IL-KUMMISSJONI EWROPEA
Brussell, 27.3.2020
COM(2020) 140 final
2020/0050(BUD)
Proposta għal
DEĊIŻJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL
li temenda d-Deċiżjoni (UE) 2020/265 fir-rigward tal-aġġustamenti għall-ammonti mobilizzati mill-Istrument ta’ Flessibbiltà għall-2020 biex jintużaw għall-migrazzjoni, għad-dħul tar-refuġjati u għat-theddid għas-sigurtà, għal miżuri immedjati b’rabta mat-tifqigħa tal-COVID-19 u għat-tisħiħ tal-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew
MEMORANDUM TA’ SPJEGAZZJONI
Fis-27 ta’ Novembru 2019, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill iddeċidew li jimmobilizzaw l-Istrument ta’ Flessibilità għal ammont ta’ EUR 778,1 miljun għall-intestatura 3 Sigurtà u Ċittadinanza kif propost mill-Kummissjoni.
Illum il-Kummissjoni qed tippreżenta l-Abbozz ta’ Baġit Emendatorju (ABE) Nru 1/2020 li jinkludi, fost l-oħrajn, żieda globali fl-approprjazzjonijiet ta’ impenn għall-intestatura 3 ta’ EUR 423,3 miljun, biex tiffinanzja l-ħtiġijiet li jirriżultaw miż-żieda fil-pressjoni migratorja fil-Greċja, il-miżuri immedjati meħtieġa fil-kuntest tat-tifqigħa tal-COVID-19 u baġit ikbar għall-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew (UPPE).
Kif permess bl-Artikolu 14 tar-Regolament tal-Kunsill (UE, Euratom) Nru 1311/2013 tat-2 ta’ Diċembru 2013 li jistabbilixxi l-qafas finanzjarju pluriennali għas-snin 2014-2020, dan l-ABE jipproponi li jintuża l-Marġini Globali għal Impenji (MGI) li għadu disponibbli mill-2018 għaż-żieda marbuta mal-migrazzjoni (EUR 350 miljun). Il-parti li jifdal taż-żieda, li ma taqax fl-ambitu tal-MGI (EUR 73,3 miljun), tirrikjedi mobilizzazzjoni addizzjonali tal-Istrument ta’ Flessibbiltà.
Għaldaqstant, din il-proposta takkumpanja l-ABE Nru 1/2020 u għandha l-għan li żżid l-ammonti mmobilizzati mill-Istrument ta’ Flessibbiltà u li testendi l-iskop tal-mobilizzazzjoni.
Il-mobilizzazzjoni aġġustata tal-Istrument ta’ Flessibbiltà se tammonta għal EUR 851,4 miljun (minn EUR 778,1 miljun) għall-intestatura 3.
Din id-deċiżjoni ta’ mobilizzazzjoni proposta se temenda d-Deċiżjoni (UE) 2020/265 tas-27 ta’ Novembru 2019.
L-approprjazzjonijiet ta’ pagament indikattivi li jikkorrispondu mal-mobilizzazzjoni aġġornata tal-Istrument ta’ Flessibbiltà huma ppreżentati fit-tabella ta’ hawn taħt:
(f’miljuni ta’ EUR, bil-prezzijiet kurrenti)
|
Sena
|
Approprjazzjonijiet ta’ pagament relatati mal-mobilizzazzjoni tal-istrument ta’ flessibbiltà fl-2020
|
|
2020
|
450,7
|
|
2021
|
342,2
|
|
2022
|
42,4
|
|
2023
|
16,1
|
|
Total
|
851,4
|
2020/0050 (BUD)
Proposta għal
DEĊIŻJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL
li temenda d-Deċiżjoni (UE) 2020/265 fir-rigward tal-aġġustamenti għall-ammonti mobilizzati mill-Istrument ta’ Flessibbiltà għall-2020 biex jintużaw għall-migrazzjoni, għad-dħul tar-refuġjati u għat-theddid għas-sigurtà, għal miżuri immedjati b’rabta mat-tifqigħa tal-COVID-19 u għat-tisħiħ tal-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew
IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidraw il-Ftehim Interistituzzjonali tat-2 ta’ Diċembru 2013 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar dixxiplina baġitarja, dwar kooperazzjoni f’materji ta’ baġit u dwar ġestjoni finanzjarja tajba, u b’mod partikolari l-punt 12 tiegħu,
Wara li kkunsidraw il-proposta tal-Kummissjoni Ewropea,
Billi:
(1)L-Istrument ta’ Flessibbiltà huwa maħsub biex jippermetti l-finanzjament ta’ nefqa identifikata b’mod ċar li ma setgħetx tiġi ffinanzjata fi ħdan il-limiti massimi disponibbli ta’ intestatura waħda jew aktar tal-baġit ġenerali tal-Unjoni.
(2)Il-limitu massimu tal-ammont annwali disponibbli għall-Istrument ta’ Flessibbiltà jlaħħaq is-EUR 600 000 000 (prezzijiet tal-2011), kif stipulat fl-Artikolu 11 tar-Regolament tal-Kunsill (UE, Euratom) Nru 1311/2013, żdied, fejn applikabbli bl-ammonti skaduti li saru disponibbli skont it-tieni subparagrafu tal-paragrafu 1 ta’ dak l-Artikolu.
(3)Fis-27 ta’ Novembru 2019 il-Parlament Ewropew u l-Kunsill adottaw id-Deċiżjoni (UE) 2020/265 li timmobilizza l-Istrument ta’ Flessibbiltà, biex għas-sena finanzjarja 2020 jiġu pprovduti fondi għal approprjazzjonijiet ta’ impenn bl-ammont ta’ EUR 778 074 489 għall-finanzjament ta’ miżuri fil-qasam tal-migrazzjoni, tar-refuġjati u tas-sigurtà fl-intestatura 3 (Sigurtà u Ċittadinanza).
(4)L-Abbozz ta’ Baġit Emendatorju Nru 1/2020 jinkludi żieda tal-approprjazzjonijiet ta’ impenn għall-intestatura 3 b’EUR 423,3 miljun. Minn dawn, EUR 350,0 miljun għan-nefqa addizzjonali biex tingħeleb il-pressjoni migratorja fil-Greċja huma koperti bl-użu tal-Marġini Globali għal Impenji stipulat fl-Artikolu 14 tar-Regolament tal-Kunsill (UE, Euratom) Nru 1311/2013. L-ammont li jifdal ta’ EUR 73,3 miljun mhuwiex kopert mill-ambitu tal-Marġini Globali għal Impenji u b’hekk jeħtieġ mobilizzazzjoni addizzjonali tal-Istrument ta’ Flessibbiltà għall-2020. Huwa neċessarju wkoll li jiġi aġġustat il-profil indikattiv tal-pagament.
(5)Id-Deċiżjoni (UE) 2020/265 jenħtieġ għalhekk li tiġi emendata skont dan.
(6)Din il-mobilizzazzjoni tal-Istrument ta’ Flessibbiltà jenħtieġ li tiġi adottata simultanjament mal-emenda tal-baġit tal-2020 billi l-mobilizzazzjoni tal-Istrument ta’ Flessibbiltà tippermetti l-finanzjament ta’ xi azzjonijiet lil hinn mil-limitu massimu tal-Qafas Finanzjarju Pluriennali. Sabiex tiġi żgurata l-koerenza ma’ dik l-emenda tal-baġit tal-2020, jenħtieġ li din id-Deċiżjoni tidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tagħha.
ADOTTAW DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
L-Artikolu 1 tad-Deċiżjoni (UE) 2020/265 huwa emendat kif ġej:
Fil-paragrafu 1, fl-ewwel subparagrafu “EUR 778 074 489” hija mibdula għal “EUR 851 374 489” u t-tieni subparagrafu huwa sostitwit b’dan li ġej: “L-ammonti msemmija fl-ewwel subparagrafu għandhom jintużaw biex jiffinanzjaw miżuri li jindirizzaw l-isfidi kontinwi tal-migrazzjoni, id-dħul ta’ rifuġjati u t-theddid għas-sigurtà kif ukoll il-kriżi sanitarja attwali fl-Unjoni Ewropea li tirriżulta mit-tifqigħa tal-COVID-19 kif ukoll għall-kopertura tal-bżonnijiet li żdiedu tal-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew.”
Fil-paragrafu 2, il-punti (a) u (b) tal-ewwel subparagrafu huma sostitwiti b’dan li ġej:
“(a)
EUR 450 702 108 fl-2020;
(b)
EUR 342 205 134 fl-2021;”
Artikolu 2
Din id-deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Magħmul fi Brussell,
Għall-Parlament Ewropew
Għall-Kunsill
Il-President
Il-President