|
2.6.2022 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 218/11 |
Avviż minn qabel ta’ konċentrazzjoni
(Il-Każ M.10788– UTUM / SCHWARZ GROUP / APPLIEDAI)
Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
(2022/C 218/07)
1.
Fit-23 ta’ Mejju 2022, il-Kummissjoni rċeviet avviż ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).Dan l-avviż jikkonċerna l-impriżi li ġejjin:
|
— |
UnternehmerTUM Group (“UTUM”, il-ĠERMANJA), li finalment huwa kkontrollat minn Susanne Klatten, |
|
— |
Schwarz Dienstleistung KG (il-ĠERMANJA), finalment ikkontrollata minn Schwarz Group, |
|
— |
UnternehmerTUM Solutions GmbH (“appliedAI”, il-ĠERMANJA), bħalissa kkontrollata minn UTUM. |
UTUM u Schwarz Group jakkwistaw, fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) u 3(4) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll bi sħab ta’ appliedAI.
Il-konċentrazzjoni hija mwettqa permezz tax-xiri ta’ ishma.
2.
L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:|
— |
UTUM tħaddem ċentru għall-innovazzjoni u l-ħolqien tan-negozju fl-Ewropa u toffri firxa wiesgħa ta’ programmi ta’ kwalifiki intraprenditorjali għall-istudenti, ix-xjenzati u l-professjonisti kif ukoll konsulenza tal-bidu, servizzi ta’ riċerka u kwalifiki kif ukoll network fundatur b’saħħtu, |
|
— |
Schwarz Group huwa attiv prinċipalment fil-bejgħ bl-imnut tal-ikel permezz tal-ktajjen tal-bejgħ tiegħu Lidl u Kaufland, fil-produzzjoni tal-ikel għall-kumpaniji tal-bejgħ bl-imnut tiegħu u fil-ġbir, is-separazzjoni, l-ipproċessar u r-riċiklaġġ tal-iskart bħala fornitur ta’ servizz integrat fil-qasam tal-immaniġġjar tal-iskart. |
3.
AppliedAI se tinkludi r-riċerka applikata bħalissa dwar l-intelliġenza artifiċjali u l-attivitajiet ta’ konsultazzjoni ta’ UTUM, u se tipprovdi servizzi ta’ riċerka, software u konsulenza lin-negozji Ewropej. Barra minn hekk, appliedAI se tifforma sussidjarja bi sjieda sħiħa mingħajr skop ta’ qligħ, li se tiżviluppa ċentru Ewropew ta’ riċerka u edukazzjoni għall-Intelliġenza Artifiċjali.
4.
Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura simplifikata għat-trattament ta’ ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2), jinħtieġ li jiġi nnutat li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stipulata f’dan l-Avviż.
5.
Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni sa mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Jinħtieġ li r-referenza li ġejja tiġi speċifikata dejjem:
M.10788 – UTUM / SCHWARZ GROUP / APPLIEDAI
Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-email, permezz tal-fakx jew permezz tal-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:
Email: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu
Faks +32 22964301
Indirizz postali:
|
European Commission |
|
Directorate-General for Competition |
|
Merger Registry |
|
1049 Bruxelles/Brussel |
|
BELGIQUE/BELGIË |
(1) ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).