|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Is-serje L |
|
2025/181 |
3.2.2025 |
REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2025/181
tal-31 ta’ Jannar 2025
li jikkoreġi r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2024/2393 fir-rigward tat-tħassir tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2015/1416
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1831/2003 tal-Parlament Ewropew u l-Kunsill tat-22 ta’ Settembru 2003 fuq l-addittivi għall-użu fl-għalf tal-annimali (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 9(2) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2024/2393 (2) iġedded l-awtorizzazzjoni tal-bisulfat tas-sodju għal perjodu ta’ 10 snin bħala addittiv fl-għalf għall-użu għall-ispeċijiet kollha tal-annimali għajr l-annimali akkwatiċi fil-kategorija “addittivi teknoloġiċi”, il-grupp funzjonali “preservattivi” u għall-ispeċijiet kollha tal-annimali terrestri għajr il-qtates, il-mink, l-annimali domestiċi u annimali oħra li ma jipproduċux l-ikel fil-kategorija tal-addittivi “addittivi teknoloġiċi”, il-grupp funzjonali “regolaturi tal-aċidità”. Ħassar ukoll ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/1416 (3). |
|
(2) |
Madankollu, ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2015/1416 tħassar bi żball peress li l-użu tal-bisulfat tas-sodju kien awtorizzat sal-10 ta’ Settembru 2025 b’dak ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni għall-annimali akkwatiċi bħala addittiv fl-għalf li jappartjeni għall-kategorija “addittivi teknoloġiċi” u l-grupp funzjonali “preservattivi”, u għall-annimali akkwatiċi li jipproduċu l-ikel bħala addittiv fl-għalf li jappartjeni għall-kategorija “addittivi teknoloġiċi” u l-grupp funzjonali “regolaturi tal-aċidità”. |
|
(3) |
Għalhekk, jenħtieġ li r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2024/2393 jiġi kkoreġut billi titħassar id-dispożizzjoni li tħassar ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2015/1416 u billi jiġi emendat ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2015/1416 biex jiġu speċifikati l-kategoriji tal-annimali li għalihom l-użu tal-bisulfat tas-sodju jibqa’ awtorizzat sal-10 ta’ Settembru 2025. |
|
(4) |
Sabiex jiġu evitati t-tfixkil fis-suq u l-konsegwenti detrimentali għall-operaturi kkonċernati minħabba t-tħassir żbaljat tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2015/1416, dan ir-Regolament jenħtieġ li jidħol fis-seħħ b’urġenza u japplika b’mod retroattiv mid-data tad-dħul fis-seħħ tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2024/2393. |
|
(5) |
Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma f’konformità mal-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Korrezzjoni tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2024/2393
Fir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2024/2393, l-Artikolu 3 huwa sostitwit b’dan li ġej:
“Artikolu 3
Emenda tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2015/1416
Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2015/1416 huwa emendat kif ġej:
|
(1) |
L-Anness I huwa emendat kif ġej:
|
|
(2) |
Fl-Anness II, fil-ħames kolonna intitolata ‘Speċi jew kategorija tal-annimal’, il-kategorija ‘L-ispeċi tal-annimali kollha għajr il-qtates, il-mink, annimali domestiċi u annimali oħra li ma jipproduċux ikel’ hija sostitwita bil-kategorija ‘Annimali akkwatiċi li jipproduċu l-ikel’.” |
Artikolu 2
Dħul fis-seħħ
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ l-għada tal-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Għandu japplika mit-30 ta’ Settembru 2024.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, il-31 ta’ Jannar 2025.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Ursula VON DER LEYEN
(1) ĠU L 268, 18.10.2003, p. 29, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2003/1831/oj.
(2) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2024/2393 tad-9 ta’ Settembru 2024 dwar it-tiġdid tal-awtorizzazzjoni tal-bisulfat tas-sodju u l-awtorizzazzjoni ta’ użi ġodda ta’ dik is-sustanza bħala addittiv fl-għalf għal ċerti speċijiet tal-annimali (ĠU L, 2024/2393, 10.9.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2024/2393/oj).
(3) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/1416 tal-20 ta’ Awwissu 2015 dwar l-awtorizzazzjoni tal-bisulfat tas-sodju bħala addittiv fl-għalf għall-ispeċi kollha tal-annimali (ĠU L 220, 21.8.2015, p. 11, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2015/1416/oj).
ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2025/181/oj
ISSN 1977-074X (electronic edition)