mill-HRF mhux suġġetti għal miżuri antidumping.” Argumenta wkoll li l-produtturi tal-azzar tal-Unjoni kellhom prestazzjoni aħjar fit-tieni nofs tal-2016 (il-perjodu ta' wara l-PI) minħabba ż-żieda sinifikanti tal-prezzijiet fis-suq tal-Unjoni. |
|
(449) |
L-Assoċjazzjoni tal-Inġinerija Mekkanika u l-Industriji tax-Xogħol fil-Metall tal-Latvja argumentat fit-18 ta' Lulju 2016 li “… Kwalunkwe miżuri kontra importazzjonijiet ta' dan il-prodott u n-neċessità li wieħed isib fornituri oħra se jżidu sinifikantement l-ispejjeż tal-produzzjoni u jnaqqsu l-kompetittività tal-prodotti Latvjani ta' valur miżjud fis-swieq kollha fuq medda ta' żmien qasir u medju”. Kummenti simili, li jiġifieri l-impożizzjoni ta' miżuri kieku twassal għal żieda tal-ispejjeż għall-utenti, saru b'mod konġunt mill-Konsorzju kif ukoll individwalment minn diversi membri tiegħu. |
6.4.3. Analiżi tal-istqarrijiet tal-utenti
6.4.3.1.
|
(450) |
Rigward l-argument li l-impożizzjoni ta' miżuri tista' twassal għal nuqqas tal-provvista tal-prodott ikkonċernat, il-Kummissjoni tinnota li l-objettiv tad-dazji antidumping mhuwiex li jingħalaq is-suq tal-Unjoni għal kull importazzjoni, iżda li jitreġġa' lura l-kummerċ ġust billi jitneħħa l-effett tad-dumping dannuż. Għalhekk, l-importazzjonijiet mill-Brażil, l-Iran, ir-Russja, u l-Ukrajna x'aktarx mhux se jieqfu, iżda se jkomplu, però bi prezzijiet ġusti. |
|
(451) |
Fl-istess ħin, wieħed ma jistax jeskludi fil-prattika li l-miżuri kontra l-Brażil, l-Iran, ir-Russja, u l-Ukrajna jista' jkollhom effett projbittiv fuq dawn il-pajjiżi. |
|
(452) |
F'dan ir-rigward, il-Kummissjoni stabbilixxiet li l-utenti mhumiex dipendenti esklussivament fuq importazzjonijiet mill-Brażil, l-Iran, ir-Russja, u l-Ukrajna, iżda kienu jixtru l-prodott ikkonċernat anki mill-produtturi tal-Unjoni kif ukoll mill-produtturi f'pajjiżi terzi oħra bħat-Turkija, il-Korea t'Isfel u l-Indja. |
|
(453) |
Bħala riżultat, l-utenti potenzjalment jistgħu jaqilbu lejn importazzjonijiet minn pajjiżi terzi oħra. F'dan il-kuntest, il-Kummissjoni nnutat żieda relattiva fl-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi oħrajn fl-2016, bħat-Turkija, l-Indja u l-Korea t'Isfel. F'termini assoluti, dawn il-pajjiżi esportaw madwar 2,25 miljun tunnellata fl-2016. |
|
(454) |
Barra minn hekk, il-Kummissjoni sabet matul l-investigazzjoni li l-industrija tal-Unjoni għandha kapaċità żejda, kif elenkat fit-tabella tal-premessa (278). Barra minn hekk, l-ilmentatur stqarr li parti sinifikanti (madwar 7 miljun tunnellata) mill-kapaċità żejda eżistenti tista' ssir operattiva fuq terminu ta' żmien qasir kieku l-kundizzjonijiet fis-suq jippermettu dan. L-ilmentatur irrefera b'mod speċifiku għall-ftuħ mill-ġdid potenzjali ta' tliet siti ta' produzzjoni fir-Renju Unit, fi Spanja u fil-Ġermanja. B'dan, il-Kummissjoni kkonfermat li dawn is-siti ta' produzzjoni jeżistu u potenzjalment jistgħu jerġgħu jinfetħu. |
|
(455) |
Wara d-divulgazzjoni tad-Dokument ta' Informazzjoni, il-Kummissjoni rċeviet kummenti mingħajr diversi partijiet interessati dwar is-sejbiet tagħha rigward in-nuqqas potenzjali tal-provvista. |
|
(456) |
Żewġ produtturi esportaturi Russi (MMK Group/Severstal Group) stqarru li l-miżuri kieku jkollhom effett projbittiv/restrittiv fuq l-importazzjoni u, f'dan is-sens, kieku jqiegħdu f'periklu l-provvista ta' HRF, mhux biss għall-kumpaniji sussidjarji tagħhom, iżda għall-utenti indipendenti kollha madwar l-Unjoni. |
|
(457) |
Min-naħa l-oħra, l-ilmentatur issottometta li l-importazzjonijiet tal-HRF mill-ħames pajjiżi kkonċernati, li huma madwar 421 000 tunnellata fix-xahar tul l-2016, setgħu jiġu aktar minn ikkumpensati b'importazzjonijiet mit-Turkija, l-Indja, il-Korea t'Isfel u l-Eġittu, li ammontaw għal 450 000 tunnellata fix-xahar tul l-ewwel tliet xhur tal-2017. Min-naħa l-oħra, il-Konsorzju stqarr li l-utenti ma kellhom l-ebda ċertezza li l-importazzjonijiet minn dawn il-pajjiżi se jkunu sors validu u stabbli ta' provvista minħabba, pereżempju, it-talba domestika qawwija għall-azzar fit-Turkija u fl-Indja. Barra minn hekk, il-Konsorzju ddikjara li, wara l-impożizzjoni tad-dazji proviżorji antidumping kontra ċ-Ċina f'Ottubru 2016, l-importazzjonijiet ta' HRF miċ-Ċina naqsu bi 98 %, meta wieħed iqabbel il-perjodu bejn Ottubru 2016 u Jannar 2017 u bejn Ottubru 2015 u Jannar 2016. |
|
(458) |
Kif imsemmi fil-premessa (452), il-Kummissjoni sabet li l-utenti mhumiex dipendenti esklussivament fuq importazzjonijiet mill-Brażil, l-Iran, ir-Russja, u l-Ukrajna, iżda xtraw ukoll HRF minn produtturi tal-Unjoni: kif ukoll minn produtturi f'pajjiżi terzi oħrajn matul il-perjodu ta' investigazzjoni. F'dan ir-rigward, fuq il-bażi ta' data disponibbli tal-Eurostat, tul l-ewwel xhur tal-2017, l-importazzjonijiet tal-HRF minn pajjiżi oħra apparti l-Brażil, l-Iran, ir-Russja, u l-Ukrajna pattew għall-volumi li kienu qed jiġu importati mill-pajjiżi kkonċernati qabel il-bidu ta' din l-investigazzjoni. L-importazzjonijiet ewlenin l-oħrajn minn pajjiżi terzi fl-ewwel xhur tal-2017 ġew minn pajjiżi bħall-Eġittu, l-Indja, il-Korea t'Isfel u t-Turkija. Madankollu, il-volumi tal-importazzjonijiet minn pajjiżi oħra apparti l-Brażil, l-Iran, ir-Russja, u l-Ukrajna mhux qed ipattu bis-sħiħ għall-volumi mnaqqsa tal-importazzjonijiet mill-Brażil, l-Iran, ir-Russja, l-Ukrajna u ċ-Ċina. Tabella 22 Paragun tal-volumi tal-importazzjonijiet
|
||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
(459) |
It-Tabella ta' hawn fuq turi li l-volum medju totali tal-importazzjonijiet naqas b'madwar 40 000 tunnellata fix-xahar (480 000 tunnellata fis-sena) meta wieħed iqabbel il-volumi tul il-PI mal-volumi tul l-ewwel tliet xhur tal-2017. Konsegwentement, għal dawn il-perjodi, il-volumi tal-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi oħrajn ikkumpensaw parti kbira mit-tnaqqis fil-volumi mill-erba' pajjiżi: kkonċernati u miċ-Ċina, għalkemm mhux kollu. |
|
(460) |
It-tabella li ġejja turi l-produzzjoni attwali f'xi pajjiżi terzi oħra ewlenin (l-Eġittu, l-Indja, il-Korea t'Isfel, u t-Turkija). Tabella 23 Il-produzzjoni attwali tal-prodott simili minn pajjiżi terzi (f'eluf ta' tunnellati)
|
|
(461) |
L-aħħar ċifri disponibbli tal-perjodu 2014/2015 ta' hawn fuq għall-prodott simili juru li dawn il-pajjiżi terzi għandhom il-kapaċità għall-produzzjoni u ċertu livell ta' kapaċità żejda disponibbli għall-produzzjoni tal-azzar mhux maħdum. Madankollu, it-talba domestika għall-azzar fl-Indja (43) hija qawwija, u fit-Turkija huwa probabbli li tiżdied (44). Iż-żieda fit-talba għall-azzar fil-Korea t'Isfel (45) kienet sostnuta mill-boom fl-output tal-kostruzzjoni tul dawn l-aħħar ftit snin, għalkemm indikaturi reċenti ħafna jissuġġerixxu li l-pass li bih hu miexi s-settur tal-kostruzzjoni forsi qed jonqos bħalissa. Barra minn hekk, il-produzzjoni tal-azzar fl-Eġittu (46) qed tonqos, parzjalment minħabba nuqqas fid-distribuzzjoni tal-gass naturali u deċiżjoni mill-awtoritajiet Eġizzjani li jneħħu s-sussidji lill-industrija tal-azzar għall-gass naturali. |
|
(462) |
Il-Kummissjoni nnutat ukoll li l-industrija tal-Unjoni stqarret li l-kapaċità żejda tista' kieku ssir operattiva malli titreġġa' lura l-kompetizzjoni ġusta fis-suq. Skont xi stimi mill-produtturi kkonċernati tal-Unjoni, il-ftuħ mill-ġdid tat-tliet siti ta' produzzjoni fir-Renju Unit, fi Spanja u fil-Ġermanja jkun kwistjoni ta' bejn ġimagħtejn (2) u 6 xhur. Din il-produzzjoni addizzjonali tista' tiġi ssupplimentata minn importazzjonijiet minn pajjiżi terzi oħrajn. |
|
(463) |
Għalhekk, il-Kummissjoni ċaħdet l-allegazzjoni li l-impożizzjoni ta' miżuri ser twassal għal nuqqas ta' provvista tal-prodott ikkonċernat / tal-prodott simili fis-suq tal-Unjoni. Madankollu, il-Kummissjoni kkonkludiet ukoll li l-impożizzjoni ta' dazji antidumping huwa probabbli ħafna li twassal għal dipendenza ogħla tal-utenti fuq l-industrija tal-Unjoni (ara t-Taqsima 6.4.3.2). |
6.4.3.2.
|
(464) |
Kif jidher fit-tabella taħt il-premessa (282), is-sehem mis-suq tal-industrija tal-Unjoni, f'termini tal-konsum tal-Unjoni, ammonta għal 76,7 % tul il-PI. Konsegwentement, l-importazzjonijiet totali fl-Unjoni rrappreżentaw 23,3 % tal-konsum tal-Unjoni tul il-PI. Aktar minn 70 % ta' dawn l-importazzjonijiet kollha lejn l-Unjoni tul il-PI kienu mill-pajjiżi kkonċernati (il-Brażil, l-Iran, ir-Russja, u l-Ukrajna) kif ukoll miċ-Ċina, li l-importazzjonijiet tagħha ġew soġġetti għal dazji antidumping mis-7 ta' Ottubru 2016 (47). |
|
(465) |
B'hekk, kieku jiġu imposti dazji antidumping fuq l-importazzjonijiet mill-Brażil, l-Iran, ir-Russja, u l-Ukrajna, kieku aktar minn 70 % mill-importazzjonijiet totali (inkluża ċ-Ċina, diġà suġġetta għal miżuri) tul il-PI jkunu suġġetti għal miżuri, minkejja l-fatt li pajjiżi terzi oħrajn apparti l-Brażil, l-Iran, ir-Russja, u l-Ukrajna bdew jimportaw lejn l-Unjoni sussegwentement għall-perjodu ta' investigazzjoni, kif deskritt fil-premessa (457). Madankollu, il-fatt li 70 % mill-importazzjonijiet kollha tul il-PI kienu jkunu suġġetti għal miżuri isaħħaħ kieku b'mod sinifikanti l-pożizzjoni tal-produtturi tal-Unjoni fis-suq tal-HRF tal-Unjoni. |
|
(466) |
Il-Kummissjoni sabet li l-industrija tal-Unjoni ma tinkludix biss produtturi individwali, iżda tikkonsisti wkoll minn gruppi ta' produtturi relatati fid-diversi pajjiżi tal-Unjoni, li diġà qed ifornu lill-utenti b'volum kbir tal-prodott simili (kif imsemmi hawn fuq fil-premessa (464), is-sehem mis-suq totali tal-industrija tal-Unjoni fis-suq ħieles tal-Unjoni jammonta għal 76,7 %). L-ikbar grupp ta' produtturi tal-azzar tal-Unjoni jikkorrispondi għal aktar minn terz tal-produzzjoni tal-HRF fl-Unjoni kollha, filwaqt li l-ikbar tliet gruppi ta' produtturi flimkien jikkorrispondu għal aktar minn żewġ terzi tal-produzzjoni tal-HRF fl-Unjoni. Il-Kummissjoni sabet ukoll li madwar 60 % tal-produzzjoni totali tal-produtturi tal-Unjoni kienet destinata għall-użu ristrett. |
|
(467) |
Wara d-divulgazzjoni tad-Dokument ta' Informazzjoni, l-ilmentatur sfida l-istqarrijiet tal-Kummissjoni rigward is-setgħa ta' negozjar miżjuda tal-produtturi tal-azzar tal-Unjoni, bl-argument li dawn mhux qed jirriflettu l-prinċipji bażiċi tal-ekonomija. Allega li kien hemm u kien se jibqa' hemm fil-futur kompetizzjoni b'saħħitha fost għadd sinifikanti ta' gruppi kbar tal-azzar tal-Unjoni u li l-prezzijiet kienu se jibqgħu f'livell kompetittivi. Barra minn hekk, f'dan il-kuntest, biex isostni l-argumenti tiegħu, l-ilmentatur issottometta mudell ekonomiku li fuq il-bażi tiegħu sostna li “l-għadd tal-fornituri tal-Unjoni u mill-pajjiżi terzi jinstab suffiċjenti biex iwarrab it-tħassib li l-istruttura tas-suq tista' tagħti potenzjal għal kwalunkwe setgħa sinifikanti rigward l-iffissar tal-prezzijiet, speċjalment fid-dawl tad-disponibbiltà kontinwa ta' provvista residwa li mhijiex l-oġġett ta' dumping minn fornituri li qed jiffaċċjaw marġnijiet moderati ta' dannu u b'hekk jikkonfermaw ir-riżultati mill-mudellar kwantitattiv tal-impatti tal-kwantità u l-prezz. (48)” Dan il-mudell ekonomiku ġie ppreżentat ukoll f'seduta ta' smigħ fit-8 ta' Ġunju 2017. |
|
(468) |
Madankollu, żewġ produtturi Russi (MMK GROUP/Severstal) irreferew għall-istruttura oligopolistika tas-suq tal-Unjoni, struttura li, flimkien mal-miżuri antidumping, tista' twassal għall-ħolqien tal-potenzjal biex jiġu stabbiliti prezzijiet suprakompetittivi mill-ftit gruppi ta' fornituri li baqgħu. |
|
(469) |
Rigward l-argumenti tal-ilmentatur, il-Kummissjoni nnutat:
|
|
(470) |
Wara d-divulgazzjoni finali, l-ilmentatur allega li s-sejbiet tal-Kummissjoni dwar is-setgħa ta' negozjar jonqsu milli jirrispettaw il-prinċipji ekonomiċi bażiċi.
|
|
(471) |
Il-Kummissjoni kkunsidrat dawn il-kummenti bħala bla bażi.
|
|
(472) |
Barra minn hekk, l-ilmentatur allega wkoll li l-Kummissjoni kienet b'mod żbaljat qieset il-mudell ekonomiku indipendenti ibbażat fuq nuqqasijiet allegati fl-analiżi.
|
|
(473) |
Il-Kummissjoni aċċettat l-ewwel żewġ punti proċedurali.
|
|
(474) |
B'kuntrast ma' dan, il-Kummissjoni ċaħdet iż-żewġ punti sostantivi oħra kontra l-kritika tagħha dwar l-istudju.
|
6.4.3.3.
|
(475) |
Il-Kummissjoni analizzat il-pretensjoni li l-impożizzjoni ta' dazji antidumping kieku ġġib l-industrija tal-ipproċessar mhux relatata (bħall-industrija tal-pajpijiet u t-tubi) f'pożizzjoni vulnerabbli għall-aħħar għal kompetituri stabbiliti f'pajjiżi terzi li jistgħu kieku jbigħu lejn is-suq tal-Unjoni prodotti maħduma mill-HRF akkwistati mingħajr kwalunkwe miżuri. |
|
(476) |
Il-Kummissjoni nnutat li din l-allegazzjoni ma kinitx akkumpanjata minn evidenza ta' sostenn. Barra minn hekk, hemm miżuri antidumping fis-seħħ fl-Unjoni għal ċerti tipi ta' pajpijiet u tubi importati li joriġinaw miċ-Ċina, mir-Russja u mill-Bjelorussja (50). |
|
(477) |
Għalhekk, u fin-nuqqas ta' kummenti oħrajn, il-Kummissjoni rrifjutat din l-allegazzjoni. |
6.4.3.4.
6.4.3.4.1. Introduzzjoni
|
(478) |
Wara l-bidu tal-investigazzjoni, l-ilmentatur allega li, bl-eċċezzjoni tal-industrija tat-tubi tal-azzar, kwalunkwe żieda fl-ispejjeż għall-utenti x'aktarx mhux se jkollha impatt materjali fuq il-maġġoranza vasta tas-segmenti ta' utenti, bħas-settur tal-kostruzzjoni, is-settur awtomobilistiku eċċ. Rigward l-industrija tat-tubi tal-azzar, l-ilmentatur allega li dawk il-produtturi tat-tubi li huwa probabbli li jkunu affettwati b'mod sinifikanti biss ikunu dawk li jkollhom bżonn joqogħdu fuq importazzjonijiet oġġett ta' dumping tal-prodott ikkonċernat. |
|
(479) |
Min-naħa l-oħra, il-Konsorzju sostna li l-impatt fuq l-ispejjeż għall-utenti ma kienx limitat għall-industrija tat-tubi tal-azzar, kif allega l-ilmentatur. F'dan ir-rigward, il-Konsorzju sostna li l-prodott ikkonċernat jirrappreżenta madwar 85-95 % tal-ispejjeż tat-tubi tal-provvista pubblika u madwar 75-80 % tal-ispejjeż ta' tipi oħrajn ta' tubi wweldjati, bħat-tubi tal-enerġija jew ta' preċiżjoni mekkanika. B'żieda ma' dan, il-Konsorzju ssottometta (51) li utenti oħra apparti l-produtturi tat-tubi jkollhom impatt darbtejn daqs dak ikkalkulat mill-Eurofer, minħabba l-allegata żieda fil-prezzijiet tal-prodott ikkonċernat wara l-PI. Barra minn hekk, kif imsemmi fil-premessa (449), l-Assoċjazzjoni tal-Inġinerija Mekkanika u l-Industriji tax-Xogħol fil-Metall tal-Latvja u l-Konsorzju argumentaw ukoll li l-impożizzjoni ta' dazji antidumping twassal għal żieda għall-ispejjeż tal-produzzjoni għall-membri tiegħu. |
|
(480) |
Kif intqal fil-premessa (514), l-aktar konsum/użi importanti tal-prodott ikkonċernat għandhom x'jaqsmu mal-oqsma li ġejjin: l-industrija tat-tubi tal-azzar (32 %), il-kostruzzjoni (20 %), is-settur tal-karozzi (15 %) u l-inġinerija mekkanika (15 %). |
|
(481) |
Wara d-divulgazzjoni tad-Dokument ta' Informazzjoni, l-Assoċjazzjoni Ewropea tat-Tubi tal-Azzar (minn hawn il quddiem imsemmija “ESTA”), li tirrappreżenta aktar minn 100 produttur tat-tubi tal-azzar fi 17-il Stat Membru li jkopru aktar minn 90 % tal-produzzjoni tal-Unjoni, ipprovdiet, fuq talba tal-Kummissjoni għal informazzjoni addizzjonali, nota li fiha kkjarifikat xi punti prinċipali. Bħala assoċjazzjoni li tirrappreżenta diversi utenti, l-ESTA ma ħaditx pożizzjoni rigward liema eżatt ikun l-impatt probabbli tad-dazji fuq is-sitwazzjoni tal-manifatturi tat-tubi tal-azzar. Madankollu, ikkonfermat li l-HRF huwa l-fattur ewlieni rigward l-ipprezzar tat-tubi wweldjati (b'differenza mit-tubi mingħajr saldatura, li huma maħduma minn billetti tal-azzar) (52). |
|
(482) |
Il-Kummissjoni vvalutat l-informazzjoni miġbura kollha u fuq din il-bażi vvalutat kull segment separatament. |
6.4.3.4.2. L-impatt tal-impożizzjoni ta' miżuri fuq l-ispejjeż tal-manifatturi tat-tubi tal-azzar
6.4.3.4.2.1. Introduzzjoni
|
(483) |
L-istatistika sottomessa mill-ilmentatur (53) uriet li l-industrija tat-tubi tal-azzar hija l-aktar settur importanti li juża l-prodott ikkonċernat. Skont din l-istatistika, madwar 32 % tal-prodotti HRF kollha jintużaw għall-konsum mill-industrija tat-tubi tal-azzar. |
|
(484) |
Il-kumpanija li tipparteċipa fil-Konsorzju, Marcegaglia, li pprovdiet tweġiba sħiħa għall-kwestjonarju, tipproċessa HRF u tipproduċi, fost l-oħrajn, tubi, pajpijiet u prodotti oħra downstream tal-azzar. Weħidha, din il-kumpanija kienet responsabbli għall-importazzjoni ta' madwar 1,6 — 2,4 miljun tunnellata HRF (madwar 20-30 % tal-importazzjonijiet totali ta' HRF) tul il-perjodu ta' investigazzjoni. Barra minn hekk, xtrat ukoll 1,3 — 2,0 miljun tunnellata tal-prodott simili mill-produtturi tal-azzar tal-Unjoni tul il-perjodu ta' investigazzjoni. Il-Kummissjoni rrikkorriet għal dan l-utent il-kbir biex tiddeduċi konklużjonijiet dwar l-impatt tal-miżuri fuq l-utenti mis-segment tat-tubi tal-azzar inġenerali. |
|
(485) |
B'dan l-objettiv, tul verifika fil-post, il-Kummissjoni talbet lir-rappreżentanti ta' Marcegaglia iwettqu simulazzjonijiet biex jiġi vvalutat l-impatt possibbli ta' kwalunkwe impożizzjoni ta' miżuri antidumping, fuq il-bażi taċ-ċifri tagħha ta' profittabbiltà (rapport tal-introjtu) għall-perjodu ta' investigazzjoni. Dawn is-simulazzjonijiet saru mir-rappreżentanti tal-kumpanija bl-ipoteżi li kienu jiġu akkwistati eżatt l-istess volumi mill-istess fornituri (produtturi tal-Unjoni, produtturi esportaturi mill-pajjiżi kkonċernati u produtturi esportaturi minn pajjiżi terzi oħrajn) bħal tul il-perjodu ta' investigazzjoni. Dawn is-simulazzjonijiet la jqisu ż-żidiet fil-prezzijiet direttament wara l-PI u lanqas il-kwistjoni jekk parti miż-żidiet fil-prezz kinux se jiġu mgħoddija lill-klijenti ta' dawn l-utenti. |
|
(486) |
Ir-riżultati kienu kif ġej:
|
|
(487) |
Wara d-divulgazzjoni tad-Dokument ta' Informazzjoni, l-ilmentatur (54) ippretenda li dawn is-sitwazzjonijiet kellhom nuqqasijiet minħabba l-preżunzjoni li l-ispejjeż għal Marcegaglia kienu se jiżdiedu bl-ammont tad-dazji, filwaqt li Marcegaglia kellu għadd ta' għażliet oħra għall-akkwisti. Barra minn hekk, l-ilmentatur ikkontesta s-sejba, li kien se jkun hemm impatt negattiv sproporzjonat fuq l-utenti. Fuq il-bażi tal-analiżi ekonomika tal-miżuri antidumping, l-ilmentatur argumenta li l-impożizzjoni tal-miżuri kienet se twassal għal żieda limitata biss fil-prezz tal-prodott ikkonċernat u li effett fuq il-kwantità jkun aktar probabbli (55). |
|
(488) |
Is-simulazzjonijiet fil-post ma kinux ħadu inkonsiderazzjoni li l-importazzjonijiet li joriġinaw miċ-Ċina waqfu għalkollox mir-raba' trimestru tal-2016 'il quddiem, kif imsemmi fil-premessa (469), u wkoll ma kinux qiesu l-fatt li xi pajjiżi oħra bdew jimportaw, kif imsemmi fil-premessa (458) (56). Għaldaqstant, il-Kummissjoni aġġornat is-simulazzjonijiet tagħha kif ġej:
Dawn kienu simulazzjonijiet konservattivi billi ma kinux jinkludu l-fattur taż-żidiet possibbli fil-prezzijiet tal-HRF wara l-PI, li ħarġu ikbar minn 30 % meta mqabbel mal-PI, kif deskritt fil-premessa (494). |
|
(489) |
Rigward il-pretensjonijiet tal-Eurofer ibbażati fuq l-analiżi ekonomika tagħha, dawn jiġu rrifjutati għar-raġunijiet deskritti fil-premessa (469). |
|
(490) |
Il-Kummissjoni kkonkludiet fil-premessa (501) li l-profittabbiltà tal-utenti tan-negozji tat-tubi tal-azzar kienet waħda modesta tul il-perjodu ta' investigazzjoni u wara l-perjodu ta' investigazzjoni (sal-31 ta' Marzu 2017). Għalhekk, hija kkonfermat li kien hemm riskju konsiderevoli li dazji ad valorem ta' bejn 5,3 % u 33 % (fuq il-prezzijiet ogħla) kienu se jwasslu lill-manifatturi tat-tubi għat-telf, bil-konsiderazzjoni għall-prezzijiet jiżdiedu wara l-perjodu ta' investigazzjoni. A fortiori, l-SMEs mill-Konsorzju kienu se jidħlu għal riskju ta' konsegwenzi saħansitra aktar drastiċi billi s-setgħa ta' negozjar vis-à-vis il-produtturi tal-Unjoni hija ħafna iżgħar. |
6.4.3.4.2.2. Żidiet fil-prezzijiet wara l-perjodu ta' investigazzjoni għas-settur tat-tubi tal-azzar
|
(491) |
Wara d-divulgazzjoni tad-Dokument ta' Informazzjoni, kif spjegat fil-premessa (29), 23 utent imlew kwestjonarji addizzjonali (ta' wara l-PI). Żewġ żjarat ta' verifika addizzjonali twettqu fil-post bil-għan li tiġi vverifikata dik id-data ta' wara l-PI. |
|
(492) |
Barra minn hekk, wara d-divulgazzjoni tad-Dokument ta' Informazzjoni, il-produttur esportatur stqarr li l-prezzijiet tal-prodott ikkonċernat kienu żdiedu minn tmiem il-perjodu ta' investigazzjoni, minn EUR 417,5 għal kull tunnellata għal EUR 575 għal kull tunnellata f'Marzu 2017 fl-Ewropa tat-Tramuntana, jew b'37,7 % minn EUR 395 għal kull tunnellata għal EUR 545 għal kull tunnellata fl-Ewropa tan-Nofsinhar tul l-istess perjodu. F'dan ir-rigward, il-Konsorzju sostna li s-suq tal-UE bħalissa hu kkaratterizzat minn żieda kontinwa fil-prezzijiet tal-HRF. |
|
(493) |
Barra minn hekk, l-ilmentatur stqarr li r-raġuni ewlenija għaż-żidiet fil-prezz osservati wara l-perjodu ta' investigazzjoni kienet iż-żieda fil-prezzijiet tal-materja prima u mhux l-impatt tal-investigazzjoni li għaddejja. Għalkemm ammetta li l-prezzijiet kienu jinsabu f'medda ta' bejn EUR 530 għal kull tunnellata u EUR 550 għal kull tunnellata, l-ilmentatur stqarr li d-deċiżjoni tal-Kummissjoni li ma timponix miżuri proviżorji fil-każ attwali wasslet għal tnaqqis fil-prezzijiet f'Marzu — April 2017. |
|
(494) |
Il-Kummissjoni sabet li l-prezzijiet bdew jiżdiedu fit-tieni nofs tal-2016, u komplew jiżdiedu matul l-ewwel nofs tal-2017. Dawn iż-żidiet fil-prezzijiet ġew innutati għat-tipi kollha tal-prodott ikkonċernat u tal-prodott simili. Id-data miġbura tal-PI wriet li l-prezz żdied fil-perjodu ta' wara l-PI.
|
|
(495) |
Barra minn hekk, il-Kummissjoni sabet li l-prezzijiet bdew jonqsu ftit tul ix-xhur ta' April u Mejju 2017. Madankollu, il-prezzijiet tal-produtturi tal-Unjoni baqgħu fil-livell ta' madwar EUR 500 għal kull tunnellata tul dawn ix-xhur. |
|
(496) |
Fid-dawl ta' dan ta' hawn fuq, il-Kummissjoni sabet żidiet sinifikanti fil-prezzijiet fil-perjodu ta' wara l-PI (sa Marzu 2017), għat-tipi kollha tal-prodott ikkonċernat u l-prodott simili. Imbagħad, il-prezzijiet bdew jonqsu ftit, iżda baqgħu f'livell ferm ogħla mill-livell tal-prezzijiet ta' tul il-PI. |
6.4.3.4.2.3. Il-profittabbiltà tas-settur tat-tubi tal-azzar
|
(497) |
Wara d-divulgazzjoni tad-Dokument ta' Informazzjoni, ġiet sottomessa l-informazzjoni li ġejja dwar il-profittabbiltà tas-settur tat-tubi tal-azzar:
|
|
(498) |
Id-data miġbura tul il-PI wriet li l-profittabbiltà kienet tvarja b'mod konsiderevoli kif ġej fost l-utenti individwali: Tabella 24 Il-profittabbiltà tal-manifatturi tat-tubi tal-azzar (59)
|
||||||||||||||||||||||||||||||
|
(499) |
It-tabella ta' hawn fuq turi li l-profittabbiltà tal-produtturi tat-tubi tal-azzar ġeneralment tjiebet tul l-ewwel tliet (3) xhur tal-2017 meta mqabbla mal-aħħar nofs tal-2016, u b'mod ġenerali ammontat għal 0,37 %. Il-produtturi tat-tubi tal-azzar spjegaw li billi kienu jistennew żieda fil-prezzijiet tal-HRF tul l-2016, huma xtraw proporzjon ikbar ta' prodotti tal-HRF (bi prezzijiet relattivament aktar baxxi) mis-soltu. Dawn il-prodotti mbagħad intużaw meta l-prezzijiet tal-HRF kienu diġà żdiedu. Madankollu, il-produtturi tat-tubi tal-azzar li saritilhom żjara fuq il-post kienu jistennew deterjorament possibbli tar-riżultati tagħhom fit-tieni trimestru tal-2017. |
|
(500) |
Barra minn hekk, il-produtturi tat-tubi tal-azzar relatati ma' produtturi tal-Unjoni sostnew li l-marġnijiet tal-profitt baxxi jew saħansitra negattivi kienu dovuti għall-fatt li kellhom jikkompetu ma' produtturi tat-tubi tal-azzar oħrajn li sa ċertu punt kienu jiġu forniti bl-HRF oġġett ta' dumping mill-pajjiżi kkonċernati. |
|
(501) |
Ġeneralment, il-Kummissjoni kkonkludiet li l-profittabbiltà tal-utenti fin-negozji tat-tubi tal-azzar kienet waħda modesta tul il-perjodu ta' investigazzjoni u wara l-perjodu ta' investigazzjoni. |
6.4.3.4.2.4. Il-possibbiltà li kwalunkwe żidiet fil-prezz jiġu mgħoddija fis-settur tat-tubi tal-azzar
|
(502) |
Il-Konsorzju sostna li l-uniku mod biex wieħed ikun jista' jibqa' jagħmel profitt ikun li kwalunkwe żieda fil-prezz tiġi mgħoddija. Madankollu, il-Konsorzju ssottometta li dan ma kienx possibbli billi kull żieda fil-prezzijiet tal-bejgħ 'il fuq mil-livelli kompetittivi jwasslu kieku biex l-utenti indipendenti jitilfu ishma mis-suq, li b'hekk jgħaddu għand utenti integrati, u b'konsegwenza ta' dan anki profitti. Rigward il-possibbiltà li ż-żidiet fl-ispejjeż jiġu mgħoddija, ESTA sostniet li “sakemm il-produtturi (tat-tubi tal-azzar) tal-UE jkunu f'pożizzjoni jgħaddu ż-żidiet fl-ispejjeż lill-klijenti, il-kundizzjonijiet tas-suq jibqgħu ġusti” (60). |
|
(503) |
Rigward il-mistoqsija jekk il-produtturi tat-tubi tal-azzar kinux f'pożizzjoni jgħaddulhom iż-żidiet fl-ispejjeż, il-Kummissjoni nnutat diskrepanzi fis-sottomissjonijiet li rċeviet.
|
|
(504) |
Wara d-divulgazzjoni finali, l-ilmentatur sostna li d-dikjarazzjonijiet mill-utenti l-oħrajn (prinċipalment l-utenti indipendenti), b'mod partikolari d-dikjarazzjoni dwar id-“diffikultajiet tal-provvisti tal-HRF” fil-premessa (503), huma spekulattivi u żbaljati. |
|
(505) |
Il-Kummissjoni kkunsidrat dawn il-kummenti bħala bla bażi. |
|
(506) |
L-ewwel nett, fit-tweġibiet għall-kwestjonarji mimlijin dawn l-utenti sostnew li xi drabi kellhom diffikultajiet biex jirċievu l-provvisti tal-HRF, billi użaw kliem bħal “dewmien konsiderevoli fit-termini tal-konsenja”, jew “kapaċità limitata tal-produtturi, li jirrifletti nuqqas ta' materjal fis-suq”. It-tieni, il-Kummissjoni kellha evidenza fil-fajl li l-utenti li saritilhom żjara fuq il-post, kellhom tabilħaqq diffikultajiet sabiex jiġu fornuti jew fornuti fil-ħin. It-tielet, il-Kummissjoni osservat ukoll li l-produtturi ta' tubi li jesportaw ukoll barra l-Unjoni jkollhom inqas possibbiltà li jgħaddu ż-żidiet fl-ispejjeż tagħhom. Għalhekk, il-Kummissjoni ċaħdet l-allegazzjoni li d-dikjarazzjonijiet li saru mill-utenti ta' hawn fuq huma spekulattivi jew żbaljati. |
|
(507) |
Barra minn hekk, l-ilmentatur argumenta li dawn id-dikjarazzjonijiet mill-utenti kienu jikkontradixxu l-konklużjonijiet tat-taqsima dwar “skarsezza ta' provvista”“fejn il-Kummissjoni ċaħdet” l-allegazzjoni li l-impożizzjoni tal-miżuri tista' twassal għal nuqqas tal-provvista tal-prodott ikkonċernat/tal-prodott simili fis-suq tal-Unjoni (ara l-premessa (463)). |
|
(508) |
F'dan ir-rigward, il-Kummissjoni enfasizzat li s-sejba tagħha fit-Taqsima 6.4.3.1 dwar in-nuqqas ta' provvista kienet tikkonsisti f'settijiet ta' analiżi prospettiva. Il-Kummissjoni l-ewwel kienet tat ħarsa lejn il-kwistjoni jekk l-impożizzjoni ta' dazji ad-valorem jistgħux jibblukkaw l-importazzjonijiet tal-HRF fl-Unjoni kollha kemm hi. F'dan ir-rigward, kienet sodisfatta li kien hemm importazzjonijiet ta' HRF alternattivi suffiċjenti minn pajjiżi terzi oħra disponibbli. Il-Kummissjoni kompliet tisħaq li wieħed jista' jistenna wkoll li l-produzzjoni tal-Unjoni tespandi u tikkumpensa, tal-anqas parzjalment, għan-nuqqas potenzjali fil-futur għall-importazzjonijiet ta' HRF mill-pajjiżi kkonċernati. Il-Kummissjoni għalhekk ikkonkludiet li l-impożizzjoni tad-dazji x'aktarx ma jwasslux għal nuqqas ta' provvista fil-futur. |
|
(509) |
Din l-analiżi prospettiva fit-Taqsima 6.4.3.1 hija differenti mid-diffikultajiet ta' xi utenti msemmija hawn fuq biex jiġu forniti mill-industrija tal-Unjoni b'HRF bi kwantitajiet suffiċjenti u fil-ħin fil-preżent. Għaldaqstant, il-Kummissjoni ċaħdet l-argument li r-referenza għad-dikjarazzjoni ta' utenti dwar id-“diffikultajiet ta' provvista” tagħhom fil-premessa (503) ġiet kontradetta permezz tal-analiżi tal-Kummissjoni tal-probabbiltà ta' assenza ta' “nuqqas ta' provvista” fl-evoluzzjoni tal-futur tas-suq tal-HRF fil-premessa (463). |
|
(510) |
Minħabba d-diskrepanzi li ġew innutati bejn id-diversi kategoriji ta' manifatturi tat-tubi tal-azzar, il-Kummissjoni kkonkludiet li hemm riskju li l-utenti ma jkunux f'pożizzjoni jgħaddu ż-żidiet fl-ispejjeż tal-HRF kollha kemm huma lill-klijenti tagħhom. |
6.4.3.4.2.5. Konklużjoni għas-settur tat-tubi tal-azzar
|
(511) |
Fuq il-bażi ta' dak li ntqal hawn fuq, il-Kummissjoni kkonkludiet li kien hemm riskju konsiderevoli li dazji bil-forma ta' dazji ad valorem jikkawżaw telf lis-settur tat-tubi tal-azzar għar-raġunijiet li ġejjin:
|
|
(512) |
Wara d-divulgazzjoni finali, l-ilmentatur ikkontesta l-konklużjonijiet tal-Kummissjoni li d-dazji ad valorem jistgħu jwasslu lis-settur tat-tubi tal-azzar f'telf għal dawn l-erba' raġunijiet:
|
|
(513) |
Il-Kummissjoni ċaħdet il-biċċa l-kbira ta' dawn l-allegazzjonijiet kif ġej.
|
6.4.3.4.3. L-impatt tal-impożizzjoni ta' miżuri fuq l-ispejjeż ta' segmenti oħra tal-utenti
6.4.3.4.3.1. Introduzzjoni
|
(514) |
L-istatistiki pprovduti mill-ilmentatur (62) urew li, apparti l-industrija tat-tubi tal-azzar, anki setturi oħrajn, bħall-kostruzzjoni (20 %), is-settur tal-karozzi (15 %) u l-inġinerija mekkanika (15 %), huma konsumaturi importanti tal-prodott ikkonċernat. |
|
(515) |
Tul din l-investigazzjoni, il-Kummissjoni fittxet il-kooperazzjoni ma' għadd ta utenti minn dawk is-setturi l-oħrajn fil-Polonja u fl-Istati Baltiċi. Intbagħtulhom kwestjonarji, iżda ma waslet l-ebda tweġiba. |
|
(516) |
L-ebda assoċjazzjoni tal-utenti ma ppreżentat ruħha wara l-bidu ta' din il-proċedura apparti l-Assoċjazzjoni tal-Inġinerija Mekkanika u l-Industriji tax-Xogħol fil-Metall tal-Latvja. Madankollu, din tal-aħħar la ssostanzjat l-istqarrijiet tagħhom li miżuri antidumping iwasslu għal żieda fl-ispejjeż għas-settur tal-inġinerija mekkanika u lanqas issottomettiet kummenti addizzjonali. Għalhekk, il-Kummissjoni ma kinitx f'pożizzjoni tistabbilixxi stampa ċara dwar l-impatt potenzjali tal-miżuri f'dan is-settur. |
|
(517) |
Il-Kummissjoni ħadet ukoll nota tal-opinjonijiet konfliġġenti bejn l-ilmentatur u l-Konsorzju rigward l-impatt possibbli tal-impożizzjoni ta' miżuri fuq l-ispejjeż ta' segmenti oħra tal-utenti, bħas-settur awtomobilistiku u s-settur tal-kostruzzjoni, li donnhom inqas affettwati mis-settur tat-tubi tal-azzar. Pereżempju, l-industrija awtomobilistika jista' jkun li tħabbat wiċċha ma' spejjeż tal-produzzjoni addizzjonali ta' xi EUR 430 miljun. Madankollu, meta wieħed jalloka l-ispejjeż għal kull unità, dan ikun inqas sinifikanti. Skont stimi mill-Konsorzju u l-ilmentatur, iż-żieda fl-ispejjeż għal karozza ta' daqs medju kienet tkun ta' madwar EUR 24 — 27 għal kull karozza. Is-sitwazzjoni donnha simili fis-settur tal-apparat elettrodomestiku. |
6.4.3.4.3.2. Kooperazzjoni mal-utenti u l-assoċjazzjonijiet tal-utenti wara d-divulgazzjoni tad-Dokument ta' Informazzjoni.
|
(518) |
Wara d-divulgazzjoni tad-Dokument ta' Informazzjoni, il-Kummissjoni ppruvat tistma l-impatt tal-miżura fuq segmenti differenti minn dak tat-tubi tal-azzar. |
|
(519) |
F'dan ir-rigward, il-Kummissjoni fittxet għal darba oħra l-kooperazzjoni ma' għadd ta' utenti fil-Polonja u l-Istati Baltiċi (primarjament fis-settur tal-inġinerija mekkanika) billi bagħtitilhom kwestjonarji addizzjonali ta' wara l-PI, iżda ma rċeviet l-ebda tweġibiet. |
|
(520) |
Barra minn hekk, il-Kummissjoni b'mod proattiv fittxet il-kooperazzjoni ma' 11-il assoċjazzjoni tal-utenti li jirrappreżentaw setturi oħrajn (il-kostruzzjoni, is-settur awtomobistiku, l-inġinerija mekkanika, l-apparat elettrodomestiku). Dawn l-assoċjazzjonijiet kollha rċevew kwestjonarji ta' wara l-PI u ntalbu jibagħtu l-mistoqsijiet lill-membri tagħhom fil-każ li l-assoċjazzjonijiet innifishom ma kellhomx it-tweġibiet għall-mistoqsijiet. |
|
(521) |
Waslulha żewġ tweġibiet parzjali mingħand assoċjazzjonijiet tal-utenti u tweġiba parzjali mingħand kumpanija li rċeviet il-kwestjonarju ta' wara l-PI permezz tal-assoċjazzjoni tagħha.
|
|
(522) |
Il-Kummissjoni nnutat b'rabta ma' dawn it-tweġibiet li ma ġiet ipprovduta l-ebda data sinifikanti dwar il-profittabbiltà u l-volumi tal-bejgħ. Għalhekk, il-Kummissjoni ma kinitx f'pożizzjoni tistabbilixxi stampa ċara dwar l-impatt potenzjali tal-miżuri fuq setturi differenti minn dak tat-tubi tal-azzar. |
|
(523) |
Madankollu, meta wieħed iqis ir-rata ta' rispons baxxa mill-utenti u l-assoċjazzjonijiet tal-utenti f'setturi differenti minn dak tat-tubi tal-azzar, l-impatt ta' xi żieda fil-prezz ġie vvalutat bħala inqas sinifikanti milli fuq is-setturi tat-tubi tal-azzar, għalkemm it-tliet tweġibiet (ara l-premessa (521)) jagħtu x'wieħed jifhem li ma jkunux favur l-impożizzjoni ta' miżuri f'dan il-każ. |
|
(524) |
Wara l-iżvelar, l-ilmentatur l-ewwel argumenta li l-Kummissjoni b'mod żbaljat ikkonkludiet li “l-impatt ta' kwalunkwe żieda fil-prezzijiet ġiet meqjusa inqas sinifikanti” għar-raġunijiet li ġejjin: l-analiżi tal-impatt ta' miżuri possibbli fuq setturi oħra minbarra s-settur tat-tubi tal-azzar hija kkaratterizzata min-nuqqas ta' kwalunkwe data jew evidenza vverifikata li tissuġġerixxi impatt materjali fuq segmenti tal-utenti l-oħra; L-unika evidenza ċċitata biex turi impatt fuq l-utenti huma tliet ittri. Barra minn hekk, il-konklużjoni hija kontradizzjoni sfaċċata fir-rigward tad-dikjarazzjonijiet tal-Kummissjoni li “ma hemm l-ebda data sinifikanti” disponibbli u li hija “ma tistax tistabbilixxi figura ċara dwar l-impatt potenzjali ta' miżuri f'setturi oħra minbarra s-settur tat-tubi tal-azzar” (ara l-premessa (522)). Barra minn hekk, l-ilmentatur allega li waħda mill-assoċjazzjonijiet (Agoria) stqarret li hija tappoġġa l-impożizzjoni ta' dazji ad valorem. |
|
(525) |
Il-Kummissjoni rrikonoxxiet li l-ilmentatur argumenta fis-sottomissjoni tiegħu tas-7 ta' Frar 2017 li “… għal eżempji juru, li s-setturi kollha, ħlief fis-settur tat-tubi, li l-impatt tad-dazji x'aktarx ikun de minimis” u li kien hemm livell baxx ta' kooperazzjoni. Barra minn hekk, huwa veru li Agoria dehret li tindika li tappoġġa l-impożizzjoni tad-dazji ad valorem. |
|
(526) |
Madankollu, id-dikjarazzjonijiet tal-assoċjazzjoni l-oħra tal-utenti u ta' kumpanija waħda (ara l-premessa (521)) ipprovdew indikazzjonijiet li ma jikkondividux il-valutazzjoni tal-ilmentatur li l-impatt tad-dazji x'aktarx li jkun minimu. Barra minn hekk, il-Kummissjoni ivvalutat iż-żieda fl-ispejjeż għal karozza medja li hija madwar EUR 24 u EUR 27 għal kull karozza (ara l-premessa (517)) u l-impatt probabbli fuq tagħmir domestiku, li kien ikkaratterizzat bħala inqas sinifikanti fil-medda ta' bejn l-EUR 0,63 u EUR 1,43 għal kull tagħmir). |
|
(527) |
F'dan l-isfond, il-Kummissjoni irfinat il-konklużjoni ġenerali tagħha u kkonkludiet li l-impatt fuq setturi oħrajn minbarra s-settur tat-tubi tal-azzar ikun inqas sinifikanti. |
6.4.3.4.3.3. Konklużjoni dwar is-setturi l-oħrajn barra dak tat-tubi tal-azzar
|
(528) |
Il-Kummissjoni kkonfermat li l-impatt fuq dawk l-utenti l-oħrajn ikun inqas sinifikanti milli fuq is-settur tat-tubi tal-azzar. |
6.4.3.5.
|
(529) |
L-importazzjonijiet kollha mill-produttur esportatur Brażiljan CSN lejn l-Unjoni marru għand il-kumpanija sussidjarja Portugiża relatata tagħha, Lusosider. Dik il-kumpanija tal-aħħar primarjament tipproċessa dawk l-importazzjonijiet tal-HRF fi prodotti downstream għall-bejgħ fuq kollox fil-Peniżola Iberika. |
|
(530) |
Tul seduta ta' smigħ, CSN infurmat lis-servizzi tal-Kummissjoni li kienet pendenti deċiżjoni importanti dwar investiment u li din setgħet taffettwa lil Lusosider, li bħalissa timpjega 250 persuna. Il-produttur esportatur Russu NLMK stqarr li tul iż-żmien, hu kien żviluppa l-operazzjonijiet downstream tiegħu fl-Unjoni. F'dan ir-rigward, huwa argumenta li “l-impożizzjoni ta' miżuri antidumping fuq l-HRF, billi tillimita l-possibilitajiiet biex wieħed jesporta input importanti mir-Russja għall-impjanti tagħha fl-UE, ixxekkel kieku b'mod serju l-abbiltà ta' NLMK li tkabbar il-produzzjoni downstream tagħha fl-UE.” (66) |
|
(531) |
Wara d-divulgazzjoni tad-Dokument ta' Informazzjoni, NLMK żdiedet li “… NLMK xtaqet tiġbed l-attenzjoni tal-Kummissjoni Ewropea għar-riskji li l-impożizzjoni ta' miżuri antidumping tista' toħloq b'mod partikolari f'sitwazzjonijiet ta' forza maġġuri, billi tillimita d-disponibbilta ta' materjal mill-impriża prinċipali tagħna fil-każ li tkun meħtieġa.” |
|
(532) |
Wara d-divulgazzjoni tad-Dokument ta' Informazzjoni, tliet utenti relatati mal-produtturi esportaturi ntalbu li jimlew kwestjonarju ta' wara l-PI. Tnejn minnhom imlew kwestjonarju sħiħ filwaqt li dak li fadal ippreżenta tweġiba parzjali. Fuq il-bażi tad-data, il-Kummissjoni nnutat li l-profittabbiltà ta' dawn iż-żewġ utenti minn 1,81 % tul il-PI marret għal 14,10 % tul l-ewwel tliet xhur tal-2017. Madankollu, il-profittabbiltà tal-ewwel tliet xhur tal-2017 għal kumpanija waħda nstab li tinkludi profitti li kienu pjuttost eċċezzjonali, u mhux ta' natura permanenti bħala riżultat tal-prezzijiet miżjuda tal-HRF tul il-perjodu ta' wara l-PI. |
|
(533) |
Wara d-divulgazzjoni finali, l-ilmentatur sostna li r-referenza tal-Kummissjoni għad-dikjarazzjoni tal-NLMK (ara l-premessa (531)) ma tistax taħbi li din il-kumpannija ma importatx HRF mingħand il-kumpanija ewlenija tagħha Russa matul il-perjodu kkunsidrat. |
|
(534) |
Il-Kummissjoni rrikonoxxiet li NLMK ma importatx HRF mingħand il-kumpannija ewlenija tagħha Russa matul il-perjodu kkunsidrat. Madankollu, NLMK wriet li l-klijenti tagħha jeħtieġu konferma li l-provvisti ta' HRF minn NLMK huma garantiti fil-każijiet kollha, inkluż f'każ ta' sitwazzjonijiet ta' forza maġġuri. F'każijiet bħal dawn, l-NLMK li tinsab fl-Unjoni teħtieġ pass lura fuq il-provvisti mingħand il-kumpanija ewlenija tagħha li tinsab fir-Russja. Jew inkella, ma tkun tista' żżomm konsumaturi ikbar u tibqa' kompetittiva fis-suq tal-Unjoni. |
|
(535) |
Il-Kummissjoni kkonkludiet li l-impożizzjoni ta' miżuri la hija fl-interess tas-sussidjarja Portugiża, Lusosider, li hija relatata mal-produttur esportatur Brażiljan CSN, u lanqas fl-interess tas-sussidjarja Belġjana, NLMK, li hija relatata mal-produttur esportatur Brażiljan NLMK. |
6.4.4. Konklużjoni dwar l-interess tal-utenti
|
(536) |
Fid-dawl ta' dak li ntqal hawn fuq, il-Kummissjoni kkonkludiet li l-impożizzjoni ta' miżuri kienet kontra l-interess tal-utenti. Filwaqt li l-impatt fuq is-settur tat-tubi tal-azzar ikun wieħed evidenti ħafna, l-impatt fuq setturi downstream oħra donnu pjuttost inqas serju. |
|
(537) |
Wara d-divulgazzjoni finali, l-ilmentatur l-ewwel argumenta li l-kliem “probabbli ħafna anqas gravi” huwa dikjarazzjoni qarrieqa u żbaljata, fid-dawl tal-evidenza attwali fil-fajl:
|
|
(538) |
Il-Kummissjoni ċaħdet il-biċċa l-kbira ta' dawn l-allegazzjonijiet kif ġej.
|
|
(539) |
Madankollu, u għall-finijiet ta' koerenza, il-Kummissjoni tirrikonoxxi li kellha tuża l-istess kliem “inqas sinifikanti” fil-konklużjoni bħal fil-parti analitika ta' premessa (528). Għalhekk, il-Kummissjoni bidlet il-konklużjoni preċedenti tagħha, kif stabbilit fil-premessa (536), kif ġej: Fid-dawl ta' dak li ntqal hawn fuq, il-Kummissjoni kkonkludiet li l-impożizzjoni ta' miżuri kienet kontra l-interess tal-utenti. Filwaqt li l-impatt fuq is-settur tat-tubi tal-azzar ikun wieħed evidenti ħafna, l-impatt fuq setturi downstream oħra donnu pjuttost inqas serju. |
6.5. Konklużjoni dwar l-interess tal-Unjoni
|
(540) |
Il-Kummissjoni kellha tiżen u tibbilanċja, minn naħa, l-interessi qawwija ta' industrija importanti tal-Unjoni li trid titħares mill-prattiki inġusti, u l-effetti probabbilment negattivi tal-miżuri fuq l-utenti, min-naħa l-oħra. |
|
(541) |
L-impożizzjoni ta' miżuri kieku tippermetti lill-industrija tal-Unjoni żżomm livell sostenibbli ta' profitti. B'kunsiderazzjoni għat-telf akkumulat li ġarrbet sa mill-2013, bl-eċċezzjoni tal-profitt modest li nkiseb fis-sena 2014, tali miżuri jkunu ta' għajnuna sabiex l-industrija tal-Unjoni ssir industrija b'saħħitha u vijabbli. |
|
(542) |
Min-naħa l-oħra, l-impożizzjoni ta' miżuri definittivi kontra l-Brażil, l-Iran, ir-Russja, u l-Ukrajna tista' taffettwa b'mod negattiv lill-utenti — li f'parti kbira minnhom jiddependu fuq il-provvista tal-prodott ikkonċernat — b'mod sproporzjonat. Dan kieku jdgħajjef il-kompetittività tagħhom fis-suq downstream, b'mod partikolari dak tat-tubi u l-pajpijiet. |
|
(543) |
Kif ġie nnutat hawn fuq, sabiex tibbilanċja b'mod xieraq dawk l-interessi opposti u tasal għal konklużjonijiet adegwati f'dan ir-rigward, il-Kummissjoni qisitu meħtieġ li teżamina l-iżviluppi ta' wara tmiem il-perjodu ta' investigazzjoni, jiġifieri wara Lulju tal-2016. Ħadet ukoll inkonsiderazzjoni li fit-tieni nofs tal-2016, il-prezzijiet tal-HRF żdiedu b'mod sinifikanti u qabżu l-marka ta' EUR 500 għal kull tunnellata fi Frar 2017. |
|
(544) |
Wara d-divulgazzjoni tad-Dokument ta' Informazzjoni, il-Kummissjoni investigat aktar l-allegazzjonijiet li l-prezzijiet tal-HRF żdiedu tul il-perjodu ta' wara l-PI. Barra minn hekk, ħeġġet lill-utenti jipprovdu data addizzjonali fuq id-diversi setturi ta' utenti, bil-għan li jkun jista' jiġi vvalutat b'mod aktar preċiż l-impatt potenzjali ta' miżuri fuq is-setturi downstream apparti t-tubi u l-pajpijiet. Stiednet ukoll lill-partijiet interessati jikkummentaw fuq il-forma xierqa ta' miżuri. |
|
(545) |
Wara l-ġbir tad-data addizzjonali pprovduta minn diversi partijiet interessati, il-Kummissjoni kkonkludiet li l-prezzijiet tal-HRF żdiedu b'mod sinifikanti tul il-perjodu ta' wara l-PI u li:
|
|
(546) |
Il-Kummissjoni tfakkar is-sejbiet fil-premessa (425) rigward il-profittabbiltà tal-produtturi tal-Unjoni kif ukoll iż-żieda sinifikanti fil-prezzijiet wara l-perjodu ta' investigazzjoni. Fuq din il-bażi, il-Kummissjoni qieset, b'konformità mal-interess tal-Unjoni, li tbiddel il-forma tal-mizuri biex jintlaħaq bilanċ xieraq bejn l-interessi tal-produtturi tal-Unjoni u l-utenti f'dan il-każ partikolari. Għalhekk, il-Kummissjoni ddeċidiet li timponi dazji ad valorem, limitati bi prezz minimu tal-importazzjoni (“PMI”), li jikkunsidraw iż-żieda fil-prezzijiet ta' materjal prima wara l-perjodu ta' investigazzjoni għar-raġunijiet li ġejjin:
|
|
(547) |
Wara d-divulgazzjoni finali, l-ilmentatur allega li s-sejbiet tal-Kummissjoni jmorru kontra r-rekwiżiti skont l-Artikolu 21(1) tar-Regolament bażiku. Jekk il-miżuri kienu fl-interess tal-industrija tal-Unjoni, il-Kummissjoni tkun obbligata li timponihom, sakemm ma jkunx hemm evidenza li l-miżuri jkollhom impatt sproporzjonat fuq l-industriji tal-utenti. Skont l-ilmentatur, ma hemm l-ebda evidenza ta' dan. Barra minn hekk, huwa sostna li l-Kummissjoni kienet tat prijorità lill-interessi ta' sottogrupp ta' utenti żgħar (jiġifieri, ċerti produtturi ta' tubi tal-azzar) u naqset milli twettaq apprezzament għall-interessi varji meħudin bħala unità sħiħa. B'mod aktar ġenerali, huwa allega li r-regoli rigward l-interess tal-Unjoni jipprevedu biss għall-impożizzjoni jew in-nuqqas ta' impożizzjoni tal-miżuri. Fi kliem ieħor, huwa test ta' sempliċi iva jew le. |
|
(548) |
Il-Kummissjoni ma laqgħetx dawn il-punti u kkunsidrathom bħala legalment żbaljati u spjegat kif normalment jitwettaq it-test tal-interess tal-Unjoni skont l-Artikolu 21 tar-Regolament bażiku:
|
|
(549) |
F'dan ir-rigward, il-Kummissjoni ma ħarsitx biss lejn l-interessi astratti involuti, iżda, kif tagħmel is-soltu, anki lejn l-effett konkret probabbli fuq in-negozji rispettivi. B'argument kontra l-PMI, il-Eurofer kitbet lill-Kummissarju għall-Kummerċ u l-President tal-Kummissjoni Ewropea: “Anki jekk il-PIM kellu jkun ogħla mill-ispiża tal-produzzjoni, isir limitu massimu fuq il-profittabbiltà tal-industrija tagħna, anki hekk kif nibdew nirkupraw mill-agħar kriżi f'għexieren ta' snin (67).” |
|
(550) |
Fil-fehma tal-Kummissjoni, din l-istqarrija pjuttost ikkonfermat fl-opinjoni tagħha li kien fl-interess tal-Unjoni li jiġu imposti dazji ad valorem biss taħt il-livell tal-PMI. Filwaqt li l-PMI jimmitiga r-riskju konkret li xi produtturi tat-tubi, inklużi bosta SMEs, jistgħu jagħmlu t-telf, l-iżvantaġġ li jirriżulta minn PMI għall-ilmentatur jidher li huwa prinċipalment li jostakolaw il-proċess ta' marġni ogħla ta' profitt f'perjodu ta' rkupru fejn huwa diġà jkun qed jikseb profitti 'l fuq mil-livell fil-mira. |
|
(551) |
Wara d-divulgazzjoni finali, il-Konsorzju talab li l-investigazzjoni preżenti jenħtieġ li tintemm abba'i tat-teħid inkunsiderazzjoni tal-interess tal-Unjoni. F'dan ir-rigward, hija argumentat li l-impożizzjoni ta' miżuri antidumping, fi kwalunkwe forma, jista' jkollha effett devastanti fuq il-vijabilità ekonomika tal-utenti indipendenti għar-raġunijiet li ġejjin:
|
|
(552) |
Il-Kummissjoni ċaħdet din it-talba. Kif stabbilit fil-premessa (548), ingħatat kunsiderazzjoni speċjali lill-ħtieġa li tiġi protetta l-industrija tal-Unjoni kontra prattiki inġusti, fuq naħa waħda, filwaqt li jiġu limitati l-effetti negattivi possibbli tal-miżuri fuq l-utenti (l-ewwel nett produtturi tat-tubu tal-azzar), min-naħa l-oħra. F'dan l-ekwilibriju tal-interessi, l-osservazzjonijiet tal-Konsorzju kienu diġà ġew ikkunsidrati kif xieraq. |
|
(553) |
Għal dawn ir-raġunijiet kollha, il-Kummissjoni kkonfermat id-deċiżjoni tagħha li timponi dazji ad valorem, limitati bil-PMI (ara l-premessa (546)). |
7. MIŻURI ANTIDUMPING DEFINITTIVI
7.1. Livell ta' eliminazzjoni tad-dannu (marġni tad-dannu)
7.1.1. Prezz indikattiv
|
(554) |
Sabiex tiddetermina l-livell tal-miżuri, il-Kummissjoni l-ewwel stabbilixxiet l-ammont ta' dazju neċessarju biex jiġi eliminat id-dannu mġarrab mill-industrija tal-Unjoni. Skont il-ġurisprudenza, il-prezz indikattiv huwa l-prezz li l-industrija tal-Unjoni tista' tilħaq b'mod raġonevoli f'kundizzjonijiet normali ta' kompetizzjoni, fin-nuqqas ta' importazzjonijiet li huma l-oġġett ta' dumping mill-erba' pajjiżi. Il-prezz indikattiv huwa kkalkulat billi jiġu stabbiliti l-ispejjeż tal-produzzjoni tal-prodott simili u jiżdied magħhom il-marġni tal-profitt li l-industrija tal-Unjoni tista' tilħaq b'mod raġjonevoli f'kundizzjonijiet normali ta' kompetizzjoni, fin-nuqqas ta' importazzjonijiet li huma l-oġġett ta' dumping. |
|
(555) |
Fejn tidħol id-determinazzjoni tal-profitt fil-mira, id-data għall-perjodu taħt kunsiderazzjoni turi telf biss, bl-eċċezzjoni tas-sena 2014, meta nkiseb profitt żgħir li ma tqiesx adegwat biex wieħed jiddetermina marġni raġonevoli għall-profitt li jista' jintlaħaq fin-nuqqas ta' importazzjonijiet li huma l-oġġett ta' dumping Kif stipulat fil-premessa (341), l-industrija tal-Unjoni setgħet ibbenefikat aktar mill-irkupru tas-suq mill-2014 'il quddiem. Però, l-importazzjonijiet bi prezzijiet baxxi żdiedu gradwalment u qabdu ishma mis-suq għad-detriment tal-industrija tal-Unjoni. Il-pressjoni kontinwa tal-importazzjonijiet bdiet tinħass bis-sħiħ mit-tieni nofs tal-2015, il-bidu tal-perjodu ta' investigazzjoni. |
|
(556) |
L-ilmentatur talab biex il-Kummissjoni tuża 12,9 % tal-fatturat bħala marġni ta' profitt raġonevoli mhux ta' dannu. Dak kien il-profitt medju qabel it-taxxa fuq il-bejgħ li ntuża f'każ preċedenti dwar dannu materjali li jmur lura għall-2000 fir-rigward tal-istess prodott ikkonċernat (68). |
|
(557) |
Il-Kummissjoni qieset li dak il-marġni tal-profitt ma kienx adegwat u għaldaqstant ma setax jintuża billi dak il-każ imur lura għas-sena 2000 u d-data ta' aktar minn 15-il sena ilu ma tistax iżjed titqies rappreżentattiva bit-tibdiliet teknoloġiċi u finanzjarji li l-industrija tal-Unjoni ffaċċjat minn dakinhar. |
|
(558) |
Il-Kummissjoni talbet ukoll lis-sitt produtturi tal-Unjoni fil-kampjun jipprovdu data dwar il-profittabbiltà fir-rigward tal-prodott simili meta jinbiegħ fis-suq tal-Unjoni mis-sena 2007 sal-perjodu tal-investigazzjoni, permezz tat-tweġibiet oriġinali tagħhom għall-kwestjonarju. Il-Kummissjoni sabet li l-ebda waħda minn dawk is-snin (magħżula weħidha jew f'forma ta' basket) mhi rappreżentattiva għall-istabbiliment ta' mira għar-raġunijiet li ġejjin:
|
|
(559) |
Għalhekk, il-Kummissjoni marret għal prodott ieħor, il-pjanċa tqila, fl-istess settur industrijali. F'dan il-kuntest, il-Kummissjoni rreferiet għall-premessa (202) tar-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/336 (70), fejn hija kkonfermat is-sejbiet tagħha inklużi fir-Regolament (UE) 2016/1777 (71), fejn intuża profitt ta' 7,9 %. F'dan ir-rigward, hemm mill-inqas żewġ karatteristiki komuni: l-ewwel nett, iż-żewġ prodotti huma prodotti fl-istess settur industrijali u t-tieni, iż-żewġ prodotti huma maħdumin b'laminazzjoni termali u mhux flimkien (clad), indurati jew miksijin. |
|
(560) |
Fuq din il-bażi, il-Kummissjoni kkalkulat prezz mhux dannuż tal-prodott simili gћall-industrija tal-Unjoni billi żiedet il-marġni ta' profitt ta' 7,9 % mal-ispejjeż tal-produzzjoni tal-produtturi tal-Unjoni fil-kampjun matul il-perjodu ta' investigazzjoni. |
|
(561) |
Wara d-divulgazzjoni finali, l-ilmentatur ikkunsidra li l-mira ta' profitt ta' 7,9 % kienet baxxa wisq: huwa allega li l-Kummissjoni għandha tuża l-profitti miksuba fl-2008 (jiġifieri mira ta' profitt ta' 14,4 %) billi l-Kummissjoni vverifikat id-data dwar il-profittabbiltà għal perjodu ta' 10 snin, inkluża s-sena 2008, li kienet is-sena ta' qabel bdiet il-kriżi finanzjarja. Barra minn hekk, argumentat li metodu alternattiv biex jiddetermina l-marġni ta' profitt kien li tibbaża ruħha fuq data mill-investigazzjoni ta' qabel fuq prodotti ċatti b'laminazzjoni termali (fl-2000, meta nkiseb marġni ta' profitt ta' 12,9 %). Barra minn hekk, argumentat li l-Kummissjoni ma pprovdiet l-ebda raġuni għal din l-inkonsistenza mal-approċċ fil-każ taċ-Ċina, fejn intuża profitt mira ta' 7 %. Fl-aħħar nett, hija allegat li ċ-ċaħda tal-profitti tal-HRF favur prodott differenti tikkontradixxi l-prattika preċedenti. F'dan il-kuntest, hija tirreferi għall-każ ta' Rebars, fejn “il-Kummissjoni tosserva li d-data dwar il-profittabbiltà speċifikament relatata mal-prodott ikkonċernat tikkostitwixxi punt ta' riferiment aktar preċiż mid-data dwar il-profittabilità ta' prodotti oħra tal-azzar jew tas-settur tal-azzar inġenerali.” |
|
(562) |
Il-Kummissjoni ma laqgħetx dawn l-argumenti. Kif spjegat fil-premessa (558), is-sena 2008 tqieset bħala sena estremament pożittiva u għalhekk mhux rappreżentattiva tal-kundizzjonijiet normali. Barra minn hekk, il-profitt fil-mira miksub fis-sena 2000 huwa wisq 'il bogħod f'dan il-każ biex jikkostitwixxi alternattiva raġonevoli. Anki bis-suppożizzjoni mhux probabbli li ma kien hemm l-ebda bidla teknoloġika u finanzjarja fl-Unjoni mis-sena 2000 'l hawn, kien hemm tal-inqas xi bidliet fid-daqs tas-suq tal-Unjoni mill-2000 bħala riżultat tal-għadd dejjem jikber ta' Stati Membri matul il-perjodu bejn is-sena 2000 u l-2016. Barra minn hekk, il-profitt fil-mira użat fil-każ taċ-Ċina kien ibbażata fuq analiżi prospettiva f'dan it-“theddid ta' dannu” u jkun aktar baxx. |
|
(563) |
Min-naħa l-oħra, il-Konsorzju ssottometta li l-użu ta' profitt fil-mira ta' 7,9 % ma kienx realistiku u kien għoli wisq għar-raġunijiet li ġejjin:
|
|
(564) |
Il-produttur esportatur CSN għamel kumment simili u talab lill-Kummissjoni sabiex tieħu l-marġini tal-profitt ta' 3,11 % miksub fl-2011 billi dan kien il-profitt inkwistjoni eżattament għall-istess ambitu tal-prodott. F'kull każ, CSN argumentat li marġni ta' profitt raġonevoli għandu jiġi stabbilit f'livell mhux ogħla minn 5 % għall-industrija tal-Unjoni fl-investigazzjoni preżenti. |
|
(565) |
Barra minn hekk, produttur esportatur Ukrajn Metinvest kkummenta li l-użu ta' tali mira ta' profitt ta' 7,9 % kien għoli wisq, u jargumenta li HRF u pjanċi tqal għandhom karatteristiċi fiżiċi differenti. L-argument prinċipali tagħhom kien li s-segment tal-pjanċi tqal ikun marġni ta' profitt ogħla minħabba prezzijiet ogħla ta' bejgħ meta mqabbel ma' prodotti ċatti rrumblati meta l-prezzijiet huma ġeneralment irħas, u għalhekk inqas profittabbiltà. Kumment simili sar minn produttur esportatur Iranjan, Mobarakeh Steel Company, bl-argument li l-profitt fil-mira ta' 7,9 % huwa għoli wisq biex ikun realistiku fl-industrija tal-azzar fl-ambjent ekonomiku attwali. Barra minn hekk, il-produttur esportatur Brażiljan Usiminas ikkummenta wkoll li l-profitt fil-mira ta' 7,9 % kien għolja żżejjed u illegalment miżjud. |
|
(566) |
Kif stabbilit skont il-premessa (558), il-marġni tal-profitt miksub f'HRF fl-2011 ma setax jintuża minħabba li f'dik is-sena, is-suq HRF kien għadu milquta ħafna mill-kriżi ekonomika u finanzjarja tal-2009 u għalhekk ma jistax jitqies bħala rappreżentattiv. Għalhekk, għar-raġunijiet spjegati fil-premessa (559), il-Kummissjoni użat il-profitt fil-mira minn prodott ieħor, jiġifieri pjanċi tqal, f'settur simili għal dan tal-industrija. Konsegwentement, la hemm tluq u lanqas kontradizzjoni mal-prattika standard tal-Kummissjoni. |
|
(567) |
Fir-rigward tal-allegazzjoni li l-prezzijiet tal-bejgħ ogħla tal-pjanċi tqal meta mqabbel mal-HRF iwasslu awtomatikament għal profitt ogħla, il-Kummissjoni nnutat li hemm ħafna fatturi varjabbli oħra (bħal pereżempju l-provvista u d-domanda, l-iskarsezza, u l-ispejjeż imġarrba) milli l-livell tal-prezz tal-bejgħ, li jixprunaw il-livell ta' profittabbiltà. B'risposta għall-argument li l-Kummissjoni aċċettat impliċitament li l-profitti mill-2011 jista' jiġi aċċettat bħala parametru referenzjarju raġonevoli, il-Kummissjoni nnutat dan li ġej. L-ewwel nett, filwaqt li kemm il-pjanċi tqal kif ukoll l-HRF jappartjenu għall-istess settur tal-industrija, jiġifieri, l-azzar, dawn il-prodotti għandhom swieq differenti u l-irkupru mill-kriżi ekonomika u finanzjarja ma segwix l-istess pass. Matul l-investigazzjoni tagħha, il-Kummissjoni ma sabet l-ebda evidenza li ż-żewġ industriji irkupraw b'mod parallel, u lanqas il-partijiet interessati ma pprovdew l-ebda evidenza f'dan ir-rigward. It-tieni, fil-premessa (221) tar-Regolament (UE) 2016/1777 (72) dwar pjanċi tqal, il-Kummissjoni sempliċement osservat li l-profitt miksub mill-industrija tal-Unjoni żdiedet mill-2009 'l quddiem, iżda ma teskludix li effetti minuri jew marġinali tal-kriżi ekonomika u finanzjarja kienu għadhom preżenti fl-2011. Fid-dawl tat-tendenza li dejjem qed tiżdied fil-profittabilità u l-impatt li qed jonqos tal-kriżi ekonomika u finanzjarja fuq is-suq għal pjanċi tqal, hija għalhekk ikkunsidrat li l-profittabbiltà milħuqa fl-2011 kienet raġonevoli. F'dak li għandu x'jaqsam mal-investigazzjoni attwali, l-irkupru tal-profittabbiltà tal-industrija tal-Unjoni wera tendenza differenti minn dak li ġie osservat fil-kuntest tal-investigazzjoni dwar pjanċi tqal. Waqt li, fl-investigazzjoni preżenti, il-profittabbiltà bdiet tirkupra fl-2010 u żdiedet meta mqabbla mal-livelli rreġistrati fl-2009, hija reġgħet naqset fl-2011. Għaldaqstant, ma jistax jiġi konkluż li l-industrija tal-Unjoni rkuprat jew bdiet tirkupra mill-kriżi finanzjarja sal-2011 jew li l-livelli ta' profittabbiltà li nkisbu sal-2011 tqiesu raġonevolim, b'mod simili għal dak li ġie osservat fl-investigazzjoni tal-pjanċi tqal. |
|
(568) |
Barra minn hekk, il-Kummissjoni nnutat li l-profitt li sar mill-industrija tal-Unjoni matul il-perjodu bejn Jannar u Marzu 2017 (ara l-premessa (425)) kien ogħla mill-profitt fil-mira ta' 7,9 %. Għalhekk, hija kkunsidrat li dan il-profitt fil-mira ma kienx għoli wisq fl-ambjent ekonomiku attwali. |
7.1.2. Għall-kalkolu tal-marġni ta' dannu jintuża bħala bażi, b'analoġija, l-Artikolu 2(9) tar-Regolament bażiku.
|
(569) |
Meta produttur esportatur biegħ il-prodott ikkonċernat permezz ta' importaturi relatati, il-prezz tal-esportazzjoni inħadem fuq il-bażi tal-prezz tal-bejgħ mill-ġdid lill-ewwel klijent indipendenti aġġustat kif xieraq skont l-Artikolu 2(9) tar-Regolament bażiku. Dan l-aġġustament ikkonsista mill-ispejjeż imġarrba bejn l-importazzjoni u l-bejgħ mill-ġdid billi tnaqqsu l-ispejjeż BĠA tal-importatur relatat u ammont raġonevoli għal profitt ta' 2 % (73), li miegħu mbagħad żdiedu l-ispejjeż ta' wara l-importazzjoni (kolonna 4). |
|
(570) |
Wara d-divulgazzjoni tad-Dokument ta' Informazzjoni, l-MMK Group tar-Russja sfida l-approċċ tal-Kummissjoni li applika b'analoġija l-Artikolu 2(9) tar-Regolament bażiku. Allega li tali applikazzjoni kienet bi ksur tal-Artikolu 2(9) tar-Regolament bażiku nnifsu, u invalida permezz ta' żball manifest ta' valutazzjoni. Ippretenda wkoll li tali metodu jwassal għall-ġbir ta' dazji żejda. Barra minn hekk, il-produttur esportatur Iranjan Mobarakeh Steel Company argumenta li din il-metodoloġija tikser l-Artikolu 1(1) tar-Regolament bażiku u l-ġurisprudenza tal-qrati tal-Unjoni u ma tippermettix paragun ġust bejn il-prezzijiet tat-tipi ta' prodott importati u dawk tal-industrija domestika. Wara d-divulgazzjoni finali, il-produttur esportatur Russu PAO Severstal, il-produttur esportatur Iranjan Mobarakeh Steel Company u l-produttur esportatur tal-Ukrajna Metinvest għamlu kummenti simili. |
|
(571) |
L-ewwel, l-għan tal-kalkolu ta' marġni ta' dannu huwa li jiġi determinat jekk l-impożizzjoni ta' rata ta' dazju aktar baxxa (minn dik ibbażata fuq il-marġni ta' dumping) fuq il-prezz tal-esportazzjoni tal-importazzjonijiet oġġett ta' dumping tkunx biżżejjed biex tneħħi d-dannu kkawżat mill-importazzjonijiet oġġett ta' dumping. Din il-valutazzjoni għandha tkun ibbażata fuq il-prezz tal-esportazzjoni fil-livell tal-fruntiera tal-Unjoni, li huwa meqjus bħala livell komparabbli mal-prezz tal-fabbrika tal-industrija tal-Unjoni. Fil-każ tal-bejgħ għall-esportazzjoni permezz ta' importaturi relatati, b'analoġija mal-approċċ segwit għall-kalkoli tal-marġni ta' dumping, il-prezz tal-esportazzjoni kien inħadem fuq il-bażi tal-prezz tal-bejgħ mill-ġdid lill-ewwel klijent indipendenti aġġustat kif xieraq skont l-Artikolu 2(9) tar-Regolament bażiku. Billi l-prezz tal-esportazzjoni huwa element indispensabbli għall-kalkolu tal-marġni ta' dannu u billi dan l-Artikolu huwa l-uniku Artikolu fir-Regolament bażiku li jagħti gwida dwar kif jinħadem il-prezz tal-esportazzjoni, l-applikazzjoni ta' dan l-Artikolu b'analoġija hija ġġustifikata. |
|
(572) |
It-tieni, il-Kummissjoni qieset li l-istabbiliment tal-prezz tal-importazzjoni rilevanti għat-twaqqigħ tal-prezz u s-sottokwotazzjoni ma għandux ikun influwenzat minn jekk l-esportazzjonijiet humiex magħmula lil operaturi relatati jew indipendenti fl-Unjoni. Il-metodoloġija segwita mill-Kummissjoni żgurat li ż-żewġ ċirkostanzi jirċievu trattament ugwali. Fi kliem ieħor, l-għan tal-kalkoli tal-marġni ta' dannu mhuwiex li jitkejjel sa liema punt qed jikkawża dannu l-bejgħ tal-produtturi tal-Unjoni, iżda pjuttost jekk l-esportazzjonijiet mill-produtturi esportaturi għandhomx tali effett negattiv billi jwaqqgħu l-prezz u joħolqu sottokwotazzjoni tal-prezzijiet tal-produtturi tal-Unjoni. Għal dan il-għan, il-prezz rilevanti li jrid jitqies huwa l-prezz li bih il-prodott ikkonċernat jinbiegħ lill-Unjoni, u mhux il-prezz li bih il-materjali importati jerġgħu jinbiegħu mill-produtturi importaturi fl-Unjoni. |
|
(573) |
It-tielet, l-Artikolu 2(9) kien applikat biss għal parti żgħira tal-bejgħ totali tal-produtturi esportaturi tal-Ukrajna Metinvest. Kif issemma fid-divulgazzjoni speċifika għal Metinvest, l-Artikolu 2(9) intuża biss fir-rigward tal-bejgħ tagħha permezz ta' kummerċjanti relatati fl-Unjoni. Barra minn hekk, fir-rigward tal-produtturi esportatur Iranjan Mobarakeh Steel Company, u kontra dak li kien spjegat fid-divulgazzjoni speċifika, l-Artikolu 2(9) ma kienx ġie applikat. |
|
(574) |
Għalhekk, il-Kummissjoni kkunsidrat li l-approċċ segwit kien preċiż u ċaħdet dawn it-talbiet. |
7.1.3. Il-livell tal-ispejjeż ta' wara l-importazzjoni
|
(575) |
Wara d-divulgazzjoni tad-Dokument ta' Informazzjoni, żewġ produtturi esportaturi sfidaw il-livell tal-ispejjeż ta' wara l-importazzjoni u stqarru li l-ammont ta' EUR 7 għal kull tunnellata huwa ssottovalutat. L-ewwel, il-produttur esportatur Russu NLMK ippretenda li l-ammont tal-ispejjeż ta' wara l-importazzjoni kellu jkun mill-inqas EUR 40 għal kull tunnellata. It-tieni, li-produttur esportatur tal-Ukrajna Metinvest ippretenda li kellu jkun mill-inqas EUR 9,44 għal kull tunnellata, ammont li allegatament jirrappreżenta l-medja ponderata tal-ispejjeż ta' wara l-importazzjoni tal-erba' entitajiet relatati tal-produttur esportatur tal-Ukrajna li jinsabu fl-Unjoni. Wara d-divulgazzjoni finali, il-produttur esportatur Brażiljan Usiminas allega wkoll li l-ispiża ta' wara l-importazzjoni kienet iddikjarata b'mod insuffiċjenti u kienet ibbażata fuq data selettiva. |
|
(576) |
Il-Kummissjoni ma laqgħetx dawn it-talbiet. Hija ddeterminat l-ispejjeż ta' wara l-importazzjoni fuq il-bażi tal-analiżi tagħha tal-informazzjoni vverifikata tal-uniku importatur mhux relatat li ppreżenta ruħu. Barra minn hekk, il-produttur esportatur Brażiljan Usiminas ma pprovda l- ebda prova oħra għar-raġuni għaliex ivvalutaw l-ispejjeż ta' wara l-importazzjoni bħala sottovalutati. |
7.1.4. Kummenti oħra wara d-divulgazzjoni finali.
|
(577) |
Il-produttur esportatur Ukrajnan Metinvest semma aġġustament karatteristiku fiżiku importanti ta' wara d-divulgazzjoni finali tad-dokument ta' informazzjoni. Huwa tenna d-dikjarazzjoni tiegħu wara d-divulgazzjoni finali. Huwa sostna b'mod partikolari, li l-parti l-kbira tal-koljaturi prodotti mill-imtieħen ta' Metinvest jiżnu 8 u 12-il tunnellata, filwaqt li l-istandard tal-industrija tal-Unjoni hija pjuttost ta' 24 tunnellata. Dan il-fatt wassal għal tnaqqis fil-prezzijiet importanti u naturali għal Metinvest matul in-negozjati, li għalih ipproduċiet dawn il-provi u talbet li jsir aġġustament. |
|
(578) |
Il-Kummissjoni ma laqgħetx din it-talba għar-raġunijiet li ġejjin. Is-siti ta' produzzjoni rilevanti ta' Metinvest saritilhom żjara fuq il-post matul il-perjodu bejn is-17 u l-25 ta' Novembru 2016 u l-25 u s-27 ta' Jannar 2017. Fil-ħin ta' dawn iż-żjarat ta' verifika, din it-talba qatt ma saret u lanqas hemm evidenza tagħha. It-talba dwar id-differenzi fil-karatteristiċi fiżiċi waslet għalhekk tard wisq billi saret biss wara d-divulgazzjoni tad-Dokument ta' Informazzjoni (it-2 ta' Mejju 2017). Barra minn hekk, din tista' ma tkunx marbuta ma' xi evidenza vverifikata. Kienet, għalhekk, mhux verifikabbli. Barra minn hekk, il-karatteristiċi partikolari ta' tipi differenti tal-prodott kienu riflessi fl-hekk imsejħa l-PCNs, użati biex jirrappurtaw il-bejgħ u l-ispejjeż fil-bidu tal-investigazzjoni. Jekk Metinvest kien ikollha problemi bl-istabbiliment ta' tipi differenti ta' prodotti (l-hekk imsejħa kostruzzjoni tal-PCN), hija kellha tippreżenta din it-talba loġikament fil-bidu tal-investigazzjoni. Barra minn hekk, ta' min jinnota li aktar minn 99 % tat-tipi kollha ta' prodotti mibjugħa minn produttur esportatur mill-Ukrajna lejn l-Unjoni kienu wkoll prodotti u mibjugħa mill-produtturi tal-Unjoni. Għaldaqstant, it-talba ma tistax tintlaqa'. |
|
(579) |
Il-produttur esportatur Iranjan Metinvest talab lill-Kummissjoni biex teskludi ċerti tipi ta' prodotti (il-PCNs li jappartjenu għall-grupp 13) mill-kalkoli tal-marġni ta' dannu, billi dawn it-tipi ta' prodotti jirrappreżentaw grupp residwali ta' tipi ta' prodotti, fejn il-gradi tal-azzar kollha differenti minn dawk identifikati biċ-ċifri minn 01 sa 12 jaqgħu. Għaldaqstant, dan il-grupp residwu jinkludi firxa wiesgħa ħafna ta' prodotti. |
|
(580) |
Il-Kummissjoni kkunsidrat li l-prodott ikkonċernat, irrispettivament jekk jagħmilx parti mill-grupp 13 jew le, huwa l-prodotti kollha ċatti b'laminazzjoni termali tal-ħadid, azzar mhux illigat jew liga oħra tal-azzar, f'koljaturi jew le (inklużi prodotti “cut-to-length” u “strixxi dojoq”), mhux maħdumin aktar ħlief b'laminazzjoni termali, mhux miksijin, indurati jew mgħottijin. Għaldaqstant, id-definizzjoni tal-prodott tinkludi prodott definit sew. Instab ukoll li t-tipi kollha tal-prodott ikkonċernat għandhom l-istess żewġ tipi ta' użu prinċipali, kif stipulat fil-premessa (41). |
7.1.5. Marġnijiet ta' dannu definittivi
|
(581) |
Fin-nuqqas ta' kummenti oħra rigward il-livell ta' eliminazzjoni tad-dannu, il-marġnijiet ta' dannu definittivi jkunu dawn li ġejjin:
|
7.2. Miżuri definittivi
|
(582) |
Fid-dawl tal-konklużjonijiet milħuqa mill-Kummissjoni fir-rigward ta' dumping, dannu, kawżalità u interess tal-Unjoni, miżuri definittivi antidumping għandhom jiġu imposti sabiex jipprevjenu milli jiġi kkaġunat aktar dannu lill-industrija tal-Unjoni li jirriżulta minn importazzjonijiet oġġett ta' dumping. |
|
(583) |
Il-miżuri antidumping jistgħu jieħdu forom differenti. Filwaqt li l-Kummissjoni tuża diskrezzjoni kbira meta tagħżel il-forom tal-miżuri, l-iskop jibqa' li jiġu eliminati l-effetti ta' dannu tad-dumping. Dazju ad valorem stabbilit skont ir-regola ta' dazju anqas, bejn 5,3 % u 33 % kien stabbilit, kif ġej:
|
|
(584) |
Kif stipulat hawn fuq fil-premessa (546), huwa xieraq li tinbidel il-forma tal-miżuri. Fuq il-bażi tal-fatti speċifiċi għall-każ, il-Kummissjoni qieset li dazju ad valorem limitat bi prezz minimu tal- PMI li jieħu inkonsiderazzjoni ż-żieda fil-prezzijiet tal-materja prima wara l-perjodu ta' investigazzjoni jkun l-aktar forma xierqa ta' miżura f'dan il-każ.
|
|
(585) |
Fejn l-importazzjonijiet isiru bil-prezz tal-fruntiera tal-Unjoni CIF daqs jew akbar mill-PMI stabbilit, m'għandu jitħallas l-ebda dazju. Jekk l-importazzjonijiet isiru bi prezz taħt il-PMI, id-dazju definittiv għandu jkun ugwali għad-differenza bejn il-PMI applikabbli u l-prezz nett ħieles fil-fruntiera tal-Unjoni, qabel id-dazju. Fl-ebda każ l-ammont ta' dazju ma għandu jkun ogħla mir-rati ta' dazju ad valorem stabbiliti fil-premessa (583) u fl-Artikolu 1 ta' dan ir-Regolament. |
|
(586) |
Għalhekk, jekk l-importazzjonijiet isiru bi prezz taħt il-PMI, l-iżgħar mid-differenza bejn il-PMI applikabbli u l-prezz nett ħieles fil-fruntiera tal-Unjoni, qabel id-dazju u r-rati ta' dazju ad valorem kif indikat fl-aħħar kolonna tat-tabella fil-premessa (583) ikun irid jitħallas. |
|
(587) |
Għall-finijiet tal-applikazzjoni effettiva tal-PMI, u fuq il-bażi tal-informazzjoni miġbura tul l-investigazzjoni, il-Kummissjoni ddeċidiet li tistabbilixxi PMI wieħed għat-tipi ta' prodott kollha tal-prodott ikkonċernat. |
|
(588) |
Għall-iskop tal-kalkolu ta' dan il-PMI, ittieħdu inkonsiderazzjoni
|
|
(589) |
Bħala l-ewwel pass, il-PMI bbażat fuq id-data tal-perjodu ta' investigazzjoni huwa ugwali għall-medja ponderata ta':
Il-metodoloġija użata mill-Kummissjoni għall-kalkolu tal-PMI, fl-ewwel pass kienet identika għal dik użata fil-każ reċenti tal-GOES (74). Bħal fi kwalunkwe investigazzjoni ta' antidumping, il-Kummissjoni ġabret data għall-PI, li kienet ivverifikata, sabiex jiġu stabbiliti l-valuri normali għal kull tip ta' prodott u l-prezzijiet indikattivi mhux dannużi għall-industrija tal-Unjoni, anki hawn għal kull tip ta' prodott. Il-prezzijiet indikattivi għall-industrija tal-Unjoni kienu jikkonsistu fl-ispiża tal-produzzjoni li magħhom ġie miżjud profitt raġonevoli. Il-livell tal-PMI huwa l-ewwel pass direttament ibbażat fuq data vverifikata għall-PI. B'żieda ma' dan, ittieħdet inkonsiderazzjoni r-regola tad-dazju inferjuri. Fejn id-dazji ad valorem kienu bbażati fuq il-marġni ta' dumping, il-valuri normali, li magħhom ġew miżjuda l-ispejjeż tat-trasport biex wieħed ikun jista' jasal għall-prezz tal-fruntiera CIF tal-Unjoni, ġew użati fil-kalkolu tal-PMI. Fejn id-dazji ad valorem kienu bbażati fuq il-livell ta' eliminazzjoni tad-dannu, intuża l-prezz indikattiv mhux dannuż għall-industrija tal-Unjoni. Il-Prezzijiet Minimi tal-Importazzjoni mbagħad kienu kkalkulati bħala l-medja ponderata tal-valuri normali u l-prezzijiet indikattivi li ma jkunux ta' dannu li ġew użati. Il-fattur tal-ponderazzjoni ġie stabbilit fuq il-bażi tal-proporzjon tal-volum tal-importazzjonijiet lejn l-Unjoni mill-kumpaniji fejn id-dazju ad valorem huwa bbażat fuq il-marġnijiet ta' dumping u skont il-proporzjon tal-volum ta' importazzjonijiet minn kumpaniji fejn id-dazju ad valorem huwa bbażat fuq il-livell tal-eliminazzjoni tad-dannu. Il-PMI huwa medja ponderata tal-prezzijiet kollha (valur normali u prezzijiet indikattivi) tat-tipi ta' prodott differenti. |
|
(590) |
Bħala t-tieni pass, dan il-PMI sussegwentement tqabbel ma':
|
|
(591) |
F'dan l-isfond, il-Kummissjoni kkalkulat li l-ispejjeż tal-manifattura għall-produzzjoni tal-HRF żdiedu b'EUR 116 għal kull tunnellata meta jitqabblu l-ispejjeż tal-manifattura tul il-PI mal-ispejjeż tal-manifattura tul il-perjodu Marzu — Mejju 2017.
|
|
(592) |
Fuq il-bażi ta' din il-metodoloġija, il-PMI bbażat fuq data tal-perjodu ta' investigazzjoni ġie aġġustat għaż-żieda fil-prezzijiet tal-materja prima wara l-perjodu ta' investigazzjoni u spiċċa ġie ssettjat fil-livell li ġej
|
|
(593) |
L-ilmentatur (76) issottometta kummenti dwar għaliex miżuri bħall-PMI ma jistgħux jitqiesu vjabbli f'dan il-każ:
|
|
(594) |
Il-Kummissjoni ma laqgħetx dawn il-pretensjonijiet. Il-Kummissjoni nnutat li s-sottomissjoni tal-ilmentatur kienet ibbażata fuq artiklu tal-istampa (78) li ma kienx jirrifletti l-miżura effettivament magħżula bħala adegwata mill-Kummissjoni. Il-Kummissjoni ma imponietx PMI bbażat fuq il-prezzijiet tal-HRF tul il-perjodu ta' investigazzjoni kif deskritt mill-ilmentatur, iżda dazju ad valorem limitat bil-PMI li jieħu inkonsiderazzjoni ż-żieda fil-prezzijiet tal-materja prima wara l-perjodu ta' investigazzjoni. B'mod partikolari, il-Kummissjoni tipprovdi l-osservazzjonijiet li ġejjin b'risposta għad-diversi stqarrijiet tal-ilmentatur kif imsemmija fil-premessa (593):
|
|
(595) |
Wara d-divulgazzjoni finali, il-kummenti li ġejjin kienu magħmula minn partijiet interessati dwar il-metodoloġija użata sabiex jiġi stabbilit il-PMI u l-livell tiegħu. |
|
(596) |
L-ilmentatur allega li dazju bbażat fuq il-PMI ma kienx xieraq għar-raġunijiet li ġejjin:
|
|
(597) |
Il-Kummissjoni ma laqgħetx dawn l-argumenti.
|
|
(598) |
L-ilmentatur allega wkoll li l-PMI wieħed imur kontra l-prinċipju tal-UE u tad-WTO li d-dazji antidumping għandhom jiġu imposti fuq bażi speċifika għall-pajjiż u fejn possibbli fuq il-bażi ta' esportatur speċifiku. |
|
(599) |
Rigward l-allegazzjoni li l-ebda dazji individwali ma japplikaw għal kull produttur esportatur, qed issir referenza għal premessi (585) u (586), li jiddeskrivu l-metodoloġija li bihom dazji individwali japplikaw fil-każ li jkollu jitħallas dazju ad valorem. B'riżultat ta' dan, skont l-Artikolu 6.10 tal-Ftehim AD tad-WTO, il-Kummissjoni iddeterminat il-marġni individwali għal kull produttur esportatur magħruf tal-prodott li qed jiġi investigat. |
|
(600) |
Il-produttur esportatur Russu PAO Severstal talab:
|
|
(601) |
Il-Kummissjoni ma laqgħetx dawn iż-żewġ talbiet ta' dan il-produttur esportatur Russu:
|
|
(602) |
Il-produttur esportatur mill-Ukranja Metinvest laqa' d-deċiżjoni tal-Kummissjoni li tiffissa limitu massimu tad-dazju antidumping f'livell tal-PMI, bħala miżura b'anqas tfixkil minn dazji antidumping ad valorem. Madankollu, huwa allega li l-PMI li kien ikkalkulat mill-Kummissjoni kien għoli wisq, minħabba r-raġuni li ġejja: Il-Kummissjoni esaġerat iż-żieda fil-prezzijiet tal-materja prima, billi fil-kalkoli tagħha ħadet inkunsiderazzjoni l-perjodu minn Marzu sa Mejju 2017, li kien ikkaratterizzat minn tnaqqis sinifikanti fil-prezzijiet, b'mod partikolari f'dak li għandu x'jaqsam mal-faħam għall-kokk. Skont il-metodoloġija tagħha stess minn dan il-produttur esportatur mill-Ukranja, Metinvest allegat li l-valur massimu tal-aġġustament fl-iskala 2 għall-PMI, li jikkorrispondi għal bidla fil-prezzijiet ta' materja prima ewlenija bejn il-perjodu tal-investigazzjoni u l-perjodu sussegwenti għall-perjodu tal-investigazzjoni (mill-1 ta' Lulju 2016 sal-31 ta' Marzu 2017) ma jistax jaqbeż it-EUR 58 għal kull tunnellata metrika, u mhux EUR 89,5 għal kull tunnellata. Għaldaqstant hija talbet lill-Kummissjoni li tikkalkula mill-ġdid il-PMI. |
|
(603) |
Il-Kummissjoni ma laqgħetx din it-talba ta' Metinvest għar-raġunijiet li ġejjin: L-ewwel nett, filwaqt li qieset li l-prezzijiet tal-materja prima biex tipproduċi l-HRF huma kkaratterizzati mill-volatilità tagħhom u jistgħu saħansitra jsiru ogħla mil-livelli tal-prezzijiet matul il-perjodu minn Marzu sa Mejju 2017, il-Kummissjoni kellha tikkalkula l-PMI b'tali mod li fl-istess ħin telimina l-effett ta' dumping dannuż u li tipprevjeni li l-utenti jkollhom xi effett negattiv ta' żidiet mhux dovuti fil-prezzijiet wara l-perjodu ta' investigazzjoni. It-tieni, il-metodoloġija li ntużat minn Metinvest u li wasslet għal tibdil fil-prezz ta' materja prima ewlenija (mineral tal-ħadid u faħam tal-kokk) għandha l-vantaġġ li hija sempliċi, iżda min-naħa l-oħra ma tqisx materja prima oħra għall-produzzjoni tal-HRF, bħall-iskart. Barra minn hekk, xi wħud jużaw aktar jew inqas skart (jew materja prima oħra) li jkun diffiċli li jiġi kkwantifikat bi preċiżjoni. F'dan ir-rigward, il-Kummissjoni jkollha kompitu diffiċli biex jiġi stabbilit proporzjon medju tal-materja prima kollha meħtieġa biex tkun prodotta tunnellata waħda ta' HRF madwar id-dinja. |
|
(604) |
Il-produttur esportatur Russu NLMK ikkummenta li l-Kummissjoni naqset milli tiddivulga kif jixraq id-determinazzjoni tal-PMI għal kull produttur esportatur, b'mod partikolari l-ispejjeż tat-trasport użat. Barra minn hekk, l-ambitu tal-aġġustament tat-“trasport”, għall-valur normali ta' NLMK biex jiġi ddeterminat il-PMI speċifiku għall-kumpanija li aktar tard ġiet aggregat ma' oħrajn ma kienx ċar u seta' jkopri spejjeż oħrajn li m'għandhomx ikunu koperti. |
|
(605) |
Il-Kummissjoni ċċarat li l-ispejjeż tat-trasport li kienu miżjuda mal-valur normali biex wieħed jasal għall-prezz tal-fruntiera CIF għal NLMK (u għall-produtturi esportaturi l-oħra) kienu dawk kif irrappurtat minn NLMK u vverifikat matul l-investigazzjoni fuq il-post. Dan il-fatt huwa kkonfermat ukoll mill-fatt li l-kalkolu li sar minn NLMK biex wieħed jasal għall-prezz tal-fruntiera CIF fuq il-bażi l-ispejjeż ta' trasport tagħha hija stess huwa simili għal kalkoli tal-Kummissjoni. Bħala riżultat, il-Kummissjoni ma żiditx il-PMI stabbilit fir-rigward ta' NLMK, jew ta' produtturi esportaturi oħra. |
|
(606) |
Il-produttur esportatur Brażiljan CSN u l-kumpanija relatata tiegħu Lusosider laqa' l-proposta tal-Kummissjoni biex jintroduċi PMI bil-ħsieb li jintlaħaq bilanċ bejn l-interessi tal-utenti u l-interessi tal-industrija tal-Unjoni. Madankollu, huma argumentaw li l-importazzjonijiet li saru minn mill-ArcelorMittal Group mis-sussidjarja tagħha Brażiljana, jenħtieġ li jiġu injorati f'Pass 1 tal-kalkoli. Barra minn hekk, huma argumentaw li l-Kummissjoni għandha timminimizza l-effett ta' żidiet eċċezzjonali fil-prezzijiet tal-materja prima fuq il-kalkolu tal-PMI jew permezz ta' limiti massimi ta' varjazzjonijiet straordinarji bħal dawn fuq il-bażi ta' data storika tal-moviment tal-prezz, inkella billi jużaw l-aktar perjodu riċenti bħala l-punt ta' riferiment għall-kalkolu taż-żieda fil-prezz. CSN allegat li l-valur massimu tal-aġġustament fl-iskala 2 għall-PMI, li jikkorrispondi għal bidla fil-prezzijiet ta' livell massimu ta' materja prima ewlenija bejn il-perjodu tal-investigazzjoni minn Marzu sa Mejju 2017 ma jistax jaqbeż t-EUR 68,82 għal kull tunnellata, u mhux EUR 89,5 għal kull tunnellata. Jekk il-paragun isir bejn l-ispejjeż medji tal-materja prima, bejn il-PI u l-perjodu bejn Ġunju u Lulju 2017, il-bidla ma tistax teċċedi EUR 71,62 għal kull tunnellata. Għaldaqstant hija talbet lill-Kummissjoni li tikkalkula mill-ġdid il-PMI. |
|
(607) |
It-talba tal-produttur esportatur Brażiljan għaldaqstant ġiet rifjutata. L-ewwel nett, l-importazzjonijiet ta' ArcelorMittal mill-Brażil kienu l-oġġett ta' dumping fuq is-suq tal-Unjoni, bħal sitwazzjonijiet ta' produtturi esportaturi oħra u għalhekk ma għandhomx jiġu ttrattati b'mod differenti. It-tieni, il-Kummissjoni fakkret li kellha tikkalkula l-PMI b'tali mod li fl-istess ħin telimina l-effett ta' dumping dannuż u li tipprevjeni li l-utenti jkollhom xi effett negattiv ta' żidiet mhux dovuti fil-prezzijiet wara l-perjodu ta' investigazzjoni. |
|
(608) |
Il-Konsorzju argumenta, li l-metodoloġija li ntużat mill-Kummissjoni jenħtieġ li tiġi riveduta, anki fid-dawl tal-livelli massimi tal-materja prima matul il-perjodu bejn Marzu u Mejju 2017 u kkalkulati bl-użu ta' approċċ differenti. Il-Kummissjoni kienet tal-opinjoni li l-metodoloġija li użat hija valida. Anki jekk kien minnu, li kien hemm livelli massimis ta' materja prima matul il-perjodu bejn Marzu u Mejju 2017, il-Kummissjoni nnutat ukoll li, kif imsemmi fil-premessa (591), ma kinitx attribwixxiet kompletament iż-żieda kallkulata ta' EUR 116 għal kull tunnellata fl-ispejjeż tal-manifattura għaż-żieda totali fl-ispejjeż tal-materja prima. |
|
(609) |
Barra minn hekk il-Konsorzju talab lill-Kummissjoni, biex tistabbilixxi l-PMI f'livell bejn EUR 420 u EUR 430 għal kull tunnellata fuq il-bażi tal-metodoloġija tagħha stess. Il-metodoloġija tagħha kienet ibbażata fuq struttura ta' prezzijiet għal perjodu itwal (sa mill-2013) u fuq il-bażi ta' data ta' diversi sorsi differenti u ċerti suppożizzjonijiet bħal li l-industrija tal-Unjoni tbiegħ bi prezz primjum ta' minn EUR 25 sa EUR 30 għal kull tunnellata. F'dan ir-rigward, il-Kummissjoni nnutat li din il-metodoloġija ma kkunsidratx la l-ispejjeż / il-prezzijiet tal-produtturi esportaturi u l-produtturi tal-Unjoni matul il-perjodu ta' investigazzjoni u lanqas tal-marġni tad-dumping jew tad-dannu li nstab fl-investigazzjoni. Għalhekk, il-PMI propost ma jissodisfax ir-rekwiżiti tal-Artikolu 9(4) tar-Regolament bażiku. |
|
(610) |
Kif stabbilit fil-premessa (36), waqt is-seduta ta' smigħ tat-3 ta' Awwissu, il-produttur esportatur Iranjan qajjem il-kwistjoni ta' żball klerikali fil-kalkolu tad-dumping. Il-produttur esportatur spjega li bi żball ċerti ċifri ġew approssimati, probabbilment minħabba t-tul tagħhom. |
|
(611) |
Il-Kummissjoni analizzat din l-allegazzjoni u kkonkludiet li fil-kalkolu tad-dumping għall-produttur esportatur Iranjan tabilħaqq kien hemm żball klerikali, li kellu jiġi korrett. Il-kalkolu tad-dumping u l-PMI kellu jiġu kkalkulat mill-ġdid bir-riżultati li ġejjin: il-marġni tad-dumping rivedut u r-rata ta' dazju antidumping għal Mobarakeh Steel Company ammontaw għal 17,9 %, u konsegwentement, il-PMI, aġġustat għaż-żieda fil-prezzijiet tal-materja prima ammonta għal EUR 468,49 kull tunnellata. |
|
(612) |
Fl-4 ta' Awwissu 2017, il-partijiet kollha ġew infurmati dwar din ir-reviżjoni permezz ta' divulgazzjoni addizzjonali finali u ġew mistiedna biex jikkummentaw dwar dan. |
|
(613) |
F'każ ta' bidla ta' ċirkostanzi tas-suq, ir-Regolament bażiku jipprovdi diversi għażliet. Jekk il-bidla tkun ta' natura permanenti, l-Artikolu 11(3) tar-Regolament bażiku jipprovdi li jista' jintalab rieżami tal-ħtieġa li jibqgħu jiġu imposti miżuri. Il-Kummissjoni se tivvaluta mingħajr dewmien il-merti ta' kwalunkwe talba xierqa u ġġustifikata, bil-għan li jinżamm livell bilanċjat ta' protezzjoni kontra d-dumping dannuż. |
|
(614) |
Wara d-divulgazzjoni finali, l-ilmentatur argumenta li l-forma tal-miżura tagħmilha effettivament impossibbli li jwettaq tali reviżjoni. Barra minn hekk, anki jekk reviżjoni interim titwettaq, ir-riżultati ta' din ir-reviżjoni jkunu wisq kajmani, biex jgħinu lill-industrija tal-Unjoni. |
|
(615) |
Il-Kummissjoni nnotat li tali analiżi interim jista' jitwettaq malajr, u normalment fi żmien sena. |
|
(616) |
Il-miżuri tad-dazju antidumping ta' kumpaniji individwali speċifikati f'dan ir-Regolament ġew stabbiliti fuq il-bażi tas-sejbiet ta' din l-investigazzjoni. Għaldaqstant, huma rriflettew il-qagħda li nstabet matul din l-investigazzjoni fir-rigward ta' dawn il-kumpaniji. Dawn il-miżuri huma applikabbli esklużivament għall-importazzjonijiet tal-prodott ikkonċernat li joriġina mill-pajjiżi kkonċernati u li huwa mmanifatturat mill-entitajiet legali msemmijin. L-importazzjoni tal-prodott ikkonċernat immanifatturat minn xi kumpanija oħra mhux imsemmija b'mod speċifiku fil-parti operattiva ta' dan ir-Regolament, inklużi entitajiet relatati ma' dawk imsemmijin b'mod speċifiku, għandhom ikunu soġġetti għall-miżuri applikabbli għall-“kumpaniji l-oħrajn kollha”. Ma għandhomx ikunu soġġetti għal xi miżura individwali tal-antidumping. |
|
(617) |
Kumpanija tista' titlob l-applikazzjoni ta' dawn il-miżuri antidumping individwali jekk tibdel l-isem tal-entità tagħha jew tistabbilixxi entità ta' produzzjoni jew ta' bejgħ ġdida. It-talba trid tkun indirizzata lill-Kummissjoni (81). It-talba għandha tinkludi l-informazzjoni rilevanti kollha, inkluż: il-modifikazzjoni fl-attivitajiet tal-kumpanija marbutin mal-produzzjoni; il-bejgħ domestiku u għall-esportazzjoni assoċjat ma', pereżempju, il-bidla fl-isem jew il-bidla fl-entitajiet ta' produzzjoni u bejgħ. Il-Kummissjoni se taġġorna l-lista ta' kumpaniji b'miżuri individwali tal-antidumping, jekk dan ikun iġġustifikat. |
|
(618) |
Sabiex jitnaqqsu r-riskji ta' evażjoni, qed jitqies li jinħtieġu miżuri speċjali f'dan il-każ sabiex jiżguraw l-applikazzjoni xierqa tal-miżuri antidumping. Dawn il-miżuri speċjali jinkludu dan li ġej. il-preżentazzjoni lill-awtoritajiet doganali tal-Istati Membri ta' fattura kummerċjali valida u ċertifikat validu tal-fabbrika, li għandu jikkonforma mar-rekwiżiti mniżżla fl-Artikoli ta' dan ir-Regolament. L-importazzjonijiet mhux akkumpanjati minn tali fattura u dikjarazzjoni fuq l-unur għandhom ikunu soġġetti għar-rata applikabbli tad-dazju ad valorem għall-kumpaniji l-oħrajn kollha. |
|
(619) |
Jekk issir bidla fil-mudell tal-kummerċ dovuta għall-impożizzjoni ta' miżuri skont it-tifsira tal-Artikolu 13(1) tar-Regolament bażiku, jista' jingħata bidu għal investigazzjoni ta' kontra l-elużjoni u, diment li jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet, jistgħu jiġu imposti dazji ad valorem. |
|
(620) |
Barra minn hekk, sabiex ikun hemm l-aħjar salvagwardja kontra kull assorbiment possibbli tal-miżuri, partikolarment bejn kumpaniji relatati, il-Kummissjoni immedjatament tibda rieżami taħt l-Artikolu 12(1) tar-Regolament bażiku u tista' tissottoponi l-importazzjonijiet għal reġistrazzjoni skont l-Artikolu 14(5) tar-Regolament bażiku, jekk issib xi evidenza ta' komportament simili. |
|
(621) |
Il-partijiet kollha ġew mgħarrfa bil-fatti u l-kunsiderazzjonijiet essenzjali li fuq il-bażi tagħhom il-Kummissjoni kienet beħsiebha timponi miżuri antidumping definittivi. Huma ngħataw ukoll perjodu ta' żmien li fih setgħu jagħmlu rappreżentazzjonijiet wara dan id-divulgazzjoni. Il-kummenti li kienu ppreżentati mill-partijiet l-oħra tqiesu kif xieraq iżda ma kinux tali li wasslu biex biddlu l-konklużjonijiet. |
8. IMPOŻIZZJONI RETROATTIVA TA' DAZJI ANTIDUMPING
|
(622) |
Kif imsemmi fil-premessa (20) ta' hawn fuq, il-Kummissjoni, fuq talba tal-ilmentatur, għamlet soġġetti għar-reġistrazzjoni l-importazzjonijiet ta' ċerti prodotti ċatti b'laminazzjoni termali tal-ħadid, mhux illigat jew liga oħra tal-azzar li joriġinaw mill-Brażil u mir-Russja mis-7 ta' Jannar 2017 'il quddiem. |
|
(623) |
Skont l-Artikolu 10(4) tar-Regolament bażiku, id-dazji jistgħu jiġu imposti b'mod retroattiv “fuq prodotti li ddaħħlu għall-konsum mhux iktar minn 90 ġurnata qabel id-data tal-applikazzjoni tal-miżuri proviżorji”. Il-Kummissjoni tosserva li f'dan il-każ ma ġewx imposti miżuri proviżorji. |
|
(624) |
Fuq din il-bażi, il-Kummissjoni tqis li waħda mill-kundizzjonijiet legali taħt l-Artikolu 10(4) tar-Regolament bażiku mhijiex issodisfata u għalhekk id-dazji ma għandhomx jiġu imposti b'mod retroattiv fuq l-importazzjonijiet irreġistrati. |
9. IL-KUMITAT TA' APPELL U L-GĦAMLA TAL-MIŻURA
|
(625) |
Għar-raġunijiet stabbiliti fit-Taqsimiet 6 u 7 il-Kummissjoni kienet żvelata l-intenzjoni tagħha li timponi l-miżura fil-forma ta' dazji ad valorem limitati bi PMI. |
|
(626) |
Il-kumitat stabbilit bl-Artikolu 15(1) tar-Regolament bażiku ta opinjoni negattiva dwar l-abbozz tar-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni, u maġġoranza kwalifikata tal-membri tal-kumitat ivvotaw kontra. Għaldaqstant, il-Kummissjoni ma setgħetx timponi l-miżura fl-għamla prevista inizjalment. |
|
(627) |
F'konformità mal-Artikolu 5(3) tar-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Frar 2011 li jistabbilixxi r-regoli u l-prinċipji ġenerali dwar il-modalitajiet ta' kontroll mill-Istati Membri tal-eżerċizzju mill-Kummissjoni tas-setgħat ta' implimentazzjoni (82), (ir-“Regolament dwar il-Proċedura ta' Kumitat”) il-Kummissjoni ppreżentat l-istess abbozz ta' Regolament ta' Implimentazzjoni lill-kumitat ta' appell għal aktar deliberazzjoni. |
|
(628) |
Matul il-kumitat ta' appell, ġew diskussi emendi possibbli differenti. Il-president tal-kumitat tal-appell ikkonkluda li emenda fir-rigward tal-għamla tal-miżura, li tibdilha minn dazji ad valorem limitati bi PMI għal dazji li għandhom jiġu espressi bħala ammont fiss għal kull tunnellata, kellha l-akbar appoġġ possibbli fil-kumitat ta' appell. |
|
(629) |
Sussegwentement il-Kummisssjoni bidlet l-għamla tal-miżura u żvelat dan it-tibdil fl-għamla lill-partijiet interessati. |
|
(630) |
Skont il-ġurisprudenza tal-Qrati tal-Unjoni, il-Kummissjoni tista' tiddeċiedi li timponi miżuri f'għamliet differenti, fost oħrajn fl-għamla ta' ammonti fissi speċifiċi għall-kumpaniji għal kull tunnellata. Meta ddeċidiet dwar l-għamla tal-miżuri, il-Kummissjoni trid tibbilanċja l-interessi differenti involuti, inkluż l-interess tal-utenti u tal-konsumaturi. |
|
(631) |
Il-Kummissjoni fakkret li hija għalhekk kellha diskrezzjoni wiesgħa dwar kif tqabbel u tibbilanċja l-interessi involuti u dan jista' jiġi rifless fl-għażla tal-forma tal-miżura. Hija sostniet li l-impożizzjoni ta' dazji ad valorem għandha r-riskju li tkun ta' piż fuq l-utenti b'mod sproporzjonat, b'mod partikolari meta jkun hemm riskju li jiżdiedu l-prezzijiet tal-HRF. |
|
(632) |
Il-Kummissjoni waslet għall-konklużjoni li l-ibbilanċjar xieraq kien differenti mill-analiżi inizjali. Hija kkunsidrat li miżura fl-għamla ta' ammont fiss speċifiku għall-kumpaniji għal kull tunnellata rriflettiet b'aktar preċiżjoni d-dannu kkawżat minn kull produttur esportatur li nstab li kienu qed iwettqu dumping. Barra minn hekk, hija żgurat ukoll li d-dazju jneħħi d-dannu kompletament. Fl-aħħar nett, hija żgurat stabbiltà aħjar u prevedibbiltà aħjar għall-utenti u l-konsumaturi, minħabba li tibqa' fissa matul iż-żmien. |
|
(633) |
Il-Kummissjoni kkunsidrat li d-dazji fissi speċifiċi għall-kumpaniji għal kull tunnellata iqisu aħjar il-ħtiġijiet tal-utenti fis-sitwazzjoni speċifika tal-każ preżenti milli d-dazji ad valorem, minħabba li jiżguraw li anki meta l-prezzijiet tas-suq dinji jiżdiedu b'mod sinifikanti wara l-perjodu ta' investigazzjoni, ma jżidux il-piż fuqhom b'mod sproporzjonat. |
|
(634) |
Għaldaqstant, il-Kummissjoni kkunsidrat li huwa xieraq li jiġi impost ammont fiss għal kull tunnellata. Bil-kuntrarju tad-dazji ad valorem limitati bi PMI, din it-tip ta' miżura tagħti protezzjoni immedjata lill-industrija tal-Unjoni kontra dumping dannuż f'livell stabbilit ta' dazji, filwaqt li teskludi li l-importaturi u l-utenti jistgħu jiġu mġiegħla jħallsu dazji ogħla fil-futur. Skont dan, hija tikseb it-tip ta' bilanċjar tal-eżerċizzju tal-interessi meħtieġ fl-investigazzjoni preżenti. |
|
(635) |
L-ammont fiss ta' dazju għal kull tunnellata huwa bbażat fuq livell ugwali għall-marġni ta' dumping jew ta' dannu stabbilit matul l-investigazzjoni għal kull produttur esportatur li kkoopera tal-prodott ikkonċernat, liema nstab li kien iktar baxx, f'konformità mat-tieni subparagrafu tal-Artikolu 9(4) tar-Regolament. |
|
(636) |
Il-Kummissjoni stabbilixxiet id-dazju speċifiku bid-diviżjoni tal-inqas ammont tal-marġni ta' dumping u ta' dannu kkalkulat għal kull produttur esportatur ikkonċernat, mat-total ta'esportazzjonijiet għal kull tunnellata tal-prodott ikkonċernat matul il-PI. It-tabella ta' hawn taħt turi r-rati applikabbli tad-dazju antidumping definitiiv, li huma bbażati fuq id-dazji ad valorem kif jintwera fit-Tabella fil-Premessa (583).
|
|
(637) |
Wara d-divulgazzjoni addizzjonali finali tat-22 ta' Settembru 2017, il-produttur esportatur Iranjan stqarr li kien hemm żball klerikali, li sar mill-Kummissjoni, fil-kalkolu tat-total tal-esportazzjonijiet totali tal-prodott ikkonċernat matul il-PI. |
|
(638) |
Wara li ġiet analizzata l-allegazzjoni tal-produttur esportatur, il-Kummissjoni aċċettat din it-talba. Konsegwentement, l-ammont ta' dazju fiss rivedut għal kull tunnellata għal kull tunnellata għal Mobarakeh Steel Company (u l-kumpaniji l-oħra kollha) fl-Iran jammonta għal EUR 57,5 għal kull tunnellata netta. |
|
(639) |
Il-produttur esportatur Iranjan, il-produttur esportatur Brażiljan CSN, appoġġati mill-kumpanija Portugiża relatata Lusosider, il-produttur esportatur Brażiljan Usiminas, il-produttur esportatur Ukranjan Metinvest issottomettew impenji fuq il-prezzijiet. Il-produttur esportatur Russu NLMK kien diġà ssottometta impenn fuq il-prezzijiet lill-Kummissjoni fit-13 ta' Frar 2017. |
|
(640) |
Ħdax-il (11) parti interessata oħra (seba' produtturi esportaturi, utent wieħed relatat minn wieħed minn dawn il-produtturi esportaturi, l-ilmentatur; il-Konsorzju u l-Missjoni tal-Brażil lill-Unjoni Ewropea) ssottomettew il-kummenti li ġejjin fis-26 ta' Settembru 2017. |
|
(641) |
Il-produttur esportatur Brażiljan CSN ikkumenta li bidla bħal din tal-għamla tal-miżura tikkostitwixxi theddida serja għall-eżistenza tal-kumpanija Portugiża relatata Lusosider. Barra minn hekk, dan il-produttur esportatur allega li l-bidla tal-forma tal-miżura ma tiksibx bilanċ xieraq bejn l-interessi tal-industrija tal-Unjoni minn naħa waħda u ta' Lusosider u utenti oħrajn min-naħa l-oħra. Barra minn hekk, CSN allegat li, wara bidla fl-għamla tal-miżura, hemm bidla li wieħed ma jistax jiċħad fis-sustanza. Jirriżulta li l-effetti ta' din il-bidla tista' ssib lil Lusosider u utenti oħra mhux ippreparati. Il-kumpanija relatata tagħha Lusosider ikkummentat ukoll li tali bidla sostanzjali fl-għamla tal-miżura tista' ġġiegħlha tmexxi l-produzzjoni tagħha tal-azzar galvanizzat barra l-Unjoni. Barra minn hekk, Lusosider allegat li kien ikollha tabbanduna l-proġett ta' investiment ta' EUR 70 miljun biex tkun tista' tipproduċi 300 000 tunnellata addizzjonali f'sena fil-Portugall. Għaldaqstant, hija allegat li s-suq tal-kostruzzjoni fuq il-Peniżola Iberika fil-futur ikun mingħajr provvista adegwata ta' materja prima, appoġġat b'aktar data dwar l-iżviluppi tas-suq tal-Peniżola Iberika. |
|
(642) |
Il-produttur esportatur Brażiljan Usiminas sostna li d-drittijiet tad-difiża tiegħu ġew miksura, minħabba li perjodu ta' jum u nofs (1,5) ta' xogħol huwa qasir wisq biex jagħmel sottomissjoni xierqa. Huwa talab ukoll lill-Kummissjoni biex tipproċedi bil-proposta preċedenti tagħha li timponi dazji ad valorem limitati bi PMI. Barra minn hekk, huwa allega li minħabba l-bidla tal-miżura fil-livell tal-marġni ta' dannu ssir importanti ferm. Għalhekk, huwa tenna li l-ispiża ta' wara l-importazzjoni, li kienet applikata mill-Kummissjoni kienet baxxa wisq u li l-profitt fil-mira użat kien għoli b'mod mhux raġunevoli u illegalment miżjud. Huwa tenna wkoll il-kumment preċedenti tiegħu, li l-importazzjonijiet mill-Brażil, li allegatament ikkawżaw dannu materjali, huma taħt il-limitu “de minimis”, jekk wieħed jeskludi l-importazzjonijiet mill-produttur esportatur Brażiljan li huwa relatat mal-produttur tal-Unjoni, ArcelorMittal. Il-produttur reġa' indika li kkunsidra li l-Kummissjoni ma kinitx għażlet mira xierqa tal-profitt. Barra minn hekk, huwa kkummenta mill-ġdid li l-konklużjoni tal-Kummissjoni li l-industrija tal-Unjoni ġarrbet dannu materjali matul il-perjodu ta' investigazzjoni fl-investigazzjoni preżenti kienet tidher li hija inkonsistenti mal-konklużjoni, fil-proċediment ta' kontra d-dumping kontra HRF li joriġina miċ-Ċina, li kien hemm biss theddida ta' dannu materjali matul il-perjodu mill-1 ta' Jannar 2015 sal-31 ta' Diċembru 2015. Huwa allega wkoll li sempliċi differenza matematika bejn il-prezzijiet tal-importazzjoni tal-pajjiżi kkonċernati u l-prezz domestiku tal-Unjoni ma tissodisfax ir-rekwiżit ta' analiżi tal-effett tal-prezz xierqa skont ir-Regolament bażiku. |
|
(643) |
Il-produttur esportatur Brażiljan mhux fil-kampjun li kkoopera Gerdau kkummenta li l-miżura fl-għamla prevista inizjalment (dazji ad valorem limitati għal PMI) kellha l-appoġġ ta' ħafna Stati Membri. Huwa mifhum li l-intenzjoni oriġinali tal-Kummissjoni tibqa' l-aktar trattament xieraq għal din il-kwistjoni. |
|
(644) |
Il-produttur esportatur mill-Ukranja Metinvest allega li d-divulgazzjoni addizzjonali finali ma kinitx appoġġata minn evidenza soda u ġustifikazzjoni legali u kisret ukoll id-drittijiet tad-difiża tiegħu. Barra minn hekk, huwa allega li l-Kummissjoni injorat numru ta' talbiet legali u argumenti li kienu jnaqqsu b'mod sinifikanti l-marġni ta' dumping tagħha. Huwa argumenta wkoll li l-livell propost tal-ammont fiss huwa projbittiv, diskriminatorju u sproporzjonat fid-dawl tal-prezzijiet għolja tas-suq u ż-żieda f'daqqa tal-importazzjonijiet minn pajjiżi oħra. It-tul taż-żmien tal-miżuri jinħtieġ li jkun limitat għal sentejn. Fl-aħħar nett, huwa qal li l-Kummissjoni għandha tfittex soluzzjonijiet kostruttivi għall-importazzjonijiet mill-Ukrajna skont id-dispożizzjonijiet tal-Ftehim ta' Assoċjazzjoni bejn l-UE u l-Ukrajna u għalhekk jenħtieġ li tingħata preferenza lill-impenji fuq il-prezzijiet, bħalma ġie propost. |
|
(645) |
Il-produttur esportatur Russu NLMK sostna li l-Kummissjoni kellha tuża l-valur CIF, li jikkorrispondi għall-valur tal-fattura tal-bejgħ ta' Novex, il-kumpanija li topera bħala servizz għall-esportazzjoni ta' NLMK, u li l-aġġustament fuq il-bażi tal-Artikolu 2(10)(i) tar-Regolament bażiku li l-Kummissjoni għamlet meta kkalkulat id-dazju speċifiku ma kienx ġustifikat. Huwa rrefera wkoll għall-offerta ta' impenn fuq il-prezzijiet tiegħu, u lmenta li kien għadu ma rċieva l-ebda tweġiba. |
|
(646) |
Il-produttur esportatur Russu Severstal allega li l-bidla fl-għamla tal-miżura wara d-Dokument ta' Divulgazzjoni Ġenerali tikkostitwixxi vjolazzjoni tal-prinċipji ġenerali tal-UE tal-aspettattivi leġittimi u amministrazzjoni xierqa. Huwa ssuġġerixxa li din l-għamla l-ġdida ta' miżuri jenħtieġ li tiġi applikata b'dewmien raġonevoli ta' xahar. |
|
(647) |
Il-produttur esportatur Russu MMK ikkummenta li hu ma qabilx li l-għamla riveduta magħżula tal-miżura tqis aħjar il-bżonnijiet tal-utenti u tikseb bilanċ aħjar tal-interessi differenti inkwistjoni. |
|
(648) |
Il-Konsorzju allega li dan it-tip ta' bidla fl-għamla tal-miżura huwa xenarju ta' tħassib għall-utenti indipendenti. Barra minn hekk, huwa allega li l-bidla fl-għamla tal-miżura ma tiksibx bilanċ xieraq bejn l-interessi tal-industrija tal-Unjoni minn naħa waħda u tal-importaturi u l-utenti min-naħa l-oħra. Barra minn hekk, huwa allega li, wara l-bidla fl-għamla tal-miżura hemm bidla fis-sustanza li wieħed ma jistax jiċħad. L-effetti sussegwenti tal-miżuri se tkun żieda konsiderevoli tal-prezzijiet tax-xiri tal-utenti, li tpoġġihom f'pożizzjoni ta' kompetizzjoni żvantaġġata fir-rigward il-produtturi tal-Unjoni. Huwa għalhekk talab lill-Kummissjoni biex tikkunsidra mill-ġdid il-pożizzjoni tagħha u biex iżżomm il-proposta inizjali tagħha sabiex ikun hemm limitu fuq id-dazji ad valorem bi PMI. |
|
(649) |
Kemm il-Konsorzju kif ukoll il-produttur esportatur Russu MMK stieden lill-Kummissjoni biex tanalizza l-impatt tal-iffirmar riċenti ta' Memorandum ta' Qbil bejn Tata Steel u ThyssenKrupp, fl-ambitu tal-interess tal-Unjoni, rigward il-kombinament tagħhom tal-operazzjonijiet Ewropej tagħhom, u tal-akkwiżizzjoni riċenti ta' Ilva minn Arcelor Mittal. |
|
(650) |
L-ilmentatur ikkummenta li hija kompliet ma taqbilx ferm mal-valutazzjoni tal-interess tal-Unjoni li kienet il-bażi tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni li ma jiġux imposti dazji ad valorem. F'dan il-kuntest, huwa tenna l-affermazzjoni tiegħu li l-Kummissjoni baqgħet tinjora t-test ġuridiku stabbilit fl-Artikolu 21(1) tar-Regolament bażiku. Huwa kkummenta wkoll li d-dazju għal kull tunnellata kien ġie stabbilit fuq il-bażi tal-livelli ta' prezzijiet storikament baxxi, li kien hemm matul il-perjodu ta' investigazzjoni, li jfisser li dan id-dmir ma jkunx biżżejjed biex jitneħħew l-istess marġnijiet ta' dumping dannuż. B'mod partikolari, huwa allega li l-kalkolu tad-dazju fiss ma kkunsidrax l-iżviluppi fil-prezzijiet wara l-perjodu ta' investigazzjoni. Barra minn hekk, allega li l-impożizzjoni ta' dazji fissi mhijiex xierqa fl-investigazzjoni attwali minħabba l-għadd kbir ta' tipi ta' prodotti involuti, u rrefera għall-pożizzjoni li l-Kummissjoni kienet ħadet fir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/387 rigward il-ħadid fondut duttili mill-Indja, fil-premessa 386. Barra minn hekk, huwa tenna t-talba preċedenti tiegħu li l-Kummissjoni għandha tikkunsidra s-sejbiet tal-uffiċċju ta' konsulenza ekonomika, tal-BKP, li kien ħejja studju ekonomiku fit-12 ta' Ġunju 2017 u rapport ta' segwitu fl-24 ta' Lulju 2017. Skont l-Eurofer, dawn jipprovdu evidenza ċara li l-impatt tad-dazji fuq l-utenti se jkun minimu. Fl-aħħar nett, hija qalet li l-Kummissjoni jinħtieġ li tirrevedi d-deċiżjoni tagħha li teskludi s-Serbja mill-investigazzjoni minħabba ż-żieda kontinwa tas-sehem tagħha mis-suq wara l-perjodu ta' investigazzjoni u l-pjanijiet ta' investiment fil-futur. |
|
(651) |
Il-Missjoni tal-Brażil għall-Unjoni Ewropea kkummentat li l-bidla fl-għamla tal-miżura tidher li toffri protezzjoni eċċessiva lill-produtturi u li tmur kontra xi konklużjonijiet ewlenin ippreżentati fid-Dokument ta' Divulgazzjoni Ġenerali tas-17 ta' Lulju 2017, b'mod partikolari rigward l-importanza tal-PMI li jillimita l-effetti tad-dazji fuq l-importaturi u l-utenti u b'hekk ikun żgurat bilanċ bejn l-interessi differenti. Huwa għalhekk mistenni li l-Kummissjoni terġa' lura mid-deċiżjoni oriġinali rigward il-miżuri definittivi taħt din l-investigazzjoni. |
|
(652) |
Il-Kummissjoni analizzat dawn is-sottomissjonijiet kollha f'ħafna dettall. Hija ġabret it-temi rikorrenti dwar kif jaħdem it-test tal-interess tal-Unjoni u dwar id-drittijiet tad-difiża minn partijiet differenti interessati fil-premessi li ġejjin u tkellmet dwar il-punti individwali wieħed wieħed. |
|
(653) |
Diversi partijiet interessati allegaw li bidla fl-għamla tal-miżura ma ħolqitx bilanċ xieraq bejn l-interessi varji. Filwaqt li l-produtturi esportaturi u l-utenti wissew kontra effett sproporzjonat fuq l-utenti, l-ilmentatur żamm il-pożizzjoni tiegħu li d-dazji ad valorem ikunu meħtieġa. L-ewwel nett, il-Kummissjoni fakkret li skont il-ġurisprudenza, fl-eżerċizzju ta' bbilanċjar tagħha trid tinkludi l-aspetti legali, ekonomiċi u politiċi tal-fajl. F'dan il-każ, il-Kummissjoni u l-Istati Membri kienu diverġenti dwar l-analiżi politika tal-eżerċizzju ta' bbilanċjar. F'sitwazzjoni bħal din, l-Artikolu 6 tar-Regolament dwar il-Proċedura ta' Kumitat jagħti mandat lill-president tal-kumitat tal-appell biex jipprova jsib soluzzjoni li trendi l-aktar appoġġ wiesa' fil-kumitat tal-appell. F'dan il-każ, dan irriżulta fi proposta ta' impożizzjoni ta' dazji fissi. |
|
(654) |
Il-Kummissjoni sostniet li l-impożizzjoni ta' dazji fissi tassew tikkostitwixxi medjazzjoni xierqa bejn l-interessi kompetittivi għar-raġunijiet li ġejjin f'dan il-każ. |
|
(655) |
L-ewwel nett, id-dazji fissi jneħħu d-dannu kompletament u jagħtu protezzjoni immedjata lill-industrija tal-Unjoni. Dan iwieġeb għal valutazzjoni politika li tali protezzjoni immedjata u sħiħa kienet iġġustifikata, kif jirriżulta mid-deliberazzjonijiet tal-kumitat tal-appell. B'hekk, l-impożizzjoni ta' dazji bħal dawn tagħti kunsiderazzjoni speċjali lill-ħtieġa li jinqerdu l-effetti li jgħawġu l-kummerċ ta' dumping dannuż u li tiġi restawrata l-kompetizzjoni effettiva fis-suq tal-Unjoni, kif meħtieġ mill-Artikolu 21(1) it-tieni (2) sentenza tar-Regolament bażiku. |
|
(656) |
It-tieni, f'dan il-każ, id-dazji fissi jiżguraw stabbilità u prevedibbiltà għall-utenti u l-konsumaturi, minħabba li jibqgħu stabbli matul iż-żmien. L-impożizzjoni ta' dawn id-dazji għalhekk teskludi li l-utenti u l-konsumaturi jistgħu jiġu mġiegħla jħallsu dazji ogħla jekk il-prezzijiet se jkomplu jiżdiedu, u dan jidher li huwa probabbli. Il-fatt li l-kalkolu ta' dawn id-dazji kien ġie bbażat fuq il-prezzijiet prevalenti matul il-perjodu ta' investigazzjoni jimmedja l-impatt ta' dawn id-dazji fissi, minħabba li ġew ikkalkulati fuq il-bażi ta' data kompluta u vverifikata f'mument meta l-prezzijiet kienu baxxi ħafna. Għaldaqstant, il-Kummissjoni naqset milli tikkunsidra mill-ġdid il-pożizzjoni tagħha billi reġgħet lura għall-proposta inizjali tagħha. Dan lanqas ma qassar it-tul ta' żmien tal-miżuri, kif mitlub mill-produttur esportatur Ukrajnjan billi ma kienx hemm raġuni speċifika biex wieħed jiddevja mill-perjodu ordinarju ta' ħames (5) snin indikat fl-Artikolu 11(2) tar-Regolament bażiku. B'mod partikolari, is-suq huwa suq ta' prodott stabbilit sew f'ambjent regolatorju stabbli, kuntrarjament pereżempju għas-suq għal prodotti innovattivi b'intervent tal-gvern sinifikanti u varjabbli, bħal dak tal-pannelli solari. |
|
(657) |
Il-prezzijiet jistgħu jkomplu jiżdiedu jekk ikompli l-konsolidament tal-industrija tal-Unjoni u l-industrija tal-Unjoni tingħata iktar setgħa ta' negozjar. F'dan ir-rigward, il-Kummissjoni aċċettat il-kummenti li l-akkwist ta' Ilva minn konsorzju, li fosthom ArcelorMittal huwa l-azzjonist maġġoritarju, u l-firma bejn Tata Steel u ThyssenKrupp biex jistabbilixxu impriża konġunta huma rilevanti. Madankollu, dawn l-iżviluppi għadhom għaddejjin u, b'mod partikolari għadhom soġġetti għal approvazzjoni mill-awtoritajiet tal-antitrust. L-impatt possibbli tagħhom fuq is-suq, huwa għaldaqstant inċert u f'kull każ fil-futur biss. Għalhekk, il-Kummissjoni kkunsidrat li dawn l-iżviluppi ma jiġġustifikawx li jkun hemm rikalibrazzjoni tal-interessi konkorrenti għall-fini ta' dan ir-Regolament. Fir-rigward tal-allegazzjoni tal-ilmentatur li l-Kummissjoni injorat il-konklużjonijiet tal-uffiċċju ta' konsulenza ekonomika, tal-BKP, il-Kummissjoni tenniet il-konklużjonijiet stabbiliti fil-premessi (473) u (474). Għaldaqstant, din it-talba ġiet irrifjutata. |
|
(658) |
Dwar l-argument li l-impożizzjoni ta' dazji fissi mhijiex xierqa fl-investigazzjoni attwali minħabba l-għadd kbir ta' tipi ta' prodotti involuti, il-Kummissjoni nnotat dan li ġej. Hija rrikonoxxiet li d-dazji fissi mhumiex ideali għall-prodotti li mhumiex omoġenji. Madankollu, f'din l-investigazzjoni partikolari, kif stabbilit fil-premessa (548), l-impożizzjoni ta' dazji ad valorem tkun ħalliet impatt fuq l-utenti b'mod sproporzjonat. Kollox ma' kollox, l-impożizzjoni ta' dazji fissi hija għalhekk preferuta f'dan il-każ. Għaldaqstant, din it-talba ma tintlaqax. |
|
(659) |
Rigward il-kumment tal-ilmentatur li kull tunnellata metrika tad-dazju hija bbażata fuq livelli ta' prezzijiet storikament baxxi prevalenti matul il-perjodu ta' investigazzjoni, il-Kummissjoni fakkret li d-dazji antidumping huma dejjem ibbażati u kkalkulati fuq id-data tal-perjodu ta' investigazzjoni, irrispettivament jekk humiex ad valorem jew fissi. Biex jiġu stabbiliti l-marġnijiet ta' dumping fir-rigward tal-prezzijiet fil-PI storikament baxxi, iżda jiġu kkalkulati d-dazji bi prezzijiet ogħla wara l-PI, jitqies li jkun intgħażel dak li jaqbel li jikkunsidra biss ir-riżultat, u ma jkunx iġġustifikat, minħabba li jkollha tintuża data minn żewġ perjodi differenti. F'kull każ, id-data tal-PI biss kienet kompluta u vverifikata. Iċ-ċirkostanzi invokati mill-ilmentatur mhumiex straordinarji, iżda l-ħidma normali tal-forzi tas-suq. Fl-aħħar nett, fl-ibbilanċjar tal-interessi inkwistjoni, il-Kummissjoni ħadet ukoll inkunsiderazzjoni l-fatt li l-użu tad-data tal-PI jimmodera l-impatt ta' dazji fissi, billi huma bbażati fuq prezzijiet storikament baxxi. Għalhekk, it-talba biex tintuża data ta' wara l-PI għall-kalkolu tad-dazju fiss ġiet miċħuda. |
|
(660) |
Diversi partijiet interessati allegaw li l-Kummissjoni kisret id-drittijiet tad-difiża tagħhom billi ma stabbilixxietx data ta' skadenza sinifikattiva għal kummenti dwar id-divulgazzjoni addizzjonali. F'dan ir-rigward, il-Kummissjoni rreferiet għat-tieni sentenza tal-Artikolu 20(5) tar-Regolament bażiku, li jipprevedi li hija tista' tistabbilixxi skadenza iqsar minn għaxart (10) ijiem għad-divulgazzjonijiet finali addizzjonali. Fil-każ preżenti, il-Kummissjoni kienet obbligata li tistenna r-riżultat tad-deliberazzjonijiet tal-kumitat tal-appell li saru fit-22 ta' Settembru. Fl-istess ġurnata, hija bagħtet id-divulgazzjoni addizzjonali finali lill-partijiet interessati kollha, li ma kinitx itwal minn paġna waħda. Għaldaqstant kien il-Ġimgħa filgħaxija meta l-partijiet ġew infurmati u kellhom biżżejjed żmien biex jirreaġixxu dwar dan it-tibdil limitat sat-Tlieta fis-sagħtejn (2) ta' waranofsinhar. Il-partijiet kellhom b'kollox iktar minn tliet ijiem u nofs (3,5) biex iħejju l-kummenti tagħhom dwar test addizzjonali limitat ħafna. Fid-dawl tal-urġenza tal-kwistjoni, il-Kummissjoni għalhekk osservat id-drittijiet tad-difiża tal-partijiet interessati. Ir-Regolament bażiku jgħodd il-jiem għad-divulgazzjoni bħala jiem, mhux bħala ġranet tax-xogħol, bħalma huwa mstenni fis-sitwazzjoni preżenti, fejn il-partijiet kollha jafu perfettament l-iskeda, il-partijiet interessati jieħdu l-prekawzjonijiet meħtieġa biex ikunu jistgħu jaħdmu fi tmiem il-ġimgħa. |
|
(661) |
Severstal iddikjara li l-bidla fl-għamla tal-miżura fi stadju tard bħal dan tal-investizzjoni, kisret il-prinċipju ġenerali tal-aspettattivi leġittimi u ta' amministrazzjoni xierqa. Il-Kummissjoni ma tistax taċċetta l-argument li dokument ta' divulgazzjoni jagħti aspettattivi leġittimi fir-rigward tal-konklużjoni finali ta' investigazzjoni. Għall-kuntrarju, l-għan tad-divulgazzjoni huwa li l-partijiet interessati jiġu mgħarrfa dwar is-sejbiet preliminari tal-Kummissjoni u jingħataw il-possibbiltà li jeżerċitaw effettivament id-drittijiet tagħhom ta' difiża. Għal din ir-raġuni, l-ittra ta' akkumpanjament lill-partijiet interessati kollha indikat b'mod espliċitu li “din id-divulgazzjoni ma tippreġudikax kwalunkwe deċiżjoni sussegwenti li tista' tittieħed mill-Kummissjoni, imma meta deċiżjoni bħal din tkun ibbażata fuq kwalunkwe fatti u kunsiderazzjonijiet differenti, dawn jiġu ddivulgati lill-kumpanija tiegħek malajr kemm jista' jkun”. Dan kien dak li għamlet il-Kummissjoni bil-kommunikazzjoni tal-informazzjoni finali addizzjonali tat-22 ta' Settembru 2017. Konsegwentement, parti interessata ma tistax tibbaża ruħha fuq il-protezzjoni tal-aspettattivi leġittimi qabel ma l-Kummissjoni tkun għalqet il-proċedura ta' rieżami inkwistjoni jekk il-Kummissjoni tagħżel li taġixxi fil-limiti tas-setgħat mogħtija lilha mil-leġiżlatur tal-Unjoni (83). Dan l-argument, għaldaqstant, irid jiġi miċħud ukoll. |
|
(662) |
L-allegazzjoni ta' Metinvest li l-għamla proposta tal-miżura hija diskriminatorja, ma kinitx sostanzjata. Is-sempliċi fatt li l-importazzjonijiet minn pajjiżi oħra żdiedu wara l-perjodu ta' investigazzjoni ma jagħmilx din il-miżura proposta diskriminatorja fit-tifsira tal-Artikolu 9(5) tar-Regolament Bażiku. Filwaqt li d-dumping dannuż instab fir-rigward tal-erba' pajjiżi inkwistjoni, l-ebda sejba bħal din ma teżisti fil-konfront tal-importazzjonijiet minn pajjiżi oħra. Għalhekk, ir-raġuni għat-trattament differenti hija l-ħtieġa li tkun irrestawrata l-kompetizzjoni ġusta fis-suq tal-Unjoni għall-importazzjonijiet minn erba' pajjiżi. |
|
(663) |
Fl-aħħar nett, il-Kummissjoni sostniet li l-impożizzjoni ta' dazji fissi kellha l-ikbar appoġġ possibbli fil-Kumitat ta' Appell. Għalhekk hija ma laqgħetx il-kumment ta' Gerdau, li bosta Stati Membri kienu qiesu l-miżuri inizjali bħala fattwalment skorretti. Fil-Kumitat ta' Appell, għadd limitat biss ta' Stati Membri appoġġaw din il-proposta. |
|
(664) |
Barra minn hekk, diversi partijiet interessati reġgħu ppreżentaw kummenti, li ma kinux parti mid-divulgazzjoni addizzjonali finali: Usiminas semmiet l-ispejjeż ta' wara l-importazzjoni u l-profitt fil-mira użati, il-limitu “de minimis”, l-analiżi tal-effett fuq il-prezzijiet, il-profitt fil-mira, u l-allegazzjoni li s-sejbiet fl-investigazzjoni preżenti kienu inkonsistenti mas-sejbiet tal-investigazzjoni taċ-Ċina. Metinvest allegat li l-Kummissjoni injorat numru ta' talbiet u argumenti legali ewlenin, filwaqt li NLMK allegat li l-Kummissjoni aġġustat b'mod żbaljat il-prezz tal-esportazzjoni tagħha. Fir-rigward ta' dawn id-dikjarazzjonijiet, il-Kummissjoni osservat li dawn kienu diġà ġew indirizzati wara d-divulgazzjoni finali. Dwar l-allegazzjonijiet ta' Usiminas, dawn ġew indirizzati f'dawn il-premessi li ġejjin: fir-rigward tal-ispejjeż ta' wara l-importazzjoni fil-permessa (576), u rigward il-profitt fil-mira fil-premessi minn (563) sa (565), rigward il-limiti “de minimis” fil-premessi minn (252) sa (258), rigward l-analiżi tal-effett fuq il-prezzijiet fil-premessa (273) u fl-aħħar nett rigward l-inkonsistenza mal-investigazzjoni taċ-Ċina fil-premessi (330), (331) u (597). Fir-rigward tal-allegazzjoni ta' Metinvest u NLMK, il-Kummissjoni rreferiet għal premessi (131) u (132) kif ukoll il-premessa (127) rispettivament u nnotat li l-aġġustament skont l-Artikolu 2(10)(i) tar-Regolament Bażiku, loġikament kellu effett fuq il-kalkolu tad-dazju fiss. |
|
(665) |
L-ilmentatur tenna l-fehma tiegħu li l-Kummissjoni kellha tiżvela l-marġni ta' dannu għas-Serbja u l-livell ta' twaqqigħ tal-prezz. Hija talbet ukoll lill-Kummissjoni biex tirrevedi d-deċiżjoni tagħha li teskludi s-Serbja mill-investigazzjoni minħabba ż-żieda kontinwa tas-sehem tagħha mis-suq fis-suq tal-Unjoni. Il-Kummissjoni rrikonoxxiet li l-uffiċjal tas-seduta kien irrakkomanda li tiżvela d-dannu u l-marġnijiet ta' twaqqigħ tal-prezzijiet biex jiġi mifhum aħjar jekk il-kundizzjonijiet skont l-Artikolu 3(4) tar-Regolament bażiku humiex issodisfati. Madankollu, skont il-Kummissjoni, id-divulgazzjoni tal-marġni ta' dannu u l-marġinijiet tat-twaqqigħ tal-prezzijiet ma kinitx meħtieġa biex tevalwa l-analiżi tagħha dwar il-kumulazzjoni (premessa 238) minħabba li d-data kollha meħtieġa kienet ġiet divulgata b'mod xieraq fid-Dokument ta' Informazzjoni. Il-konklużjoni tagħha li l-volum tal-importazzjonijiet Serbi kien negliġibbli kienet ibbażata fuq id-data disponibbli dwar il-perjodu ta' investigazzjoni skont l-Artikolu 3(4) tar-Regolament bażiku. L-użu tad-data ta' wara l-PI ma kienx ġustifikat, minħabba li l-iżviluppi deskritti mill-ilmentatur mhumiex straordinarji, iżda fl-ambitu ta' varjazzjonijiet normali tas-swieq. Barra minn hekk, il-Kummissjoni ma tistax tibbaża l-analiżi tagħha fuq id-dannu fuq il-pjanijiet ta' investiment futuri ta' produtturi esportaturi. Jekk dawn il-pjanijiet jimmaterjalizzaw u jwasslu għal bidla dejjiema fiċ-ċirkustanzi, l-ilmentatur jista' jippreżenta ilment ġdid kontra d-dumping. |
|
(666) |
Fis-26 u s-27 ta' Settembru 2017, ħames produtturi esportaturi offrew impenji fuq il-prezz. Il-Kummissjoni osservat li dawn l-offerti kienu waslu ħafna wara l-iskadenza stabbilita bl-Artikolu 8 tar-Regolament Bażiku, moqri flimkien mal-Artikolu 20 tar-Regolament Bażiku, li jirreferi għad-divulgazzjoni finali, u mhux għad-divulgazzjoni addizzjonali finali. |
|
(667) |
L-Artikolu 8 tar-Regolament Bażiku jipprevedi l-possibbiltà li joffri (u jaċċetta) impenji fuq il-prezz f'ċirkostanzi eċċezzjonali wara dik id-data ta' skadenza. |
|
(668) |
Il-Kummissjoni se tivvaluta jekk dawn iċ-ċirkustanzi humiex issodisfati u jekk l-impenji tal-prezzijiet jistgħux jiġu aċċettati. Madankollu, billi d-divulgazzjoni addizzjonali finali seħħet tard fl-investigazzjoni, il-Kummissjoni ma setgħetx twettaq l-analiżi meħtieġa jekk dawn l-impenji tal-prezzijiet kinux aċċettati qabel l-adozzjoni ta' dan ir-Regolament. Għalhekk, b'mod eċċezzjonali kif ukoll minħabba l-kumplessità tal-kwistjoni, speċjalment id-drittijiet tad-difiża tal-partijiet interessati, il-Kummissjoni se tlesti l-analiżi tagħha fi stadju aktar tard fi żmien xieraq. Dan huwa previst espliċitament mill-Artikolu 8 tar-Regolament Bażiku, li jipprevedi l-possibbiltà li jiġu aċċettati impenji fuq il-prezz f'ċirkostanzi eċċezzjonali, anki wara li tkun ġiet imposta miżura definittiva. F'dan il-kuntest, il-Kummissjoni se tanalizza wkoll is-sinifikat tal-Ftehim ta' Assoċjazzjoni bejn l-UE u l-Ukrajna. |
|
(669) |
Fir-rigward tal-allegazzjoni li l-Kummissjoni ma weġbitx għall-offerta tal-impenn fuq il-prezz sottomessa lill-Kummissjoni fit-13 ta' Frar 2017 minn NLMK; il-Kummissjoni rreferiet għall-Artikolu 8(1) tar-Regolament Bażiku, li jipprevedi li l-impenji jistgħu jiġu offruti biss wara li tkun saret determinazzjoni affermattiva proviżorja ta' dumping u dannu. F'dan il-każ partikolari, l-ebda tali determinazzjoni ma kienet saret fi Frar 2017. Għalhekk, l-impenn fuq il-prezz offrut minn NLMK se jiġu analizzati fi stadju aktar tard flimkien ma' offerti oħra. |
|
(670) |
Barra minn hekk, b'referenza għall-kumment ta' Lusosider li s-suq tal-kostruzzjoni fil-Peniżola Iberika fil-futur se jkun mingħajr il-provvista adegwata ta' materja prima, din it-talba se tiġi analizzata waqt ir-rieżami tal-offerta tal-impenn fuq il-prezz minn CSN / Lusosider. |
|
(671) |
Il-Kumitat ta' Appell ma tax opinjoni dwar dan, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
(1) Dazju definittiv antidumping huwa impost fuq importazzjonijiet ta' ċerti prodotti ċatti tal-ħadid, azzar mhux illigat jew liga oħra tal-azzar, f'koljaturi jew le (inklużi prodotti “cut-to-length” u “strixxi dojoq”), mhux maħdumin aktar ħlief b'laminazzjoni termali, mhux magħqudin flimkien (clad), indurati jew miksijin, li joriġinaw mill-Brażil, l-Iran, ir-Russja, u l-Ukrajna.
(2) Il-prodott ikkonċernat ma jinkludix:
|
— |
prodotti tal-azzar inossidabbli u azzar elettriku tas-siliċju bil-granijiet orjentati, |
|
— |
prodotti tal-azzar tal-għodda u tal-azzar ta' veloċità għolja, |
|
— |
prodotti, mhux f'koljaturi, mingħajr diżinji f'riljev, ta' ħxuna li taqbeż l-10 mm u ta' wisa' ta' 600 mm jew aktar, u |
|
— |
prodotti, mhux f'koljaturi, mingħajr diżinji f'riljev, ta' ħxuna ta' 4,75 mm jew aktar, iżda li ma taqbiżx l-10 mm u ta' wisa' ta' 2 050 mm jew aktar. |
Il-prodott ikkonċernat attwalment jaqa' taħt il-kodiċijiet NM 7208 10 00, 7208 25 00, 7208 26 00, 7208 27 00, 7208 36 00, 7208 37 00, 7208 38 00, 7208 39 00, 7208 40 00, 7208 52 10, 7208 52 99, 7208 53 10, 7208 53 90, 7208 54 00, 7211 13 00, 7211 14 00, 7211 19 00, ex 7225 19 10 (il-kodiċi TARIC 7225191090), 7225 30 90, ex 7225 40 60 (il-kodiċi TARIC 7225406090), 7225 40 90, ex 7226 19 10 (il-kodiċi TARIC 7226191090), 7226 91 91 u 7226 91 99.
(3) Ir-rati tad-dazju antidumping definittiv applikabbli għall-prodott deskritt fil-paragrafu 1 u prodott mill-kumpaniji elenkati hawn taħt għandhom ikunu kif ġej:
|
Pajjiż |
Kumpanija |
Rata tad-dazju definittiva — Euro għal kull tunnellata netta |
Kodiċi TARIC addizzjonali |
|
Il-Brażil |
ArcelorMittal Brasil S.A. |
54,5 |
C210 |
|
|
Aperam Inox América do Sul S.A. |
54,5 |
C211 |
|
|
Companhia Siderúrgica Nacional |
53,4 |
C212 |
|
|
Usinas Siderúrgicas de Minas Gerais S.A. (USIMINAS) |
63,0 |
C213 |
|
|
Gerdau Açominas S.A. |
55,8 |
C214 |
|
L-Iran |
Mobarakeh Steel Company |
57,5 |
C215 |
|
Ir-Russja |
Novolipetsk Steel |
53,3 |
C216 |
|
|
Public Joint Stock Company Magnitogorsk Iron Steel Works (PJSC MMK) |
96,5 |
C217 |
|
|
PAO Severstal |
17,6 |
C218 |
|
L-Ukrajna |
Metinvest Group |
60,5 |
C219 |
(4) Ir-rata tad-dazju antidumping definittiv applikabbli għall-prodotti deskritti fil-paragrafu 1 u prodott minn kwalunkwe kumpanija oħra mhux speċifikament imsemmija fil-paragrafu 2 għandu jkun id-dazju fiss kif stabbilit fit-tabella hawn taħt.
|
Kumpanija |
Rata tad-dazju definittiva — Euro għal kull tunnellata netta |
Kodiċi TARIC addizzjonali |
|
Il-kumpaniji Brażiljani l-oħrajn kollha |
63,0 |
C999 |
|
Il-kumpaniji Iranjani l-oħrajn kollha |
57,5 |
C999 |
|
Il-kumpaniji Russi l-oħrajn kollha |
96,5 |
C999 |
|
Il-kumpaniji tal-Ukrajna l-oħrajn kollha |
60,5 |
C999 |
(5) Għall-produtturi msemmija individwalment u fil-każijiet fejn il-merkanzija tkun saritilha l-ħsara qabel tidħol fiċ-ċirkolazzjoni libera u, għaldaqstant, il-prezz effettivament imħallas jew li għandu jitħallas jiġi mqassam biex jiġi ddeterminat il-valur doganali skont l-Artikolu 131(2) tar-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/2447 (84), ir-rata tad-dazju definittiv, ikkalkulat abbażi tal-paragrafu 2 hawn fuq, għandu jitnaqqas b'perċentwal li jikkorrispondi għat-tqassim tal-prezz effettivament imħallas jew li għandu jitħallas. Id-dazju pagabbli mbagħad għandu jkun id-differenza bejn ir-rata imnaqqsa tad-dazju definittiv u l-prezz nett imnaqqas, frank fil-fruntiera tal-Unjoni, qabel l-iżdoganar tal-merkanzija.
(6) Għall-kumpaniji l-oħrajn kollha u f'każijiet fejn il-merkanzija saritilha ħsara qabel ma daħlet fiċ-ċirkolazzjoni libera u, għalhekk, il-prezz effettivament imħallas jew li għandu jitħallas huwa mqassam għad-determinazzjoni tal-valur doganali skont l-Artikolu 131(2) tar-Regolament (UE) 2015/2447, l-ammont tar-rata tad-dazju antidumping, maħdum abbażi tal-paragrafu 3 hawn fuq, għandu jitnaqqas b'perċentwal li jikkorrispondi mat-tqassim tal-prezz effettivament imħallas jew li għandu jitħallas.
(7) Sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor, għandhom japplikaw id-dispożizzjonijiet fis-seħħ dwar id-dazji doganali.
(8) Fejn kull produttur esportatur ġdid fil-Brażil jipprovdi xhieda suffiċjenti lill-Kummissjoni li:
|
(a) |
ma jkunx esporta lejn l-Unjoni l-prodott deskritt fl-Artikolu 1(1) matul il-perjodu ta' investigazzjoni (mill-1 ta' Lulju 2015 sat-30 ta' Ġunju 2016); |
|
(b) |
mhuwiex relatat ma' xi wieħed mill-esportaturi jew produtturi fil-Brażil li huma soġġetti għall-miżuri imposti minn dan ir-Regolament; kif ukoll |
|
(c) |
effettivament esporta lejn l-Unjoni l-prodott ikkonċernat wara l-perjodu ta' investigazzjoni jew li jkun daħal f'obbligu kuntrattwali irrevokabbli sabiex jesporta kwantità sinifikanti lejn l-Unjoni, it-Tabella fl-Artikolu 1(2) tista' tiġi emendata billi jiżdied il-produttur esportatur il-ġdid mal-kumpaniji li kkooperaw mhux inklużi fil-kampjun u għalhekk soġġetti għar-rata tad-dazju medja ponderata tal-kumpaniji inklużi fil-kampjun, li hija EUR 55,8 għal kull tunnellata netta. |
Artikolu 2
Il-proċediment antidumping li jikkonċerna l-importazzjonijiet fl-Unjoni tal-prodott ikkonċernat li joriġina mis-Serbja huwa tterminat b'dan ir-Regolament b'konformità mal-Artikolu 9(2) tar-Regolament bażiku.
Artikolu 3
Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/5 tal-5 ta' Jannar 2017 li jagħmel soġġetti għar-reġistrazzjoni l-importazzjonijiet ta' ċerti prodotti ċatti b'laminazzjoni termali tal-ħadid, mhux illigat jew liga oħra tal-azzar li joriġinaw mir-Russja u l-Brażil għandu jitħassar definittivament mingħajr ġbir retroattiv ta' dazji.
Artikolu 4
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u jkun direttament applikabbli fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, it-5 ta' Ottubru 2017.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Jean-Claude JUNCKER
(1) ĠU L 176, 30.6.2016, p. 21.
(2) Notifika ta' Bidu ta' proċediment antidumping dwar importazzjonijiet ta' ċerti prodotti ċatti b'laminazzjoni termali tal-ħadid, mhux illigat jew liga oħra tal-azzar li joriġinaw mill-Brażil, l-Iran, ir-Russja, is-Serbja u l-Ukrajna (ĠU C 246, 7.7.2016, p. 7)
(3) Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/5 tal-5 ta' Jannar 2017 li jagħmel soġġetti għar-reġistrazzjoni l-importazzjonijiet ta' ċerti prodotti ċatti b'laminazzjoni termali tal-ħadid, mhux illigat jew liga oħra tal-azzar li joriġinaw mir-Russja u l-Brażil (ĠU L 3, 6.1.2017, p. 1).
(4) Dak il-produttur tal-Unjoni ntgħażel billi kien wieħed mill-produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun li argumentaw li kienu f'pożizzjoni jżidu l-kapaċità tagħhom f'perjodu qasir ta' żmien.
(5) Barra minn hekk, iż-żewġ utenti, membri tal-Konsorzju, kienu kontra l-impożizzjoni ta' miżuri. Madankollu, l-utent Taljan l-ieħor, li ppreżenta ruħu tard waqt il-proċess, kien favur l-impożizzjoni ta' miżuri.
(6) Ir-rapport tas-seduta ta' smigħ tal-Uffiċjal tas-Seduta fil-proċedimenti kummerċjali, 23 ta' Ġunju 2017, HO/AK ju-ca-11.ho(2017)3604029, p. 3.
(7) Ir-rapport tas-seduta ta' smigħ tal-Uffiċjal tas-Seduta fil-proċedimenti kummerċjali, 23 ta' Ġunju 2017, HO/AK ju-ca-11.ho(2017)3604029, p. 4.
(8) Il-proċess ta' rrumblar fil-kiesaħ huwa definit billi folja jew strippa — li tkun ġiet irrumblata bis-sħana u bil-wiċċ imnaddaf — tingħadda minn bejn rombli kisħin, jiġifieri taħt it-temperatura li trattab il-metall.
(9) Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/1778 tas-6 ta' Ottubru 2016, li jimponi dazju antidumping proviżorju fuq l-importazzjonijiet ta' ċerti prodotti ċatti b'laminazzjoni termali tal-ħadid, mhux illigat jew liga oħra tal-azzar li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina (ĠU L 272, 7.10.2016, p. 33)
(10) Ara s-sentenza tal-25 ta' Ġunju 2015, PT Musim Mas vs il-Kunsill, T-26/12, EU:T:2015:437, paragrafu 52. Ara wkoll ir-Rapport tad-WTO tal-Bord f'DS442, European Union — Anti-dumping Measures On Imports Of Certain Fatty Alcohols From Indonesia, paragrafi 7.89 u segwitu.
(11) Novex kienet indipendenti minn NLMK sal-2008, meta NLMK akkwistat lil Novexco (Cyprus) limited (“Novexco”) u lil Novex Trading (Swiss) S.A. (“Novex”) fl-intier tagħhom permezz tax-xiri ta' ishma. Ara l-każ Nru COMP/M.5101 — NOVOLIPETSK STEEL / NOVEXCO / NOVEX TRADING.
(12) Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/1328 tad-29 ta' Lulju 2016, ĠU L 210, 4.8.2016, p.1, premessi 64-67, li jirreferu, fost oħrajn, għall-importatur/kummerċjant Żvizzeru relatat tal-MMK.
(13) Fl-20 ta' Jannar 2016, il-Kummissjoni Ewropea fetħet inkjesta fil-fond biex tivvaluta jekk l-għajnuna mill-Istat Taljan lill-produttur tal-azzar Ilva kienx konformi mar-regoli tal-UE dwar l-għajnuna mill-Istat, u hija estendiet l-inkjesta fil-15 ta' Mejju 2016. Fit-3 ta' Lulju 2017, din l-investigazzjoni għadha mhijiex finalizzata.
(14) Il-Kawża C-315/90 tal-Qorti tal-Ġustizzja Gimelec vs il-Kummissjoni, EU:C:1991:447, paragrafi minn 16 sa 29; Rapport tal-Korp tal-Appell tad-WTO tal-24.7.2001, WT/DS184/AB/R, paragrafi minn 181 sa 215.
(15) WT/DS184/AB/R, 24 ta' Lulju 2001, paġna 69, paragrafu 204.
(16) Il-proċess ta' rrumblar fil-kiesaħ huwa definit billi folja jew strippa — li tkun ġiet irrumblata bis-sħana u bil-wiċċ imnaddaf — tingħadda minn bejn rombli kisħin, jiġifieri taħt it-temperatura li trattab il-metall.
(17) Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/181 tal-10 ta' Frar 2016 li jimponi dazju antidumping proviżorju fuq l-importazzjonijiet ta' ċerti prodotti tal-azzar irrumblati ċatt fil-kiesaħ li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina u l-Federazzjoni Russa (ĠU L 37, 12.2.2016, p. 25, premessa (153)).
(18) Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/1328 tad-29 ta' Lulju 2016 li jimponi dazju antidumping definittiv u li jiġbor b'mod definittiv id-dazju proviżorju impost fuq l-importazzjonijiet ta' ċerti prodotti tal-azzar irrumblati ċatti fil-kiesaħ li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina u mill-Federazzjoni Russa (ĠU L 210, 4.8.2016, p. 15, premessa (117)).
(19) Kopra l-perjodu mill-1 ta' April 2014 sal-31 ta' Marzu 2015, li huwa differenti mill-perjodu ta' investigazzjoni li jkopri dan il-każ (ara l-premessa (19)).
(20) Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/649 tal-5 ta' April 2017 li jimponi dazju antidumping definittiv fuq importazzjonijiet ta' ċerti prodotti ċatti b'laminazzjoni termali tal-ħadid, mhux illigat jew liga oħra tal-azzar li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina (ĠU L 92, 6.4.2017, p. 68).
(21) Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/649 tal-5 ta' April 2017 li jimponi dazju antidumping definittiv fuq importazzjonijiet ta' ċerti prodotti ċatti b'laminazzjoni termali tal-ħadid, mhux illigat jew liga oħra tal-azzar li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina (ĠU L 92, 6.4.2017, p. 68).
(22) Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/649 tal-5 ta' April 2017 li jimponi dazju antidumping definittiv fuq importazzjonijiet ta' ċerti prodotti ċatti b'laminazzjoni termali tal-ħadid, mhux illigat jew liga oħra tal-azzar li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina (ĠU L 92, 6.4.2017, p. 68).
(23) Sottomissjoni mill-produttur esportatur Brażiljan Usiminas, 7 ta' Awwissu 2017, paġna 2.
(24) Il-produtturi esportaturi Brażiljani rreferew għat-Tabella 15 ta' dan ir-Regolament. L-istess tabella kienet murija fid-Dokument ta' Divulgazzjoni Ġenerali.
(25) Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/1778 tal-5 ta' Ottubru 2016 li jimponi dazju antidumping proviżorju fuq l-importazzjonijiet ta' ċerti prodotti ċatti b'laminazzjoni termali tal-ħadid, mhux illigat jew liga oħra tal-azzar li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina (ĠU L 272, 7.10.2016, p. 62), premessa (197).
(26) Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/649 tal-5 ta' April 2017 li jimponi dazju antidumping definittiv fuq importazzjonijiet ta' ċerti prodotti ċatti b'laminazzjoni termali tal-ħadid, mhux illigat jew liga oħra tal-azzar li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina (ĠU L 92, 6.4.2017, p.76), premessa (59).
(27) Komunikazzjoni tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew, lill-Kumitat Tar-Reġjuni u lill-Bank Ewropew tal-Investiment, Azzar: Iż-żamma tal-impjiegi sostenibbli u t-tkabbir fl-Ewropa, (COM(2016) 155 final, Brussell, 16.3.2016. Dan id-dokument jipprovdi t-tagħrif li ġej dwar il-kapaċità żejda fil-qasam tal-azzar f'livell dinji:
|
— |
Paġna 2: … “it-tnaqqis fir-ritmu ekonomiku fiċ-Ċina u f'ekonomiji emerġenti oħra kellu impatt negattiv fuq id-domanda globali tal-azzar mill-2014”; |
|
— |
Paġna 6: … “Flimkien mal-miżuri mmirati biex itaffu l-effetti globali tal-kapaċità żejda, il-Kummissjoni qed tindirizza l-kawżi sottostanti tal-problema mas-sħab ewlenin tagħna. Problema globali teħtieġ soluzzjoni globali.” |
(28) Ilva, ThyssenKrupp u Tata Steel UK
Sors tad-data dwar il-kapaċità: OECD (OECD, DSTI/SU/SC(2016)6/Final, 5 ta' Settembru 2016, id-Direttorat għax-Xjenza, it-Teknoloġija u l-Innovazzjoni, Ċifri aġġornati dwar il-kapaċità tax-xogħol tal-azzar u qafas propost għat-titjib tal-attività ta' monitoraġġ tal-kapaċità, Anness, p. 7 u segwitu).
Sors tad-data dwar il-produzzjoni: L-Assoċjazzjoni Dinjija Tal-Azzar, Il-Yearbook tal-Istatistika tal-Azzar 2015 (L-Assoċjazzjoni Dinjija Tal-Azzar, Il-Yearbook tal-Istatistika tal-Azzar 2016, it-Tabella 1 fil-Paġni 1 u 2 u t-Tabella 13 fil-Paġna 35, http://www.worldsteel.org/statistics/statistics-archive/yearbook-archive.html).
(31) Estratt mill-istudju axxendenti l-aħħar riċenti tal-KE dwar il-prezzijiet u l-kostijiet tal-enerġija li sar minn konsorzju ta' konsulenti, fosthom Ecofys u CEPS, Lulju 2016.
(32) Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/649 tal-5 ta' April 2017 li jimponi dazju antidumping definittiv fuq importazzjonijiet ta' ċerti prodotti ċatti b'laminazzjoni termali tal-ħadid, mhux illigat jew liga oħra tal-azzar li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina (ĠU L 92, 6.4.2017, p. 68).
(33) Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/1778 tas-6 ta' Ottubru 2016 li jimponi dazju antidumping proviżorju fuq l-importazzjonijiet ta' ċerti prodotti ċatti b'laminazzjoni termali tal-ħadid, mhux illigat jew liga oħra tal-azzar li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina (ĠU L 272, 7.10.2016).
(34) Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/649 tal-5 ta' April 2017 li jimponi dazju antidumping definittiv fuq importazzjonijiet ta' ċerti prodotti ċatti b'laminazzjoni termali tal-ħadid, mhux illigat jew liga oħra tal-azzar li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina (ĠU L 92, 6.4.2017, p. 68).
(35) Sottomissjoni mill-Eurofer tat-2 ta' Mejju 2017, p. 12: Din l-istqarrija tirreferi għall-fatt li waqt il-fażi proviżorja, il-Kummissjoni ddeċidiet li tkompli l-investigazzjoni mingħajr l-impożizzjoni ta' miżuri.
(36) Sentenza tal-25 ta' Ottubru 2011, Transnational Company “Kazchrome” and ENRC Marketing v il-Kunsill, il-Kawża T-192/08. EU:T:2011:619, paragrafu 221.
(37) Minkejja li l-membri kollha tal-Konsorzju ntalbu jimlew il-kwestjonarji ta' wara l-PI, l-avukat li kien jirrappreżenta l-Konsorzju semma' li xi wħud ma kellhomx l-istruttura organizzazzjonali biex jipprovdu l-informazzjoni mitluba ta' wara l-PI, filwaqt li oħrajn kienu mħabbtin bl-għeluq tas-sena finanzjarja, apparti l-festi pubbliċi u l-iskadenza qasira mogħtija biex jimtela l-kwestjonarju.
(38) ESTA stess wieġbet, fl-10 ta' Mejju 2017 lis-servizzi tal-Kummissjoni li “ hija tirrappreżenta aktar minn 100 produttur ta' tubi tal-azzar fi 17-il pajjiż tal-UE u tkopri aktar minn 90 % tal-produzzjoni fl-UE. Id-diversità ta' dawn il-produtturi … tista' tkun gruppi internazzjonali kbar jew SMEs b'faċilità ta' produzzjoni waħda biss f'pajjiż wieħed, li jistgħu jkunu wkoll sussidjarji ta' produtturi ewlenin tal-azzar jew kumpaniji mmexxijin mill-familja… ”.
Sors tad-data dwar il-kapaċità: OECD (OECD, DSTI/SU/SC(2016)6/Final, 5 ta' Settembru 2016, id-Direttorat għax-Xjenza, it-Teknoloġija u l-Innovazzjoni, Ċifri aġġornati dwar il-kapaċità tax-xogħol tal-azzar u qafas propost għat-titjib tal-attività ta' monitoraġġ tal-kapaċità, Anness, p. 7 u segwitu).
Sors tad-data dwar il-produzzjoni: L-Assoċjazzjoni Dinjija Tal-Azzar, Il-Yearbook tal-Istatistika tal-Azzar 2016 (L-Assoċjazzjoni Dinjija Tal-Azzar, Il-Yearbook tal-Istatistika tal-Azzar 2016, it-Tabella 1 fil-paġni 1 u 2 u t-Tabella 13 fil-paġna 35, http://www.worldsteel.org/statistics/statistics-archive/yearbook-archive.html).
(41) Stima
(42) Ma hemm l-ebda data disponibbli
(43) L-Istati Uniti, l-Amministrazzjoni tal-Kummerċ Internazzjonali, Global Steel Trade Monitor, Frar 2017, Steel Exports Report India, http://www.trade.gov/steel/countries/pdfs/2017/q1/exports-india.pdf
(44) OECD, DSTI/SC(2017)1/Final, il-Kumitat tal-Azzar tal-OECD, 24 ta' Marzu 2017, Steel Market Developments — Q2 2017, l-analiżi fil-paġni 6 u 9, http://www.oecd.org/industry/ind/steel-market-developments-2017Q2.pdf
(45) OECD, DSTI/SC(2017)1/Final, il-Kumitat tal-Azzar tal-OECD, 24 ta' Marzu 2017, Steel Market Developments — Q2 2017, l-analiżi fil-paġna 7, http://www.oecd.org/industry/ind/steel-market-developments-2017Q2.pdf
(46) OECD, DSTI/SC(2017)1/Final, il-Kumitat tal-Azzar tal-OECD, l-24 ta' Marzu 2017, Steel Market Developments — Q2 2017, l-analiżi f'paġna 10, http://www.oecd.org/industry/ind/steel-market-developments-2017Q2.pdf Ara wkoll OECD, DSTI/SU/SC(2016)6/Final, il-5 ta' Settembru 2016, Direttorat għax-Xjenza, it-Teknoloġija u l-Innovazzjoni għal deċiżjoni biex jitneħħa l-gass naturali sussidju, paġna 19
(47) Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/1778 tas-6 ta' Ottubru 2016 li jimponi dazju antidumping proviżorju fuq l-importazzjonijiet ta' ċerti prodotti ċatti b'laminazzjoni termali tal-ħadid, mhux illigat jew liga oħra tal-azzar li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina (ĠU L 272, 7.10.2016).
(48) Sottomissjoni mill-Eurofer, Analiżi ekonomika tal-impatt ta' miżuri antidumping f'AD635 fuq importazzjonijiet magħżula ta' prodotti ċatti b'laminazzjoni termali (HRF) fuq il-prodotti downstream tal-UE, mingħajr data, mibgħut lis-servizzi tal-Kummissjoni fit-31 ta' Mejju 2017, p. 1.
(49) Il-Kummissjoni ppreżentat xi ċifri f'dan ir-Regolament. Ara l-premessa (460).
(50) L-Assoċjazzjoni Ewropea tat-Tubi tal-Azzar (ESTA) ikkummentat li dawn it-tipi huma tabilħaqq pajpijiet u tubi wweldjati (l-hekk imsejħa “pajpijiet tal-gass”), iżda ma jirrappreżentawx aktar minn 10 % tal-produzzjoni totali tal-Unjoni tat-tubi wweldjati. (posta elettronika tal-ESTA lis-servizzi tal-Kummissjoni, l-1 ta' Ġunju 2017)
(51) Sottomissjoni tal-Konsorzju, Kummenti bi tweġiba għas-sottomissjoni tal-Eurofer tas-7 ta' Frar 2017, sottomessi f'isem CIHFR, mingħajr data, dokument riċevut bil-posta elettronika fit-2 ta' Marzu 2017, p. 4.
(52) ESTA, AD 635 — ESTA Kummenti, 10 ta' Mejju 2017.
(53) Sottomissjoni tal-Eurofer, Sottomissjoni li tanalizza l-impatt tad-dazji proviżorji fuq l-utenti, 7 ta' Frar 2017, p. 2.
(54) Sottomissjoni mill-Eurofer, Kummenti tal-Eurofer dwar id-Dokument ta' Informazzjoni tal-Kummissjoni, tal-4 ta' April 2017, p. 9. L-ilmentatur semma wkoll li dawn is-simulazzjonijiet qatt ma ġew iddivulgati fil-fajl mhux kunfidenzjali.
(55) Sottomissjoni mill-Eurofer, Analiżi ekonomika tal-impatt ta' miżuri antidumping f'AD 635 fuq importazzjonijiet magħżula ta' prodotti ċatti b'laminazzjoni termali (HRF) fuq il-prodotti downstream tal-UE, mingħajr data, mibgħut lis-servizzi tal-Kummissjoni fit-31 ta' Mejju 2017, p. 1.
(56) Dawn il-fatti ma kinux disponibbli fiż-żmien meta seħħew dawn is-simulazzjonijiet.
(57) ESTA, messaġġ tal-posta elettronika lis-servizzi tal-Kummissjoni, l-1 ta' Ġunju 2017.
(58) Sottomissjoni mill-Konsorzju, Kummenti fuq id-Dokument ta' Informazzjoni tal-Kummissjoni ppreżentati f'isem CIHFR, 8 ta' Mejju 2017, p. 9 u p. 10.
(59) Dawn il-perċentwali huma l-medja taċ-ċifri tal-profittabbiltà ponderati qabel it-taxxa għall-produtturi kollha tat-tubi tal-azzar, kif murija fid-dikjarazzjonijiet rispettivi tal-introjtu tagħhom għall-perjodi msemmija fit-tabella, espressi bħala perċentwali b'rabta mal-bejgħ tagħhom fis-suq ħieles tal-Unjoni.
(*1) Kif imsemmi fil-premessa (439), 11-il tweġiba waslu mingħand il-membri tal-Konsorzju, li ħamsa minnhom kienu produtturi tat-tubi tal-azzar u s-sitta l-oħra kienu ċentri tas-servizzi (dawn huma l-kumpaniji li jillimitaw l-attivitajiet tagħhom għal operazzjonijiet speċifiċi ta' proċessar bħall-qtugħ, il-qsim jew il-purifikazzjoni tal-prodott).
(*2) Kif imsemmi fil-premessa (439), disa' tweġibiet waslu, li minnhom tmienja kienu mingħand produtturi tat-tubi tal-azzar u dik li fadal kienet mingħand ċentru tas-servizzi.
(*3) Kif imsemmi fil-premessa (439), waslu żewġ tweġibiet, waħda minnhom mingħand produttur tat-tubi tal-azzar. L-oħra kienet mingħand ċentru tas-servizzi.
(60) Madankollu, ESTA ma weġbitx għall-mistoqsija jekk il-produtturi tat-tubi tal-azzar kinux f'pożizzjoni fil-prattika jgħaddu ż-żidiet fl-ispejjeż lill-klijenti tagħhom.
(61) Sottomissjoni tal-Assoċjazzjoni Ewropea tat-Tubi tal-Azzar, l-10 ta' Mejju 2017.
(62) Sottomissjoni tal-Eurofer, Sottomissjoni li tanalizza l-impatt tad-dazji proviżorji fuq l-utenti, 7 ta' Frar 2017, p. 2.
(63) Ittra tat-22 ta' Mejju 2017 mingħand id-Direttur Ġenerali tas-CECED lis-servizzi tal-Kummissjoni.
(64) Orgalina hija l-Assoċjazzjoni Ewropea tal-Impriżi tal-Inġinerija, li tirrappreżenta l-interessi tal-industrija mekkanika, elettrika u elettronika, tax-xogħol fil-metall u tal-oġġetti tal-metall.
(65) Ittra riċevuta bil-posta elettronika fit-22 ta' Mejju 2017, mingħajr data, mingħand l-uffiċjal kap eżekuttiv u l-viċi president għax-xiri ta' Electrolux Home Products Corporation N.V.
(66) Sottomissjoni tal-25 ta' Ottubru 2016 ta' Novolipetsk Steel (NLMK).
(67) Ittri datati kemm fis-27 ta' Ġunju 2017 mid-Direttur Ġenerali ta' Eurofer lill-Kummissarju għall-Kummerċ kif ukoll lill-President tal-Kummissjoni Ewropea.
(68) Deċiżjoni tal-Kummissjoni Nru 284/2000/KEFA tal-4 ta' Frar 2000 li timponi dazju kumpensatorju definittiv fuq importazzjonijiet ta' ċerti prodotti ċatti b'laminazzjoni termali tal-azzar jew azzar mhux illigat, b'wisgħa ta' 600 mm jew aktar, mhux miksijin, ipplattati jew mgħottijin, fil-kojlaturi, mhux maħduma ulterjorment minn b'laminazzjoni termali li joriġinaw fl-Indja u t-Tajwan u għall-aċċettazzjoni ta' impenji offruti minn ċerti produtturi esportaturi u li jtemm il-proċediment dwar l-importazzjonijiet li joriġinaw fl-Afrika t'Isfel (ĠU L 31, 2000, p. 44, para. 338).
(69) Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/649 tal-5 ta' April 2017 li jimponi dazju antidumping definittiv fuq importazzjonijiet ta' ċerti prodotti ċatti b'laminazzjoni termali tal-ħadid, mhux illigat jew liga oħra tal-azzar li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina (ĠU L 92, 6.4.2017, p. 88, premessa (133)).
(70) Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/336 tas-27 ta' Frar 2017 li jimponi dazju antidumping definittiv u l-ġbir definittiv tad-dazju proviżorju impost fuq importazzjonijiet ta' ċerta pjanċa tqila tal-azzar mhux illigat jew azzar illigat ieħor li toriġina mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina (ĠU L 50, 28.2.2017, premessa 202, p. 37).
(71) Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/1777 tas-6 ta' Ottubru 2016 li jimponi dazju antidumping proviżorju fuq l-importazzjonijiet ta' ċerti prodotti ċatti b'laminazzjoni termali tal-ħadid, mhux illigat jew liga oħra tal-azzar li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina (ĠU L 272, 7.10.2016, p. 5).
(72) Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/1777 tas-6 ta' Ottubru 2016 li jimponi dazju antidumping proviżorju fuq l-importazzjonijiet ta' ċerti prodotti ċatti b'laminazzjoni termali tal-ħadid, mhux illigat jew liga oħra tal-azzar li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina, ĠU L 272, 7.10.2016, p. 28.
(73) Dan il-marġni ta' profitt raġjonevoli li ntuża huwa l-istess wieħed li ntuża f'investigazzjoni dwar prodott ieħor simili ħafna, jiġifieri l-azzar irrumblat ċatt fil-kiesaħ.
(74) Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/1953 tad-29 ta' Ottubru 2015 li jimponi dazju definittiv tal-anti-dumping fuq l-importazzjonijiet ta' ċerti prodotti bi grani orjentati irrumblati ċatti ta' azzar manjetiku tas-silikon li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina, il-Ġappun, ir-Repubblika tal-Korea, il-Federazzjoni Russa u l-Istati Uniti tal-Amerka, ĠU L 284, 30.10.2015, p. 130 u segwitu.
(75) Sottomissjoni mill-Eurofer, 30 ta' Mejju 2017, AD635 — Prodotti ċatti b'laminazzjoni termali (“HRF”) tal-ħadid, li joriġinaw mill-Brażil, l-Iran, ir-Russja, is-Serbja u l-Ukrajna (il-“ħames pajjiżi”) — sottomissjoni tal-Eurofer dwar it-tip adegwat ta' miżuri, p. 5.
(76) Sottomissjoni mill-Eurofer, AD635 — Prodotti ċatti b'laminazzjoni termali (“HRF”) tal-ħadid, li joriġinaw mill-Brażil, l-Iran, ir-Russja, is-Serbja u l-Ukrajna (il-“ħames pajjiżi”) — sottomissjoni tal-Eurofer dwar it-tip adegwat ta' miżuri
(77) Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2015/1953 tad-29 ta' Ottubru 2015 li jimponi dazju definittiv tal-antidumping fuq l-importazzjonijiet ta' ċerti prodotti bi grani orjentati irrumblati ċatti ta' azzar manjetiku tas-silikon li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina, il-Ġappun, ir-Repubblika tal-Korea, il-Federazzjoni Russa u l-Istati Uniti tal-Amerka (ĠU L 284, 30.10.2015, p. 109).
(78) Mlex press report: “Price floor on hot-rolled steel seen as a middle ground for EU dumping-probe conundrum” tal-24 ta' Mejju 2017
(79) Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2015/1953 tad-29 ta' Ottubru 2015 li jimponi dazju definittiv tal-antidumping fuq l-importazzjonijiet ta' ċerti prodotti bi grani orjentati irrumblati ċatti ta' azzar manjetiku tas-silikon li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina, il-Ġappun, ir-Repubblika tal-Korea, il-Federazzjoni Russa u l-Istati Uniti tal-Amerka (ĠU L 284, 30.10.2015, p. 109).
(80) Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/1953 tad-29 ta' Ottubru 2015 li jimponi dazju definittiv tal-antidumping fuq l-importazzjonijiet ta' ċerti prodotti bi grani orjentati irrumblati ċatti ta' azzar manjetiku tas-silikon li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina, il-Ġappun, ir-Repubblika tal-Korea, il-Federazzjoni Russa u l-Istati Uniti tal-Amerka (ĠU L 284, 30.10.2015). Madankollu, għandu jiġi nnutat li f'dan il-każ partikolari tliet (3) PMI ġew ikkalkulati minflok wieħed.
(81) European Commission, Directorate-General for Trade, Directorate H, 1049 Brussels, Belgium.
(82) ĠU L 55, 28.2.2011, p. 13.
(83) Ara s-sentenza tas-7 ta' Mejju 1991 fil-Kawża C-69/89 Nakajima All Precision vs il-Kunsill, ECLI:EU:C:1991:186, fil-paragrafu 120. Ara wkoll, iktar reċentement, l-Opinjoni tal-Avukat Ġenerali Campos Sánchez-Bordona tal-20 ta' Lulju 2017 fil-Kawża C-256/16 Deichmann, ECLI:EU:C:2017:580, fil-paragrafu 49.
(84) Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/2447 tal-24 ta' Novembru 2015 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-implimenftazzjoni ta' ċerti dispożizzjonijiet tar-Regolament (UE) Nru 952/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi l-Kodiċi Doganali tal-Unjoni (ĠU L 343, 29.12.2015, p. 558)