Proposta għal regolament tal-Kunsill rigward l-implimentazzjoni tal-Ftehim konkluż mill-KE wara negozjati fil-qafas ta' l-Artiklu XXIV.6 tal-GATT 1994, li jemenda u jissupplimenta l-Anness I tar-Regolament (KEE) Nru 2658/87 dwar in-nomenklatura tat-tariffi u l-istatistika u dwar it-Tarriffa Komuni tad-Dwana /* KUMM/2006/0041 finali - ACC 2006/0013 */
[pic] | KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ | Brussel 6.2.2006 KUMM(2006) 41 finali 2006/0012 (ACC) 2006/0013 (ACC) Proposta għal DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL dwar il-konklużjoni ta’ Ftehim fil-forma ta’ Bdil ta’ Ittri bejn il-Komunità Ewropea u r-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina u bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Uniti ta' l-Amerika Proposta għal REGOLAMENT TAL-KUNSILL rigward l-implimentazzjoni tal-Ftehim konkluż mill-KE wara negozjati fil-qafas ta' l-Artiklu XXIV.6 tal-GATT 1994, li jemenda u jissupplimenta l-Anness I tar-Regolament (KEE) Nru 2658/87 dwar in-nomenklatura tat-tariffi u l-istatistika u dwar it-Tarriffa Komuni tad-Dwana (preżentati mill-Kummissjoni) MEMORANDUM TA’ SPJEGAZZJONI 1. Fil-kuntest tat-tkabbir ta’ l-Unjoni Doganali, id-dispożizzjonijiet ta’ l-Artikolu XXIV.6 tal-GATT iġiegħlu lill-KE tidħol f’negozjati ma’ pajjiżi terzi li għandhom drittijiet ta’ negozjar fi kwalunkwe mill-Membri li ssieħbu sabiex jaqblu dwar l-aġġustamenti kompensatorji jekk l-adozzjoni ta’ l-iskema esterna ta’ tariffa tal-KE tirriżulta f’ żieda fit-tariffi lil hinn mil-livell li l-pajjiż ta’ adeżjoni intrabat bihom fid-WTO, filwaqt li “tqis kif xieraq it-tnaqqis tad-dazji fuq l-istess linja tariffarja magħmula minn kostitwenti oħra ta’ l-Unjoni Doganali mal-ħolqien ta’ din l-Unjoni”. 2. Fit-22 ta’ Marzu 2004, il-Kunsill awtorizza lill-Kummissjoni biex tiftaħ negozjati taħt l-Artikolu XXIV.6 tal-GATT 1994 (COM proposta 6792/04 WTO 34). 3. In-negozjati tmexxew mill-Kummissjoni b’konsultazzjoni mal-Kumitat stabbilit mill-Artikolu 133 tat-Trattat u fi ħdan il-qafas tad-direttivi tan-negozjati maħruġa mill-Kunsill. 4. Il-Kummissjoni nnegozjat mal-Membri tad-WTO li għandhom drittijiet ta’ negozju b’rispett lejn it-tneħħija ta’ konċessjonijiet speċifiċi li għandhom x’jaqsmu mat-tneħħija tal-kalendarji tar-Repubblika Ċeka, ir-Repubblika ta' l-Estonja, ir-Repubblika ta’ Ċipru, ir-Repubblika tal-Latvja, ir-Repubblika tal-Litwanja, ir-Repubblika ta' l-Ungerija, ir-Repubblika ta’ Malta, ir-Repubblika tal-Polonja, ir-Repubblika tas-Slovenja u r-Repubblika tas-Slovakkja tul l-adeżjoni mal-Komunità Ewropea. 5. In-negozjati rriżultaw fi Ftehimiet fil-forma ta' bdil ta' ittri mar-Repubblika tal-Poplu tac-Ċina u ma l-Istati Uniti ta' l-Amerika. 6. Din il-proposta titlob lill-Kunsill biex japprova dawn il-Ftehimiet. 2006/0012 (ACC) Proposta għal DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL dwar il-konklużjoni ta’ Ftehim fil-forma ta’ Bdil ta’ Ittri bejn il-Komunità Ewropea u r-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina u bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Uniti ta' l-Amerika IL-KUNSILL TA’ L-UNJONI EWROPEA, Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 133 flimkien ma’ l-ewwel sentenza ta’ l-ewwel subparagrafu ta’ l-Artikolu 300(2) tiegħu, Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni, Billi: 1. Fit-22 ta’ Marzu 2004, il-Kunsill awtorizza lill-Kummissjoni tiftaħ in-negozjati ma’ ċerti Membri oħra tad-WTO taħt l-Artikolu XXIV.6 tal-GATT ta’ l-1994, tul l-adeżjonijiet mal-Komunità Ewropea tar-Repubblika Ċeka, ir-Repubblika ta’ l-Estonja, ir-Repubblika ta’ Ċipru, ir-Repubblika tal-Latvja, ir-Repubblika tal-Litwanja, ir-Repubblika ta’ l-Ungerija, ir-Repubblika ta’ Malta, ir-Repubblika tal-Polonja, ir-Repubblika tas-Slovenja u r-Repubblika tas-Slovakkja. 2. In-negozjati tmexxew mill-Kummissjoni b’konsultazzjoni mal-Kumitat stabbilit mill-Artikolu 133 tat-Trattat u fi ħdan il-qafas tad-direttivi tan-negozjati maħruġa mill-Kunsill. 3. Il-Kummissjoni ffinalizzat in-negozjati għal Ftehimiet fil-forma ta’ Bdil ta’ Ittri bejn il-Komunità Ewropea u r-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina u bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Uniti ta' l-Amerika. Dawn il-Ftehimiet għandhom jiġu approvati, IDDEĊIEDA KIF ĠEJ: Artikolu 1 Il-Ftehimiet fil-forma ta’ Bdil ta’ Ittri bejn il-Komunità Ewropea u r-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina u bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Uniti ta’ l-Amerika fir-rispett tat-tneħħija ta’ konċessjonijiet speċifiċi li għandhom x’jaqsmu mat-tneħħija ta’ l-iskedi tar-Repubblika Ċeka, ir-Repubblika ta’ l-Estonja, ir-Repubblika ta’ Ċipru, ir-Repubblika tal-Latvja, ir-Repubblika tal-Litwanja, ir-Repubblika ta' l-Ungerija, ir-Repubblika ta’ Malta, ir-Repubblika tal-Polonja, ir-Repubblika tas-Slovenja u r-Repubblika tas-Slovakkja tul l-adeżjoni mal-Komunità Ewropea; huma hawnhekk approvati f’isem il-Komunità. It-testi tal-Ftehimiet huma annessi ma’ din id-Deċiżjoni. Artikolu 2 Il-Kummissjoni se tadotta r-regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tal-Ftehimiet skond il-proċedura stipulata fl-Artikolu 3 ta’ din id-Deċiżjoni. Artikolu 3 1. Il-Kummissjoni se tiġi megħjuna mill-Kumitat ta’ Tmexxija għaċ-Ċereali mwaqqaf mill-Artikolu 25 tar-Regolament (KE) Nru 1784/2003 jew mill-Kumitat relevanti mwaqqaf mill-Artikolu korrispondenti tar-Regolament għall-organizzazzjoni tas-suq komuni għall-prodott ikkonċernat. 2. L-Artikoli 4 u 7 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE għandhom japplikaw fejn issir referenza għal dan il-paragrafu. 3. Il-perjodu previst mill-Artikolu 4(3) tad-Deċiżjoni 1999/468/KE għandu jkun ta’ xahar. Magħmula fi Brussell, Għall-Kunsill Il-President FTEHIM Fil-forma ta’ bdil ta’ ittri bejn il-Komunità Ewropea u r-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina. rigward l-emenda tal-konċessjonijiet fl-iskedi tar-Repubblika Ċeka, ir-Repubblika ta’ l-Estonja, ir-Repubblika ta’ Ċipru, ir-Repubblika tal-Latvja, ir-Repubblika tal-Litwanja, ir-Repubblika ta’ l-Ungerija, ir-Repubblika ta’ Malta, ir-Repubblika tal-Polonja, ir-Repubblika tas-Slovenja u ir-Repubblika tas-Slovakkja tul l-adeżjoni mal-Komunità Ewropea. Ittra mill-Komunitajiet Ewropej Brussell, Sinjur, Wara l-bidu tan-negozjati bejn il-Komunitajiet Ewropej (KE) u r-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina taħt l-Artikolu XXIV:6 u l-Artikolu XXVIII tal-GATT 1994 għall-emenda ta’ konċessjonijiet fil-kalendarji tar-Repubblika Ċeka, ir-Repubblika ta’ l-Estonja, ir-Repubblika ta’ Ċipru, ir-Repubblika tal-Latvja, ir-Repubblika tal-Litwanja, ir-Repubblika ta’ l-Ungerija, ir-Repubblika ta’ Malta, ir-Repubblika tal-Polonja, ir-Repubblika tas-Slovenja u r-Repubblika tas-Slovakkja tul l-adeżjoni tagħhom mal-KE, dan li ġej hu miftiehem bejn il-KE u r-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina sabiex jikkonkludu n-negozjati mibdija wara n-notifika tal-KE tad-19 ta’ Jannar 2004 lid-WTO skond l-Artikolu XXIV.6. tal-GATT 1994. Il-KE taqbel li tinkorpora fl-iskeda tagħha għat-territorju doganali tal-KE 25 il-konċessjonijiet li kienu inklużi fl-iskeda preċedenti tagħha. Il-KE taqbel li hi għandha tinkorpora fl-iskeda tagħha għall-KE 25 il-konċessjonijiet li jinstabu fl-anness għal dan il-Ftehim. Dan il-Ftehim se jidħol fis-seħħ fid-data li fiha l-KE tirċievi mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina ittra ta’ approvazzjoni ċċertifikata, wara konsiderazzjoni mill-partijiet skond il-proċeduri tagħhom stess. Il-KE ser tagħmel dak kollu li hu possibbli biex tiżgura li l-miżuri ta’ implimentazzjoni xierqa jidħlu fis-seħħ mhux aktar tard mill-1 ta’ Jannar 2006 u taħt ebda ċirkostanza ma jidħlu aktar tard mill-1 ta' Lulju 2006. F’isem il-Komunitajiet Ewropej. FTEHIM F’forma ta’ bdil ta’ ittri bejn il-Komunità Ewropea u r-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina relatati mal-modifika tal-konċessjonijiet fl-iskedi tar-Repubblika Ċeka, ir-Repubblika ta’ l-Estonja, ir-Repubblika ta’ Ċipru, ir-Repubblika tal-Latvja, ir-Repubblika tal-Litwanja, ir-Repubblika ta’ l-Ungerija, ir-Repubblika ta’ Malta, ir-Repubblika tal-Polonja, ir-Repubblika tas-Slovenja u r-Repubblika Slovakka matul il-proċess ta’ adeżjoni għall-Komunitajiet Ewropej. Ittra mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina Brussell, Sinjur, Qed issir referenza għall-ittra tiegħek li tgħid: Wara l-bidu tan-negozjati bejn il-Komunitajiet Ewropej (KE) u r-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina taħt l-Artikolu XXIV:6 u l-Artikolu XXVIII tal-GATT 1994 għall-emenda ta’ konċessjonijiet fil-kalendarji tar-Repubblika Ċeka, ir-Repubblika ta’ l-Estonja, ir-Repubblika ta’ Ċipru, ir-Repubblika tal-Latvja, ir-Repubblika tal-Litwanja, ir-Repubblika ta’ l-Ungerija, ir-Repubblika ta’ Malta, ir-Repubblika tal-Polonja, ir-Repubblika tas-Slovenja u r-Repubblika tas-Slovakkja tul l-adeżjoni tagħhom mal-KE, dan li ġej hu miftiehem bejn il-KE u r-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina sabiex jikkonkludu n-negozjati mibdija wara n-notifika tal-KE tad-19 ta’ Jannar 2004 lid-WTO skond l-Artikolu XXIV.6. tal-GATT 1994. Il-KE taqbel li tinkorpora fl-iskeda tagħha għat-territorju doganali tal-KE 25 il-konċessjonijiet li kienu inklużi fl-iskeda preċedenti tagħha. Il-KE taqbel li hi għandha tinkorpora fl-iskeda tagħha għall-KE 25 il-konċessjonijiet li jinstabu fl-anness għal dan il-Ftehim. Dan il-Ftehim se jidħol fis-seħħ fid-data li fiha l-KE tirċievi mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina ittra ta’ approvazzjoni ċċertifikata, wara konsiderazzjoni mill-partijiet skond il-proċeduri tagħhom stess. Il-KE se tagħmel dak kollu li hu possibbli biex tiżgura li l-miżuri ta’ implimentazzjoni xierqa jidħlu fis-seħħ mhux aktar tard mill-1 ta’ Jannar 2006 u taħt ebda ċirkostanza ma jidħlu aktar tard mill-1 ta' Lulju 2006.” Għandi hawnhekk l-unur li nesprimi l-qbil tal-gvern tiegħi. F’isem ir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina ANNESS 03042085 (qatgħat friżati ta’ Pollakkju ta’ l-Alaska): Tnaqqis tar-rabta kurrenti tad-dazju tal-KE minn 15% għal 13.7%. Żid 20500 tunellata għall-allokazzjoni għaċ-Ċina taħt il-kwota tar-rata tat-tariffa tal-KE għat-tewm, frisk jew imkessaħ, numru tat-tariffa tal-prodott 07032000, fil-kwota tar-rata 9.6%, mill-kwota tar-rata 9.6+120.0€/100kg/net. Żid 5200 tunnellata (piż nett bla ilma) fil-kwota ta’ rata tat-tariffa tal-KE għall-faqqiegħ tal-ġens agaricus, preparat jew ippriservat b’mod ieħor għajr fil-ħall (numru tat-tariffa tal-prodott 20031030, mill-kwota tar-rata 18.4+222.0€/100kg/net eda) u faqqiegħ tal-ġens agaricus, priservat provizjonalment jew ippriżervat b’mod ieħor għajr fil-ħall (numru tat-tariffa tal-prodott 20031030, mill-kwota tar-rata 18.4+191.0€/100kg/net eda), fil-kwota tar-rata 23%; inklużjoni tal-linja tat-tariffa 07119040 (mir-rata tal-kwota 9.6+191 €/100 kg/net eda) fil-kwota. 64021900 (ilbies ta’ l-isports għar-riġlejn): Tnaqqis tad-dazju fiss attwali tal-KE minn 17.0% għal 16.9%. 64029100 (ilbies għar-riġlejn li jkopri l-għaksa): Tnaqqis tad-dazju fiss attwali tal-KE minn 17.0% għal 16.9%. 64041100 (ilbies ta’ l-isports għar-riġlejn): Tnaqqis tad-dazju fiss attwali tal-KE minn 17% għal 16.9%. 64041910 (papoċċi u ilbies tar-riġlejn ieħor ta’ ġewwa): Tnaqqis tad-dazju fiss attwali tal-KE minn 17.0 % għal 16.9%. 640299 (il-kategorija: ilbies tar-riġlejn ieħor): Tnaqqis tad-dazju fiss attwali tal-KE minn 17.0% għal 16.8%. 84829190 (boċċi, labar u rombli): Tnaqqis tad-dazju fiss attwali tal-KE minn 8.0% għal 7.7%. 85219000 (apparat li jirreġistra jew li jirriproduċi vidjo, oħrajn): Tnaqqistad-dazju fiss attwali tal-KE minn 14% għal 13.9%. 87120030 (roti (bicycles ) mingħajr mutur): Tnaqqis tad-dazju fiss attwali tal-KE minn 15% għal 14.0%. Iftaħ kwota tar-rata tat-tariffa ta’ 7 tunnellati (erga omnes) għar-ross fil-ħliefa (numru tat-tariffa tal-prodott 100610), fir-rata tal-kwota ta' 15%, mir-rata tal-kwota ta’ 211€/tunnellata. Iftaħ kwota tar-rata tat-tariffa ta’ 1634 tunnellata (erga omnes) għar-ross bla ħliefa (numru tat-tariffa tal-prodott 100620), fir-rata tal-kwota ta' 15%, mir-rata tal-kwota ta’ 65€/tunnellata. Żid 25.516 tunnellata (erga omnes) fil-kwota tar-rata tat-tariffa tal-KE għar-ross mitħun jew nofsu mitħun (numru tat-tariffa tal-prodott 100630), fir-rata tal-kwota ta' 0%, mir-rata tal-kwota ta’ 175€/tunnellata Żid 31.788 tunnellata (erga omnes) fil-kwota tar-rata tat-tariffa tal-KE għar-ross imfarrak (numru tat-tariffa tal-prodott 100640), fir-rata tal-kwota ta' 0%, mir-rata tal-kwota ta’ 128€/tunnellata Iftaħ quota tar-rata tat-tariffa 2838 tunnellata (erga omnes) għal ananas priżervat, frott taċ-ċitru, lanġas, berquq, ċirasa, ħawħ u frawli, bir-rata tal-kwota ta’ 20%. Numri tat-tariffi tal-prodott u rati mill-kwota kif ġej: 20082011: 25.6+2.5 €/100 kg/net 20082039: 25.6 20083019: 25.6+4.2 €/100kg /net 20083079: 20.8 20084021: 24 20084039: 25.6 20085031: 24 20085059: 25.6 20086019: 25.6+4.2 €/100 kg/net 20086060: 20.8 20087031: 24 20087059: 25.6 20088031: 24 | 20082019: 25.6 20082071: 20.8 20083031: 24 20084011: 25.6 20084029: 25.6 20085011: 25.6 20085039: 25.6 20085071: 20.8 20086031: 24 20087011: 25.6 20087039: 25.6 20088011: 25.6 20088039: 25.6 | 20082031: 25.6+2.5 €/100 kg/net 20083011: 25.6 20083039: 25.6 20084019: 25.6+4.2 €/100 kg/net 20084031: 25.6+4.2 €/100 kg/net 20085019: 25.6+4.2 €/100 kg/net 20085051: 25.6+4.2 €/100 kg/net 20086011: 25.6 20086039: 25.6 20087919: 25.6+4.2 €/100 kg/net 20087051: 25.6+4.2 €/100 kg/net 20088019: 25.6+4.2 €/100 kg/net 20088070: 20.8 | Id-deskrizzjoni eżatta tat-tariffa tal-KE 15 għandha tapplika għal-linji kollha tat-tariffi t’hawn fuq. FTEHIM B’forma ta’ bdil ta’ Ittri bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Uniti ta’ l-Amerika relatata ma’ l-emenda tal-konċessjonijiet fl-Iskedi tar-Repubblika Ċeka, ir-Repubblika ta' l-Estonja, ir-Repubblika ta' Ċipru, ir-Repubblika tal-Latvja, ir-Repubblika tal-Litwanja, ir-Repubblika ta' l-Ungerija, ir-Repubblika ta' Malta, ir-Repubblika tal-Polonja, ir-Repubblika tas-Slovenja u r-Repubblika Slovakka matul l-adeżjoni fil-Komunità Ewropea; Ittra mill-Komunitajiet Ewropej Brussell, Sinjur, Wara l-bidu tan-negozjati bejn l-Artikolu XXIV:6 u l-Artikolu XXVIII tal-Ftehim Ġenerali dwar it-Tariffi u l-Kummerċ ta’ l-1994 ("il-GATT”) relatati ma’ l-emenda ta’ l-Iskedi tar-Repubblika Ċeka, ir-Repubblika ta’ l-Estonja, ir-Repubblika ta’ Ċipru, ir-Repubblika tal-Latvja, ir-Repubblika tal-Litwanja, ir-Repubblika ta’ l-Ungerija, ir-Repubblika ta’ Malta, ir-Repubblika tal-Polonja, ir-Repubblika tas-Slovenja u r-Repubblika tas-Slovakkja tul l-adeżjoni tagħhom mal-KE, u sabiex dawk in-negozjati jiġu konklużi, il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Uniti ta’ l-Amerika (l-Istati Uniti) qablu dwar dan li ġej: - Mhux aktar tard mill-1 ta' April 2006, il-KE għandha tinkorpora u torbot fl-Iskeda tagħha għat-territorju tad-Dwana tal-KE 25 (il-KE ta' 25 Pajjiż) il-konċessjonijiet li kienu inklużi fl-iskeda CXL tagħha għat-territorju tad-dwana tal-KE-15 (il-pajjiżi tal-KE 15) bil-modifiki stabbiliti fl-Anness għal din l-ittra. - Il-KE għandha tnaqqas it-tariffi u taġġusta l-kwoti tar-rata tat-tariffa kif indikat fl-Anness malajr kemm jista' jkun u mhux aktar tard mill-1 ta' Lulju 2006. - Rigward il-kwota tat-tariffi, il-volum tal-kwota ta’ sena sħiħa għandu jkun disponibbli indipendentement minn meta jiġu stabbiliti l-kwoti. - Il-konsultazzjonijiet għandhom isiru f’kull mument fir-rigward ta’ kull aspett ieħor f’dan il-Ftehim fuq talba ta’ waħda mill-Partijiet. Napprezza jekk tista’ tikkonferma, wara konsiderazzjonijiet skond il-proċeduri domestiċi, li dan il-Ftehim huwa kondiviż mill-Gvern tiegħek, u li din l-ittra flimkien mat-tweġiba affermattiva tiegħek għandha tikkostitwixxi Ftehim, li għandu jidħol fis-seħħ fid-data ta' l-ittra tiegħek. F’isem il-Komunitajiet Ewropej. FTEHIM B’forma ta’ bdil ta’ Ittri bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Uniti ta’ l-Amerika relatata mal-modifika tal-konċessjonijiet fl-Iskedi tar-Repubblika Ċeka, ir-Repubblika ta' l-Estonja, ir-Repubblika ta' Ċipru, ir-Repubblika tal-Latvja, ir-Repubblika tal-Litwanja, ir-Repubblika ta' l-Ungerija, ir-Repubblika ta' Malta, ir-Repubblika tal-Polonja, ir-Repubblika tas-Slovenja u r-Repubblika Slovakka matul l-adeżjoni fil-Komunitajiet Ewropej; Ittra mill-Istati Uniti ta' l-Amerika Brussell, Sinjur, Qed issir referenza għall-ittra tiegħek li tgħid: Wara l-bidu tan-negozjati taħt l-Artikolu XXIV:6 u l-Artikolu XXVIII tal-Ftehim Ġenerali dwar it-Tariffi u l-Kummerċ ta’ l-1994 ("il-GATT”) relatati ma’ l-emenda ta’ l-Iskedi tar-Repubblika Ċeka, ir-Repubblika ta’ l-Estonja, ir-Repubblika ta’ Ċipru, ir-Repubblika tal-Latvja, ir-Repubblika tal-Litwanja, ir-Repubblika ta’ l-Ungerija, ir-Repubblika ta’ Malta, ir-Repubblika tal-Polonja, ir-Repubblika tas-Slovenja u r-Repubblika tas-Slovakkja tul l-adeżjoni tagħhom mal-KE, u sabiex dawk in-negozjati jiġu konklużi, il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Uniti ta’ l-Amerika (l-Istati Uniti) qablu dwar dan li ġej: - Mhux aktar tard mill-1 ta' April 2006, il-KE għandha tinkorpora u torbot fl-Iskeda tagħha għat-territorju tad-Dwana tal-KE 25 (il-KE ta' 25 Pajjiż) il-konċessjonijiet li kienu inklużi fl-iskeda CXL tagħha għat-territorju tad-dwana tal-KE-15 (il-pajjiżi tal-KE 15) bil-modifiki stabbiliti fl-Anness għal din l-ittra. - Il-KE għandha tnaqqas it-tariffi u taġġusta l-kwoti tar-rata tat-tariffa kif indikat fl-Anness malajr kemm jista' jkun u mhux aktar tard mill-1 ta' Lulju 2006. - Rigward il-kwota tat-tariffi, il-volum tal-kwota ta’ sena sħiħa għandu jkun disponibbli indipendentement minn meta jiġu stabbiliti l-kwoti. - Il-konsultazzjonijiet għandhom isiru f’kull mument fir-rigward ta’ kull aspett ieħor f’dan il-Ftehim fuq talba ta’ waħda mill-Partijiet. Napprezza jekk tista’ tikkonferma, wara konsiderazzjonijiet skond il-proċeduri domestiċi, li dan il-Ftehim huwa kondiviż mill-Gvern tiegħek, u li din l-ittra flimkien mat-tweġiba affermattiva tiegħek għandha tikkostitwixxi Ftehim, li għandu jidħol fis-seħħ fid-data ta' l-ittra tiegħek.” Għandi hawnhekk l-unur li nesprimi l-qbil tal-gvern tiegħi. F'isem l-Istati Uniti ta’ l-Amerika Anness 0304 2058 (qatgħat friżati tal-merluzz) dazju fiss ta' 6.1% 03042085 (qatgħat friżati ta’ Pollakkju ta’ l-Alaska): Tnaqqis tad-dazju fiss attwali tal-KE minn 15% għal 14.2%. 0304 9005 (surimi): dazju fiss ta’ 14.2% 3920 9100 (ta’ poli(butiral tal-vinyl)): dazju fiss ta' 6.1% 7609 0000 (tubi ta’ l-aluminju): dazju fiss ta' 5.9% 8102 9600 (wajer tal-molibdenu): dazju fiss ta' 6.1% - żid 4003 tunnellati (erga omnes) f’kwota ta’ rata ta’ tariffa tal-KE ‘għal-laħam ta’ annimali ta’ l-ifrat, iffriżat; kwarti ta’ quddiem mhux mifrudin jew mifrudin; mingħajr għadam’ u ‘ġewwieni li jittiekel ta’ annimali ta’ l-ifrat, iffriżat; falda ħoxna u falda rqiqa. Il-laħam importat għandu jkun użat għall-ipproċessar’ (numri tat-tariffi tal-prodotti 0202 2030, 0202 30, 0206 2991), - aġġusta l-kwota tar-rata tat-tariffa tal-KE (erga omnes) għal ‘annimali ta’ l-ifrat, għoġla u baqar (ħlief għall-qatla) tar-razez tal-muntanji li ġejjin: ġriżi, kannella, sofor, Simmental bit-tikek u Pinzgau' għal 710 (numri tat-tariffa tal-prodott 0102 9005, 0102 9029, 0102 9049, 0102 9059, 0102 9069), bir-rata in-kwota ta’ 6%, - aġġusta l-kwota tar-rata tat-tariffa tal-KE (erga omnes) għal ‘annimali ta’ l-ifrat, barrin, baqar u għoġiela (ħlief għall-qatla) tar-razez tal-muntanji li ġejjin: Simmental bit-tikek Schwyz u Fribourg’ għal 711 (numri tat-tariffa tal-prodott 0102 9005, 0102 9029, 0102 9049, 0102 9059, 0102 9069, 0102 9079), bir-rata in-kwota ta’ 4%, - aġġusta l-kwota tar-rata tat-tariffa tal-KE (erga omnes) għal ‘annimali ta’ l-ifrat ħajjin li jiżnu 300kg jew anqas intenzjonati għat-tismin’ għal 24070 (numri tat-tariffa tal-prodott 0102 9005, 0102 9029, 0102 9049), bir-rata in-kwota ta’ 16% + 582 €/t, - pajjiż allokat (l-Istati Uniti) kwota tar-rata tat-tariffa 16 665 ta’ tunnellati ta’ tjur (numri tat-tariffa tal-prodott u rati in-kwota 0207 1110 (131€/t) | 0207 1130 (149€/t) | 0207 1190 (162€/t) | 0207 1210 (149€/t) | 0207 1290 (162€/t) | 0207 1310 (512 €/t) | 0207 1320 (179 €/t) | 0207 1330 (134 €/t) | 0207 1340 (93€/t) | 0207 1350 (301€/t) | 0207 1360 (231€/t) | 0207 1370 (504€/t) | 0207 1410 (795€/t) | 0207 1420 (179 €/t) | 0207 1430 (134 €/t) | 0207 1440 (93€/t) | 0207 1450 (0%) | 0207 1460 (231€/t) | 0207 1470 (0%) | 0207 2410 (170€/t) | 0207 2490 (186€/t) | 0207 2510 (170€/t) | 0207 2590 (186€/t) | 0207 2610 (425€/t) | 0207 2620 (205€/t) | 0207 2630 (134€/t) | 0207 2640 (93€/t) | 0207 2650 (339€/t) | 0207 2660 (127€/t) | 0207 2670 (230€/t) | 0207 2680 (415€/t) | 0207 2710 (0%) | 0207 2720 (0%) | 0207 2730 (134€/t) | 0207 2740 (93€/t) | 0207 2750 (339€/t) | 0207 2760 (127€/t) | 0207 2770 (230€/t) | 0207 2780 (0%) | - żid 49 tunnellata (erga omnes) fil-kwota tar-rata tat-tariffa tal-KE għal 'tjur, friski, imkessħa jew iffriżati' (numru tat-tariffa tal-prodott 0207 1110, 0207 1130, 0207 1190, 0207 1210, 0207 1290), - żid 4070 tunnellata (erga omnes) fil-kwota tar-rata tat-tariffa tal-KE għal 'qatgħat tat-tjur, friski, imkessħa jew iffriżati' (numru tat-tariffa tal-prodott 0207 1310, 0207 1320, 0207 1330, 0207 1340, 0207 1350, 0207 1360, 0207 1370, 0207 1420, 0207 1430, 0207 1440, 0207 1460), - żid 4070 tunnellata (erga omnes) fil-kwota tar-rata tat-tariffa tal-KE għal ‘qatgħat tat-tjur’ (numru tat-tariffa tal-prodott 0207 1410), bir-rata in-kwota ta’ 795€/t, - żid 201 tunnellata (erga omnes) fil-kwota tar-rata tat-tariffa tal-KE għal 'laħam tad-dundjan, frisk, imkessaħ jew iffriżat' (numru tat-tariffa tal-prodott 0207 2410, 0207 2490, 0207 2510, 0207 2590, 0207 2610, 0207 2620, 0207 2630, 0207 2640, 0207 2650, 0207 2660, 0207 2670, 0207 2680, 0207 2730, 0207 2740, 0207 2750, 0207 2760, 0207 2770), - żid 2485 tunnellata (erga omnes) fil-kwota tar-rata tat-tariffa tal-KE għal ‘qatgħat tad-dunjan, friżati’ (numru tat-tariffa tal-prodott 0207 2710, 0207 2720, 0207 2780), - pajjiż alloka (l-Istati Uniti) kwota ta’ rata ta’ tarriffa 4722 tunnellata ta’ ‘prieżet u flett iffriżati bla għadam (numru tat-tariffa tal-prodott ex0203 1955 u ex0203 2955), b’rata in-kwota ta’250€/t, - żid 1265 tunnellata (erga omnes) fil-kwota ta’ rata ta’ tariffa tal-KE għal ‘prieżet u flett iffriżati bla għadam’ (numri tat-tariffi tal-prodotti ex0203 1955, ex0203 2955), - żid 67 tunnellata (erga omnes) fil-kwota ta’ rata ta’ tariffa tal-KE għal ‘karkassi u nofs karkassi ta’ majjal domestiku, frisk, imkessaħ jew iffriżat' (numri tat-tariffi tal-prodotti ex0203 1110, ex0203 2110), - żid 35 tunnellata (erga omnes) fil-kwota tar-rata tat-tariffa tal-KE għal 'qatgħat ta’ majjal domestiku, friski, imkessħa jew iffriżati, bl-għadam jew bla għadam, eskluż il-flett, ppreżentat separatament' (numri tat-tariffa tal-prodott 0203 1211, 0203 1219, 0203 1911, 0203 1913, 0203 1955, 0203 1959, 0203 2211, 0203 2219, 0203 2911, 0203 2913, 0203 2915, 0203 2955, 0203 2959), - żid 2 tunnellati (erga omnes) fil-kwota ta’ rata ta’ tariffa tal-KE għal ‘zalzett, niexef jew biex jinfirex, nej’ (numri tat-tariffi tal-prodotti 1601 0091, 1601 0099). - żid 61 tunnellata (erga omnes) fil-kwota tar-rata tat-tariffa tal-KE għal ‘laħam ippriservat tal-majjal domestiku’ (numru tat-tariffa tal-prodott 1602 4110, 1602 4210, 1602 4911, 1602 4913, 1602 4915, 1602 4919, 1602 4930, 1602 4950), - aġġusta l-kwota tar-rata tat-tariffa tal-KE (erga omnes) għal ‘nagħaġ ħajjin, ħlief annimali ta' razza pura' għal 5676 tunnellata (numri tat-tariffa tal-prodott 10 30, 0104 10 80, 0104 20 90), bir-rata in-kwota ta’10%, - żid 60 tunnellata (erga omnes) fil-kwota ta’ rata ta’ tariffa tal-KE għall- ‘ġobon tal-pizza’ (numri tat-tariffi tal-prodotti ex 0406 1020, ex 0406 1080). - żid 38 tunnellata (erga omnes) fil-kwota ta’ rata ta’ tariffa tal-KE għall- ‘emmentaler’ (numri tat-tariffi tal-prodotti ex 0406 3010, 0406 9013). - żid 213 tunnellata (erga omnes) fil-kwota ta’ rata ta’ tariffa tal-KE għall- ‘gruyere, sbrinz’ (numri tat-tariffi tal-prodotti ex 0406 3010, 0406 9015). - żid 7 tunnellata (erga omnes) fil-kwota ta’ rata ta’ tariffa tal-KE għall- ‘ġobon għall-ipproċessar’ (numru tat-tariffa tal-prodott 0406 9001). - żid 5 tunnellata (erga omnes) fil-kwota ta’ rata ta’ tariffa tal-KE għaċ- ‘cheddar’ (numru tat-tariffa tal-prodott 0406 9021). - żid 25 tunnellata (erga omnes) fil-kwota ta’ rata ta’ tariffa tal-KE għal ‘ġobnijiet friski’ (numru tat-tariffa tal-prodott 0406 1020). ex 0406 1080, 0406 2090, 0406 3031, 0406 3039, 0406 3090, 0406 4010, 0407 4050, 0407 4090, 0406 9017, 0406 9018, 0406 9023, 0406 9025, 0406 9027, 0406 9029, 0406 9031, 0406 9033, 0406 9035, 0406 9037, 0406 9039, 0406 9050, ex 0406 9063, 0406 9069, 0406 9073, ex 0406 9075, ex 0406 9076, 0406 9078, ex 0406 9079, ex 0406 9081, 0406 9082, 0406 9084, 0406 9086, 0406 9087, 0406 9088, 0406 9093, 0406 9099), - iftaħ kwota tar-rata tat-tariffa ta’ 7 tunnellati (erga omnes) għar-ross fil-ħliefa (numru tat-tariffa tal-prodott 1006 10), bir-rata in-kwota ta’15%, - iftaħ kwota tar-rata tat-tariffa ta’ 1634 tunnellata (erga omnes) għar-ross bla ħliefa (numru tat-tariffa tal-prodott 1006 20), bir-rata in-kwota ta’15%, - żid 25516 tunnellata (erga omnes) fil-kwota tar-rata tat-tariffa tal-KE għar-ross mitħun jew nofsu mitħun (numru tat-tariffa tal-prodott 1006 30), bir-rata in--kwota ta' 0%, - żid 31788 tunnellata (erga omnes) fil-kwota tar-rata tat-tariffa tal-KE għar-ross imfarrak (numru tat-tariffa tal-prodott 1006 40), bir-rata in-kwota ta' 0%, - żid 6215 tunnellata (erga omnes) fil-kwota tar-rata tat-tariffa tal-KE għax-xgħir (numru tat-tariffa tal-prodott 1003 00), bir-rata in-kwota ta’ 16€/t, - żid 6787 tunnellata (erga omnes) fil-kwota tar-rata tat-tariffa tal-KE għall-qamħ (numru tat-tariffa tal-prodott 1001 9099), bir-rata in-kwota ta’ 12€/t, - iftaħ kwota tar-rata tat-tariffa ta’ 242074 tunnellata (erga omnes) għall-qamħirrum (numri tat-tariffi tal-prodott 1005 1090, 1005 9000), bir-rata in-kwota ta’ 0%, - żid 1413 tunnellata (erga omnes) fil-kwota tar-rata tat-tariffa tal-KE għaz-zokkor tal-kannamieli (numru tat-tariffa tal-prodott 1701 1110), bir-rata in-kwota ta’ 98€/t, - iftaħ kwota tar-rata tat-tariffa ta’ 1253 tunnellata (erga omnes) għall-fruttożju (numru tat-tariffa tal-prodott 1702 5000), bir-rata in-kwota ta’ 20%, - żid 44 tunnellata (erga omnes) fil-kwota ta’ rata ta’ tariffa tal-KE għall-karrotti u l-ġdur (numru tat-tariffa tal-prodott 0706 1000). - żid 34 tunnellata (erga omnes) fil-kwota ta’ rata ta’ tariffa tal-KE għall-ħjar (numru tat-tariffa tal-prodott 0707 0005). - iftaħ kwota tar-rata tat-tariffa ta’ 472 tunnellata (erga omnes) għat-tadam (numru tat-tariffa tal-prodott 0702 0000), - iftaħ kwota tar-rata tat-tariffa ta’ 2838 tunnellata (erga omnes) għal ananas ippriservati, frott taċ-ċitru, lanġas, berquq, ċirasa, ħawħ u frawli (numri tat-tariffi tal-prodotti 2008 2011, 2008 2019, 2008 2031, 2008 2039, 2008 2071, 2008 3011, 2008 3019, 2008 3031, 2008 3039, 2008 3079, 2008 4011, 2008 4019, 2008 4021, 2008 4029, 2008 4031, 2008 4039, 2008 5011, 2008 5019, 2008 5031, 2008 5039, 2008 5051, 2008 5059, 2008 5071, 2008 6011, 2008 6019, 2008 6031, 2008 6039, 2008 6060, 2008 7011, 2008 7019, 2008 7031, 2008 7039, 2008 7051, 2008 7059, 2008 8011, 2008 8019, 2008 8031, 2008 8039, 20088070) bir-rata in-kwota ta’ 20%, - iftaħ kwota tar-rata tat-tariffa ta’ 7044 tunnellata (erga omnes) għall-meraq tal-frott (numri tat-tariffi tal-prodotti 2009 1111, 2009 1119, 2009 1911, 2009 1919, 2009 2911, 2009 2919, 2009 3911, 2009 3919, 2009 4911, 2009 4919, 2009 7911, 2009 7919, 2009 8011, 2009 8019, 2009 8032, 2009 8033, 2009 8035, 2009 8036, 2009 8038, 2009 9011, 2009 9019, 2009 9021, 2009 9029) bir-rata in-kwota ta’ 20%, - żid 29 tunnellata (erga omnes) fil-kwota tar-rata tat-tariffa tal-meraq ta’ l-għeneb (numri tat-tariffi tal-prodotti 2009 6190, 2009 6911, 2009 6919, 2009 6951, 2009 6990), - żid 295 tunnellata (erga omnes) fil-kwota ta’ rata ta’ tariffa tal-KE għal patata friska jew imkessħa ġdida (numru tat-tariffa tal-prodott 0701 9051). - neħħi d-dazju ad valorem ta’ 9% fuq il-konċentrati tal-proteini (numru tat-tariffa tal-prodott 2106 1080), - pajjiż allokat (l-Istati Uniti) kwota tar-rata tat-tariffa ta’ 10 000 ta’ tunnellata ta’ glutina tal-qamħirrum (numru tat-tariffa tal-prodott 23031011), bir-rata in-kwota ta’ 16%, - iftaħ kwota tar-rata tat-tariffa ta’ 532 tunnellata (erga omnes) għall-għaġin (numru tat-tariffa tal-prodott 1902; 1902 2010 u 1902 2030 esklużi), bir-rata in-kwota ta’ 11%, - iftaħ kwota tar-rata tat-tariffa ta’ 107 tunnellati (erga omnes) għaċ-ċikkulata (numru tat-tariffa tal-prodott 1806), bir-rata in-kwota ta’ 43%, - iftaħ kwota tar-rata tat-tariffa ta’ 921 tunnellata (erga omnes) għal preparazzjonijiet ta' l-ikel (numru tat-tariffa tal-prodott 2106 9098), bir-rata in-kwota ta’ 18%, - iftaħ kwota tar-rata tat-tariffa ta’ 191 tunnellata (erga omnes) għal preparazzjonijiet ta' l-ikel biċ-ċereali (numri tat-tariffi tal-prodotti 1901 9099, 1904 3000, 1904 9080, 1905 9020), bir-rata in-kwota ta’ 33%, - iftaħ kwota tar-rata tat-tariffa ta’ 2058 tunnellata (erga omnes) għal ikel tal-klieb u l-qtates (numri tat-tariffi tal-prodotti 2309 1013, 2309 1015, 2309 1019, 2309 1033, 2309 1039, 2309 1051, 2309 1053, 2309 1059, 2309 1070), bir-rata in-kwota ta’ 7%. Id-deskrizzjoni eżatta tat-tariffa tal-KE 15 għandha tapplika għal linji kollha tat-tariffi u l-kwoti t’hawn fuq. DIKJARAZZJONI FINANZJARJA | DATA: 13/10/2005 | 1. | INTESTATURA TAL-BAĠIT Kapitolu 10 – Dazji Agrikoli Kapitolu 12- Dazji Doganali | KREDITI B 2005 76.16 M€ | 2. | TITOLU: Proposta għal Deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni ta’ Ftehim f’forma ta’ bdil ta’ ittri bejn il-Komunità Ewropea u r-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina u bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Uniti ta’ l-Amerika dwar aġġustament kumpensatorju kif previst mill-Artikolu XXIV:6 tal-GATT 1994. | 3. | BAŻI LEGALI: L-Artikolu 133 tat-Trattat | 4. | GĦANIJIET: Għall-ħarsien ta’ l-Artikolu XXIV:6 tal-GATT 1994 għal dak li għandu x'jaqsam mat-tkabbir ta’ l-Unjoni Doganali fl-1 ta’' Mejju 2004. | 5. | IMPLIKAZZJONIJIET FINANZJARJI | PERJODU TA’12-IL XAHAR (Miljuni ta’ EUR) | EŻERĊIZZJU ATTWALI 2005 (Miljuni ta’ EUR) | EŻERĊIZZJU LI JMISS 2006 (Miljuni ta’ EUR) | 5.0 | INFIQ - IMĦALLSA MILL-BAĠIT TAL-KE(ĦLASIJIET LURA/INTERVENTI) - AWTORITAJIET NAZZJONALI - OĦRAJN | - | - | - | 5.1 | DĦUL TA’ FLUS - RIŻORSI PROPRJI TAL-KE(LEVIES/DAZJI DOGANALI - NAZZJONALI | - | - 76.16 (1) | (1) | [n+2] | [n+3] | [n+4] | [n+5] | 5.0.1 | INFIQ IKKALKULAT | - | - | - | - | 5.1.1 | DĦUL STMAT | (1) | (1) | (1) | (1) | 5.2 | METODU TA’ KALKOLU: | 6.0 | JISTA’ L-PROĠETT IKUN IFFINANZJAT MILL-APPROPRJAZZJONIJIET REĠISTRATI FIL-KAPITOLU RILEVANTI TAL-BAĠIT KURRENTI? | M/D | 6.1 | JISTA’ L-PROĠETT IKUN IFFINANZJAT PERMEZZ TA’ TRASFERIMENT BEJN KAPITOLI TAL-BAĠIT KURRENTI? | M/D | 6.2 | SE JKUN HEMM BŻONN TA’ BAĠIT ADDIZZJONALI? | LE | 6.3 | SE JKUN MEĦTIEĠ LI L-APPROPRJAZZJONIJIET IKUNU RREĠISTRATI F’BAĠITS FIL-FUTUR? | LE | OSSERVAZZJONIJIET: | MEMORANDUM TA' SPJEGAZZJONI 4. Qed issir referenza għad-Deċiżjoni tal-Kunsill XXXX, rigward il-konklużjoni tal-Ftehimiet mar-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina u ma’ l-Istati Uniti ta’ l-Amerika wara negozjati fil-qafas ta' l-Artikolu XXIV:6 tal-GATT 1994. 5. Din il-proposta għal Regolament tal-Kunsill timplimenta Ftehim imdaħħal mill-Komunità. 2006/0013 (ACC) Proposta għal REGOLAMENT TAL-KUNSILL rigward l-implimentazzjoni tal-Ftehim konkluż mill-KE wara negozjati fil-qafas ta' l-Artiklu XXIV.6 tal-GATT 1994, li jemenda u jissupplimenta l-Anness I tar-Regolament (KEE) Nru 2658/87 dwar in-nomenklatura tat-tariffi u l-istatistika u dwar it-Tarriffa Komuni tad-Dwana IL-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA, Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 133 tiegħu, Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni[1], Billi: 6. Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87(1) stabbilixxa nomenklatura għall-merkanzija, minn issa ’l quddiem imsejħa “In-Nomenklatura Magħquda”, u iffissa r-rati ta’ taxxi konvenzjonali tat-Tariffa Doganali Komuni. 7. Permezz tad-Deċiżjoni tiegħu XX/XXX/KE dwar il-konklużjoni ta’ Ftehimiet fil-forma ta’ Bdil ta’ Ittri bejn il-Komunità Ewropea u r-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina u bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Uniti ta’ l-Amerika, il-Kunsill approva, f’isem il-Komunità, il-Ftehim imsemmi qabel bl-għan li jikkonkludi n-negozjati mibdija skond l-Artikolu XXIV:6 tal-GATT 1994. ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT Artikolu 1 L-Anness I tar-Regolament (KEE) Nru 2658/87 għandu jiġi emendat bid-dazji u jiġi ssupplimentat bil-volumi murija fl-Anness ta’ dan ir-Regolament. Artikolu 2 Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum ta’ wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu fil- Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea bl-eċċezzjoni ta’ l-emendi lill-Anness 7 li jidħol fis-seħħ sitt ġimgħat wara l-pubblikazzjoni tiegħu. Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u hu applikabbli direttament fl-Istati Membri kollha. Magħmul fi Brussell, [...] Għall-Kunsill Il-President ANNESS Minkejja r-regoli dwar l-interpretazzjoni tan-Nomenklatura Magħquda, il-kitba li tiddeskrivi l-prodotti għandha tkun ikkunsidrata li ma għandhiex aktar minn valur indikattiv, filwaqt li l-konċessjonijiet qed ikunu determinati, fi ħdan il-kuntest ta' dan l-Anness, bil-koperta tal-kodiċijiet tan-NM kif dawn jeżistu waqt l-adozzjoni ta' dan ir-regolament. Fejn ex tidher quddiem in-NM, il-konċessjonijiet għandhom ikunu determinati mill-applikazzjoni tal-kodiċi tan-NM u d-deskrizzjoni korrispondenti tkun meħuda flimkien. It-Tieni PartiSkeda ta’ dazji Doganali. | Kodiċi NM | Deskrizzjoni | Rata ta’ dazju | Numru tat-tariffa tal-prodott 03042058 | Qatgħat friżati tal-merluzz | Dazju fiss ta' 6.1% | Numru tat-tariffa tal-prodott 03042085 | Qatgħat friżati ta’ Pollakkju ta’ l-Alaska (Theragra chalcogramma) | Tnaqqis tar-rabta kurrenti tad-dazju tal-KE minn 15% għal 13.7%. | Numru tat-tariffa tal-prodott 03049005 | Surimi | Dazju fiss ta' 14.2% | Numru tat-tariffa tal-prodott 21061080 | Konċentrati tal-proteina | Eliminazzjoni tad-dazju ad valorem ta’ 9% | Numru tat-tariffa tal-prodott 39209100 | Poli (butiral tal-vinyl) | Dazju fiss ta' 6.1% | Numru tat-tariffa tal-prodott 64021900 | Ilbies ieħor għar-riġlejn b’qigħan ta’ barra u uċuħ tal-lastiku jew tal-plastiks: | Tnaqqis tar-rabta kurrenti tad-dazju tal-KE minn 17.% għal 16.9%. | Numru tat-tariffa tal-prodott 64029100 | Ilbies ieħor għar-riġlejn li jkopri l-għaksa b’qigħan ta’ barra u uċuħ tal-lastiku jew tal-plastiks: | Tnaqqis tad-dazju fiss attwali tal-KE minn 17.% għal 16.9%. | Numru tat-tariffa tal-prodott 640299 | Ilbies ieħor għar-riġlejn b’qigħan ta’ barra u uċuħ tal-lastiku jew tal-plastiks: | Tnaqqis tad-dazju fiss attwali tal-KE minn 17.% għal 16.8%. | Numru tat-tariffa tal-prodott 64041100 | Ilbies ta’ l-isports għar-riġlejn; żraben tat-tennis, żraben tal-baskitbol, żraben tal-ġinnasju, żraben tat-tħarriġ u bħalhom | Tnaqqis tad-dazju fiss attwali tal-KE minn 17.% għal 16.9%. | Numru tat-tariffa tal-prodott 64041910 | Papoċċi u ilbies tar-riġlejn ieħor ta’ ġewwa | Tnaqqis tad-dazju fiss attwali tal-KE minn 17% għal 16.9%. | Numru tat-tariffa tal-prodott 76090000 | Tubu ta' l-aluminju | Dazju fiss ta' 5.9% | Numru tat-tariffa tal-prodott 81029600 | Wajer tal-molibdenu | Dazju fiss ta' 6.1% | Numru tat-tariffa tal-prodott 84829190 | Boċċi, labar u rombli oħra | Tnaqqis tad-dazju fiss attwali tal-KE minn 8% għal 7.7%. | Numru tat-tariffa tal-prodott 85219000 | Apparat li jirreġistra jew jirriproduċi vidjo, li fihom jew le tuner tal-vidjo | Tnaqqis tad-dazju fiss attwali tal-KE minn 14% għal 13.9%. | Numru tat-tariffa tal-prodott 87120030 | Roti (bicycles) mingħajr mutur | Tnaqqis tad-dazju fiss attwali tal-KE minn 15% għal 14%. | Anness 7Il-kwoti tat-Tariffa tad-WTO li jingħataw mill-awtoritajiet Komunitarji Kompetenti. (Kwalifika għal dawn il-kwoti hija suġġetta għall-kondizzjonijiet stipulati fid-dispożizzjonijiet Komunitarji relevanti) | Kodiċi NM | Deskrizzjoni | Termini u kondizzjonijiet oħra | Numri tat-tariffa tal-prodott 01029005, 01029029, 01029049, 01029059, 01029069, 01029079 | Annimali ta’ l-ifrat, barrin, baqar u għoġiela (ħlief għall-qatla) tar-razez tal-muntanji li ġejjin: Simmental bit-tikek, Schwyz u Fribourg | Aġġusta l-kwota tar-rata tat-tariffa tal-KE (erga omnes) għal 711, bir-rata in-kwota ta’ 4%<0} | Numri tat-tariffa tal-prodott 01029005, 01029029, 01029049, 01029059, 01029069 | Annimali ta’ l-ifrat, barrin, baqar u għoġiela (ħlief għall-qatla) tar-razez tal-muntanji li ġejjin: griżi, kannella, sofor, Simmental bit-tikek u Pinzgau | Aġġusta l-kwota tar-rata tat-tariffa tal-KE (erga omnes) għal 710, bir-rata in-kwota ta’ 6% | Numri tat-tariffa tal-prodott 01029005, 01029029, 01029049 | Annimali ta’ l-ifrat ħajjin li jiżnu 300kg jew anqas intenzjonati għat-tismin | Aġġusta l-kwota tar-rata tat-tariffa tal-KE (erga omnes) għal 24070, bir-rata in-kwota ta’ 16% + 582 €/t | Numri tat-tariffa tal-prodott 01041030, 01041080, 01042090), | Nagħaġ ħajjin, ħlief annimali ta' razza pura | Aġġusta l-kwota tar-rata tat-tariffa tal-KE għal 5676 tunnellata, bir-rata in-kwota ta’ 10% | Numri tat-tariffa tal-prodott 02022030, 020230, 02062991 | Laħam ta’ annimali ta’ l-ifrat, iffriżat; kwarti ta’ quddiem mhux mifrudin jew mifrudin; ‘mingħajr għadam’ u ‘ġewwieni li jittiekel ta’ annimali ta’ l-ifrat, iffriżat; falda ħoxna u falda rqiqa. Il-laħam importat għandu jkun użat għall-ipproċessar, | Żid 4003 tunnellati (erga omnes) fil- kwota ta’ tariffa tal-KE | Numri tat-tariffa tal-prodott ex02031955 u ex02032955 | Prieżet u flett iffirżati bla għadam | Iftaħ pajjiż allokat (l-Istati Uniti) kwota tar-rata tat-tariffa 4722 tunnellata bir-rata in-kwota ta’ 250€/t | Numri tat-tariffa tal-prodott ex02031955, ex0203 2955 | Prieżet u flett iffirżati bla għadam | Żid 1265 tunnellata (erga omnes) fir-rata tal-kwota ta’ tariffa tal-KE | Numri tat-tariffa tal-prodott 02031110, 02032110 | Karkassi u nofs karkassi ta’ majjal domestiku, frisk, imkessaħ jew iffriżat | Żid 67 tunnellata (erga omnes) fir-rata tal- kwota ta’ tariffa tal-KE | Numri tat-tariffa tal-prodott 02031211, 02031219, 02031911, 02031913, 02031955, 02031959, 02032211, 02032219, 02032911, 02032913, 02032915, 02032955, 0203 2959 | Qatgħat ta’ majjal domestiku, friski, imkessħa jew iffriżati, bl-għadam jew bla għadam, eskluż il-flett, ppreżentat separatament | Żid 35 tunnellata (erga omnes) fir-rata tal-kwota ta’ tariffa tal-KE | Numri tat-tariffa tal-prodott u rati in-kwota Ara n-nota f'qiegħ paġna[2]) | Tjur | Iftaħ pajjiż allokat (l-Istati Uniti) kwota tar-rata tat-tariffa ta' 16 665 tunnellata | Numri tat-tariffa tal-prodott 02071110, 02071130, 02071190, 02071210, 02071290 | Karkassi tat-tiġieġ, friski, imkessħa jew iffriżati | Żid 49 tunnellata (erga omnes) fir-rata tal-kwota ta’ tariffa tal-KE | Numri tat-tariffa tal-prodott 02071310, 02071320, 02071330, 02071340, 02071350, 02071360, 02071370, 02071420, 02071430, 02071440, 02071460), | Qatgħat tat-tiġieġ, friski, imkessħa jew iffriżati | Żid 4070 tunnellata (erga omnes) fir-rata tal-kwota ta’ tariffa tal-KE | Numru tat-tariffa tal-prodott 02071410 | Qatgħat tat-tjur | Żid 1605 tunnellata (erga omnes) fir-rata tal-kwota ta’ tariffa tal-KE, bir-rata in-kwota ta’ 795 €/t | Numri tat-tariffa tal-prodott 02072410, 02072490, 02072510, 02072590, 02072610, 02072620, 02072630, 02072640, 02072650, 02072660, 02072670, 02072680, 02072730, 02072740, 02072750, 02072760, 02072770 | Laħam tad-dundjan, frisk, imkessaħ jew iffriżat | Żid 201 tunnellata (erga omnes) fir-rata tal-kwota ta’ tariffa tal-KE | Numri tat-tariffa tal-prodott 02072710, 02072720, 02072780 | Qatgħat tad-dundjan, iffriżati | Żid 2485 tunnellata (erga omnes) fir-rata tal-kwota ta’ tariffa tal-KE | Numri tat-tariffa tal-prodott ex04061020, ex04061080 | Ġobon tal-Pizza | Żid 60 tunnellata (erga omnes) fir-rata tal-kwota ta’ tariffa tal-KE | Numri tat-tariffa tal-prodott ex04063010, 04069013 | Emmentaler | Żid 38 tunnellata (erga omnes) fir-rata tal-kwota ta’ tariffa tal-KE | Numri tat-tariffa tal-prodott ex04063010, 04069015 | Gruyere, sbrinz | Żid 213 tunnellata (erga omnes) fir-rata tal-kwota ta’ tariffa tal-KE | Numru tat-tariffa tal-prodott 04069001 | Ġobon għall-ipproċessar | Żid 7 tunnellati (erga omnes) fir-rata tal-kwota ta’ tariffa tal-KE | Numru tat-tariffa tal-prodott 04069021 | Cheddar | Żid 5 tunnellati (erga omnes) fir-rata tal-kwota ta’ tariffa tal-KE | Numri tat-tariffa tal-prodott ex04061020, ex04061080, 04062090, 04063031, 04063039, 04063090, 04064010, 04074050, 04074090, 04069017, 04069018, 04069023, 04069025, 04069027, 04069029, 04069031, 04069033, 04069035, 04069037, 04069039, 04069050, ex04069063, 04069069, 04069073, ex04069075, ex04069076, 04069078, ex04069079, ex04069081, 04069082, 04069084, 04069086, 04069087, 04069088, 04069093, 04069099 | Ġobnijiet friski | Żid 25 tunnellata (erga omnes) fir-rata tal-kwota ta’ tariffa tal-KE | Numru tat-tariffa tal-prodott ex07019051 | Patata friska jew imkessħa | Żid 295 tunnellata (erga omnes) fil- kwota ta’ tariffa tal-KE | Numru tat-tariffa tal-prodott 07020000 | Tadam | Iftaħ kwota ta' rata ta' tariffa ta' 472 tunnellata (erga omnes) | Numru tat-tariffa tal-prodott 07032000 | Tewm, frisk jew imkessaħ | Żid 20500 tunnellata fil-parti allokata liċ-Ċina skond il-kwota tar-rata tat-tariffi tal-KE | Numru tat-tariffa tal-prodott 07061000 | Karrotti u ġdur | Żid 44 tunnellata (erga omnes) fil- kwota ta’ tariffa tal-KE | Numru tat-tariffa tal-prodott ex07070005 | Ħjar | Żid 34 tunnellata (erga omnes) fil- kwota ta’ tariffa tal-KE | Numru tat-tariffa tal-prodott 10019099 | Qamħ komuni | Żid 6787 tunnellata (erga omnes) fir-rata tal-kwota ta’ tariffa tal-KE, bir-rata in-kwota ta’ 12 €/t | Numru tat-tariffa tal-prodott 100300 | Xgħir | Żid 6215 tunnellata (erga omnes) fir-rata tal-kwota ta’ tariffa tal-KE, bir-rata in-kwota ta’ 16 €/t | Numru tat-tariffa tal-prodott 10051090, 10059000 | Qamħirrum | Iftaħ kwota ta' rata ta' tariffa ta' 242074 tunnellata (erga omnes), bir-rata in-kwota ta' 0% | Numru tat-tariffa tal-prodott 100610 | Ross bil-ħliefa | Implimentata permezz tar-Regolament XXX tal-KE | Numru tat-tariffa tal-prodott 100620 | Ross bla ħliefa | Implimentata permezz tar-Regolament XXX tal-KE | Numru tat-tariffa tal-prodott 100630 | Ross nofsu mitħun/mitħun kollu | Implimentata permezz tar-Regolament XXX tal-KE | Numru tat-tariffa tal-prodott 100640 | Ross imfarrak | Implimentata permezz tar-Regolament XXX tal-KE | Numru tat-tariffa tal-prodott 16010091, 16010099 | Zalzett, niexef jew biex jinfirex, nej | Żid 2 tunnellati (erga omnes) fir-rata tal-kwota ta’ tariffa tal-KE | Numri tat-tariffa tal-prodott 16024110, 16024210, 16024911, 16024913, 16024915, 16024919, 16024930, 16024950 | Laħam ippriservat tal-majjal domestiku | Żid 61 tunnellata (erga omnes) fir-rata tal-kwota ta’ tariffa tal-KE | Numru tat-tariffa tal-prodott 17011110 | Zokkor mhux raffinat | Żid 1413 tunnellata (erga omnes) fir-rata tal-kwota ta’ tariffa tal-KE, bir-rata in-kwota ta’ 98 €/t | Numru tat-tariffa tal-prodott 17025000 | Il-fruttosi | Iftaħ kwota ta' rata ta' tariffa ta' 1253 tunnellata (erga omnes) bir-rata in-kwota ta’ 20%, | Numru tat-tariffa tal-prodott 1806 | Iċ-ċikkulata | Iftaħ kwota ta' rata ta' tariffa ta' 107 tunnellata (erga omnes), bir-rata in-kwota ta' 43% | Numru tat-tariffa tal-prodott 19019099, 19043000, 19049080, 19059020 | Preparazzjonijiet ta' l-ikel biċ-ċereali | Iftaħ kwota ta' rata ta' tariffa ta' 191 tunnellata (erga omnes), bir-rata in-kwota ta' 33% | Numru tat-tariffa tal-prodott 1902 19022010 u 19022030 esklużi | Għaġin | Iftaħ kwota ta' rata ta' tariffa ta' 532 tunnellata (erga omnes), bir-rata in-kwota ta’ 11% | Numru tat-tariffa tal-prodott 20031030 | Faqqiegħ tal-ġens agaricus, preparat jew ippriservat b’mod ieħor apparti l-ħall | Żid 5200 tunnellata (piż massimu mnixxef) fil-kwota ta’ tariffa tal-KE, allokati liċ-Ċina | Numru tat-tariffa tal-prodott 20031020 | Faqqiegħ ta’ l-ispeċi agaricus, ippriservat b’mod proviżorju jew mod ieħor għajr fil-ħall | Numru tat-tariffa tal-prodott 07115100 | Numru tat-tariffa tal-prodott (ara n-nota ta qiegħ il-paġna[3]) | Ananas ippriservati, frott taċ-ċitru, lanġas, berquq, ċirasa, ħawħ u frawli | Iftaħ kwota ta' rata ta' tariffa ta' 2 838 tunnellata (erga omnes), bir-rata in-kwota ta' 20%. Għandhom japplikaw ir-rati barra mill-kwota tal-KE. | Numri tat-tariffa tal-prodott 20091111, 20091119, 20091911, 20091919, 20092911, 20092919, 20093911, 20093919, 20094911, 20094919, 20097911, 20097919, 20098011, 20098019, 20098032, 20098033, 20098035, 20098036, 20098038, 20099011, 20099019, 20099021, 20099029 | Meraq tal-frott | Iftaħ kwota ta' rata ta' tariffa ta' 7044 tunnellata (erga omnes) bir-rata in-kwota ta' 20% | Numri tat-tariffa tal-prodott 20096190, 20096911, 20096919, 20096951, 20096990 | Meraq ta' l-għeneb, | Żid 29 tunnellata (erga omnes) fil- kwota ta’ tariffa tal-KE | Numru tat-tariffa tal-prodott 21069098 | Preparazzjonijiet ta’ l-ikel | Iftaħ kwota ta' rata ta' tariffa ta' 921 tunnellata (erga omnes), bir-rata in-kwota ta’ 18% | Numru tat-tariffa tal-prodott 23031011 | Glutina tal-qamħirrum | Iftaħ pajjiż allokat (l-Istati Uniti) kwota tar-rata tat-tariffa ta’ 10 000 tunnellata bir-rata in-kwota ta’ 16% | Numri tat-tariffa tal-prodott 23091013, 23091015, 23091019, 23091033, 23091039, 23091051, 23091053, 23091059, 23091070 | Ikel tal-klieb u l-qtates | Iftaħ kwota ta' rata ta' tariffa ta' 2058 tunnellata (erga omnes), bir-rata in-kwota ta’ 7%. | [1] ĠU C [...], [...], p. [...]. [2] 0207 1110 (131€/t) 0207 1290 (162€/t) 0207 1340 (93€/t) 0207 1410 (795€/t) 0207 1450 (0%) 0207 2490 (186€/t) 0207 2620 (205€/t) 0207 2660 (127€/t) 0207 2720 (0%) 0207 2760 (127€/t) | 0207 1130 (149€/t) 0207 1310 (512 €/t) 0207 1350 (301€/t) 0207 1420 (179 €/t) 0207 1460 (231€/t) 0207 2510 (170€/t) 0207 2630 (134€/t) 0207 2670 (230€/t) 0207 2730 (134€/t) 0207 2770 (230€/t) | 0207 1190 (162€/t) 0207 1320 (179 €/t) 0207 1360 (231€/t) 0207 1430 (134 €/t) 0207 1470 (0%) 0207 2590 (186€/t) 0207 2640 (93€/t) 0207 2680 (415€/t) 0207 2740 (93€/t) 0207 2780 (0%) | 0207 1210 (149€/t) 0207 1330 (134 €/t) 0207 1370 (504€/t) 0207 1440 (93€/t) 0207 2410 (170€/t) 0207 2610 (425€/t) 0207 2650 (339€/t) 0207 2710 (0%) 0207 2750 (339€/t) | [3] 0207 1110 (131€/t) 0207 1290 (162€/t) 0207 1340 (93€/t) 0207 1410 (795€/t) 0207 1450 (0%) 0207 2490 (186€/t) 0207 2620 (205€/t) 0207 2660 (127€/t) 0207 2720 (0%) 0207 2760 (127€/t) | 0207 1130 (149€/t) 0207 1310 (512 €/t) 0207 1350 (301€/t) 0207 1420 (179 €/t) 0207 1460 (231€/t) 0207 2510 (170€/t) 0207 2630 (134€/t) 0207 2670 (230€/t) 0207 2730 (134€/t) 0207 2770 (230€/t) | 0207 1190 (162€/t) 0207 1320 (179 €/t) 0207 1360 (231€/t) 0207 1430 (134 €/t) 0207 1470 (0%) 0207 2590 (186€/t) 0207 2640 (93€/t) 0207 2680 (415€/t) 0207 2740 (93€/t) 0207 2780 (0%) | 0207 1210 (149€/t) 0207 1330 (134 €/t) 0207 1370 (504€/t) 0207 1440 (93€/t) 0207 2410 (170€/t) 0207 2610 (425€/t) 0207 2650 (339€/t) 0207 2710 (0%) 0207 2750 (339€/t) |