30.6.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 171/43


DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE

Nru 42/2011

tal-1 ta’ April 2011

li temenda l-Anness XX (Ambjent) tal-Ftehim taż-ŻEE

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, kif emendat mill-Protokoll li jaġġusta l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, minn issa ‘l quddiem imsejjaħ “il-Ftehim”, u b’mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

Billi:

(1)

L-Anness XX tal-Ftehim kien emendat bid-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 126/2010 tal-10 ta’ Novembru 2010 (1).

(2)

Id-deċiżjoni tal-Kummissjoni 2010/115/UE tas-23 ta’ Frar 2010 li temenda l-Anness II tad-Direttiva 2000/53/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar vetturi li m’għadhomx jiintużaw (2) għandha tkun inkluża fil-Ftehim,

IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:

Artikolu 1

L-inċiż li ġej għandu jiżdied fil-punt 32e (id-Direttiva 2000/53/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill) tal-Anness XX għall-Ftehim:

“—

32010 D 0115: Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2010/115/UE tat-23 ta’ Frar 2010 (ĠU L 48, 25.2.2010, p. 12).”

Artikolu 2

It-testi tad-Deċiżjoni 2010/115/UE fil-lingwa Islandiża u f’dik Norveġiża, li għandhom jiġu ppubblikati fis-Suppliment taż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, għandhom ikunu awtentiċi.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fit-2 ta’ April 2011, sakemm in-notifiki kollha skont l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim ikunu saru lill-Kumitat Konġunt taż-ŻEE (*1).

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fis-Sezzjoni taż-ŻEE, u fis-Suppliment taż-ŻEE, ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, l-1 ta’ April 2011.

Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

L-Aġent President

Gianluca GRIPPA


(1)   ĠU L 58,, 3.3.2011, p. 84.

(2)   ĠU L 48, 25.2.2010, p. 12.

(*1)  L-ebda rekwiżiti kostituzzjonali ma huma indikati.