|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Is-serje L |
|
2025/1125 |
15.9.2025 |
REGOLAMENT DELEGAT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2025/1125
tal-5 ta’ Ġunju 2025
li jissupplimenta r-Regolament (UE) 2023/1114 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-istandards tekniċi regolatorji li jispeċifikaw l-informazzjoni f’applikazzjoni għal awtorizzazzjoni biex jiġu offruti tokens irreferenzjati ma’ assi lill-pubbliku jew biex tingħata l-awtorizzazzjoni biex jiġu nnegozjati
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) 2023/1114 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-31 ta’ Mejju 2023 dwar is-swieq fil-kriptoassi, u li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1093/2010 u (UE) Nru 1095/2010 u d-Direttivi 2013/36/UE u (UE) 2019/1937 (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 18(6), it-tielet subparagrafu tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Sabiex l-awtoritajiet kompetenti jkunu jistgħu jivvalutaw jekk persuni ġuridiċi jew impriżi oħra li jkollhom l-intenzjoni li joffru lill-pubbliku jew jitolbu l-awtorizzazzjoni biex jinnegozjaw tokens irreferenzjati ma’ assi (“emittenti li japplikaw”) jissodisfawx ir-rekwiżiti stabbiliti fit-Titolu III tar-Regolament (UE) 2023/1114 u ma jaqgħu fl-ebda waħda mir-raġunijiet li jiġġustifikaw ir-rifjut ta’ awtorizzazzjoni, jenħtieġ li l-informazzjoni li għandha tingħata f’applikazzjoni għal awtorizzazzjoni biex joffru lill-pubbliku jew jitolbu l-awtorizzazzjoni biex jinnegozjaw tokens irreferenzjati ma’ assi ppreżentata f’konformità mal-Artikolu 18(1) ta’ dak ir-Regolament tkun dettaljata u komprensiva biżżejjed. |
|
(2) |
L-emittent applikant jenħtieġ li jissottometti informazzjoni li hija vera, preċiża, kompluta u aġġornata. Għal dak l-għan, jenħtieġ li l-emittent applikant jinforma lill-awtoritajiet kompetenti bi kwalunkwe bidla jew aġġornament li jseħħu wara s-sottomissjoni tal-applikazzjoni, u qabel l-offerta pubblika jew l-ammissjoni għan-negozjar tat-token irreferenzjat ma’ assi, li jkunu relatati mal-informazzjoni mogħtija fl-applikazzjoni, u li jistgħu jkunu rilevanti għall-valutazzjoni tal-applikazzjoni. Jenħtieġ li l-awtoritajiet kompetenti jkunu jistgħu wkoll jistaqsu jekk sarux xi bidliet jew aġġornamenti qabel l-offerta pubblika jew l-awtorizzazzjoni biex jiġi nnegozjat token irreferenzjat ma’ assi. |
|
(3) |
L-applikazzjoni għal awtorizzazzjoni jenħtieġ li jkun fiha informazzjoni dwar l-emittent applikant, inkluż dwar l-identità tiegħu u informazzjoni dwar l-adegwatezza tal-membri tal-korp maniġerjali u r-reputazzjoni tajba biżżejjed tal-azzjonisti jew tal-membri, kemm jekk diretti kif ukoll indiretti, b’parteċipazzjonijiet kwalifikanti. |
|
(4) |
L-informazzjoni li tinsab fl-applikazzjoni għal awtorizzazzjoni tinkludi data personali. F’konformità mal-prinċipju tal-minimizzazzjoni tad-data, minqux fl-Artikolu 5(1), il-punt (c), tar-Regolament (UE) 2016/679 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2), għandha tintalab id-data personali li hija meħtieġa biex tippermetti lill-awtorità kompetenti twettaq valutazzjoni komprensiva tal-emittent applikant, il-valutazzjoni tal-membri tal-korp maniġerjali tiegħu, il-kapaċità tiegħu li jikkonforma mar-rekwiżiti prudenzjali tar-Regolament (UE) 2023/1114, u li l-emittent applikant ma jaqa’ taħt l-ebda raġuni ta’ rifjut tal-awtorizzazzjoni stabbilita fl-Artikolu 21(2), il-punti (a) sa (e), tar-Regolament (UE) 2023/1114. |
|
(5) |
Sabiex l-awtoritajiet kompetenti jiġu pprovduti b’perspettiva komprensiva tal-operazzjonijiet attwali u ppjanati tal-emittenti applikanti u l-organizzazzjoni relatata, jenħtieġ li l-emittenti applikanti jinkludu programm ta’ operazzjonijiet fl-applikazzjoni tiegħu għal awtorizzazzjoni. |
|
(6) |
L-emittenti ta’ token irreferenzjat ma’ assi li mhumiex fornituri ta’ servizzi tal-kriptoassi jew entitajiet marbutin b’obbligu oħra, mhumiex soġġetti għad-Direttiva (UE) 2015/849 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3) jew għar-Regolament (UE) 2023/1113 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (4). Madankollu, huwa kruċjali li l-mudell tan-negozju tal-emittent applikant ikun strutturat b’mod li ma jesponix lill-emittent applikant jew lis-settur finanzjarju għal riskji ta’ ħasil tal-flus u ta’ finanzjament tat-terroriżmu, peress li dak jikkostitwixxi raġuni għal rifjut tal-awtorizzazzjoni. Għaldaqstant, jenħtieġ li l-emittent li japplika jipprovdi valutazzjoni tar-riskju ġenerali li jkun fiha informazzjoni adegwata li tippermetti l-valutazzjoni tal-awtorità kompetenti tal-iskopertura u s-sensittività tal-mudell tan-negozju tal-emittent li japplika fir-rigward tar-riskji tal-ħasil tal-flus u tal-finanzjament tat-terroriżmu. Jenħtieġ li l-valutazzjoni tar-riskju ġenerali tinkludi informazzjoni dwar il-mekkaniżmi u l-arranġamenti relatati mal-ħruġ, il-fidi u d-distribuzzjoni ta’ token irreferenzjat ma’ assi u l-involviment previst tal-fornituri ta’ servizzi tal-kriptoassi f’tali mekkaniżmi. Meta l-mudell ta’ negozju tal-emittent applikant ikun jinvolvi arranġamenti fis-seħħ mal-fornituri ta’ servizzi tal-kriptoassi, jenħtieġ li l-applikazzjoni għal awtorizzazzjoni tinkludi deskrizzjoni li tħares ’il quddiem imħejjija minn tali fornitur ta’ servizzi tal-kriptoassi tal-kontrolli interni tagħhom u tal-konformità kontinwa mar-regoli rilevanti tal-Unjoni dwar il-ġlieda kontra l-ħasil tal-flus u l-finanzjament tat-terroriżmu. |
|
(7) |
L-oqfsa ta’ kontroll intern effettiv, inkluż is-sistemi tal-maniġġjar tar-riskji u l-informazzjoni u tat-teknoloġija tal-informazzjoni u tal-komunikazzjoni (ICT) u l-immaniġjar tar-riskji huma kruċjali għall-immaniġġjar sod u prudenti tal-attivitajiet tal-emittent applikant u tal-assi ta’ riżerva għall-prevenzjoni, il-monitoraġġ u l-mitigazzjoni tar-riskji operazzjonali u tipi oħra ta’ riskji. Għalhekk, jenħtieġ li l-emittenti li japplikaw jipprovdu dokumentazzjoni adegwata dwar il-qafas ta’ kontroll intern u l-qafas tal-immaniġjar tar-riskji tal-ICT tagħhom li turi li jikkonformaw mar-Regolament (UE) 2022/2554 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (5). |
|
(8) |
Ir-riżervi ta’ assi hija kruċjali biex tiġi żgurata l-effettività tal-mekkaniżmu ta’ stabbilizzazzjoni li jirfed it-token irreferenzjat ma’ assi u d-drittijiet ta’ fidi tad-detenturi tat-token f’kull ħin inkluż f’każ ta’ stress. Flimkien mal-applikazzjoni għal awtorizzazzjoni, l-emittenti applikanti jenħtieġ li għalhekk jippreżentaw politiki ċari u dettaljati dwar il-kompożizzjoni, il-kostituzzjoni, is-segregazzjoni, il-kustodja u l-ġestjoni tal-investiment ta’ tali riżervi ta’ assi. |
|
(9) |
Jenħtieġ li l-emittenti applikanti jipprovdu lill-awtorità kompetenti bl-informazzjoni kollha meħtieġa u suffiċjenti li tippermetti lill-awtorità kompetenti twettaq valutazzjoni komprensiva tal-membri tal-korp maniġerjali bil-ħsieb li jiġi żgurat li dawn jissodisfaw ir-rekwiżiti tal-adegwatezza u ma jaqgħux fi kwalunkwe mir-raġunijiet għar-rifjut tal-awtorizzazzjoni stabbiliti fl-Artikolu 21(2), il-punti (a) u (b), tar-Regolament (UE) 2023/1114. Għal dak l-għan, jenħtieġ li l-applikazzjoni għal awtorizzazzjoni jkun fiha l-informazzjoni rilevanti għall-valutazzjoni tar-reputazzjoni inkluż biżżejjed informazzjoni li tippermetti li jiġi vverifikat li l-membri tal-korp maniġerjali ma jkunux instabu ħatja ta’ reati relatati mal-ħasil tal-flus jew mal-finanzjament tat-terroriżmu jew ta’ kwalunkwe reat ieħor li jaffettwa r-reputazzjoni tajba tiegħu, biex jiġu vvalutati l-esperjenza professjonali, l-għarfien u l-ħiliet tagħhom fl-oqsma rilevanti għas-servizzi finanzjarji, il-kriptoassi, assi diġitali oħra, it-teknoloġija ta’ reġistru distribwit (DLT), l-innovazzjoni diġitali, it-teknoloġija tal-informazzjoni (IT), iċ-ċibersigurtà jew il-ġestjoni u l-informazzjoni li jippermettu l-valutazzjoni tal-adegwatezza tal-impenn tal-ħin tagħhom. Sabiex jiġu żgurati l-koerenza u l-koordinazzjoni fost id-deċiżjonijiet differenti tas-superviżuri finanzjarji li l-informazzjoni jenħtieġ li tinkludi wkoll kwalunkwe valutazzjoni minn qabel ipprovduta mill-awtoritajiet kompetenti. |
|
(10) |
Fir-rigward tal-azzjonisti u l-membri li jkollhom parteċipazzjonijiet kwalifikanti diretti jew indiretti fl-emittent applikant, jenħtieġ li l-applikazzjoni għal awtorizzazzjoni jkun fiha l-informazzjoni kollha li tippermetti lill-awtorità kompetenti twettaq valutazzjoni komprensiva tar-reputazzjoni tajba biżżejjed ta’ tali azzjonisti jew membri u li ma jaqgħux taħt ir-raġuni ta’ rifjut tal-awtorizzazzjoni stabbilita fl-Artikolu 21(2), il-punt (c), tar-Regolament (UE) 2023/1114. Għal dak l-għan, jenħtieġ li l-applikazzjoni għal awtorizzazzjoni jkun fiha informazzjoni meħtieġa u suffiċjenti li tippermetti lill-awtoritajiet kompetenti jivverifikaw li dawk l-azzjonisti jew il-membri ma ġewx ikkundannati għal reati relatati mal-ħasil tal-flus jew mal-finanzjament tat-terroriżmu jew ta’ kwalunkwe reat ieħor li jaffettwa r-reputazzjoni tajba tagħhom u jistabbilixxu ċ-ċertezza u l-oriġini leġittima tal-fondi jew assi oħra użati biex jiġi stabbilit l-emittent applikant u jiġi ffinanzjat in-negozju ta’ dak l-emittent applikant. |
|
(11) |
Dan ir-Regolament huwa bbażat fuq l-abbozz tal-istandards tekniċi regolatorji ppreżentat lill-Kummissjoni mill-Awtorità Bankarja Ewropea, żviluppat f’kooperazzjoni mill-qrib mal-Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq u mal-Bank Ċentrali Ewropew. |
|
(12) |
L-Awtorità Bankarja Ewropea għamlet konsultazzjonijiet pubbliċi miftuħin dwar l-istandards tekniċi regolatorji abbozzati li fuqhom huwa bbażat dan ir-Regolament, analizzat l-ispejjeż u l-benefiċċji potenzjali relatati u talbet il-parir tal-Grupp tal-Partijiet Bankarji Interessati stabbilit f’konformità mal-Artikolu 37 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (6). |
|
(13) |
Il-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data ġie kkonsultat f’konformità mal-Artikolu 42(1) tar-Regolament (UE) 2018/1725 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (7) u ta opinjoni fis-17 ta’ Lulju 2024, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Informazzjoni dwar l-identità tal-emittent applikant
Għall-finijiet tal-Artikolu 18(2)(a), (b) u (c), tar-Regolament (UE) 2023/1114, applikazzjoni għall-awtorizzazzjoni għandu jkun fiha l-informazzjoni kollha dwar l-identità tal-emittent applikant li ġejja:
|
(a) |
l-isem ġuridiku sħiħ attwali tal-emittent applikant, l-isem kummerċjali, il-logo, l-indirizzi tas-sit web tal-kanali kollha ta’ komunikazzjoni u kummerċjalizzazzjoni, inkluż il-kontijiet tal-midja soċjali u, fejn applikabbli, kwalunkwe bidla maħsuba f’dawk l-ismijiet, kontijiet jew indirizzi; |
|
(b) |
l-identifikatur ta’ entità ġuridika tal-ISO 17442 ivvalidat, maħruġ u mġedded kif xieraq tal-emittent applikant rilaxxat f’konformità mat-termini ta’ kwalunkwe waħda mill-Unitajiet Operattivi Lokali akkreditati tas-Sistema ta’ Identifikatur tal-Entità Ġuridika Globali; |
|
(c) |
il-forma ġuridika tal-emittent applikant; |
|
(d) |
id-data u l-Istat Membru tal-inkorporazzjoni jew tal-formazzjoni tal-emittent applikant; |
|
(e) |
l-Istat Membru u l-indirizzi tal-uffiċċju reġistrat tal-emittent applikant u, fejn differenti, tal-uffiċċju prinċipali tiegħu, u tal-post prinċipali tan-negozju tiegħu; |
|
(f) |
meta l-emittent applikant jkun irreġistrat f’reġistru ċentrali, reġistru kummerċjali, reġistru tal-kumpaniji jew reġistru pubbliku simili differenti mir-reġistru msemmi fit-tieni subparagrafu, l-isem ta’ dak ir-reġistru u n-numru tar-reġistrazzjoni tal-emittent applikant jew mezz ekwivalenti ta’ identifikazzjoni f’dak ir-reġistru u kopja taċ-ċertifikat ta’ reġistrazzjoni; |
|
(g) |
l-istrumenti ta’ kostituzzjoni jew statut tal-emittent applikant, u l-istatut ta’ assoċjazzjoni; |
|
(h) |
meta l-emittent applikant jkun impriża li ma tkunx persuna ġuridika, dokumentazzjoni li tivvaluta li l-livell ta’ protezzjoni tal-interessi ta’ partijiet terzi, inkluż id-drittijiet tad-detenturi ta’ token irreferenzjat ma’ assi, ikun ekwivalenti għal dak mogħti minn persuni ġuridiċi u li l-emittent applikant jkun soġġett għal superviżjoni prudenzjali ekwivalenti xierqa għall-forma ġuridika tiegħu; |
|
(i) |
id-data tat-tmiem tas-sena ta’ kontabbiltà għall-emittent applikant; |
|
(j) |
l-isem sħiħ u d-dettalji ta’ kuntatt, inkluż in-numru tat-telefown u l-indirizz tal-posta elettronika, tal-persuna fi ħdan l-emittent applikant li għandha tiġi kkuntattjata rigward l-applikazzjoni għal awtorizzazzjoni; |
|
(k) |
l-isem sħiħ u d-dettalji ta’ kuntatt, inkluż in-numru tat-telefown u l-indirizz tal-posta elettronika, tal-konsulent professjonali prinċipali, jekk ikun hemm, użat biex titħejja l-applikazzjoni għal awtorizzazzjoni. |
Għall-finijiet tal-punti (c) sa (g), fir-rigward tal-persuni ġuridiċi fil-kamp ta’ applikazzjoni tad-Direttiva (UE) 2017/1132 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (8), l-informazzjoni msemmija f’dawk il-punti għandha taqbel mal-informazzjoni li tinsab fir-reġistru kummerċjali nazzjonali msemmi fl-Artikolu 16 ta’ dik id-Direttiva.
Artikolu 2
Programm ta’ operazzjonijiet: informazzjoni dwar il-mudell tan-negozju, l-istrateġija u l-profil tar-riskju
1. Għall-finijiet tal-Artikolu 18(2)(d) tar-Regolament (UE) 2023/1114, l-applikazzjoni għal awtorizzazzjoni għandu jkun fiha programm ta’ operazzjonijiet li jistabbilixxi l-mudell tan-negozju, l-istrateġija u l-valutazzjoni tar-riskju tal-emittent applikant għal tliet snin wara l-għoti tal-awtorizzazzjoni.
2. F’konformità mal-Artikolu 19 tar-Regolament (UE) 2023/1114, il-programm ta’ operazzjonijiet imsemmi fil-paragrafu 1 għandu jinkludi dan kollu li ġej:
|
(a) |
informazzjoni dwar l-attivitajiet tan-negozju tal-emittent applikant, inkluż:
|
|
(b) |
deskrizzjoni tal-ambjent tan-negozju fejn se jopera l-emittent applikant, b’enfasi fuq is-setturi tal-kriptoassi u tal-pagamenti, inkluż:
|
|
(c) |
deskrizzjoni tal-istrateġija tan-negozju ġenerali tal-emittent applikant u, fejn l-emittent applikant jappartjeni għal grupp, l-istrateġija ġenerali tal-grupp, inkluż:
|
Għall-finijiet tal-punt (a)(i)(4), meta, malli jingħata l-awtorizzazzjoni, l-emittent applikant ikun biħsiebu jaħtar b’kunsens jew bil-miktub, entitajiet oħra biex iwettqu l-offerta lill-pubbliku jew l-ammissjoni għan-negozjar tat-token irreferenzjat ma’ assi, l-applikazzjoni għal awtorizzazzjoni għandha tinkludi politiki u proċeduri li jiċċaraw, inter alia, li r-responsabbiltà għall-konformità mat-Titolu III tar-Regolament (UE) 2023/1114 se tibqa’ f’idejn l-emittent ta’ token irreferenzjat ma’ assi li jkun ingħata awtorizzazzjoni u li tali entitajiet oħra jkunu soġġetti għar-rekwiżiti ta’ kondotta u ta’ kummerċjalizzazzjoni stabbiliti fl-Artikolu 16(1), it-tieni subparagrafu, ta’ dak ir-Regolament.
Artikolu 3
Programm ta’ operazzjonijiet: informazzjoni finanzjarja dwar il-pjan ta’ direzzjoni tan-negozju
1. L-applikazzjoni għal awtorizzazzjoni għandu jkun fiha pjan ta’ direzzjoni tan-negozju li jispjega l-vijabbiltà inizjali u s-sostenibbiltà kontinwa tal-mudell tan-negozju tal-emittent li japplika u l-kapaċità tal-emittent applikant li jikkonforma mar-rekwiżiti prudenzjali stabbiliti fir-Regolament (UE) 2023/1114 għal mill-inqas perjodu ta’ tliet snin mill-għoti ta’ awtorizzazzjoni fuq xenarju bażi u fuq xenarju ta’ kriżi
2. Ix-xenarju ta’ kriżi msemmi fil-paragrafu 1 għandu jiddependi fuq sitwazzjonijiet ta’ kriżi gravi iżda plawżibbli, imfassla abbażi tar-Regolament ta’ Delega tal-Kummissjoni (UE) 2025/415 (10). Għal applikazzjoni għal awtorizzazzjoni relatata mal-offerta lill-pubbliku jew l-ammissjoni għan-negozjar ta’ token irreferenzjat ma’ assi li għalih tintalab klassifikazzjoni volontarja bħala token irreferenzjat ma’ assi sinifikanti kif imsemmi fil-paragrafu 4 ta’ dan l-Artikolu, ix-xenarju ta’ stress għandu jagħti attenzjoni partikolari lis-sitwazzjonijiet ta’ stress ta’ likwidità.
3. Kwalunkwe suppożizzjoni tal-pjan ta’ direzzjoni tan-negozju għandhom ikunu kredibbli u realistiċi u jiddependu fuq previżjonijiet makroekonomiċi uffiċjali elaborati minn istituzzjoni tal-Unjoni jew nazzjonali pubblika.
4. Meta l-applikazzjoni għal awtorizzazzjoni tkun relatata mal-offerta lill-pubbliku jew mal-ammissjoni għan-negozjar ta’ token irreferenzjat ma’ assi li għalih tintalab klassifikazzjoni volontarja bħala token irreferenzjat ma’ assi sinifikanti, il-pjan ta’ direzzjoni tan-negozju għandu juri b’mod ċar li l-ħruġ propost jissodisfa r-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 44 tar-Regolament (UE) 2023/1114 u għandu jirrifletti b’mod adegwat il-kumplessità u l-profil tar-riskju ogħla tal-emittent applikant.
5. Il-pjan ta’ direzzjoni tan-negozju għandu jkun fih l-informazzjoni finanzjarja prevista dwar l-emittent applikant fil-livell individwali u, fejn applikabbli, fil-livell konsolidat, li tappoġġa l-ispjegazzjoni tal-profittabbiltà tan-negozju u l-kredibbiltà tagħha, inkluż:
|
(a) |
tbassir tal-pjanijiet kontabilistiċi għat-tliet snin wara l-għoti tal-awtorizzazzjoni, inklużi:
|
|
(b) |
spjegazzjoni li torbot l-elementi tal-programm operazzjonali stabbiliti fl-Artikolu 3(2) mal-previżjonijiet imsemmija fil-punt (a) ta’ dan il-paragrafu; |
|
(c) |
suppożizzjonijiet tal-ippjanar għall-previżjonijiet imsemmija fil-punt (a), inkluż l-għadd mistenni ta’ detenturi ta’ token, l-għadd u l-valur mistennija ta’ tranżazzjonijiet kuljum u l-għadd medju u l-valur aggregat medju mistennija tat-tranżazzjonijiet kuljum għall-perjodu ta’ żmien tal-pjan ta’ direzzjoni tan-negozju, il-motivaturi tal-profittabilità, u spjegazzjonijiet tal-informazzjoni kwantitattiva stabbilita f’dak il-pjan ta’ direzzjoni tan-negozju; |
|
(d) |
kalkoli tar-rekwiżiti ta’ fondi proprji tal-emittent applikant skont l-Artikolu 35(1) tar-Regolament (UE) 2023/1114 li jkopru l-perjodu ta’ żmien tal-pjan ta’ negozju ta’ tliet snin; |
|
(e) |
evidenza ta’ sostenn (inkluż dikjarazzjoni finanzjarja awditjata, jew estratt mir-reġistru tal-kumpaniji) tal-kapital maħruġ, il-kapital imħallas u l-kapital li jkun għadu ma tħallasx, inkluż:
|
|
(f) |
tbassir tal-kalkoli tal-ammont u tal-kompożizzjoni tar-riżerva ta’ assi u l-adegwatezza tagħhom biex jiġi żgurat l-eżerċizzju permanenti tad-drittijiet ta’ fidi matul il-perjodu ta’ żmien tal-pjan ta’ direzzjoni tan-negozju. |
6. Il-programm tal-operazzjonijiet għandu jkun fih ukoll l-informazzjoni finanzjarja tal-passat tal-emittent applikant, fosthom:
|
(a) |
dikjarazzjonijiet finanzjarji statutorji tal-emittent applikant, fil-livell individwali u, fejn applikabbli, fil-livell konsolidat u subkonsolidat, approvati mill-awditur statutorju, fejn applikabbli jew mid-ditta tal-awditjar esterna, li jkopru mill-inqas l-aħħar tliet snin finanzjarji qabel l-applikazzjoni għal awtorizzazzjoni, inkluż:
|
|
(b) |
deskrizzjoni ta’ kwalunkwe dejn imġarrab jew mistenni li jiġġarrab mill-emittent applikant qabel l-offerta lill-pubbliku jew l-ammissjoni għan-negozjar tat-token irreferenzjat ma’ assi, inkluż, fejn applikabbli, l-isem tas-selliefa, il-maturitajiet u t-termini ta’ tali dejn, l-użu tar-rikavati u, meta s-sellief ma jkunx istituzzjoni finanzjarja taħt superviżjoni, informazzjoni dwar l-oriġini tal-fondi mislufa jew dwar il-fondi mislufa jew mistennija li jiġu mislufa; |
|
(c) |
deskrizzjoni ta’ kwalunkwe interess ta’ titolu, garanzija jew indennizz mogħtija jew mistennija li jingħataw mill-applikant qabel l-offerta lill-pubbliku jew l-ammissjoni għan-negozjar tat-tokens irreferenzjati ma’ assi; |
|
(d) |
fejn disponibbli, informazzjoni dwar il-klassifikazzjoni tal-kreditu tal-emittent applikant u, fejn applikabbli, il-klassifikazzjoni ġenerali ta’ kwalunkwe grupp parti tiegħu; |
|
(e) |
meta l-emittent applikant ikun ilu stabbilit għal inqas minn tliet snin, għas-snin mhux koperti minn rapporti finanzjarji, sommarju aġġornat kemm jista’ jkun qrib id-data tal-applikazzjoni għal awtorizzazzjoni, tas-sitwazzjoni finanzjarja tal-emittent applikant jew l-azzjonisti jew membri b’parteċipazzjonijiet kwalifikanti tat-tliet snin ta qabel fil-każ ta’ persuni ġuridiċi jew id-dikjarazzjonijiet tat-taxxa tagħhom fil-każ ta’ persuni fiżiċi. |
Artikolu 4
Informazzjoni dwar l-arranġamenti ta’ governanza interna u l-organizzazzjoni strutturali
1. Għall-finijiet tal-Artikolu 18(2)(f) tar-Regolament (UE) 2023/1114, l-applikazzjoni għal awtorizzazzjoni għandu jkun fiha informazzjoni ċara u komprensiva dwar l-organizzazzjoni, l-istruttura operazzjonali u l-arranġamenti ta’ governanza tal-emittent applikant li turi li huma mfassla tajjeb u li jiżguraw il-ġestjoni soda u prudenti tal-emittent applikant. Dik l-informazzjoni għandha tinkludi:
|
(a) |
l-organigramma li tistabbilixxi l-istruttura operazzjonali f’termini ta’ linji u unitajiet operatorji u l-allokazzjoni relatata tal-persunal, l-interazzjonijiet bejn id-diversi funzjonijiet tal-emittent applikant, l-indikazzjoni ta’ linji ta’ rapportar ċari u effettivi u l-allokazzjoni ta’ responsabbiltajiet li jirriflettu l-attivitajiet tan-negozju tal-emittent applikant; |
|
(b) |
it-termini ta’ referenza tal-korp maniġerjali, b’immappjar tar-rwoli, tad-dmirijiet u tal-linji ta’ rapportar ta’ kull membru; |
|
(c) |
deskrizzjoni dettaljata u komprensiva tal-għadd u l-profil previsti tar-riżorsi umani, inkluż l-anzjanità, il-ħiliet, l-għarfien espert tagħhom, u tar-riżorsi tekniċi, inkluż karatteristiċi u funzjonijiet speċifiċi, kemm huma aġġornati u l-karattru innovattiv tagħhom bi spjegazzjoni tal-adegwatezza tar-riżorsi umani u tekniċi għall-implimentazzjoni tal-pjan ta’ direzzjoni tan-negozju; |
|
(d) |
deskrizzjoni dettaljata tal-proċeduri u tal-arranġamenti biex jiġi żgurat ir-rapportar preċiż u f’waqtu tad-data relatata mat-token irreferenzjat ma’ assi; |
|
(e) |
deskrizzjoni tal-kodiċi ta’ kondotta li jistabbilixxi l-valuri korporattivi etiċi u professjonali tal-emittent applikant u l-kultura tar-riskju; |
|
(f) |
deskrizzjoni tal-proċeduri tat-trattament tal-ilmenti kif imsemmi fl-Artikolu 31 tar-Regolament (UE) 2023/1114 u f’konformità mar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2025/293 (12); |
|
(g) |
deskrizzjoni tal-politika dwar il-kunflitti ta’ interess kif imsemmi fl-Artikolu 32 tar-Regolament (UE) f2023/1114, u f’konformità mar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni li jistabbilixxi standards tekniċi regolatorji adottati skont l-Artikolu 32(5) tar-Regolament (UE) 2023/1114; |
|
(h) |
deskrizzjoni tal-proċeduri li jiżguraw li l-emittent applikant se jikkonforma mar-rekwiżiti kollha ta’ divulgazzjoni lejn id-detenturi tat-token irreferenzjat ma’ assi stabbiliti fl-Artikolu 30 tar-Regolament (UE) 2023/1114; |
Għall-finijiet tal-punt (c), l-applikazzjoni għal awtorizzazzjoni għandha turi wkoll is-sitwazzjoni attwali tal-implimentazzjoni tal-istruttura operazzjonali prevista, inkluż il-pjan ta’ reklutaġġ għar-riżorsi umani, u l-akkwist u l-operazzjonalizzazzjoni tar-riżorsi tekniċi.
2. L-applikazzjoni għal awtorizzazzjoni għandu jkun fiha l-ismijiet u d-dettalji ta’ kuntatt tal-fornituri terzi kollha li magħhom l-emittent applikant ikun biħsiebu jikkonkludi jew ikun ikkonkluda arranġamenti għall-operat tar-riżerva ta’ assi, u għall-investiment tal-assi ta’ riżerva, il-kusftodja tal-assi ta’ riżerva u, fejn applikabbli, id-distribuzzjoni tat-tokens irreferenzjati ma’ assi lill-pubbliku kif imsemmi fl-Artikolu 34(5) tar-Regolament (UE) 2023/1114 u deskrizzjoni ta’ tali arranġamenti ta’ partijiet terzi, inkluż dawn kollha li ġejjin:
|
(a) |
ir-raġunament għall-użu ta’ fornitur ta’ servizzi terz biex jappoġġa jew iwettaq funzjonijiet kritiċi jew importanti; |
|
(b) |
il-post tal-fornitur terz u fejn applikabbli l-post fejn tinħażen jew tiġi pproċessata d-data; |
|
(c) |
ir-riżorsi umani, finanzjarji u tekniċi tal-fornitur terz ta’ servizzi relatati ma’ funzjonijiet kritiċi jew importanti; |
|
(d) |
is-sistema ta’ kontroll intern tal-emittent applikant għall-monitoraġġ u l-ġestjoni tal-arranġament mal-fornitur terz; |
|
(e) |
il-pjanijiet għall-kontinwità tal-operat fil-każ li l-fornitur terz ma jkunx jista’ jipprovdi kontinwità tas-servizz; |
|
(f) |
il-kontenut tal-arranġamenti kuntrattwali rigward l-obbligu li jiġu żgurati l-aċċess għall-informazzjoni u d-drittijiet tal-ispezzjoni u tal-awditjar kemm għall-emittent applikant kif ukoll għall-awtorità kompetenti; |
|
(g) |
il-linja ta’ rapportar lill-korp maniġerjali. |
Artikolu 5
Informazzjoni dwar il-qafas ta’ kontroll intern
1. L-applikazzjoni għal awtorizzazzjoni għandu jkun fiha deskrizzjoni komprensiva tal-qafas ta’ kontroll intern tal-emittent applikant, inkluż dawn kollha li ġejjin:
|
(a) |
deskrizzjoni komprensiva tal-funzjoni għall-konformità interna bħala parti mill-mekkaniżmu ta’ kontroll intern skont l-Artikolu 34(10) tar-Regolament (UE) 2023/1114 jkollha awtorità, statura u riżorsi suffiċjenti u aċċess dirett għall-korp maniġerjali; |
|
(b) |
deskrizzjoni komprensiva tal-qafas tal-immaniġġjar tar-riskju, u tal-funzjoni tal-immaniġġjar tar-riskju fejn tkun stabbilita, jew meta f’konformità mal-proporzjonalità f’termini ta’ daqs, kumplessità u profil tar-riskju, tkun fdata lil fornitur terz, tal-arranġamenti relatati ta’ partijiet terzi f’konformità mal-Artikolu 4(2); |
|
(c) |
deskrizzjoni komprensiva tas-sistemi u l-kontrolli tal-immaniġġjar tar-riskju, li tispjega l-istrateġija tal-emittent applikant għall-identifikazzjoni, il-valutazzjoni, il-monitoraġġ, il-mitigazzjoni u r-rapportar tar-riskji kollha li l-emittent applikant huwa jew jista’ jkun espost għalihom, inkluż riskji għad-detenturi ta’ token irreferenzjat ma’ assi, riskji tas-suq, ta’ likwidità, ta’ konċentrazzjoni, operazzjonali, tal-ICT, reputazzjonali, legali, ta’ mġiba, ta’ konformità, tal-ESG, ta’ ħasil tal-flus u ta’ finanzjament tat-terroriżmu u strateġiċi; |
|
(d) |
deskrizzjoni komprensiva tal-funzjoni tal-awditjar intern bħala parti mill-mekkaniżmu ta’ kontroll intern skont l-Artikolu 34(10) tar-Regolament (UE) 2023/1114 meta dan ikun stabbilit, jew, meta f’konformità mal-proporzjonalità f’termini tad-daqs, tal-kumplessità u tal-profil tar-riskju tal-attivitajiet tal-emittent applikant, dak il-mekkaniżmu jkun ġie fdat lil fornitur terz, deskrizzjoni komprensiva tal-arranġamenti mat-parti terza li għandhom jinkludu l-elementi kollha msemmija fl-Artikolu 4(2), il-punti (a) sa (g) ta’ dan ir-Regolament, kif ukoll l-isem u d-dettalji ta’ kuntatt tal-awditur estern maħtur; |
|
(e) |
spjegazzjoni tal-arranġamenti ta’ governanza implimentati biex jiġu żgurati s-separazzjoni u s-segregazzjoni adegwata tad-dmirijiet tal-linji u l-unitajiet operatorji mill-funzjonijiet ta’ kontroll intern bħala parti mill-mekkaniżmu ta’ kontroll intern skont l-Artikolu 34(10) tar-Regolament (UE) 2023/1114, u spjegazzjoni tal-arranġamenti implimentati biex tiġi żgurata l-indipendenza tal-funzjonijiet ta’ kontroll intern, inkluż permezz tal-aċċess dirett tagħhom għall-korp maniġerjali fil-funzjoni maniġerjali u superviżorja tiegħu. |
Għall-finijiet tal-punt (c), id-deskrizzjoni għandha tinkludi wkoll id-dikjarazzjoni dwar il-predispożizzjoni għar-riskju tal-emittent applikant u t-tolleranza tar-riskju tiegħu, inkluż il-proċeduri u l-miżuri previsti għall-immaniġġjar tar-riskji identifikati fi ħdan il-predispożizzjoni għar-riskju.
2. L-applikazzjoni għal awtorizzazzjoni għandu jkun fiha deskrizzjoni tal-arranġamenti u tar-riżorsi tal-ICT u umani assenjati biex jiġi żgurat li l-emittent li japplika jikkonforma mar-Regolament (UE) 2022/2554, inkluż l-informazzjoni kollha li ġejja fir-rigward tas-sistemi, il-protokolli u l-għodod tal-ICT tal-emittent li japplika:
|
(a) |
dokumentazzjoni teknika dettaljata li tinkludi deskrizzjoni tal-qafas tal-immaniġġjar tar-riskji tal-ICT f’konformità mal-Artikolu 6(1) tar-Regolament (UE) 2022/2554, li turi l-kapaċità tal-emittent applikant li jindirizza r-riskju tal-ICT malajr, b’mod effiċjenti u komprensiv u li jiżgura livell għoli ta’ reżiljenza operazzjonali diġitali; |
|
(b) |
dettalji li juru li l-emittent applikant jżomm sistemi, protokolli u għodod aġġornati tal-ICT li huma xierqa, affidabbli, mgħammra b’kapaċità suffiċjenti biex jipproċessaw b’mod preċiż id-data meħtieġa għat-twettiq tal-attivitajiet u l-forniment f’waqtu ta’ servizzi, u teknoloġikament reżiljenti f’konformità mal-Artikolu 7 tar-Regolament (UE) 2022/2254; |
|
(c) |
deskrizzjoni dettaljata tal-politika ta’ sigurtà li turi li s-sistemi u l-proċeduri tal-emittent applikant huma kapaċi jipproteġu d-disponibbiltà, l-awtentiċità, l-integrità u l-kunfidenzjalità tad-data, tal-assi ta’ informazzjoni u tal-assi tal-ICT, inkluż dawk tal-klijenti tagħhom f’konformità mal-Artikolu 9(4) tar-Regolament (UE) 2022/2554; |
|
(d) |
deskrizzjoni komprensiva tal-proċess u s-sistemi tal-ICT li turi l-kapaċità li jipprovdu lill-emittent applikant b’informazzjoni u data affidabbli biex jappoġġaw ir-rekwiżiti tar-rapportar tad-data. |
3. L-applikazzjoni għal awtorizzazzjoni għandha tinkludi deskrizzjoni tal-pjan u tal-politika għall-kontinwità tal-operat li jiżguraw il-kapaċità tal-emittent applikant li jopera fuq bażi kontinwa u li jillimita t-telf f’każ ta’ tfixkil serju tan-negozju. Għal dak l-għan, il-pjan għall-kontinwità tal-operat għandu jinkludi:
|
(a) |
l-immappjar tad-data u l-funzjonijiet essenzjali; |
|
(b) |
ħarsa ġenerali lejn is-sistemi disponibbli ta’ riżerva u rkupru; |
|
(c) |
deskrizzjoni tad-disponibbiltà ta’ persunal ewlieni f’sitwazzjonijiet ta’ kontinwità tal-operat f’konformità mal-Artikolu 34(8) tar-Regolament (UE) 2023/1114 u l-Artikolu 11(1) tar-Regolament (UE) 2022/2554. |
4. Meta tokens irreferenzjati ma’ assi jinħarġu, jinħażnu u jiġu ttrasferiti bl-użu ta’ DLT proprjetarja jew teknoloġija simili mħaddma mill-emittent li japplika jew minn parti terza li taġixxi f’ismu, l-applikazzjoni għal awtorizzazzjoni għandha turi l-funzjonament tad-DLT jew teknoloġija simili li tkopri dan kollu li ġej:
|
(a) |
id-deskrizzjoni tat-titolu legali tal-emittent applikant lejn id-DLT jew teknoloġija simili, kemm jekk ikun dritt ta’ proprjetà jew relazzjonijiet kuntrattwali oħra li jipprovdu kontroll tat-teknoloġija ta’ reġistru distribwit jew tat-teknoloġija simili lill-emittent applikant, irrispettivament miċ-ċirkostanza li d-DLT titħaddem minn impriża differenti; |
|
(b) |
l-isem u d-dettalji ta’ kuntatt tal-operatur jew tal-operaturi tad-DLT, jekk differenti mill-emittent applikant; |
|
(c) |
il-pjan tal-emittent applikant jew tal-operatur terz dwar l-identifikazzjoni, il-monitoraġġ, il-valutazzjoni, il-mitigazzjoni u l-prevenzjoni tar-riskji, filwaqt li jitqiesu wkoll ir-riperkussjonijiet potenzjali fuq kriptoassi oħra maħruġa, ittrasferiti jew maħżuna fuq dik id-DLT u l-fornituri ta’ servizzi tal-kriptoassi relatati, u l-pjan dwar il-manutenzjoni teknoloġika regolari u l-aġġornament tad-DLT jew ta’ teknoloġija simili; |
|
(d) |
rapport tal-awditu tekniku u tas-sigurtà dwar il-konsistenza tal-funzjonament tad-DLT mal-istandards tal-kwalità li jintużaw fis-suq, u dwar l-idoneità u l-adegwatezza tal-pjanijiet imsemmija fil-punt (c); |
|
(e) |
f’każ li d-DLT proprjetarja tkun permessa, deskrizzjoni dettaljata tal-mekkaniżmi ta’ trasparenza. |
5. Meta jkunu previsti arranġamenti ta’ kooperazzjoni bejn l-emittent li japplika u l-fornituri speċifiċi ta’ servizzi tal-kriptoassi, l-applikazzjoni għal awtorizzazzjoni għandu jkun fiha deskrizzjoni dettaljata tal-mekkaniżmi u l-proċeduri ta’ kontroll intern attwali tal-fornitur ta’ servizzi tal-kriptoassi li jiżguraw il-konformità mal-obbligi fir-rigward tal-prevenzjoni tal-ħasil tal-flus u l-finanzjament tat-terroriżmu skont id-Direttiva (UE) 2015/849 u, fejn applikabbli, ir-Regolament (UE) 2023/1113. Tali deskrizzjoni dettaljata għandha tinkludi valutazzjoni li tħares ’il quddiem tal-konformità kontinwa ma’ tali obbligu għall-perjodu ta’ żmien ta’ tliet snin tal-pjan ta’ direzzjoni tan-negozju tal-emittent applikant. Tali deskrizzjoni u valutazzjoni li tħares ’il quddiem imħejjija mill-fornitur speċifiku ta’ servizzi tal-kriptoassi jistgħu jiġu skambjati mill-awtorità kompetenti mal-awtoritajiet kompetenti għall-ġlieda kontra l-ħasil tal-flus u l-finanzjament tat-terroriżmu, unitajiet tal-intelligence finanzjarja jew kwalunkwe korp pubbliku ieħor f’konformità mat-tieni subparagrafu tal-Artikolu 20(2) tar-Regolament (UE) 2023/1114.
Artikolu 6
Ġestjoni tal-likwidità, riżerva ta’ assi u drittijiet ta’ fidi
1. L-applikazzjoni għal awtorizzazzjoni għandu jkun fiha l-informazzjoni li ġejja li tiżgura l-konformità mar-rekwiżiti dwar il-ġestjoni tal-likwidità u dwar ir-riżerva ta’ assi:
|
(a) |
il-qafas komprensiv u dettaljat li juri l-kostituzzjoni, il-kompożizzjoni, il-ġestjoni, u s-segregazzjoni tar-riżerva ta’ assi, f’konformità mar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni li jistabbilixxi standards tekniċi adottati skont l-Artikolu 36(4) tar-Regolament (UE) 2023/1114; |
|
(b) |
il-politika ċara u dettaljata li tiddeskrivi l-mekkaniżmu ta’ stabbilizzazzjoni tat-token irreferenzjat ma’ assi li għalih tintalab l-awtorizzazzjoni, f’konformità mal-Artikolu 36(8) tar-Regolament (UE) 2023/1114; |
|
(c) |
l-isem tal-konsulent estern li se jkun inkarigat mill-awditu indipendenti tar-riżerva ta’ assi kull sitt xhur f’konformità mal-Artikolu 36(9) tar-Regolament (UE) 2023/1114; |
|
(d) |
il-politika u l-proċeduri dettaljati dwar il-kustodja tar-riżerva ta’ assi, inkluż il-modalità ta’ kustodja magħżula, filwaqt li tiġi żgurata l-konformità mal-Artikolu 37 tar-Regolament (UE) 2023/1114; |
|
(e) |
il-politika ta’ investiment ċara u dettaljata tar-riżerva ta’ assi f’konformità mar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni li jistabbilixxi standards tekniċi adottati skont l-Artikolu 38(5) tar-Regolament (UE) 2023/1114; |
|
(f) |
id-dettalji tal-arranġamenti kuntrattwali konklużi ma’ partijiet terzi għall-operazzjoni, l-investiment u l-kustodja tar-riżerva ta’ assi, f’konformità mal-politiki msemmija fil-punti (d) u (e). |
Għall-finijiet tal-punt (a), meta l-emittent applikant, japplika għal klassifikazzjoni volontarja tat-token irreferenzjat ma’ assi bħala token irreferenzjat ma’ assi sinifikanti, il-qafas għandu jkun fih il-politika u l-proċeduri tal-ġestjoni tal-likwidità. Il-qafas għandu juri wkoll il-linji ta’ rapportar lill-korp maniġerjali u kif se tiġi żgurata r-responsabbiltà tal-korp maniġerjali għall-ġestjoni prudenti tar-riżerva ta’ assi.
Għall-finijiet tal-punt (f), id-deskrizzjoni dettaljata għandha tindika l-isem u d-dettalji ta’ kuntatt tal-fornituri terzi ta’ servizzi, u turi r-rwoli, ir-responsabbiltajiet, id-drittijiet u l-obbligi kemm tal-emittent ta’ tokens irreferenzjati ma’ assi kif ukoll tal-fornituri terzi ta’ servizzi f’negozju avvjat u fil-każ tal-implimentazzjoni tal-pjan ta’ fidi inkluż il-liġi applikabbli għall-kuntratt. Meta tali servizzi jitqiesu bħala attivitajiet kritiċi għall-fidi ordnat f’konformità mat-tieni subparagrafu tal-Artikolu 47(2) tar-Regolament (UE) 2023/1114, id-deskrizzjoni għandha tindika wkoll li l-kuntratt ma jistax jiġi tterminat, iżda se jkun operazzjonali f’każ ta’ implimentazzjoni tal-pjan ta’ fidi f’konformità mal-Artikolu 47(1) ta’ dak ir-Regolament. Id-deskrizzjoni tal-arranġamenti kuntrattwali għandha tinkludi wkoll l-informazzjoni msemmija fl-Artikolu 5(2) ta’ dan ir-Regolament, kif applikabbli.
Id-deskrizzjoni tal-arranġamenti kuntrattwali ma’ fornituri terzi tas-servizzi għall-kustodja tar-riżerva ta’ assi għandha tinkludi l-miżuri meħuda mill-fornitur terz tas-servizzi biex tiġi żgurata s-separazzjoni legali u operazzjonali mill-assi tiegħu stess.
2. L-applikazzjoni għal awtorizzazzjoni għandu jkun fiha wkoll dan li ġej:
|
(a) |
politika u proċeduri ċari u dettaljati li jiżguraw ir-rispett tad-drittijiet ta’ fidi mogħtija lid-detenturi tat-token irreferenzjat ma’ assi f’konformità mal-Artikolu 39 tar-Regolament (UE) 2023/1114; |
|
(b) |
deskrizzjoni tal-pjan ta’ rkupru li għandu jiġi żviluppat f’konformità mal-Artikolu 46 tar-Regolament (UE) 2023/1114; |
|
(c) |
il-pjan ta’ fidi li għandu jiġi ppreżentat f’konformità mal-Artikolu 47 tar-Regolament (UE) 2023/1114. |
Artikolu 7
Identità u prova ta’ reputazzjoni tajba, għarfien, ħiliet, esperjenza u impenn ta’ żmien suffiċjenti tal-membri tal-korp maniġerjali
1. L-applikazzjoni għal awtorizzazzjoni għandha tipprovdi d-dettalji individwali personali kollha li ġejjin għal kull membru tal-korp maniġerjali u prova ta’ reputazzjoni tajba, għarfien, ħiliet, esperjenza, u l-kapaċità li jiddedika biżżejjed ħin biex iwettaq dmirijietu:
|
(a) |
l-isem sħiħ u, fejn differenti, l-isem tat-twelid; |
|
(b) |
il-post u d-data tat-twelid, l-indirizz u d-dettalji ta’ kuntatt tal-post ta’ residenza attwali, in-nazzjonalità jew in-nazzjonalitajiet, u n-numru ta’ identifikazzjoni personali jew kopja tal-karta tal-identità jew ekwivalenti; |
|
(c) |
dettalji tal-pożizzjoni li għandu jew li se jkollu, inkluż jekk il-pożizzjoni hijiex eżekuttiva jew mhux eżekuttiva, id-data tal-bidu jew id-data tal-bidu ppjanata u, fejn applikabbli, it-tul tal-mandat, u deskrizzjoni tad-dmirijiet u r-responsabbiltajiet ewlenin; |
|
(d) |
curriculum vitae li jkun fih dettalji tal-edukazzjoni u l-esperjenza, inkluż l-esperjenza professjonali, il-kwalifiki akkademiċi, taħriġ rilevanti ieħor, inkluż l-isem u n-natura tal-organizzazzjonijiet kollha li għalihom il-persuna tkun ħadmet u n-natura u t-tul tal-funzjonijiet imwettqa, b’mod partikolari li jenfasizza kwalunkwe attività, fl-ambitu tal-pożizzjoni mfittxija, rilevanti għas-servizzi finanzjarji, il-kriptoassi, jew assi diġitali oħra, id-DLT, it-teknoloġija tal-informazzjoni, iċ-ċibersigurtà, l-innovazzjoni diġitali jew l-esperjenza maniġerjali; |
|
(e) |
l-istorja personali, inkluż dawn kollha li ġejjin, fir-rigward tan-nazzjonalità jew in-nazzjonalitajiet miżmuma mill-persuna, u tal-postijiet ta’ residenza tal-persuna fl-aħħar 10 snin jekk differenti mill-pajjiż tan-nazzjonalità jew tan-nazzjonalitajiet:
|
|
(f) |
deskrizzjoni tal-interessi finanzjarji u mhux finanzjarji kollha li jistgħu joħolqu kunflitti ta’ interess materjali potenzjali li jaffettwaw il-perċezzjoni tal-affidabbiltà tal-persuna kkonċernata fit-twettiq tal-mandat bħala membru tal-korp maniġerjali tal-emittent applikant, inkluż:
|
|
(g) |
informazzjoni dwar il-kapaċità li jiddedikaw biżżejjed żmien biex iwettqu dmirijiethom fl-emittent applikant, inkluż:
|
Għall-finijiet tal-punt (e)(i), ir-rekords, iċ-ċertifikati u d-dokumenti uffiċjali għandhom ikunu nħarġu fi żmien tliet xhur qabel is-sottomissjoni tal-applikazzjoni għal awtorizzazzjoni.
2. Ir-riżultati ta’ kwalunkwe valutazzjoni tal-idoneità ta’ kull membru tal-korp maniġerjali, imwettqa mill-emittent applikant, inkluż l-informazzjoni li ġejja:
|
(a) |
il-minuti tal-bord rilevanti; |
|
(b) |
id-deċiżjoni dwar il-valutazzjoni tal-adegwatezza; |
|
(c) |
meta l-persuna kkonċernata tkun ġiet ivvalutata li ma għandhiex l-esperjenza meħtieġa, u dment li tiġi ssodisfata l-esperjenza minima meħtieġa, id-dettalji tal-pjan ta’ taħriġ impost, inkluż il-kontenut, il-fornitur u d-data sa meta jkun tlesta jew se jitlesta l-pjan ta’ taħriġ. |
3. Id-dikjarazzjoni dwar il-valutazzjoni ġenerali tal-emittent applikant tal-adegwatezza kollettiva tal-korp maniġerjali li tiddokumenta li kollettivament il-korp maniġerjali għandu l-għarfien, il-ħiliet u l-esperjenza xierqa biex jimmaniġġja l-emittent applikant, inklużi l-minuti tal-bord rilevanti jew ir-rapport jew id-dokumenti ta’ valutazzjoni tal-adegwatezza.
Artikolu 8
Informazzjoni relatata ma’ azzjonisti jew membri b’parteċipazzjonijiet kwalifikanti
L-applikazzjoni għal awtorizzazzjoni għandu jkun fiha informazzjoni dwar ir-reputazzjoni tajba biżżejjed tal-azzjonisti u l-membri b’parteċipazzjonijiet kwalifikanti diretti u indiretti fl-emittent applikant, inkluż dawn kollha li ġejjin:
|
(a) |
ċart li tistabbilixxi l-istruttura ta’ parteċipazzjoni tal-emittent applikant, inkluż it-tqassim tal-kapital u d-drittijiet tal-vot tiegħu u l-ismijiet tal-azzjonisti jew tal-membri b’parteċipazzjonijiet kwalifikanti kemm diretti kif ukoll indiretti; |
|
(b) |
għal kull azzjonist jew membru li għandu parteċipazzjoni kwalifikanti diretta jew indiretta fl-emittent applikant, l-informazzjoni u d-dokumenti dwar l-identità u r-reputazzjoni tagħhom stabbiliti fi:
|
|
(c) |
l-identità ta’ kull membru tal-korp maniġerjali tal-emittent applikant li kien jew li se jinħatar minn, jew wara nomina minn, tali persuna b’parteċipazzjonijiet kwalifikanti, flimkien mal-informazzjoni stabbilita fl-Artikolu 8(1) u (2), meta dik l-informazzjoni ma tkunx diġà ġiet ipprovduta; |
|
(d) |
għal kull azzjonist jew membru li jkollu parteċipazzjoni kwalifikanti diretta, l-informazzjoni li ġejja dwar il-parteċipazzjoni tiegħu, kemm jekk ishma kif ukoll jekk parteċipazzjonijiet oħrajn:
|
|
(e) |
l-informazzjoni msemmija fl-Artikolu 6(b), (d) u (e), u r-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2025/413; |
|
(f) |
l-informazzjoni msemmija fl-Artikolu 8 tar-Regolament Delegat (UE) 2025/413. |
Għall-finijiet tal-punt (b), il-parteċipazzjonijiet kwalifikanti indiretti huma identifikati f’konformità mal-Artikolu 4(1) u (2) tar-Regolament Delegat (UE) 2025/413.
Artikolu 9
Dħul fis-seħħ
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, il-5 ta’ Ġunju 2025.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Ursula VON DER LEYEN
(1) ĠU L 150, 9.6.2023, p. 40, ELI: https://eur-lex.europa.eu/eli/reg/2023/1114/oj.
(2) Ir-Regolament (UE) 2016/679 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta’ April 2016 dwar il-protezzjoni tal-persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali u dwar il-moviment liberu ta’ tali data, u li jħassar id-Direttiva 95/46/KE (Regolament Ġenerali dwar il-Protezzjoni tad-Data) (ĠU L 119, 4.5.2016, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2016/679/oj).
(3) Id-Direttiva (UE) 2015/849 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Mejju 2015 dwar il-prevenzjoni tal-użu tas-sistema finanzjarja għall-finijiet tal-ħasil tal-flus jew il-finanzjament tat-terroriżmu, li temenda r-Regolament (UE) Nru 648/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, u li tħassar id-Direttiva 2005/60/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u d-Direttiva tal-Kummissjoni 2006/70/KE (ĠU L 141, 5.6.2015, p. 73, ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/2015/849/oj).
(4) Ir-Regolament (UE) 2023/1113 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-31 ta’ Mejju 2023 dwar l-informazzjoni li takkumpanja t-trasferimenti ta’ fondi u ta’ ċerti kriptoassi u li jemenda d-Direttiva (UE) 2015/849 (ĠU L 150, 9.6.2023, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2023/1113/oj).
(5) Ir-Regolament (UE) 2022/2554 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta’ Diċembru 2022 dwar ir-reżiljenza operazzjonali diġitali għas-settur finanzjarju u li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 1060/2009, (UE) Nru 648/2012, (UE) Nru 600/2014, (UE) Nru 909/2014 u (UE) 2016/1011 (ĠU L 333, 27.12.2022, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2022/2554/oj).
(6) Ir-Regolament (UE) Nru 1093/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta’ Novembru 2010 li jistabbilixxi Awtorità Superviżorja Ewropea (Awtorità Bankarja Ewropea) u li jemenda d-Deċiżjoni Nru 716/2009/KE u jħassar id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/78/KE (ĠU L 331, 15.12.2010, p. 12, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2010/1093/oj).
(7) Ir-Regolament (UE) 2018/1725 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ Ottubru 2018 dwar il-protezzjoni ta’ persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali mill-istituzzjonijiet, korpi, uffiċċji u aġenziji tal-Unjoni u dwar il-moviment liberu ta’ tali data, u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 45/2001 u d-Deċiżjoni Nru 1247/2002/KE ( ĠU L 295, 21.11.2018, p. 39 ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2018/1725/oj).
(8) Id-Direttiva (UE) 2017/1132 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta’ Ġunju 2017 dwar ċerti aspetti tal-liġi dwar il-kumpaniji (ĠU L 169, 30.6.2017, p. 46, ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/2017/1132/oj).
(9) Ir-Regolament (UE) Nru 575/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Ġunju 2013 dwar ir-rekwiżiti prudenzjali għall-istituzzjonijiet ta’ kreditu u d-ditti tal-investiment u li jemenda r-Regolament (UE) Nru 648/2012 (ĠU L 176, 27.6.2013, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2013/575/oj).
(10) Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2025/415 tat-13 ta’ Diċembru 2024 li jissupplimenta r-Regolament (UE) 2023/1114 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward ta’ standards tekniċi regolatorji li jispeċifikaw l-aġġustament tar-rekwiżit tal-fondi proprji u l-karatteristiċi minimi tal-programmi tat-testijiet tal-istress tal-emittenti tat-tokens irreferenzjati ma’ assi u tat-tokens tal-flus elettroniċi (ĠU L, 2025/415, 24.3.2025, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_del/2025/415/oj).
(11) Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2025/413 tat-18 ta’ Diċembru 2024 li jissupplimenta r-Regolament (UE) 2023/1114 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-istandards tekniċi regolatorji li jispeċifikaw il-kontenut dettaljat tal-informazzjoni meħtieġa biex titwettaq il-valutazzjoni ta’ akkwiżizzjoni proposta ta’ parteċipazzjoni kwalifikanti fir-rigward ta’ emittent ta’ token irreferenzjat ma’ assi (ĠU L, 2025/413, 31.3.2025, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_del/2025/413/oj).
(12) Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2025/293 tat-30 ta’ Settembru 2024 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward ta’ standards tekniċi regolatorji li jispeċifikaw ir-rekwiżiti, il-mudelli u l-proċeduri għat-trattament tal-ilmenti relatati ma’ tokens irreferenzjati ma’ assi (ĠU L, 2025/293, 13.2.2025, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_del/2025/293/oj).
ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_del/2025/1125/oj
ISSN 1977-074X (electronic edition)