|
27.4.2023 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 112/41 |
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (UE) 2023/862
tal-25 ta’ April 2023
li temenda d-Deċiżjoni 1999/70/KE dwar l-awdituri esterni tal-banek ċentrali nazzjonali, fir-rigward tal-awdituri esterni ta’Hrvatska narodna banka
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra l-Protokoll Nru 4 dwar l-Istatut tas-Sistema Ewropea ta’ Banek Ċentrali u tal-Bank Ċentrali Ewropew, anness mat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u mat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 27.1 tiegħu,
Wara li kkunsidra r-Rakkomandazzjoni tal-Bank Ċentrali Ewropew tas-7 ta’ Marzu 2023 lill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea dwar l-awdituri esterni ta’ Hrvatska narodna banka (BĊE/2023/4) (1),
Billi:
|
(1) |
Il-kontijiet tal-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE) u tal-banek ċentrali nazzjonali tal-Istati Membri li l-munita tagħhom hija l-euro għandhom jiġu awditjati minn awdituri esterni indipendenti rrakkomandati mill-Kunsill Governattiv tal-BĊE u approvati mill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea. |
|
(2) |
Mill-1 ta’ Jannar 2023, Hrvatska narodna banka huwa soġġett għall-Artikolu 27.1 tal-Istatut tas-Sistema Ewropea ta’ Banek Ċentrali u tal-Bank Ċentrali Ewropew. |
|
(3) |
Il-mandat tal-awdituri esterni attwali ta’ Hrvatska narodna banka, KPMG Croatia d.o.o., ser jintemm wara l-awditu għas-sena finanzjarja 2024. |
|
(4) |
Għaldaqstant, il-Kunsill Governattiv tal-BĊE rrakkomanda li l-Kunsill japprova l-awdituri attwali, KPMG Croatia d.o.o., bħala l-awdituri esterni ta’ Hrvatska narodna banka għas-snin finanzjarji 2023 u 2024. |
|
(5) |
B’segwitu għar-rakkomandazzjoni tal-Kunsill Governattiv tal-BĊE, jenħtieġ li d-Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/70/KE (2) tiġi emendata skont dan, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Il-paragrafu li ġej jinżdied mal-Artikolu 1 tad-Deċiżjoni 1999/70/KE:
“20. KPMG Croatia d.o.o. huma b’dan approvati bħala l-awdituri esterni ta’ Hrvatska narodna banka għas-snin finanzjarji 2023 u 2024.”.
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni għandha ssir effettiva fid-data tan-notifika tagħha.
Artikolu 3
Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Bank Ċentrali Ewropew.
Magħmul fil-Lussemburgu, il-25 ta’ April 2023.
Għall-Kunsill
Il-President
P. KULLGREN
(2) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/70/KE tal-25 ta’ Jannar 1999 dwar l-awdituri esterni tal-banek ċentrali nazzjonali (ĠU L 22, 29.1.1999, p. 69).