26.11.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 476/8


Avviż minn qabel ta’ konċentrazzjoni

(Il-Każ M.10290 — Microsoft/Nuance)

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

(2021/C 476/07)

1.   

Fis-16 ta’ Novembru 2021, il-Kummissjoni rċeviet avviż ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 u wara referenza skont l-Artikolu 4(5) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).

Dan l-avviż jikkonċerna l-impriżi li ġejjin:

—

Microsoft Corporation (“Microsoft”, l-Istati Uniti tal-Amerka),

—

Nuance Communications, Inc. (“Nuance”, l-Istati Uniti tal-Amerka).

Microsoft takkwista, fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament tal-Għaqdiet, il-kontroll ta’ Nuamnce kollha kemm hi. Il-konċentrazzjoni titwettaq permezz ta’ Ftehim u Pjan ta’ Għaqda.

2.   

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

—

Microsoft: kumpanija tat-teknoloġija globali. Microsoft toffri firxa wiesgħa ta’ prodotti u servizzi lill-klijenti permezz tas-segmenti tal-operat li ġejjin: (i) il-proċessi tal-produttività u tan-negozju (pereż. Microsoft 365, LinkedIn); (ii) cloud intelliġenti (pereż. Microsoft Azure, Windows Server); u (iii) aktar informatika personali (pereż., Windows, reklamar MSN, Microsoft Xbox);

—

Nuance: kumpanija tas-software. Nuance toffri firxa wiesgħa ta’ prodotti tas-software li prinċipalment jintegraw it-teknoloġija tat-traskrizzjoni. Għandha żewġ unitajiet kummerċjali ewlenin: (i) il-kura tas-saħħa (diskors relatat mas-saħħa u soluzzjonijiet tal-Intelliġenza Artifiċjali li jgħinu lit-tobba jwettqu kompiti amministrattivi b’mod aktar effiċjenti, pereż., Dragon Professional and Consumer ta’ Nuance) u (ii) intrapriża (involviment bil-vuċi, involviment diġitali u bijometrika bil-vuċi għas-servizz tal-klijenti u l-involviment tal-bejgħ).

3.   

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.

4.   

Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Jinħtieġ li r-referenza li ġejja dejjem tiġi speċifikata:

M.10290 — Microsoft/Nuance

Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-email, permezz tal-faks jew permezz tal-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:

Email: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu

Faks +32 22964301

Indirizz tal-posta:

European Commission

Directorate-General for Competition

Merger Registry

1049 Bruxelles / Brussel

BELGIQUE / BELGIË


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).