1995D0467 — MT — 10.11.2010 — 003.001


Dan id-dokument ġie magħmul bil-ħsieb li jintuża bħala għodda ta’ dokumentazzjoni u l-istituzzjonijiet ma jassumu l-ebda responsabbiltà għall-kontenut tiegħu

►B

ID-DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI

ta’ l-24 ta’Ottubru 1995

li timplementa l-Artikolu 20(2) tad-Direttiva tal-Kunsill 89/106/KEE dwar il-prodotti għall-bini

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

(95/467/KE)

(ĠU L 268, 10.11.1995, p.29)

Emendat bi:

 

 

Il-Ġurnal Uffiċjali

  No

page

date

►M1

ID-DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI tat-8 ta' Jannar 2001

  L 209

33

2.8.2001

►M2

ID-DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI tal-15 ta' Lulju 2002

  L 192

57

20.7.2002

►M3

DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI tat-8 ta’ Novembru 2010

  L 292

55

10.11.2010




▼B

ID-DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI

ta’ l-24 ta’Ottubru 1995

li timplementa l-Artikolu 20(2) tad-Direttiva tal-Kunsill 89/106/KEE dwar il-prodotti għall-bini

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

(95/467/KE)



IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidraw id-Direttiva tal-Kunsill 89/106/EEC tal-21 ta’ Diċembru 1988 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet, regolamenti u dispożizzjonijiet amministrattivi ta’ l-Istati Membri fir-rigward ta’ prodotti għall-bini ( 1 ), kif emendata bid-Direttiva 93/68/KEE ( 2 ), u b’mod partikolari l-Artikolu 13 tagħha,

Billi l-Artikolu 13 (3) tad-Direttiva 89/106/KEE jipprovdi għal żewġ proċeduri differenti għall-attestazzjoni ta’ konformità ta’ prodott; billi l-Artikolu 13 (4) jenħtieġ l-għażla tal-proċedura skond it-tifsira ta’ l-Artikolu 13 (3) għal prodott partikolari jew familja ta’ prodotti li għandhom ikunu speċifikati mill-Kummissjoni, wara li tikkonsulta mal-Kumitat Permanenti dwar il-Kostruzzjoni;

Billi din l-għażla bejn iż-żewġ proċeduri għandha tkun speċifikata skond il-kriterji stipulati fl-Artikolu 13 (4);

Billi l-Artikolu 13 (4) jistipula li, fil-każ ta’ kull proċedura, hemm il-ħtieġa għall-Kummissjoni li tagħżel il-proċedura l-anqas ta’ tbatija li tkun konsistenti mas-sigurezza; dan ifisser li huwa meħtieġ li jkun deċiż jekk, għal prodott partikolari jew familja ta’ prodotti partikolari, l-eżistenza ta’ sistema ta’ kontroll tal-produzzjoni ta’ fabbrika taħt ir-responsabbilità tal-manifattur tkunx meħtieġa u kondizzjoni suffiċjenti għall-attestazzjoni tal-konformità, jew jekk, għal raġunijiet relatati mat-tħaris tal-kriterja stipulati fl-Artikolu 13 (4), l-intervent ta’ korp approvat ta’ ċertifikazzjoni jkunx meħtieġ;

Billi l-Artikolu 13 (4) jenħtieġ li l-proċedura hekk stabbilita għandha tkun indikata fl-ordnijiet u l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi; billi, għalhekk, huwa mixtieq li jkun definit il-kunċett ta’ prodotti jew familja ta’ prodotti kif użat fl-ordnijiet u fl-ispeċifikazzjonijiet tekniċi;

Billi ż-żewġ proċeduri fl-Artikolu 13 (3) huma deskritti fid-dettal fl-Anness III li jinsab mad-Direttiva 89/106/EEC; billi huwa meħtieġ li jkunu speċifikati b’mod ċar il-metodi li bihom iż-żewġ proċeduti għandhom ikunu implimentati, b’referenza għall-Anness III, għal kull prodott jew familja ta’ prodotti, minħabba li l-Anness III jagħti preferenza għal ċerti sistemi;

Billi l-proċedura msemmija fil-punt (a) ta’ l-Artikolu 13 (3) tikkorrespondi mas-sistemi stipulati fl-ewwel possibbiltà mingħajr sorveljanza kontinwa, it-tieni u t-tielet possibbilitajiet tal-punt (ii) tat-Taqsima 2 ta’ l-Anness III, u l-proċedura msemmija fil-punt (b) ta’ l-Artikolu 13 (3) jikkorrespondu mas-sistemi stipulati fil-punt (i) tat-Taqsima 2 ta’ l-Anness III, u fl-ewwel possibbiltà b’sorveljanza kontinwa tal-punt (ii) tat-Taqsima 2 l-Anness III;

Billi l-Kumitat Permanenti għall-Bini kien ġie ikkonsultat, kif meħtieġ bl-Artikolu 13 u skond id-dispożizzjonijiet ta’ l-Artikolu 20, u ta opinjoni favorevoli fis-27 ta’ Settembru 1995,

ADOTTAT DIN ID-DEĊISJONI:



L-Artikolu 1

Il-prodotti u l-familji ta’ prodotti stipulati fl-Anness I għandu jkollhom il-konformità tagħhom attestata permezz ta’ proċedura li biha l-manifattur ikollu taħt ir-reponsabbilità unika tiegħu sistema ta’ kontroll tal-produzzjoni tal-fabbrika li tassigura li l-prodott ikun konformi ma’ l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi relevanti.

L-Artikolu 2

Il-prodotti stipulati fl-Anness 2 għandu jkollhom il-konformità tagħhom attestata minn proċedura li biha, b’żieda mas-sistema ta’ kontroll tal-produzjoni tal-fabbrika mħaddma mill-manifattur, korp approvat ta’ ċertifikazzjoni jkun involut fl-istima u s-sorveljanza tal-kontroll tal-produzzjoni jew tal-prodott innifsu.

L-Artikolu 3

Il-proċedura għall-attestazzjoni ta’ konformità skond l-Anness 3 għandha tingħata f’ordnijiet għall-istandards armonizzati.

L-Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lil-Istati Membri.




L-ANNESS 1

— trombi taċ-ċmieni u prodotti: speċifiċi trufijiet taċ-ċmieni.

— Prodotti tal-gypsum folji tal-ġibs, blokki, elementi ta’ soqfa u tikħil, inklużi l-prodotti anċillari relevanti, differenti minn dawk imsemmija fl-Anness 2.

— Pedamenti strutturali: it-tipi kollha ta’ pedamenti strutturali maħsuba biex jintużaw fil-bini u xogħolijiet ta’ l-inġinerija ċivili meta l-ħtiġiet għall-pedamenti ndividwali ma jkunux kritiċi ( 3 ).




L-ANNESS 2

— Ċmieni, trombi taċ-ċmieni u prodotti speċifiċi: ċmieni prefabbrikati (elementi f’għoli ta’ sular), kisi tat-trombi (elementi jew blokki), ċmieni b’qoxra multipla (elementi jew blokki), blokki għaċ-ċmieni b’ħajt singlu, settijiet ta’ ċmieni li jżommu waħedhom u ċmieni mwaħħla.

—  ►M1  Folji tal-ġibs u elementi tas-soqfa b'laminazzjoni rqieqa, folji bil-fibri tal-gypsum u pannelli komposti, inklużi prodotti relevanti anċillari, li jidħlu fi klassijiet A1 ( 4 ), A2 (4) , B (4) , Ċ (4)  u maħsuba biex jintużaw fil-ħitan, soqfa (jew għall-kisi tagħhom) suġġetti għar-reazzjoni tal-ħtiġijiet tan-nar. ◄

— Pedamenti strutturali: it-tipi kollha ta’ pedamenti strutturali maħsuba biex jintużaw fil-bini u xogholijiet ta’ l-inġinerija ċivili meta l-ħtiġiet dwar pedamenti ndividwali jkunu kritiċi ( 5 ).




L-ANNESS 3

FAMILJA TA’ PRODOTTI:

ĊMIENI, TROMBI U PRODOTTI SPEĊIFIĊI (1/1)

Sistemi ta’ attestazzjoni ta’ konformità

Għal prodott(i) maħsuba għall-użu/i elenkati hawn taħt, il-Kumitat Ewropew għall-Istandardation, il-Kumitat Ewropew għall-Istandardation Elettroteknika (CEN/Cenelec) huma mitluba li jispeċifikaw is-sistema(i) li ġejjin ta’ attestazzjoni ta’ konformità ma’ istandards armonizzati relevanti:



Prodott(i)

Użu maħsub

Livell(i) jew klassi(jiet)

(Reazzjoni għan-nar) (1)

Attestazzjoni tas-sistema ta’ konformità(i)

Ċmieni prefabbrikati (elementi mgħola sular), kisi tat-trombi (elementi jew blokki), ċmieni b’qoxra multipla (elementi jew blokki), blokki għaċ-ċmieni b’ħajt singlu, settijiet ta’ ċmieni li jżommu waħedhom u ċmieni mwaħħla.

Ċmieni

►M1  Kull ◄

2+ (2)

Trufijiet taċ-ċmieni.

Ċmieni

►M1  Kull ◄

4 (3)

▼M3

Ċmieni prefabbrikati (elementi f’għoli ta’ sular), kisi tat-trombi (elementi jew blokki), ċmieni b’qoxra multipla (elementi jew blokki), blokki għaċ-ċmieni b’ħajt singlu, settijiet ta’ ċmieni li ma jintrabtux u ċmieni mwaħħla, truf ta’ ċmieni

Għall-użi soġġetti għar-regolamentazzjonijiet tar-reazzjoni man-nar

(A1, A2, B, C) (4)

1

(A1, A2, B, C) (5), D, E

3

(A1 to E) (6), F

4

▼B

(1)   Għal reazzjoni ta’ użu man-nar, ara ►M1  id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2000/147/KE (ĠU L 50, tat-23.2.2000, p. 14) ◄ .

(2)   Sistema 2+: Ara d-Direttiva dwar il-prodotti għall-bini (CPD) l-Anness III.2. (ii), l-ewwel possibbilità, inkluża ċ-ċertifikazzjoni tal-kontroll tal-produzjoni tal-fabbrika minn korp approvat fuq il-bażi tas-sorveljanza kontinwa tiegħu, stima u approvazzjoni.

(3)   Sistema 4: CPD l-Anness III.2. (ii), it-tielet possibbilità.

(4)   Prodotti/materjali li għalihom stadju li huwa identifikabbli b’mod ċar fil-proċess ta’ produzzjoni jirriżulta f’titjib tal-klassifika tar-reazzjoni għan-nar (eż. addizjoni ta’ retardants tan-nar jew limitazzjoni tal-materjal organiku).

(5)   Prodotti/materjali mhux koperti bin-nota f’qiegħ il-paġna *.

(6)   Prodotti/materjali li ma jeħtiġux testjar għar-reazzjoni għan-nar (eż. Prodotti/materjali tal-Klassi A1 skont id-Deċiżjoni 96/603/KE), ĠU L 267, 19.10.1996, p. 23.

Sistema 1: Ara d-Direttiva 89/106/KEE, l-Anness III.2.(i) mingħajr l-ittestjar permezz tal-awditjar tal-kampjuni.

Sistema 3: Ara d-Direttiva 89/106/KEE, l-Anness III 2 (ii), it-tieni possibbiltà.

Sistema 4: Ara d-Direttiva 89/106/KEE, l-Anness III.(2).(ii), it-tielet possibbiltà.

L-ispeċifikazzjoni għas-sistema għandha tkun tali li tkun tista tiġi mplimentata wkoll meta t-twettieq ma jkunx jenħtieġ li jkun stabbilit għal ċerta karatteristika, minħabba li mill-anqas Stat Membru wieħed ma jkollux ħtiġiet legali għall-karatteristiċi kollha (ara l-Artikolu 2 (1) tal-CPD u, fejn applikabbli, l-klawsola 1.2.3 tad-Dokumenti ta’ interpretzzjoni). F’dawk il-każijiet, il-verifika ta’ dawk il-karatteristiċi għandha tkun imposta fuq il-manifattur jekk hu ma jkunx jixtieq li jiddikjara t-twettieq tal-prodott f’dak ir-rigward.

FAMILJA TA’ PRODOTTI:

PRODOTTI TAL-GYPSUM (1/4)

Sistemi ta’ attestazzjoni ta’ konformità

Għal prodott(i) maħsuba għal użu/i elenkati hawn taħt, is-CEN/CENELEC huma mitluba li jispeċifikaw is-sistema(i) li ġejjin ta’ attestazzjoni ta’ konformità fl-istandards armonizzati relevanti:



Prodott(i)

Użu maħsub

Livell(i) jew klassi(jiet)

(Reazzjoni għan-nar tal-meterjali nkorporati) (1)

Attestazzjoni tas-sistema ta’ konformità(i)

Folji tal-ġibs u elementi tas-saqaf b’laminazzjoni rqieqa, ►M2  injam tal-ġipsum bil-fibri ◄ , pannelli komposti (laminati) li fihom il-materjal inkorporar ikun imqiegħed fuq il-wiċċ suxxettibli li jkun espost għan-nar, inklużi prodotti anċillari relevanti.

F’ħitan, diviżorji jew soqfa (jew bħala kisi tagħhom) suġġetti għal ħtiġijiet ta’ reazzjoni għan-nar

►M1  A1 (2), A2 (2), B (2), Ċ (2)  ◄

►M1  A1 (3), A2 (3), B (3), Ċ (3), D, E ◄

►M1  (A1 sa E) (7), F ◄

1 (4)

3 (5)

4 (6)

(1)   Għar-reazzjoni għan-nar, ara ►M1  id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2000/147/KE (ĠU L 50, tat-23.2.2000, p. 14) ◄ .

(2)    ►M1  Prodotti/materjali fejn stadju identifikkabbli b'mod ċar fil-proċess tal-produzzjoni jirriżulta f'titjib dwar il-klassifika tar-reazzjoni għan-nar (p.e. żieda ta' fire retardants jew limitu fuq il-materjali organiċi). ◄

(3)    ►M1  Prodotti/materjali mhux koperti bin-nota ta' l-aħħar (2). ◄

(4)   Sistema 1: Ara CPD l-Anness III.2. (i), mingħajr prova ta’ vverfikar tal-kampjuni.

(5)   Sistema 3: Ara CPD l-Anness III.2. (ii), It-tieni possibbilità.

(6)   Sistema 4: Ara CPD l-Anness III.2. (ii), it-tielet possibilita.

(7)   Prodotti/materjali li ma jeħtieġux li jkunu ttestjati għal reazzjoni għan-nar (.p.e Prodotti/metarjali ta' Klassijiet A1 skond id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 96/603/KE).

L-ispeċifikazzjoni għas-sistema għandha tkun tali li tkun tista’ tiġi mplimentata wkoll meta t-twettieq ma jkunx jenħtieġ li jkun stabbilit għal ċerta karatteristika, minħabba li mill-anqas Stat Membru wieħed ma jkollux il-ħtiġiet legali għall-karatteristiċi kollha (ara l-Artikolu 2 (1) tal-CPD u, fejn applikabbli, l-klawsola 1.2.3 tad-Dokumenti ta’ interpretazzjoni). F’dawk il-każijiet, il-verifika ta’ dawk il-karatteristiċi għandha tkun imposta fuq il-manifattur jekk hu ma jkunx jixtieq li jiddikjara t-twettieq tal-prodott f’dak ir-rigward.

FAMILJA TA’ PRODOTTI:

PRODOTTI TAL-GYPSUM (2/4)

Sistemi ta’ attestazzjoni ta’ konformità

Għal prodott(i) maħsuba għal użu/i elenkati hawn taħt, is-CEN/CENELEC huma mitluba li jispeċifikaw is-sistema(i) li ġejjin ta’ attestazzjoni ta’ konformità fl-istandards armonizzati relevanti:



Prodott(i)

Użu maħsub

Livell(i) jew klassi(jiet)

(Reżistenti għan-nar)

Attestazzjoni tas-sistema ta’ konformità(i)

Folji tal-ġibs, blokki, ►M2  tikħil tal-ġipsum ◄ , inklużi prodotti anċillari relevanti

F’ħitan, diviżorji jew soqfa, kif relevanti, maħsuba għall-protezjoni kontra n-nar ta’ elementi strutturali u/jew kompartimentazzjoni tan-nar fil-bini

Kull ħaġa

3 (1)

(1)   Sistema 3: Ara CPD l-Anness III.2. (ii), it-tieni possibbilità.

L-ispeċifikazzjoni għas-sistema għandha tkun tali li tkun tista’ tiġi mplimentata wkoll meta t-twettieq ma jkunx jenħtieġ li jkun stabbilit għal ċerta karatteristika, minħabba li mill-anqas Stat Membru wieħed ma jkollux il-ħtiġiet legali għall-karatteristiċi kollha (ara l-Artikolu 2 (1) tal-CPD u, fejn applikabbli, l-klawsola 1.2.3 tad-Dokumenti ta’ interpretazzjoni). F’dawk il-każijiet, il-verifika ta’ dawk il-karatteristiċi għandha tkun imposta fuq il-manifattur jekk hu ma jkunx jixtieq li jiddikjara t-twettieq tal-prodott f’dak ir-rigward.

FAMILJA TA’ PRODOTTI:

PRODOTTI TAL-GYPSUM (3/4)

Sistemi ta’ attestazzjoni ta’ konformità

Għal prodott(i) maħsuba għal użu/i elenkati hawn taħt, ic-CEN/Cenelec huma mitluba li jispeċifikaw is-sistema(i) li ġejjin ta’ attestazzjoni ta’ konformità ma’ l-istandards armonizzati relevanti:



Prodott(i)

Użu maħsub

Livell(i) jew klassi(jiet)

Attestazzjoni tas-sistema ta’ konformità(i)

Folji tal-ġibs, inklużi prodotti anċillari relevanti

Għat-tisħieħ ta’ ħitan li jkunu bi gwarniċi u windloadbearing jew strutturi tas-soqfa bi travi ta’ l-injam

—

3 (1)

(1)   Sistema 3: Ara CPD l-Anness III.2. (ii), it-tieni possibilita.

L-ispeċifikazzjoni għas-sistema għandha tkun tali li tkun tista’ tiġi mplimentata wkoll meta t-twettieq ma jkunx jenħtieġ li jkun stabbilit għal ċerta karatteristika, minħabba li mill-anqas Stat Membru wieħed ma jkollux il-ħtiġiet legali għall-karatteristiċi kollha (ara l-Artikolu 2 (1) tal-CPD u, fejn applikabbli, l-klawsola 1.2.3 tad-Dokumenti ta’ interpretazzjoni). F’dawk il-każijiet, il-verifika ta’ dawk il-karatteristiċi għandha tkun imposta fuq il-manifattur jekk hu ma jkunx jixtieq li jiddikjara t-twettieq tal-prodott f’dak ir-rigward.

FAMILJA TA’ PRODOTTI:

PRODOTTI TAL-GYPSUM (4/4)

Sistemi ta’ attestazzjoni ta’ konformità

Għal prodott(i) maħsuba għal użu/i elenkati hawn taħt, ic-CEN/Cenelec huma mitluba li jispeċifikaw is-sistema(i) li ġejjin ta’ attestazzjoni ta’ konformità ma’ l-istandards armonizzati relevanti:



Prodott(i)

Użu maħsub

Livell(i) jew klassi(jiet)

Attestazzjoni tas-sistema ta’ konformità(i)

Pjanċi tal-ġibs, blokki, ►M2  elementi tas-soqfa u tikħil, ◄ inklużi prodotti anċillari relevanti

F’ħitan, diviżorji jew soqfa, kif relevanti, għal sitwazzjonijiet, u użu, mhux imsemmi fi (1/4), (2/4) jew (3/4)

—

4 (1)

(1)   Sistema 4: Ara CPD l-Anness III.2. (ii), it-tielet possibilita.

L-ispeċifikazzjoni għas-sistema għandha tkun tali li tkun tista’ tiġi mplimentata wkoll meta t-twettieq ma jkunx jenħtieġ li jkun stabbilit għal ċerta karatteristika, minħabba li mill-anqas Stat Membru wieħed ma jkollux il-ħtiġiet legali għall-karatteristiċi kollha (ara l-Artikolu 2.1 tal-CPD u, fejn applikabbli, l-klawsola 1.2.3 tad-Dokumenti ta’ interpretazzjoni). F’dawk il-każijiet, il-verifika ta’ dawk il-karatteristiċi għandha tkun imposta fuq il-manifattur jekk hu ma jkunx jixtieq li jiddikjara t-twettieq tal-prodott f’dak ir-rigward.

FAMILJA TA’ PRODOTTI:

PEDAMENTI STRUTTURALI (1/1)

Sistemi ta’ attestazzjoni ta’ konformità

Għal prodott(i) maħsuba għal użu/i elenkati hawn taħt, is-CEN/CENELEC huma mitluba li jispeċifikaw is-sistema(i) li ġejjin ta’ attestazzjoni ta’ konformità fl-istandards armonizzati relevanti:



Prodott(i)

Użu maħsub

Livell(i) jew klassi(jiet)

Attestazzjoni tas-sistema ta’ konformità(i)

Pedamenti strutturali

Fil-bini u xogħolijiet ta’ l-inġinerija ċivili meta l-ħtiġiet dwar pedamenti ndividwali jkunu kritiċi (1)

 

1 (3)

Fil-bini u xogħolijiet ta’ l-inġinerija ċivili meta l-ħtiġijiet dwar pedamenti ndividwali ma jkunux kritiċi (2)

 

3 (4)

(1)   “Kritiċi” fis-sens li dawk il-ħtiġiet jistgħu, fil-każ ta’ ħsara fil-pedamenti, jwasslu biex ix-xogħolijiet jew partijiet minnhom ikunu fi stat ‘l hinn minn dak meqjus bħala li huwa ta’ servizz tajjeb u fl-aħħar limitu ta’ dak l-istat.

(2)   “Mhux kritiċi” fis-sens li dawk il-ħtiġiet ma jkunux jistgħu, fil-każ ta’ ħsara fil-pedamenti u f’ċirkostanzi normali, jwasslu biex ix-xogħolijiet jew partijiet minnhom ikunu fi stat ‘l hinn minn dak meqjus bħala li huma ta’ servizz tajjeb u fl-aħħar limitu ta’ dak l-istat.

(3)   Sistema 1: Ara CPD l-Anness III.2. (i), mingħajr prova ta’ vverfikar tal-kampjuni.

(4)   Sistema 3: Ara CPD l-Anness III.2. (ii), it-tieni possibbilità.

L-ispeċifikazzjoni għas-sistema għandha tkun tali li tkun tista’ tiġi mplimentata wkoll meta t-twettieq ma jkunx jenħtieġ li jkun stabbilit għal ċerta karatteristika, minħabba li mill-anqas Stat Membru wieħed ma jkollux il-ħtiġiet legali għall-karatteristiċi kollha (ara l-Artikolu 2(1) tal-CPD u, fejn applikabbli, l-klawsola 1.2.3 tad-Dokumenti ta’ interpretazzjoni). F’dawk il-każijiet, il-verifika ta’ dawk il-karatteristiċi m’għandiex tkun imposta fuq il-manifattur jekk hu ma jkunx jixtieq li jiddikjara t-twettieq tal-prodott f’dak ir-rigward.



( 1 ) ĠR Nru L 40, tal-11.2.1989, p. 12.

( 2 ) ĠR Nru L 220, tal-31.8.1993, p. 1.

( 3 ) Mhux kritiċi fis-sens li dawk il-ħtiġiet m’għandhomx, fil-każ ta’ ħsara fil-pedamenti u f’ċirkostanzi normali, iwasslu biex ix-xogħolijiet jew partijiet minnhom ikunu fi stat ‘l hinn minn dawk meqjusa bħala li huma ta’ servizz tajjeb u fi stat li ma jifilħux aktar.

( 4 ) Prodotti/materjali fejn stadju identifikabbli b'mod ċar fir-riżultati tal-proċess tal-produzzjoni fit-titjib ta' reazzjoni ta' klassifika kontra n-nar (p.e. fire retardants jew limitu fuq il-materjali organiċi).

( 5 ) Kritiċi fis-sens li dawk il-ħtiġiet jistgħu, fil-każ ta’ ħsara tal-pedamenti, iwasslu biex ix-xogħolijiet jew partijiet minnhom ikunu fi stat ‘l hinn minn dawk meqjusa bħala li huma ta’ servizz tajjeb u fi stat li ma jifilħux aktar.