|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Is-serje C |
|
C/2025/5295 |
30.9.2025 |
Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni
(Il-Każ M.12171 — L-GAM / HAYFIN / VINVENTIONS)
Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
(C/2025/5295)
1.
Fit-22 ta’ Settembru 2025, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).Din in-notifika tikkonċerna l-impriżi li ġejjin:
|
— |
L-GAM II SCSp, (“ L-GAM” , il-Lussemburgu), |
|
— |
Hayfin Capital Management LLP (“ Hayfin ”, ir-Renju Unit). |
L-GAM u Hayfin se jakkwistaw, skont it-tifsira tal-Artikolu 3(1)(b) u 3(4) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll konġunt ta’ Vinventions Holding S.à r.l., (“ Viventions ”, il-Lussemburgu, attwalment ikkontrollata minn L-GAM).
Il-konċentrazzjoni titwettaq permezz ta’ kuntratt jew ta’ xi mezz ieħor.
2.
L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma li ġejjin:|
— |
L-GAM hija intrapriża Ewropea ta’ ekwità privata ta’ nofs is-suq, |
|
— |
Hayfin Capital Management LLP hija kumpanija alternattiva għall-ġestjoni tal-assi li topera fl-Ewropa, fl-Asja u fl-Istati Uniti. |
3.
Vinventions hija fornitur ta’ għeluq sintetiku u tal-aluminju għall-fliexken tal-inbid, li jopera f’diversi ġuriżdizzjonijiet inklużi l-UE, l-Istati Uniti, l-Arġentina, il-Messiku, l-Afrika t’Isfel u ċ-Ċina.
4.
Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar trattament issimplifikat għal ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 dwar il-kontroll ta’ konċentrazzjonijiet bejn impriżi (2) għandu jiġi nnutat li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stabbilita fl-Avviż.
5.
Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar il-konċentrazzjoni proposta.Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn 10 ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Ir-referenza li ġejja għandha dejjem tiġi speċifikata:
M.12171 — L-GAM / HAYFIN / VINVENTIONS
Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-email jew bil-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:
Email: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu
Indirizz postali:
|
Il-Kummissjoni Ewropea |
|
Id-Direttorat Ġenerali għall-Kompetizzjoni |
|
Ir-Reġistru tal-Fużjonijiet/Merger Registry |
|
1049 Bruxelles/Brussel |
|
BELGIQUE/BELGIË |
(1) ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).
ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2025/5295/oj
ISSN 1977-0987 (electronic edition)