IL-KUMMISSJONI EWROPEA
Brussell, 6.7.2020
COM(2020) 424 final
ABBOZZ TA’ BAĠIT EMENDATORJU Nru 7
TAL-BAĠIT ĠENERALI 2020
Aġġornament tad-dħul (riżorsi proprji)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA
Brussell, 6.7.2020
COM(2020) 424 final
ABBOZZ TA’ BAĠIT EMENDATORJU Nru 7
TAL-BAĠIT ĠENERALI 2020
Aġġornament tad-dħul (riżorsi proprji)
Wara li kkunsidrat:
–it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 314 tiegħu, flimkien mat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika, u b’mod partikolari l-Artikolu 106a tiegħu,
–ir-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Lulju 2018 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni (...) 1 , u b’mod partikolari l-Artikolu 44 tiegħu,
–il-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2020, kif adottat fis-27 ta’ Novembru 2019 2 ,
–il-baġit emendatorju Nru 1/2020 3 , adottat fis-17 ta’ April 2020,
–il-baġit emendatorju Nru 2/2020 4 , adottat fis-17 ta’ April 2020,
–il-baġit emendatorju Nru 3/2020 5 , adottat fis-17 ta’ Ġunju 2020,
–il-baġit emendatorju Nru 4/2020 6 , adottat fis-17 ta’ Ġunju 2020,
–l-abbozz ta’ baġit emendatorju Nru 5/2020 7 , adottat fit-3 ta’ Ġunju 2020,
–l-abbozz ta’ baġit emendatorju Nru 6/2020 8 , adottat fit-3 ta’ Ġunju 2020,
Il-Kummissjoni Ewropea b’dan tippreżenta lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill l-Abbozz ta’ Baġit Emendatorju Nru 7/2020 tal-baġit tal-2020.
TIBDIL FID-DIKJARAZZJONI TAD-DĦUL U N-NEFQA SKONT IT-TAQSIMA
Il-bidliet fid-dikjarazzjoni ġenerali tad-dħul u fit-taqsima III huma disponibbli fil-EUR-Lex ( https://eur-lex.europa.eu/budget/www/index-mt.htm ).
WERREJ
1. Introduzzjoni
2. Aġġornament tad-dħul
2.1 Impatt ġenerali tal-ABE 7/2020 fuq id-distribuzzjoni tal-pagamenti totali tar-riżorsi proprji bejn l-Istati Membri
2.2 Reviżjoni tal-previżjoni tar-RPT u tal-bażijiet tal-VAT u tal-ING
2.3 Korrezzjoni għar-Renju Unit tal-2015, 2016, 2017, 2018 u 2019
2.3.1. Introduzzjoni
2.3.2. Kalkolu tal-korrezzjonijiet
2.3.3. Dħul fl-ABE 7/2020 tal-1el aġġornament tal-korrezzjoni għar-Renju Unit tal-2019, it-2ni aġġornament tal-korrezzjoni għar-Renju Unit tal-2018, it-3et aġġornament tal-korrezzjoni għar-Renju Unit tal-2017, l-ammonti definittivi tal-korrezzjoni għar-Renju Unit tal-2016 u l-2015
2.4 Differenzi fir-rati tal-kambju tar-riżorsi proprji
2.5 Multi u pagamenti ta’ penali
MEMORANDUM TA’ SPJEGAZZJONI
1.Introduzzjoni
L-għan tal-Abbozz ta’ Baġit Emendatorju (ABE) Nru 7 għas-sena 2020 huwa li jaġġorna n-naħa tad-dħul tal-baġit biex jitqiesu l-aħħar żviluppi:
–li jirrevedi l-previżjoni tar-Riżorsi Proprji Tradizzjonali (jiġifieri d-dazji doganali), il-bażijiet tat-taxxa fuq il-valur miżjud (VAT) u tal-introjtu nazzjonali gross (ING), u li jibbaġitja l-korrezzjonijiet rilevanti għar-Renju Unit u l-iffinanzjar tagħhom, li kollha jaffettwaw id-distribuzzjoni tal-kontribuzzjonijiet tar-riżorsi proprji tal-Istati Membri għall-baġit tal-UE.
–li jaġġorna dħul ieħor bħall-multi u d-differenzi fir-rati tal-kambju.
2. Aġġornament tad-dħul
2.1 Impatt ġenerali tal-ABE 7/2020 fuq id-distribuzzjoni tal-pagamenti totali tar-riżorsi proprji bejn l-Istati Membri
Wara l-178 laqgħa tal-Kumitat Konsultattiv dwar ir-Riżorsi Proprji (KKRP), li saret permezz ta’ proċedura bil-miktub mid-19 sal-25 ta’ Mejju 2020, hemm bżonn ta’ żewġ tipi ta’ aġġustamenti tan-naħa tad-dħul tal-baġit:
–aġġornament tal-estimi għar-Riżorsi Proprji Tradizzjonali (RPT) kif ukoll li r-riżorsi proprji bbażati fuq it-Taxxa fuq il-Valur Miżjud (VAT) u l-Introjtu Nazzjonali Gross (ING) iqisu l-previżjonijiet ekonomiċi aktar reċenti, kif ukoll
–aġġornament tal-korrezzjoni favur ir-Renju Unit.
Dawn iż-żewġ aġġustamenti huma ppreżentati fit-taqsimiet 2.2 u 2.3 hawn taħt.
Barra minn hekk, id-dħul l-ieħor huwa aġġornat biex iqis il-multi u l-pagamenti ta’ penali finalment miġbura sa Ġunju 2020 u wkoll id-differenzi negattivi fir-rati tal-kambju (ara t-taqsimiet 2.5 u 2.4 hawn taħt).
L-impatt globali tal-aġġustamenti kollha tad-dħul ta’ dan l-ABE jidher fit-tabella fil-qosor hawn taħt. Din it-tabella turi d-distribuzzjoni tal-pagamenti totali tar-riżorsi proprji bejn l-Istati Membri: kif ibbaġitjati fil-baġit tal-2020, kif emendati fl-Abbozz ta’ Baġit Emendatorju Nru 6 (ABE 6/2020) 9 , u fl-aħħar nett f’dan l-ABE.
Distribuzzjoni tal-pagamenti totali tar-riżorsi proprji skont l-Istati Membri (f’miljuni ta’ EUR)
|
|
Baġit 2020 |
ABE 6/2020 |
ABE 7/2020 |
|
|
(1) |
(2) |
(3) |
|
BE |
6 313,9 |
6 499,9 |
6 332,3 |
|
BG |
641,7 |
665,6 |
659,8 |
|
CZ |
2 135,7 |
2 218,8 |
2 290,7 |
|
DK |
2 904,5 |
3 029,7 |
3 118,1 |
|
DE |
31 032,1 |
32 448,8 |
32 955,7 |
|
EE |
277,4 |
288,2 |
302,2 |
|
IE |
2 599,7 |
2 706,9 |
2 652,8 |
|
EL |
1 825,0 |
1 901,0 |
1 905,6 |
|
ES |
12 649,7 |
13 149,6 |
12 577,5 |
|
FR |
23 283,6 |
24 261,5 |
24 654,5 |
|
HR |
515,6 |
536,8 |
531,2 |
|
IT |
17 239,5 |
17 946,0 |
17 751,0 |
|
CY |
216,0 |
224,5 |
226,6 |
|
LV |
318,9 |
331,5 |
319,3 |
|
LT |
512,4 |
531,0 |
525,5 |
|
LU |
397,7 |
414,8 |
452,3 |
|
HU |
1 429,0 |
1 484,4 |
1 498,4 |
|
MT |
128,9 |
134,0 |
131,4 |
|
NL |
8 025,0 |
8 344,8 |
8 249,6 |
|
AT |
3 536,8 |
3 696,0 |
3 789,0 |
|
PL |
5 450,1 |
5 656,5 |
5 782,5 |
|
PT |
2 011,6 |
2 092,8 |
2 171,8 |
|
RO |
2 057,1 |
2 144,4 |
2 240,4 |
|
SI |
522,1 |
541,7 |
526,5 |
|
SK |
926,7 |
965,2 |
937,7 |
|
FI |
2 245,5 |
2 341,3 |
2 421,9 |
|
SE |
3 903,6 |
4 091,9 |
4 313,3 |
|
UK |
18 537,9 |
18 359,7 |
17 972,3 |
|
EU |
151 637,8 |
157 007,3 |
157 289,9 |
2.2 Reviżjoni tal-previżjoni tar-RPT u tal-bażijiet tal-VAT u tal-ING
Skont il-prassi stabbilita, il-Kummissjoni tipproponi li tirrevedi l-finanzjament tal-baġit abbażi ta’ previżjonijiet ekonomiċi aktar reċenti 10 , maqbula bejn l-Istati Membri fil-laqgħa tal-KKRP.
Ir-reviżjoni tikkonċerna l-previżjoni tar-RPT li jridu jitħallsu lill-baġit fl-2020 kif ukoll il-previżjoni tal-bażijiet tal-VAT u tal-ING għall-2020. Il-previżjoni fil-Baġit tal-2020 ġiet stabbilita fil-175 laqgħa tal-KKRP fl-24 ta’ Mejju 2019. Ir-reviżjoni f’dan l-ABE tqis il-previżjonijiet maqbula fil-178 laqgħa tal-KKRP li saret bi proċedura bil-miktub mid-19 sal-25 ta’ Mejju 2020. L-użu ta’ previżjonijiet aġġornati tar-riżorsi proprji jtejjeb il-preċiżjoni tal-previżjonijiet tad-dħul u konsegwentement tal-pagamenti li l-Istati Membri huma mitluba jagħmlu għall-baġit tal-UE matul is-sena baġitarja.
Il-projezzjonijiet tal-KKRP dwar il-bażijiet tal-VAT u tal-ING normalment jiġu ddeterminati bħala kompromess bejn il-previżjoni tal-Kummissjoni u l-previżjonijiet tal-Istat Membru. Madankollu, din is-sena l-Istati Membri kollha aċċettaw il-proposta tal-Kummissjoni li jużaw il-previżjonijiet proprji tagħha għall-bażijiet tal-VAT u tal-ING għall-2020 biex jiżguraw trattament ugwali fl-Istati Membri kollha. It-tbassir ekonomiku tar-rebbiegħa 2020 tal-Kummissjoni jipprovdi approċċ orizzontali konsistenti, ibbażat fuq sett ta’ data, metodoloġija u suppożizzjonijiet konsistenti għall-Istati Membri kollha, li jidher li hu partikolarment importanti fis-sitwazzjoni speċjali tal-pandemija tal-Covid-19.
Il-pandemija biddlet drastikament il-prospetti għall-ekonomija Ewropea. It-tbassir tar-rebbiegħa 2020 tal-Kummissjoni jistenna li l-ekonomija tal-UE tiċkien b’rekord ta’ 7,5 % din is-sena, segwit minn irpiljar ta’ 6,1 % fl-2021 – mhux biżżejjed biex jikkumpensa kompletament għat-telf ta’ din is-sena. Fi tmiem il-perjodu ta’ tbassir, l-ekonomija tal-UE tkun madwar 3 % inqas mil-livell ta’ produzzjoni pprojettat mit-tbassir tal-ħarifa tal-2019. Il-pandemija se tolqot il-komponenti kollha tad-domanda ħlief il-konsum tal-gvern u l-investiment pubbliku, li għandhom rwol ta’ stabilizzazzjoni. Hu mistenni li l-kummerċ internazzjonali jikkollassa bħal qatt qabel u li l-irpiljar tas-sena d-dieħla jibqa’ limitat minħabba tfixkil fil-katini ta’ valur mondjali.
Is-sitwazzjoni ekonomika li sejra għall-agħar hija riflessa fit-tbassir tar-riżorsi proprji għall-2020. Għalhekk, meta mqabbel mal-previżjoni maqbula f’Mejju 2019, il-previżjoni għall-2020 ġiet riveduta kif ġej:
–Issa huwa previst li d-dazji doganali netti totali għall-2020 ikunu EUR 18 507,3 miljun (wara li jitnaqqsu 20 % fil-kostijiet tal-ġbir), u dan jirrappreżenta tnaqqis ta’ 16,47 % meta mqabbel mal-previżjoni ta’ EUR 22 156,9 miljun inkluża fil-Baġit tal-2020. Il-Kummissjoni qabblet ir-riżultati tal-metodu tat-tbassir tradizzjonali tal-KKRP (ibbażat fuq it-tbassir ekonomiku tar-rebbiegħa 2020 tal-Kummissjoni) mar-riżultati tal-metodu ta’ estrapolazzjoni bbażat fuq l-aħħar data dwar l-eżitu għad-dazji doganali miġbura (Jannar – April 2020). Bħal fis-snin preċedenti, ġie miftiehem li jiġi applikat approċċ konservattiv li jiggarantixxi ġestjoni tajba tal-baġit f’kuntest ta’ inċertezzi ekonomiċi kbar u tfixkil potenzjali fix-xejriet kummerċjali. Il-metodu ta’ tbassir tradizzjonali, li jqis l-effetti possibbli tal-pandemija fuq il-kummerċ, jipprovdi l-inqas dħul mir-RPT. Għalhekk, ġie maqbul li jintuża għar-reviżjoni tal-previżjoni tar-RPT għall-2020.
–Il-bażi totali tal-VAT mhux limitata tal-UE għall-2020 issa hija prevista li tkun EUR 6 764 185,3 miljun, li tirrappreżenta tnaqqis ta’ 8,30 % meta mqabbla mal-previżjoni ta’ Mejju 2019 ta’ EUR 7 376 556,2 miljun. Il-bażi totali tal-VAT limitata 11 tal-UE għall-2020 hija prevista li tkun EUR 6 727 739,2 miljun, li tirrappreżenta tnaqqis ta’ 8,43 % meta mqabbla mal-previżjoni ta’ Mejju 2019 ta’ EUR 7 347 133,9 miljun.
–Il-bażi totali tal-ING tal-UE għall-2020 hija prevista għal EUR 15 480 146,9 miljun, jiġifieri tnaqqis ta’ 8,88 % meta mqabbla mal-previżjoni ta’ Mejju 2019 ta’ EUR 16 988 025,0 miljun.
Intużaw ir-rati tal-kambju tal31 ta’ Diċembru 2019 biex tinqaleb il-previżjoni tal-bażijiet tal-VAT u l-ING mill-munita nazzjonali għall-euro (għad-disa’ Stati Membri li mhumiex membri fiż-Żona tal-Euro). Dan jevita d-distorsjonijiet peress li din hija r-rata li tintuża sabiex il-pagamenti bbaġitjati tar-riżorsi proprji jinqalbu minn euro għall-munita nazzjonali meta dawn l-ammonti jinġabru (kif stipulat fl-Artikolu 10a(1) tar-Regolament tal-Kunsill Nru 609/2014).
Il-previżjonijiet rivedut tar-RPT, tal-bażijiet tal-VAT mhux limitati u tal-bażijiet tal-ING għall-2020, kif adottati fil-178 laqgħa tal-KKRP li saret permezz ta’ proċedura bil-miktub mid-19 sal-25 ta’ Mejju 2020, huma ppreżentati fit-tabella segwenti:
Previżjonijiet riveduti tar-RPT, tal-bażijiet tal-VAT u tal-ING għall-2020 (f'miljuni ta’ EUR)
|
|
Dwana
|
Bażijiet tal-VAT mhux limitati |
Bażijiet tal-ING |
Bażijiet tal-VAT
|
|
BE |
1 855,2 |
189 777,7 |
449 226,0 |
189 777,7 |
|
BG |
77,0 |
27 165,8 |
56 874,4 |
27 165,8 |
|
CZ |
257,6 |
92 345,4 |
201 610,8 |
92 345,4 |
|
DK |
316,9 |
113 403,4 |
299 768,7 |
113 403,4 |
|
DE |
3 682,9 |
1 379 190,9 |
3 354 899,6 |
1 379 190,9 |
|
EE |
36,4 |
12 711,1 |
26 004,9 |
12 711,1 |
|
IE |
239,8 |
91 612,0 |
244 502,7 |
91 612,0 |
|
EL |
227,1 |
68 974,4 |
170 317,2 |
68 974,4 |
|
ES |
1 145,6 |
525 701,4 |
1 139 453,3 |
525 701,4 |
|
FR |
1 492,9 |
1 043 797,5 |
2 310 950,4 |
1 043 797,5 |
|
HR |
29,5 |
33 212,2 |
49 035,0 |
24 517,5 |
|
IT |
1 548,8 |
655 487,7 |
1 640 896,9 |
655 487,7 |
|
CY |
25,0 |
15 360,0 |
19 667,9 |
9 834,0 |
|
LV |
36,4 |
12 075,5 |
28 582,7 |
12 075,5 |
|
LT |
90,5 |
18 210,5 |
43 691,8 |
18 210,5 |
|
LU |
17,7 |
30 401,6 |
42 714,0 |
21 357,0 |
|
HU |
164,9 |
57 027,0 |
133 530,3 |
57 027,0 |
|
MT |
13,4 |
9 182,8 |
11 568,7 |
5 784,4 |
|
NL |
2 461,7 |
309 010,0 |
752 515,8 |
309 010,0 |
|
AT |
188,0 |
173 737,6 |
379 655,5 |
173 737,6 |
|
PL |
734,9 |
254 114,4 |
497 588,8 |
248 794,4 |
|
PT |
179,8 |
102 255,7 |
195 586,8 |
97 793,4 |
|
RO |
164,9 |
81 445,0 |
210 407,0 |
81 445,0 |
|
SI |
71,0 |
21 884,8 |
45 058,8 |
21 884,8 |
|
SK |
74,1 |
34 104,4 |
87 990,5 |
34 104,4 |
|
FI |
136,7 |
101 842,5 |
228 223,7 |
101 842,5 |
|
SE |
436,1 |
204 408,8 |
466 486,2 |
204 408,8 |
|
UK |
2 802,5 |
1 105 745,2 |
2 393 338,5 |
1 105 745,2 |
|
EU 28 |
18 507,3 |
6 764 185,3 |
15 480 146,9 |
6 727 739,2 |
2.3 Korrezzjoni għar-Renju Unit tal-2015, 2016, 2017, 2018 u 2019
2.3.1. Introduzzjoni
Il-korrezzjoni tal-iżbilanċi tal-baġit favur ir-Renju Unit (korrezzjoni għar-Renju Unit), li trid tiġi bbaġitjata f’dan l-ABE, tikkonċerna s-snin: 2015, 2016, 2017, 2018 u 2019.
Il-korrezzjonijiet għar-Renju Unit tal-2015, 2016, 2017, 2018 u 2019 huma soġġetti għar-regoli tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2014/335/UE, Euratom dwar is-sistema tar-riżorsi proprji tal-Unjoni Ewropea 13 u tad-dokument ta’ ħidma li jakkumpanjaha, il-Metodu ta’ Kalkolu tal-2014 14 . Skont ir-regoli ta’ din id-Deċiżjoni, il-“qligħ mhux mistenni” nett mir-RPT tar-Renju Unit li jirriżulta miż-żieda sa mill-2001, fil-perċentwal tar-RPT miżmum mill-Istati Membri bħala kumpens għall-kostijiet tal-ġbir tagħhom, huwa newtralizzat u n-nefqa allokata hija aġġustata permezz tan-nefqa allokata totali fl-Istati Membri li ssieħbu fl-UE wara t-30 ta’ April 2004, ħlief għall-pagamenti diretti agrikoli u n-nefqa relatata mas-suq kif ukoll il-parti tan-nefqa tal-iżvilupp rurali li toriġina mit-Taqsima tal-Garanziji tal-FAEGG.
Barra dan, is-sehem tal-Awstrija, il-Ġermanja, in-Netherlands u l-Iżvezja fl-iffinanzjar tal-korrezzjoni għar-Renju Unit huwa mnaqqas għal kwart tas-sehem normali tagħhom. It-tnaqqis huwa ffinanzjat mill-Istati Membri l-oħra, minbarra r-Renju Unit.
F’dan l-ABE huma mdaħħla, il-kalkolu u l-finanzjament tal-1el aġġornament tal-korrezzjoni għar-Renju Unit tal-2019, it-2ni aġġornament tal-korrezzjoni għar-Renju Unit tal-2018, it-3et aġġornament tal-korrezzjoni għar-Renju Unit tal-2017 kif ukoll l-ammonti definittivi tal-korrezzjoni għar-Renju Unit tal-2015 u l-2016.
Id-differenza bejn l-ammonti definittivi tal-2015 u l-2016 tal-korrezzjoni għar-Renju Unit u l-ammonti bbaġitjati preċedentement (l-1el aġġornament tal-2015 tal-korrezzjoni għar-Renju Unit imdaħħal fil-BE 5/2016 u l-1el aġġornament tal-2016 tal-korrezzjoni għar-Renju Unit imdaħħal fil-BE 6/2017) hija mdaħħla fil-Kapitolu 35 (Riżultat tal-kalkolu definittiv tal-finanzjament tal-korrezzjoni tal-iżbilanċi baġitarji għar-Renju Unit) ta’ dan l-ABE.
Id-differenza bejn it-3et aġġornament tal-2017 tal-korrezzjoni għar-Renju Unit u l-ammont ibbaġitjat preċedentement (l-1el aġġornament imdaħħal fil-BE 6/2018) u d-differenza bejn it-2ni aġġornament tal-2018 tal-korrezzjoni għar-Renju Unit u l-ammont ibbaġitjat preċedentement (l-ammont proviżorju imdaħħal fil-Baġit tal-2019) huma mdaħħla fil-Kapitolu 36 ta’ dan l-ABE.
L-1el aġġornament tal-ammont tal-korrezzjoni għar-Renju Unit tal-2019 huwa mdaħħal fil-Kapitolu 15 (Korrezzjoni tal-iżbilanċi baġitarji) ta’ dan l-ABE, u jissostitwixxi l-ammont proviżorju bbaġitjat preċedentement.
2.3.2. Kalkolu tal-korrezzjonijiet
L-aġġornament tal-korrezzjonijiet għall-2015, l-2016, l-2017, l-2018 u l-2019 jirriżulta prinċipalment mill-aġġornament tal-bażijiet tal-VAT u tal-ING kif ikkomunikat mill-Istati Membri fil-ħarifa tal-2019. Barra minn hekk, l-aġġornament tal-korrezzjoni għall-2018 u għall-2019 iqis ukoll in-nefqa allokata tal-2018 u tal-2019 rispettivament.
It-tabella segwenti tiġbor fil-qosor l-aġġornamenti tal-korrezzjonijiet mill-2015 sal-2019 inklużi f’dan l-abbozz ta’ baġit emendatorju.
2.3.2.1 Korrezzjoni għar-Renju Unit tal-2019
It-tabella segwenti tiġbor fil-qosor il-bidliet bejn l-ammont proviżorju tal-korrezzjoni għar-Renju Unit tal-2019 imdaħħal fil-Baġit tal-2020 u l-1el aġġornament tal-korrezzjoni għar-Renju Unit tal-2019 li jrid jiddaħħal f’dan l-ABE.
|
Korrezzjoni għar-Renju Unit tal-2019 |
Korrezzjoni għar-Renju Unit tal-2019 AMMONT PROVIŻORJU Baġit 2020 |
Korrezzjoni għar-Renju Unit tal-2019 1el AĠĠORNAMENT ABE 7/2020 |
Differenza |
|
|
(1) |
(2) |
(2)-(1) |
||
|
(1) |
Sehem ir-Renju Unit mill-bażi tal-VAT mhux limitata |
16,3037 % |
16,0617 % |
- 0,2420 % |
|
(2) |
Sehem ir-Renju Unit min-nefqa totali allokata aġġustata għat-tkabbir |
7,3015 % |
7,6186 % |
+ 0,3171 % |
|
(3) |
= (1) - (2) |
9,0022 % |
8,4431 % |
- 0,5591 % |
|
(4) |
Nefqa totali allokata |
130 008 765 143 |
133 761 974 693 |
+ 3.753.209.550 |
|
(5) |
Nefqa relatata mat-tkabbir
|
30 694 725 929 |
33 495 190 550 |
+ 2.800.464.621 |
|
(5a) |
Nefqa ta’ qabel l-adeżjoni |
0 |
0 |
0 |
|
(5b) |
Nefqa relatata mat mal-Artikolu 4(1)(g) |
30 694 725 929 |
33 495 190 550 |
+ 2.800.464.621 |
|
(6) |
Nefqa allokata totali aġġustata għat-tkabbir = (4) – (5) |
99 314 039 214 |
100 266 784 143 |
+ 952.744.929 |
|
(7) |
Ammont oriġinali tal-korrezzjoni għar-Renju Unit = (3) x (6) x 0.66 |
5 900 699 546 |
5 587 332 443 |
- 313.367.103 |
|
(8) |
Vantaġġ tar-Renju Unit |
690 825 371 |
459 372 003 |
- 231.453.368 |
|
(9) |
Korrezzjoni bażika tar-Renju Unit = (7) - (8) |
5 209 874 175 |
5 127 960 440 |
- 81.913.735 |
|
(10) |
Qligħ mhux mistenni mir-RPT |
- 44 494 806 |
- 42 372 235 |
+ 2.122.571 |
|
(11) |
Korrezzjoni għar-Renju Unit = (9) - (10) |
5 254 368 981 |
5 170 332 675 |
- 84.036.306 |
L-1el aġġornament tal-korrezzjoni għar-Renju Unit tal-2019 huwa ta’ madwar EUR 84 miljun inqas meta mqabbel mal-ammont proviżorju tal-korrezzjoni favur ir-Renju Unit tal-2019 imdaħħal fil-Baġit 2020 minħabba l-aġġornamenti tal-bażijiet tal-VAT u tal-ING kif maqbula mill-Istati Membri fil-proċedura bil-miktub dwar il-previżjoni tal-KKRP (Mejju, 2020) u l-aġġornament tan-nefqa allokata għall-2019 (l-ammont proviżorju kien jinkludi l-previżjoni tan-nefqa allokata).
2.3.2.2 Korrezzjoni għar-Renju Unit tal-2018
It-tabella segwenti tiġbor fil-qosor il-bidliet bejn l-ammont proviżorju tal-korrezzjoni għar-Renju Unit tal-2018 imdaħħal fil-Baġit tal-2019 u t-2ni aġġornament tal-korrezzjoni għar-Renju Unit tal-2018 li jrid jiddaħħal f’dan l-ABE.
|
Korrezzjoni għar-Renju Unit tal-2018 |
Korrezzjoni għar-Renju Unit tal-2018 AMMONT PROVIŻORJU Baġit 2019 |
Korrezzjoni għar-Renju Unit tal-2018 2ni AĠĠORNAMENT ABE 7/2020 |
Differenza |
|
|
(1) |
(2) |
(2)-(1) |
||
|
(1) |
Sehem ir-Renju Unit mill-bażi tal-VAT mhux limitata |
16,1945 % |
16,0805 % |
- 0,1141 % |
|
(2) |
Sehem ir-Renju Unit min-nefqa totali allokata aġġustata għat-tkabbir |
7,3577 % |
6,7158 % |
- 0,6419 % |
|
(3) |
= (1) - (2) |
8,8368 % |
9,3646 % |
+ 0,5278 % |
|
(4) |
Nefqa totali allokata |
127 599 039 596 |
129 720 353 887 |
+ 2.121.314.291 |
|
(5) |
Nefqa relatata mat-tkabbir
|
27 076 886 462 |
31 051 543 542 |
+ 3.974.657.080 |
|
(5a) |
Nefqa ta’ qabel l-adeżjoni |
0 |
0 |
0 |
|
(5b) |
Nefqa relatata mal-Artikolu 4(1)(g) |
27 076 886 462 |
31 051 543 542 |
+ 3.974.657.080 |
|
(6) |
Nefqa allokata totali aġġustata għat-tkabbir = (4) – (5) |
100 522 153 134 |
98 668 810 345 |
- 1.853.342.788 |
|
(7) |
Ammont oriġinali tal-korrezzjoni għar-Renju Unit = (3) x (6) x 0.66 |
5 862 761 188 |
6 098 379 860 |
+ 235.618.672 |
|
(8) |
Vantaġġ tar-Renju Unit |
854 326 562 |
620 706 683 |
- 233.619.879 |
|
(9) |
Korrezzjoni bażika tar-Renju Unit = (7) - (8) |
5 008 434 626 |
5 477 673 177 |
+ 469.238.550 |
|
(10) |
Qligħ mhux mistenni mir-RPT |
- 15 094 049 |
- 38 961 662 |
- 23.867.613 |
|
(11) |
Korrezzjoni għar-Renju Unit = (9) - (10) |
5 023 528 676 |
5 516 634 839 |
+ 493.106.163 |
It-2ni aġġornament tal-korrezzjoni għar-Renju Unit tal-2018 huwa ta’ EUR 493 miljun aktar meta mqabbel mal-ammont proviżorju tal-korrezzjoni għar-Renju Unit tal-2018 imdaħħal fil-Baġit tal-2019 minħabba l-aġġornamenti tal-bażijiet tal-VAT u tal-ING kif ikkomunikati mill-Istati Membri fil-ħarifa tal-2019 u l-aġġornament tan-nefqa allokata għall-2018 (l-ammont proviżorju kien jinkludi l-previżjoni tan-nefqa allokata).
3.3.2.3 Korrezzjoni għar-Renju Unit tal-2017
It-tabella segwenti tiġbor fil-qosor il-bidliet bejn l-1el aġġornament tal-korrezzjoni għar-Renju Unit tal-2017 imdaħħal fil-BE 6/2018 u t-3et aġġornament tal-korrezzjoni għar-Renju Unit tal-2017 li jrid jiddaħħal f’dan l-ABE.
|
Korrezzjoni għar-Renju Unit tal-2017 |
Korrezzjoni għar-Renju Unit tal-2017
|
Korrezzjoni għar-Renju Unit tal-2017
|
Differenza |
|
|
(1) |
Sehem ir-Renju Unit mill-bażi tal-VAT mhux limitata |
16,2266 % |
15,9063 % |
- 0,3203 % |
|
(2) |
Sehem ir-Renju Unit min-nefqa totali allokata aġġustata għat-tkabbir |
7,0114 % |
6,9862 % |
- 0,0252 % |
|
(3) |
= (1) - (2) |
9,2152 % |
8,9201 % |
- 0,2951 % |
|
(4) |
Nefqa totali allokata |
110 827 970 366 |
110 891 011 881 |
+ 63.041.515 |
|
(5) |
Nefqa relatata mat-tkabbir
|
20 962 713 989 |
20 917 337 083 |
- 45.376.906 |
|
(5a) |
Nefqa ta’ qabel l-adeżjoni |
0 |
0 |
0 |
|
(5b) |
Nefqa relatata mal-Artikolu 4(1)(g) |
20 962 713 989 |
20 917 337 083 |
- 45.376.906 |
|
(6) |
Nefqa allokata totali aġġustata għat-tkabbir = (4) – (5) |
89 865 256 377 |
89 973 674 798 |
+ 108.418.421 |
|
(7) |
Ammont oriġinali tal-korrezzjoni għar-Renju Unit = (3) x (6) x 0.66 |
5 465 655 078 |
5 297 002 140 |
- 168.652.938 |
|
(8) |
Vantaġġ tar-Renju Unit |
548 929 008 |
147 663 777 |
- 401.265.231 |
|
(9) |
Korrezzjoni bażika tar-Renju Unit = (7) - (8) |
4 916 726 069 |
5 149 338 362 |
+ 232.612.293 |
|
(10) |
Qligħ mhux mistenni mir-RPT |
- 17 211 574 |
- 9 019 736 |
+ 8.191.838 |
|
(11) |
Korrezzjoni għar-Renju Unit = (9) - (10) |
4 933 937 643 |
5 158 358 098 |
+ 224.420.455 |
It-3et aġġornament tal-korrezzjoni għar-Renju Unit tal-2017 huwa ta’ madwar EUR 224 miljun aktar mill-1el aġġornament tal-korrezzjoni għar-Renju Unit tal-2017 imdaħħal fil-BE 6/2018 minħabba l-aġġornamenti tal-bażijiet tal-VAT u tal-ING kif ikkomunikati mill-Istati Membri fil-ħarifa tal-2019.
2.3.2.4 Korrezzjoni għar-Renju Unit tal-2016
It-tabella segwenti tiġbor fil-qosor il-bidliet bejn l-1el aġġornament tal-korrezzjoni għar-Renju Unit tal-2016 imdaħħal fil-Baġit Emendatorju 6/2017 u l-ammont definittiv tal-korrezzjoni għar-Renju Unit tal-2016 li jrid jiddaħħal f’dan l-ABE.
|
Korrezzjoni għar-Renju Unit tal-2016 |
Korrezzjoni għar-Renju Unit tal-2016
|
Korrezzjoni għar-Renju Unit tal-2016
|
Differenza |
|
|
(1) |
(2) |
(2)-(1) |
||
|
(1) |
Sehem ir-Renju Unit mill-bażi tal-VAT mhux limitata |
17,5900 % |
17,3576 % |
- 0,2324 % |
|
(2) |
Sehem ir-Renju Unit min-nefqa totali allokata aġġustata għat-tkabbir |
7,6814 % |
7,6922 % |
+ 0,0108 % |
|
(3) |
= (1) - (2) |
9,9086 % |
9,6654 % |
- 0,2431 % |
|
(4) |
Nefqa totali allokata |
117 477 286 403 |
117 460 512 555 |
- 16.773.848 |
|
(5) |
Nefqa relatata mat-tkabbir
|
25 506 896 869 |
25 403 051 464 |
- 103.845.405 |
|
(5a) |
Nefqa ta’ qabel l-adeżjoni |
0 |
0 |
0 |
|
(5b) |
Nefqa relatata mal-Artikolu 4(1)(g) |
25 506 896 869 |
25 403 051 464 |
- 103.845.405 |
|
(6) |
Nefqa allokata totali aġġustata għat-tkabbir = (4) - (5) |
91 970 389 534 |
92 057 461 091 |
+ 87.071.558 |
|
(7) |
Ammont oriġinali tal-korrezzjoni għar-Renju Unit = (3) x (6) x 0.66 |
6 014 542 348 |
5 872 505 812 |
- 142.036.536 |
|
(8) |
Vantaġġ tar-Renju Unit |
1 128 635 343 |
851 694 541 |
- 276.940.802 |
|
(9) |
Korrezzjoni bażika tar-Renju Unit = (7) - (8) |
4 885 907 005 |
5 020 811 271 |
+ 134.904.266 |
|
(10) |
Qligħ mhux mistenni mir-RPT |
- 46 683 873 |
- 40 846 944 |
+ 5.836.929 |
|
(11) |
Korrezzjoni għar-Renju Unit = (9) - (10) |
4 932 590 878 |
5 061 658 216 |
+ 129.067.338 |
L-ammont definittiv tal-korrezzjoni għar-Renju Unit tal-2016 huwa ta’ madwar EUR 129 miljun aktar meta mqabbel mal-1el aġġornament tal-korrezzjoni għar-Renju Unit tal-2016 imdaħħal fil-BE 6/2017 prinċipalment minħabba l-aġġornamenti tal-bażijiet tal-VAT u tal-ING kif ikkomunikati mill-Istati Membri fil-ħarifa tal-2019.
2.3.2.5 Korrezzjoni għar-Renju Unit tal-2015
It-tabella segwenti tiġbor fil-qosor il-bidliet bejn l-1el aġġornament tal-korrezzjoni għar-Renju Unit tal-2015 imdaħħal fil-Baġit Emendatorju 5/2016 u l-ammont definittiv tal-korrezzjoni għar-Renju Unit tal-2015 li jrid jiddaħħal f’dan l-ABE.
|
Korrezzjoni għar-Renju Unit tal-2015 |
Korrezzjoni għar-Renju Unit tal-2015
|
Korrezzjoni għar-Renju Unit tal-2015
|
Differenza |
|
|
(1) |
(2) |
(2)-(1) |
||
|
(1) |
Sehem ir-Renju Unit mill-bażi tal-VAT mhux limitata |
19,2145 % |
19,1419 % |
- 0,0726 % |
|
(2) |
Sehem ir-Renju Unit min-nefqa totali allokata aġġustata għat-tkabbir |
7,5910 % |
7,5894 % |
- 0,0016 % |
|
(3) |
= (1) - (2) |
11,6235 % |
11,5525 % |
- 0,0710 % |
|
(4) |
Nefqa totali allokata |
129 194 773 448 |
129 135 893 336 |
- 58 880 112 |
|
(5) |
Nefqa relatata mat-tkabbir
|
31 733 179 803 |
31 639 878 296 |
- 93 301 507 |
|
(5a) |
Nefqa ta’ qabel l-adeżjoni |
0 |
0 |
0 |
|
(5b) |
Nefqa relatata mal-Artikolu 4(1)(g) |
31 733 179 803 |
31 639 878 296 |
- 93 301 507 |
|
(6) |
Nefqa allokata totali aġġustata għat-tkabbir = (4) - (5) |
97 461 593 645 |
97 496 015 040 |
34 421 395 |
|
(7) |
Ammont oriġinali tal-korrezzjoni għar-Renju Unit = (3) x (6) x 0.66 |
7 476 753 663 |
7 433 724 758 |
- 43 028 905 |
|
(8) |
Vantaġġ tar-Renju Unit |
1 496 521 393 |
1 381 345 015 |
- 115 176 378 |
|
(9) |
Korrezzjoni bażika tar-Renju Unit = (7) - (8) |
5 980 232 270 |
6 052 379 743 |
+ 72 147 473 |
|
(10) |
Qligħ mhux mistenni mir-RPT |
-76 109 576 |
-74 320 246 |
+ 1 789 330 |
|
(11) |
Korrezzjoni għar-Renju Unit = (9) - (10) |
6 056 341 847 |
6 126 699 989 |
+70 358 142 |
L-ammont definittiv tal-korrezzjoni għar-Renju Unit tal-2015 huwa ta’ madwar EUR 70 miljun aktar meta mqabbel mal-1el aġġornament tal-korrezzjoni għar-Renju Unit tal-2015 imdaħħal fil-BE 5/2016 prinċipalment minħabba l-aġġornamenti tal-bażijiet tal-VAT u tal-ING kif ikkomunikati mill-Istati Membri fil-ħarifa tal-2018.
2.3.3. Dħul fl-ABE 7/2020 tal-1el aġġornament tal-korrezzjoni għar-Renju Unit tal-2019, it-2ni aġġornament tal-korrezzjoni għar-Renju Unit tal-2018, it-3et aġġornament tal-korrezzjoni għar-Renju Unit tal-2017, l-ammonti definittivi tal-korrezzjoni għar-Renju Unit tal-2016 u l-2015
2.3.3.1 Korrezzjoni għar-Renju Unit tal-2015 (Kapitolu 35)
L-ammont tal-korrezzjoni għar-Renju Unit li jrid jiġi bbaġitjat fil-Kapitolu 35 ta’ dan l-ABE huwa d-differenza bejn l-ammont definittiv tal-korrezzjoni għar-Renju Unit tal-2015 (jiġifieri EUR 6 126 699 989) u l-1el aġġornament tal-korrezzjoni għar-Renju Unit tal-2015 (jiġifieri EUR 6 056 341 847 imdaħħal fil-BE 5/2016), li jammonta għal EUR 70 358 142.
Dan l-ammont se jiġi ffinanzjat skont il-bażijiet riveduti tal-ING tal-2015 kif magħrufa fl-aħħar tal-2018. L-ibbaġitjar ta’ dan l-ammont fil-Kapitolu 35 huwa ppreżentat fil-qosor hawn taħt:
|
Korrezzjoni għar-Renju Unit tal-2015 — Kapitolu 35 |
|||
|
BE |
1 267 154 |
LU |
866 089 |
|
BG |
3 148 896 |
HU |
2 764 651 |
|
CZ |
4 903 895 |
MT |
310 080 |
|
DK |
6 556 672 |
NL |
-260 138 |
|
DE |
4 385 985 |
AT |
1 362 429 |
|
EE |
303 635 |
PL |
-9 542 201 |
|
IE |
20 284 145 |
PT |
476 355 |
|
EL |
504 408 |
RO |
1 609 226 |
|
ES |
1 272 857 |
SI |
123 083 |
|
FR |
5 838 257 |
SK |
1 555 233 |
|
HR |
1 207 446 |
FI |
4 733 265 |
|
IT |
19 287 491 |
SE |
-2 400 255 |
|
CY |
627 536 |
||
|
LV |
-619 579 |
UK |
- 70 358 142 |
|
LT |
-208 473 |
Total |
0 |
2.3.3.2 Korrezzjoni għar-Renju Unit tal-2016 (Kapitolu 35)
L-ammont tal-korrezzjoni għar-Renju Unit li jrid jiġi bbaġitjat fil-Kapitolu 35 ta’ dan l-ABE huwa d-differenza bejn l-ammont definittiv tal-korrezzjoni għar-Renju Unit tal-2016 (jiġifieri EUR 5 061 658 216) u l-1el aġġornament tal-korrezzjoni għar-Renju Unit tal-2016 (jiġifieri EUR 4 932 590 878 imdaħħal fil-BE 6/2017), li jammonta għal EUR 129 067 338.
Dan l-ammont se jiġi ffinanzjat skont il-bażijiet riveduti tal-ING tal-2016 kif magħrufa fl-aħħar tal-2019. L-ibbaġitjar ta’ dan l-ammont fil-Kapitolu 35 huwa ppreżentat fil-qosor hawn taħt:
|
Korrezzjoni għar-Renju Unit tal-2016 — Kapitolu 35 |
|||
|
BE |
12 381 389 |
LU |
-272 563 |
|
BG |
1 683 717 |
HU |
2 362 157 |
|
CZ |
6 602 363 |
MT |
310 901 |
|
DK |
3 769 035 |
NL |
3 455 636 |
|
DE |
5 007 499 |
AT |
855 227 |
|
EE |
892 527 |
PL |
15 053 623 |
|
IE |
3 060 816 |
PT |
2 825 093 |
|
EL |
-239 791 |
RO |
5 438 400 |
|
ES |
4 704 411 |
SI |
821 604 |
|
FR |
26 115 146 |
SK |
454 399 |
|
HR |
1 550 836 |
FI |
3 348 353 |
|
IT |
26 775 334 |
SE |
128 390 |
|
CY |
893 340 |
||
|
LV |
185 011 |
UK |
- 129.067.338 |
|
LT |
904 487 |
Total |
0 |
2.3.3.3 Korrezzjoni għar-Renju Unit tal-2017 (Kapitolu 36)
L-ammont tal-korrezzjoni għar-Renju Unit li jrid jiġi bbaġitjat fil-Kapitolu 36 ta' dan l-ABE huwa d-differenza bejn it-3et aġġornament tal-korrezzjoni għar-Renju Unit tal-2017 (jiġifieri EUR 5 158 358 098) u l-1el aġġornament tal-korrezzjoni għar-Renju Unit tal-2017 (jiġifieri EUR 4 933 937 643 imdaħħal fil-BE 6/2018) li jammonta għal EUR 224 420 455.
Dan l-ammont se jiġi ffinanzjat skont il-bażijiet riveduti tal-ING tal-2017 kif magħrufa fl-aħħar tal-2019. L-ibbaġitjar ta’ dan l-ammont fil-Kapitolu 36 huwa ppreżentat fil-qosor hawn taħt:
|
Korrezzjoni għar-Renju Unit tal-2017 — Kapitolu 36 |
|||
|
BE |
15 856 715 |
LU |
374 066 |
|
BG |
3 231 445 |
HU |
3 692 230 |
|
CZ |
3 814 138 |
MT |
265 690 |
|
DK |
10 232 027 |
NL |
4 759 697 |
|
DE |
12 286 393 |
AT |
1 361 203 |
|
EE |
1 271 298 |
PL |
5 297 081 |
|
IE |
5 263 528 |
PT |
6 203 836 |
|
EL |
4 209 140 |
RO |
5 382 461 |
|
ES |
23 937 729 |
SI |
765 633 |
|
FR |
58 977 709 |
SK |
1 500 046 |
|
HR |
1 777 843 |
FI |
5 572 775 |
|
IT |
45 010 069 |
SE |
257 162 |
|
CY |
752 318 |
|
|
|
LV |
741 095 |
UK |
- 224 420 455 |
|
LT |
1 627 128 |
Total |
0 |
2.3.3.4 Korrezzjoni għar-Renju Unit tal-2018 (Kapitolu 36)
L-ammont tal-korrezzjoni għar-Renju Unit li jrid jiġi bbaġitjat fil-Kapitolu 36 ta’ dan l-ABE huwa d-differenza bejn it-2ni aġġornament tal-korrezzjoni għar-Renju Unit tal-2018 (jiġifieri EUR 5 516 634 839) u l-ammont proviżorju tal-korrezzjoni għar-Renju Unit tal-2018 (jiġifieri EUR 5 023 528 676 imdaħħla fil-Baġit tal-2019), li tammonta għal EUR 493 106 163.
Dan l-ammont se jiġi ffinanzjat skont il-bażijiet riveduti tal-ING tal-2018 kif magħrufa fl-aħħar tal-2019. L-ibbaġitjar ta’ dan l-ammont fil-Kapitolu 36 huwa ppreżentat fil-qosor hawn taħt:
|
Korrezzjoni għar-Renju Unit tal-2018 — Kapitolu 36 |
|||
|
BE |
27 909 738 |
LU |
3 459 527 |
|
BG |
5 747 148 |
HU |
9 060 360 |
|
CZ |
12 780 811 |
MT |
599 078 |
|
DK |
17 414 841 |
NL |
7 666 480 |
|
DE |
26 899 549 |
AT |
3 225 174 |
|
EE |
2 324 061 |
PL |
25 585 020 |
|
IE |
13 878 796 |
PT |
12 696 708 |
|
EL |
7 355 826 |
RO |
15 373 126 |
|
ES |
58 628 464 |
SI |
1 888 602 |
|
FR |
132 102 159 |
SK |
3 559 433 |
|
HR |
3 326 099 |
FI |
9 899 420 |
|
IT |
80 506 049 |
SE |
4 981 835 |
|
CY |
1 290 517 |
||
|
LV |
1 428 955 |
UK |
-493 106 163 |
|
LT |
3 518 387 |
Total |
0 |
2.3.3.5 Korrezzjoni għar-Renju Unit tal-2019 (Kapitolu 15)
L-1el aġġornament tal-korrezzjoni għar-Renju Unit tal-2019 jikkorrispondi għal EUR 5 170 332 675 u huwa EUR 84 036 306 anqas mill-ammont imdaħħal fil-Baġit 2020 (EUR 5 254 368 981).
Dan l-ammont għandu jkun iffinanzjat skont il-bażijiet tal-ING riveduti tal-2019 tal-ABE attwali. L-ibbaġitjar ta’ dan l-ammont fil-Kapitolu 15 huwa ppreżentat fil-qosor hawn taħt:
|
Korrezzjoni għar-Renju Unit tal-2019 – Kapitolu 15 |
|||
|
BE |
2 885 434 |
LU |
1 141 987 |
|
BG |
- 44 283 |
HU |
724 119 |
|
CZ |
1 799 173 |
MT |
- 370 341 |
|
DK |
555 892 |
NL |
- 1 400 008 |
|
DE |
- 4 066 249 |
AT |
- 186 616 |
|
EE |
108 141 |
PL |
2 696 724 |
|
IE |
- 6 718 497 |
PT |
1 067 249 |
|
EL |
- 6 475 934 |
RO |
1 113 696 |
|
ES |
- 31 341 060 |
SI |
- 945 822 |
|
FR |
- 14 103 043 |
SK |
- 2 281 186 |
|
HR |
- 965 383 |
FI |
- 330 789 |
|
IT |
- 26 667 365 |
SE |
1 489 533 |
|
CY |
- 305 489 |
UK |
84 036 306 |
|
LV |
- 956 379 |
||
|
LT |
- 459 810 |
Total |
0 |
2.4 Differenzi fir-rati tal-kambju tar-riżorsi proprji
Il-baġit tal-UE huwa stabbilit f’EURO filwaqt li l-kontribuzzjonijiet tal-Istati Membri huma determinati fil-munita nazzjonali. Il-kontribuzzjonijiet annwali tal-Istati Membri jitħallsu fi 12-il pagament parzjali kull xahar (“dodiċeżmi”). Kull pagament parzjali magħmul f’munita li mhix euro huwa rreġistrat fil-kontijiet bl-użu tar-rati tal-kambju mensili tax-xahar li fih isir il-pagament.
Għall-Istati Membri li mhumiex fiż-Żona tal-Euro l-baġit tal-UE jiġi kkonvertit f’munita nazzjonali bl-użu tar-rata tal-kambju tal-aħħar jum ta’ kwotazzjoni tas-sena kalendarja li tippreċedi s-sena baġitarja 15 . Għalhekk, għall-2020, ir-rata tal-kambju tal-31 ta’ Diċembru 2019 tintuża biex il-baġit tal-UE jiġi kkonvertit mill-EURO f’muniti mhux euro.
Għalhekk kull differenza fir-rati tal-kambju użati għall-kalkolu tad-“dodiċeżmu” ta’ kull xahar fil-munita nazzjonali u r-rati ta’ kontabilità applikabbli fix-xahar tal-pagament tad-“dodiċeżmu” jirriżultaw inevitabbilment f’differenzi bejn l-ammonti tar-riżorsi proprji f’EURO previsti fil-baġit u l-ammont li fil-fatt jissarraf.
Il-varjazzjonijiet mensili fir-rati tal-kambju jistgħu jikkanċellaw lil xulxin matul sena baġitarja. Madankollu, fl-2020, minn Jannar sa Ġunju, ġie rreġistrat total ta’ tnaqqis ta’ EUR 400,6 miljun f’differenzi fir-rati tal-kambju għar-riżorsi proprji. Dan jista’ faċilment jiżdied u sal-aħħar tas-sena jippreżenta riskju ta’ defiċit baġitarju. Għaldaqstant sabiex ikun hemm tpaċija ta’ dawn id-differenzi u kumpens għan-nuqqas li jirriżulta fir-riżorsi proprji li jissarfu qed jiġi propost li tinħoloq linja baġitarja ġdida fit-Titolu 3 – l-Artikolu 390 – Aġġustamenti relatati mad-differenzi fir-rata tal-kambju għar-riżorsi proprji - biex jiddaħħlu d-differenzi tar-rata tal-kambju li jkunu dovuti sa Ġunju.
|
EUR |
|||
|
Linja tad-dħul |
Isem |
Ammont |
|
|
3 9 0 |
Aġġustament relatat mad-differenzi fir-rata tal-kambju għar-riżorsi proprji |
-400 600 000 |
|
|
Total |
-400 600 000 |
||
Il-Kummissjoni se tkompli timmonitorja l-evoluzzjoni tad-differenzi u, jekk ikun hemm bżonn, tipproponi emendi baġitarji ġodda lill-Awtorità Baġitarja biex din taġġorna ċ-ċifra f’abbozz ta’ baġit emendatorju tal-ħarifa.
2.5 Multi u pagamenti ta’ penali
Filwaqt li jitqiesu l-ammonti li nġabru, qed jiġi propost li l-previżjonijiet inizjali introdotti fil-baġit tal-2020 (EUR 100 miljun) jiżdiedu b’EUR 118 miljun. Għaldaqstant dan se jnaqqas il-kontribuzzjonijiet tar-riżorsi proprji tal-Istati Membri għall-baġit tal-UE.
Id-dettal skont il-linja jidher fit-tabella hawn taħt.
|
EUR |
|||
|
Linja tad-dħul |
Isem |
Ammont |
|
|
7 1 0 |
Multi, pagamenti ta’ penali perjodiċi u penali oħrajn b’rabta mal-implimentazzjoni tar-regoli dwar il-kompetizzjoni |
85 000 000 |
|
|
7 1 1 |
Pagamenti ta’ penali u pagamenti f’somma waħda imposti fuq Stat Membru minħabba nuqqas ta’ osservanza ta’ sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea minħabba li ma ssodisfax obbligu skont it-Trattat |
33 000 000 |
|
|
Total |
118 000 000 |
||