<?xml version="1.0" encoding="UTF-8"?><JUDGMENT xmlns:fmx="http://opoce" xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" xsi:noNamespaceSchemaLocation="http://formex.publications.europa.eu/schema/formex-05.55-20141201.xd"><BIB.JUDGMENT><REF.CASE FILE="n.a."><NO.CASE>C‑597/14 P</NO.CASE></REF.CASE><NO.CELEX>62014CJ0597</NO.CELEX><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2016:579">EU:C:2016:579</NO.ECLI><NO.SEQ>0001</NO.SEQ><PAGE.FIRST.ECR>1</PAGE.FIRST.ECR><PAGE.SEQ>1</PAGE.SEQ><PAGE.LAST.ECR>8</PAGE.LAST.ECR><PAGE.TOTAL>8</PAGE.TOTAL><AUTHOR>CJ</AUTHOR></BIB.JUDGMENT><CURR.TITLE><PAGE.HEADER><P>SENTENZA TAL-<DATE ISO="20160721">21.7.2016</DATE> – KAWŻA C‑597/14 P</P><P>EUIPO vs GRAU FERRER</P></PAGE.HEADER></CURR.TITLE><TITLE><TI><P><HT TYPE="UC">Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja</HT> (L-Ewwel Awla)</P><P><DATE ISO="20160721">21 ta’ Lulju 2016</DATE><NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="STAR" NOTE.ID="E0001"><P>Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol.</P></NOTE></P></TI></TITLE><INDEX><KEYWORD>Appell</KEYWORD><KEYWORD>Trade mark tal-Unjoni Ewropea</KEYWORD><KEYWORD>Regolament (KE) Nru 207/2009</KEYWORD><KEYWORD>Artikolu 76(2)</KEYWORD><KEYWORD>Regolament (KE) Nru 2868/95</KEYWORD><KEYWORD>It-tielet subparagrafu tar-Regola 50(1), it-tielet inċiż</KEYWORD><KEYWORD>Trade mark figurattiva</KEYWORD><KEYWORD>Oppożizzjoni tal-proprjetarju ta’ trade mark preċedenti</KEYWORD><KEYWORD>Prova tal-eżistenza, tal-validità u tal-portata tal-protezzjoni tat-trade mark preċedenti</KEYWORD><KEYWORD>Teħid inkunsiderazzjoni mill-Bord tal-Appell ta’ prova prodotta tardivament</KEYWORD><KEYWORD>Ċaħda tal-oppożizzjoni mill-Bord tal-Appell</KEYWORD></INDEX><JUDGMENT.INIT><P>Fil-Kawża C‑597/14 P,</P><P>li għandha bħala suġġett appell skont l-Artikolu 56 tal-Istatut tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea, ippreżentat fit-<DATE ISO="20141222">22 ta’ Diċembru 2014</DATE>,</P></JUDGMENT.INIT><PARTIES><PLAINTIFS><P><HT TYPE="BOLD">L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)</HT>, irrappreżentat minn S. Palmero Cabezas u A. Folliard-Monguiral, bħala aġenti,</P><PARTY.STATUS>rikorrent,</PARTY.STATUS></PLAINTIFS><AGAINST>il-parti l-oħra fil-proċedura hija:</AGAINST><DEFENDANTS><P><HT TYPE="BOLD">Xavier Grau Ferrer</HT>, residenti fi Caldes de Montbui (Spanja),</P><PARTY.STATUS>rikorrent fl-ewwel istanza,</PARTY.STATUS></DEFENDANTS><INTERVENERS><P><HT TYPE="BOLD">Juan Cándido Rubio Ferrer,</HT></P><P><HT TYPE="BOLD">Alberto Rubio Ferrer,</HT></P><P>residenti fi Xeraco (Spanja),</P><PARTY.STATUS>intervenjenti fl-ewwel istanza,</PARTY.STATUS></INTERVENERS></PARTIES><PREAMBLE><PREAMBLE.INIT><P>IL-QORTI TAL-ĠUSTIZZJA (L-Ewwel Awla),</P><P>komposta minn R. Silva de Lapuerta, President tal-Awla, J.‑C. Bonichot, C G. Fernlund, S. Rodin (Relatur) u E. Regan, Imħallfin,</P><P>Avukat Ġenerali: M. Szpunar,</P><P>Reġistratur: M. Ferreira, Amministratur Prinċipali,</P></PREAMBLE.INIT><GR.VISA><VISA>wara li rat il-proċedura bil-miktub u wara s-seduta tal-<DATE ISO="20151021">21 ta’ Ottubru 2015</DATE>,</VISA><?PAGE NO="2"?><VISA>wara li semgħet il-konklużjonijiet tal-Avukat Ġenerali, ippreżentati fis-seduta tat-<DATE ISO="20160113">13 ta’ Jannar 2016</DATE>,</VISA></GR.VISA><PREAMBLE.FINAL>tagħti l-preżenti</PREAMBLE.FINAL></PREAMBLE><CONTENTS.JUDGMENT><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Sentenza</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0001"><NO.P>1</NO.P><TXT>Permezz tal-appell tiegħu, l-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO) jitlob l-annullament tas-sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea tal-<DATE ISO="20141024">24 ta’ Ottubru 2014</DATE>, Grau Ferrer vs UASI - Rubio Ferrer (Bugui va) (T‑543/12, li ma ġietx ippubblikata, iktar il-quddiem is-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0001" REF.END="QE0001"/>sentenza appellata<QUOT.END REF.START="QS0001" CODE="201D" ID="QE0001"/>, <REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:T:2014:911">EU:T:2014:911</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>), li permezz tagħha din tal-aħħar annullat id-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-EUIPO, tal-<DATE ISO="20121011">11 ta’ Ottubru 2012</DATE> (Kawżi magħquda R 274/2011-4 u R 520/2011-4), marbuta ma’ proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Xavier Grau Ferrer, minn naħa, u Juan Cándido Rubio Ferrer kif ukoll Alberto Rubio Ferrer, min-naħa l-oħra (iktar ’il quddiem id-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0002" REF.END="QE0002"/>deċiżjoni kontenzjuża<QUOT.END REF.START="QS0002" CODE="201D" ID="QE0002"/>).</TXT></NP.ECR><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Il-kuntest ġuridiku</HT></P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Ir-Regolament (KE) Nru 207/2009</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0002"><NO.P>2</NO.P><TXT>Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 40/94, tal-<DATE ISO="19931220">20 ta’ Diċembru 1993</DATE>, dwar it-trade mark Komunitarja (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 17, Vol. 1, p. 146), ġie abrogat u ssostitwit bir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 207/2009, tas-<DATE ISO="20090226">26 ta’ Frar 2009</DATE>, dwar it-trade mark Komunitarja (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="078" PAGE.FIRST="1" DATE.PUB="2009">ĠU L 78, p. 1</REF.DOC.OJ>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0003"><NO.P>3</NO.P><TXT>L-Artikolu 15(1) tar-Regolament Nru 207/2009, intitolat <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0003" REF.END="QE0003"/>L-użu ta’ trade marks Komunitarji<QUOT.END REF.START="QS0003" CODE="201D" ID="QE0003"/>, jipprovdi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0004" REF.END="QE0004"/>Jekk, fi żmien ħames snin wara r-reġistrazzjoni, il-proprjetarju ma jkunx għamel użu ġenwin mit-trade mark Komunitarja fil-Komunità f’konnessjoni mal-prodotti jew mas-servizzi li għalihom tkun reġistrata, jew jekk dan l-użu jkun ġie sospiż għal perjodu kontinwu ta’ ħames snin, it-trade mark Komunitarja għandha tkun soġġetta għas-sanzjonijiet li jipprovdi dan ir-Regolament, sakemm ma jkunx hemm raġunijiet xierqa għal dan in-nuqqas ta’ użu.</P><P>Dawn li ġejjin jikkostitwixxu użu kif inhu mifhum fl-ewwel subparagrafu:</P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>a)</NO.P><TXT>l-użu ta’ trade mark Komunitarja f’forma li hija differenti imma biss fir-rigward ta’ ċerti elementi li ma jbiddlux il-karattru distintiv tal-marka fil-forma kif hija ġiet reġistrata;</TXT></NP></ITEM></LIST><P>[...]<QUOT.END REF.START="QS0004" CODE="201D" ID="QE0004"/></P></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0004"><NO.P>4</NO.P><TXT>L-Artikolu 41(3) ta’ dan ir-regolament li jirregola l-preżentazzjoni ta’ oppożizzjoni għar-reġistrazzjoni tat-trade mark tal-Unjoni Ewropea, jipprovdi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0005" REF.END="QE0005"/>L-oppożizzjoni għandha tiġi espressa bil-miktub u għandha tispeċifika r-raġunijiet li fuqhom tkun qiegħda issir. [...] Fi żmien perjodu stabbilit mill-Uffiċċju, l-opponent jista’ jissottometti fatti, xiehda u argumenti sabiex isaħħaħ il-każ tiegħu.<QUOT.END REF.START="QS0005" CODE="201D" ID="QE0005"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0005"><NO.P>5</NO.P><TXT>L-Artikolu 76(2) tal-imsemmi regolament, intitolat <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0006" REF.END="QE0006"/>L-eżaminazzjoni tal-fatti mill-Uffiċċju fuq inizzjattiva tiegħu stess<QUOT.END REF.START="QS0006" CODE="201D" ID="QE0006"/>, jipprovdi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0007" REF.END="QE0007"/>L-Uffiċċju jista’ ma jikkunsidrax fatti jew provi li ma jiġux preżentati fil-ħin preskritt mill-partijiet konċernati.<QUOT.END REF.START="QS0007" CODE="201D" ID="QE0007"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR></GR.SEQ><?PAGE NO="3"?><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Ir-Regolament (KE) Nru 2868/95</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0006"><NO.P>6</NO.P><TXT>Ir-Regola 15(2) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2868/95, tat-<DATE ISO="19951213">13 ta’ Diċembru 1995</DATE>, li jimplimenta r-Regolament Nru 40/94 (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 17, Vol. 1, p. 189), kif emendat mir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1041/2005, tad-<DATE ISO="20050629">29 ta’ Ġunju 2005</DATE>, (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, L 287 M, p. 12) (iktar 'il quddiem ir-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0008" REF.END="QE0008"/>regolament ta’ implementazzjoni<QUOT.END REF.START="QS0008" CODE="201D" ID="QE0008"/>), intitolata <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0009" REF.END="QE0009"/>Nota ta’ oppożizzjoni<QUOT.END REF.START="QS0009" CODE="201D" ID="QE0009"/>, tipprovdi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0010" REF.END="QE0010"/>In-notifika ta’ l-oppożizzjoni għandha tinkludi:</P><P>[…]</P><P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>b)</NO.P><TXT>identifikazzjoni ċara tal-marka preċedenti jew dritt preċedenti li fuqhom l-oppożizzjoni hi bbażata, jiġifieri:</TXT><P><LIST TYPE="roman"><ITEM><NP><NO.P>i)</NO.P><TXT>fejn l-oppożizzjoni hi bbażata fuq marka preċedenti fi ħdan it-tifsira ta’ l-Artikolu 8(2)(a) jew (b) tar-Regolament [Nru 40/94, li l-kliem tiegħu huwa identiku għal dak tal-Artikolu 8(2)(a) u (b) tar-Regolament Nru 207/2009] jew fejn l-oppożizzjoni hi bbażata fuq l-Artikolu 8(3), tar-Regolament [Nru 40/94, li l-kliem tiegħu huwa identiku għal dak tal-Artikolu 8(3) tar-Regolament Nru 207/2009], l-indikazzjoni tan-numru tal-fajl jew numru tar-reġistrazzjoni tal-marka preċedenti, l-indikazzjoni jekk il-marka preċedenti hijiex reġistrata jew applikazzjoni għar-reġistrazzjoni, kif ukoll l-indikazzjoni ta’ l-Istati Membri inkluż, fejn applikabbli l-Benelux, li fihom jew li għalihom il-marka preċedenti hi protetta, jew, jekk applikabbli, l-indikazzjoni li hija trejdmark tal-Komunità;</TXT></NP></ITEM></LIST></P><P>[...]</P></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>e)</NO.P><TXT>rappreżentazzjoni tal-marka preċedenti kif reġistrata jew kif saret applikazzjoni għaliha; jekk il-marka preċedenti hi bil-kulur, ir-rappreżentazzjoni għandha tkun bil-kulur;</TXT></NP></ITEM></LIST><P>[...]<QUOT.END REF.START="QS0010" CODE="201D" ID="QE0010"/></P></P></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0007"><NO.P>7</NO.P><TXT>Ir-Regola 19 tar-regolament ta’ implementazzjoni, intitolat <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0011" REF.END="QE0011"/>Prova tal-verit[à] ta’ l-oppożizzjoni<QUOT.END REF.START="QS0011" CODE="201D" ID="QE0011"/>, tipprovdi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><NP><NO.P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0012" REF.END="QE0012"/>1.</NO.P><TXT>L-Uffiċċju għandu jagħti lill-parti li qed topponi l-opportunit[à] biex tippreżenta l-fatti, evidenza u argumenti b’appoġġ għall-oppożizzjoni tagħha jew biex ittemm il-fatt, evidenza jew argumenti li kienu ġa sottomessi skond Regola 15 (3), fi żmien perjodu speċifikat minnha u li għandu jkun ta’ għall-anqas xahrejn li jibdew mid-data li fiha l-proċedimenti ta’ l-oppożizzjoni kellhom jibdew skond Regola 18 (1).</TXT></NP><NP><NO.P>2.</NO.P><TXT>Fi żmien il-perjodu msemmi f’paragrafu 1, il-parti li qed topponi għandha wkoll tiffajlja prova ta’ eżistenza, validità u skop tal-protezzjoni tal-marka preċedenti jew dritt preċedenti, kif ukoll evidenza li turi d-dritt li għandha biex tiffajlja oppożizzjoni. B’mod partikolari, il-parti li qed topponi għandha tipprovdi l-evidenza li ġejja:</TXT><P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>a)</NO.P><TXT>jekk l-oppożizzjoni hi bbażata fuq trejdmark li m’hijiex trejdmark tal-Komunità, trid tiġi sottomessa evidenza ta’ l-iffajljar jew reġistrazzjoni tagħha, billi tiġi sottomessa:</TXT><P>[...]</P><P><LIST TYPE="roman"><ITEM><NP><NO.P>ii)</NO.P><TXT>jekk it-trejdmark hi rreġistrata, kopja taċ-ċertifikat ta’ reġistrazzjoni relevanti u, jekk ikun il-każ, l-aħħar ċertifikat ta’ tiġdid, li juri li l-perjodu ta’ protezzjoni tat-trejdmark jestendi sa wara l-limitu ta’ żmien imsemmi f’paragrafu 1 u kull estensjoni ta’ dan, jew dokumenti ekwivalenti maħruġa mill-amministrazzjoni li magħha ġiet reġistrata t-trejdmark;</TXT></NP></ITEM></LIST></P></NP></ITEM></LIST><?PAGE NO="4"?><P>[...]<QUOT.END REF.START="QS0012" CODE="201D" ID="QE0012"/></P></P></NP></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0008"><NO.P>8</NO.P><TXT>Taħt it-titoli <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0013" REF.END="QE0013"/>Eżami ta’ l-oppożizzjoni<QUOT.END REF.START="QS0013" CODE="201D" ID="QE0013"/>, ir-Regola 20(1) ta’ dan ir-regolament tipprovdi :</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0014" REF.END="QE0014"/>Jekk sa l-iskadenza tal-perjodu msemmi f’Regola 19 (1) il-parti li qed topponi ma tkunx approvat l-eżistenza, il-validità u l-iskop tal-protezzjoni tal-marka preċedenti tagħha jew tad-dritt preċedenti, kif ukoll id-dritt li tiffajlja oppożizzjoni, l-oppożizzjoni tiġi rrifjutata bħala bla bażi.<QUOT.END REF.START="QS0014" CODE="201D" ID="QE0014"/></P></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0009"><NO.P>9</NO.P><TXT>Skont it-tielet subparagrafu tar-Regola 50(1) tal-istess regolament:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0015" REF.END="QE0015"/>Fejn l-appell isir kontra deċiżjoni ta’ Divizjoni ta’ Oppożizzjoni, il-Bord għandu jillimita l-eżami ta’ l-appell għall-fatti u evidenza ppreżentata fi ħdan il-limiti ta’ żmien stipulati jew speċifikati mid-Divizjoni ta’ Oppożizzjoni skond ir-Regolament u dawn ir-Regoli, sakemm il-Bord ma jikkunsidrax li fatti u evidenza supplimentari jew addizzjonali għandu jittieħed kont tagħhom skond l-Artikolu 74 (2) tar-Regolament [Nru 40/94, li l-kliem tiegħu huwa identiku għal dak tal-Artikolu 76(2) tar-Regolament Nru 207/2009].<QUOT.END REF.START="QS0015" CODE="201D" ID="QE0015"/></P></QUOT.S></P></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Il-fatti li wasslu għall-kawża</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0010"><NO.P>10</NO.P><TXT>Il-Qorti Ġenerali qassret il-fatti li wasslet għall-kawża kif ġej:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><LIST TYPE="OTHER"><ITEM><NP><NO.P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0016" REF.END="QE0016"/>1</NO.P><TXT>Fit-<DATE ISO="20081023">23 ta’ Ottubru 2008</DATE>, l-intervenjenti, Juan Cándido Rubio Ferrer u Alberto Rubio Ferrer, ippreżentaw applikazzjoni għar-reġistrazzjoni tat-trade mark figurattiva tal-Unjoni Ewropea quddiem l-[EUIPO], skont ir-Regolament [Nru 40/94, ikkodifikat permezz tar-Regolament Nru 207/2009].</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>2</NO.P><TXT>It-trade mark li għaliha saret l-applikazzjoni għar-reġistrazzjoni huwa s-sinjal figurattiv li ġej: [...]</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>3</NO.P><TXT>Il-prodotti u s-servizzi li saret l-applikazzjoni għar-reġistrazzjoni tagħhom jaqgħu fil-klassijiet 31, 35 u 39 tal-Ftehim ta’ Nice dwar il-klassifikazzjoni internazzjonali ta’ prodotti u servizzi għall-finijiet tar-reġistrazzjoni ta’ trade marks, tal-<DATE ISO="19570615">15 ta’ Ġunju 1957</DATE>, kif rivedut u emendat [...].</TXT></NP></ITEM></LIST><P>[...]</P><LIST TYPE="OTHER"><ITEM><NP><NO.P>5</NO.P><TXT>Fl-<DATE ISO="20090810">10 ta’ Awwissu 2009</DATE> [...] [X.] Grau Ferrer ressaq oppożizzjoni skont l-Artikolu 41 tar-Regolament Nru 207/2009, għar-reġistrazzjoni tat-trade mark figurattiva tal-Unjoni Ewropea mitluba għall-prodotti u s-servizzi msemmija fil-punt 3 iktar ’il fuq.</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>6</NO.P><TXT>L-oppożizzjoni kienet ibbażata fuq it-trade marks figurattivi preċedenti li ġejjin:</TXT><P><LIST TYPE="DASH"><ITEM><P>ir-reġistrazzjoni Spanjola Nru 2600724 tas-sinjal figurattiv li saret applikazzjoni għaliha fit-<DATE ISO="20040608">8 ta’ Ġunju 2004</DATE> u li ġiet irreġistrata fit-<DATE ISO="20041122">22 ta’ Novembru 2004</DATE> għall-prodotti kollha tal-klassi 31;</P><P>[...]</P></ITEM><ITEM><P>ir-reġistrazzjoni tal-Unjoni Ewropea Nru 2087534 tas-sinjal figurattiv li ġej, li saret applikazzjoni għaliha fl-<DATE ISO="20010214">14 ta’ Frar 2001</DATE> u li ġiet irreġistrata fl-<DATE ISO="20020614">14 ta’ Ġunju 2002</DATE> għall-prodotti u s-servizzi tal-klassijiet li ġejjin:</P><P><LIST TYPE="DASH"><ITEM><P>klassi 31 : [...] ;</P></ITEM><ITEM><P>klassi 32 : [...] ;</P></ITEM><?PAGE NO="5"?><ITEM><P>klassi 39 : [...].</P></ITEM></LIST></P></ITEM></LIST></P></NP></ITEM></LIST><P>[...]</P><LIST TYPE="OTHER"><ITEM><NP><NO.P>8</NO.P><TXT>Fil-<DATE ISO="20101221">21 ta’ Diċembru 2010</DATE>, id-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni laqgħet parzjalment l-oppożizzjoni. Minn naħa, din ikkunsidrat li [X. Grau Ferrer] ma kienx ipproduċa d-dokument li jirrappreżenta t-trade mark figurattiva Spanjola preċedenti kif irreġistrata fit-terminu stabbilit għal dan l-għan [...]. Għaldaqstant, hija ċaħdet l-oppożizzjoni bbażata fuq it-trade mark figurattiva Spanjola preċedenti peress li l-eżistenza u l-validità tagħha ma ġewx suffiċjentement sostnuti fit-terminu stabbilit. Min-naħa l-oħra, hija laqgħet l-oppożizzjoni bbażata fuq it-trade mark tal-Unjoni Ewropea preċedenti [...]. Fil-fatt, qabel xejn hija qieset li kienet ingħatat il-prova ta’ użu ġenwin mit-trade mark preċedenti tal-Unjoni Ewropea [...].</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>9</NO.P><TXT>Fl-<DATE ISO="20110210">10 ta’ Frar 2011</DATE>, [X. Grau Ferrer] ippreżenta rikors (R 520/2011 4) u, fl-<DATE ISO="20110214">14 ta’ Frar 2011</DATE>, l-intervenjenti [J.C. u A. Rubio Ferrer], min-naħa tagħhom ippreżentaw rikors (R 274/2011 4) quddiem l-EUIPO, abbażi tal-Artikoli 58 sa 64 tar-Regolament Nru 207/2009, kontra d-deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni.</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>10</NO.P><TXT>Permezz ta’ deċiżjoni tal-<DATE ISO="20121011">11 ta’ Ottubru 2012</DATE> [...], ir-Raba’ Bord tal-Appell tal-EUIPO laqa’ r-rikors fil-Każ R 274/2011-4 u ċaħad ir-rikors fil-Każ R 520/2011-4. Essenzjalment, minn naħa, huwa kkonferma d-deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni li ma kinitx inġabet il-prova tal-eżistenza tat-trade mark figurattiva Spanjola. Min-naħa l-oħra, l-istess Bord tal-Appell ikkunsidra li l-provi prodotti ma kinux suffiċjenti sabiex juru li t-trade mark preċedenti tal-Unjoni Ewropea kienet ġiet suġġetta, matul il-perijodu rilevanti, għal użu ġenwin fil-forma li taħtha hija kienet ġiet irreġistrata jew f’xi forma oħra li ma tbiddilx il-karattru distintiv tagħha, għal wieħed mill-prodotti li għalihom hija kienet ġiet irreġistrata. Għaldaqstant hija annullat id-deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni tal-<DATE ISO="20101221">21 ta’ Diċembru 2010</DATE> u ċaħdet l-oppożizzjoni fl-intier tagħha.<QUOT.END REF.START="QS0016" CODE="201D" ID="QE0016"/></TXT></NP></ITEM></LIST></QUOT.S></P></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Il-proċedura quddiem il-Qorti Ġenerali u s-sentenza kkontestata</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0011"><NO.P>11</NO.P><TXT>Permezz ta’ rikors ippreżentat fir-Reġistru tal-Qorti Ġenerali fit-<DATE ISO="20121218">18 ta’ Diċembru 2012</DATE> (Kawża T-543/12), X. Grau Ferrer ippreżenta rikors għall-annullament tad-deċiżjoni kontenzjuża.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0012"><NO.P>12</NO.P><TXT>Insostenn tar-rikors tiegħu, X. Grau Ferrer invoka tliet motivi bbażati, fl-ewwel lok, fuq il-ksur tal-Artikoli 75 u 76(2) tar-Regolament Nru 207/2009 u tar-Regola 50 tar-regolament ta’ implementazzjoni, fit-tieni lok, fuq l-użu ġenwin tat-trade mark figurattiva preċedenti tal-Unjoni Ewropea Nru 2087534, irreġistrata minn X. Grau Ferrer fl-<DATE ISO="20020614">14 ta’ Ġunju 2002</DATE> (iktar ’il quddiem it-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0017" REF.END="QE0017"/>trade mark preċedenti<QUOT.END REF.START="QS0017" CODE="201D" ID="QE0017"/>) u, fit-tielet lok, fuq probabbiltà ta’ konfużjoni bejn, minn naħa, it-trade mark preċedenti kif ukoll it-trade mark figurattiva Spanjola preċedenti (iktar ’il quddiem it-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0018" REF.END="QE0018"/>trade mark Spanjola preċedenti<QUOT.END REF.START="QS0018" CODE="201D" ID="QE0018"/>) u, min-naħa l-oħra, it-trade mark figurattiva tal-Unjoni Ewropea li saret applikazzjoni għar-reġistrazzjoni tagħha minn Rubio Ferrer (iktar ’il quddiem it-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0019" REF.END="QE0019"/>trade mark inkwistjoni<QUOT.END REF.START="QS0019" CODE="201D" ID="QE0019"/>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0013"><NO.P>13</NO.P><TXT>Il-Qorti Ġenerali laqgħet ir-rikors għal annullament billi ddeċidiet, fil-punt 48 tas-sentenza appellata, li l-Bord tal-Appell tal-EUIPO kien naqas milli jeżerċita s-setgħa diskrezzjonali tiegħu u milli jimmotiva r-rifjut tiegħu li jieħu inkunsiderazzjoni t-trade mark Spanjola preċedenti u, fil-punti 86 u 87 tas-sentenza appellata, li d-dokumenti prodotti quddiem il-Bord tal-Appell kienu jinkludu sinjal li kien ivarja mit-trade mark preċedenti biss minħabba elementi negliġibbli, b’tali mod li kienu jirrilevaw użu ġenwin minn din tal-aħħar.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0014"><NO.P>14</NO.P><TXT>Il-Qorti Ġenerali ddeċidiet li l-kumplament tal-motivi invokati minn X. Grau Ferrer kienu ineffettivi jew infondati.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="6"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0015"><NO.P>15</NO.P><TXT>Konsegwentement, il-Qorti Ġenerali annullat id-deċiżjoni kontenzjuża.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">It-talbiet tal-partijiet</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0016"><NO.P>16</NO.P><TXT>Permezz tal-appell tiegħu, l-EUIPO jitlob li l-Qorti tal-Ġustizzja jogħġobha:</TXT><P><LIST TYPE="DASH"><ITEM><P>tannulla s-sentenza appellata u tagħti hija stess deċiżjoni fuq il-mertu tal-kawża jew li tirrinvija l-kawża quddiem il-Qorti Ġenerali, u</P></ITEM><ITEM><P>tikkundanna lil X. Grau Ferrer għall-ispejjeż.</P></ITEM></LIST></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0017"><NO.P>17</NO.P><TXT>Il-partijiet l-oħra fil-kawża ma ppreżentaw l-ebda nota quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Fuq l-appell</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0018"><NO.P>18</NO.P><TXT>Insostenn tal-appell tiegħu, l-EUIPO jinvoka tliet aggravji bbażati fuq ksur, rispettivament, tal-Artikolu 76(2) tar-Regolament Nru 207/2009, tat-tielet subparagrafu tar-Regola 50 tar-regolament ta’ implementazzjoni u tat-tieni subparagrafu tal-Artikolu 15(1)(a) tar-Regolament Nru 207/2009.</TXT></NP.ECR><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Fuq it-tieni motiv</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0019"><NO.P>19</NO.P><TXT>Permezz tat-tieni aggravju tiegħu, li jeħtieġ li jiġi eżaminat fl-ewwel lok, l-EUIPO isostni, essenzjalment, li l-Qorti Ġenerali, fil-punti 45 sa 48 tas-sentenza appellata, wettqet żball ta’ liġi meta ddeċidiet li l-Bord tal-Appell kellu setgħa diskrezzjonali naxxenti mit-tielet subparagrafu tar-Regola 50(1) tar-regolament ta’ implementazzjoni u mill-Artikolu 76(2) tar-Regolament Nru 207/2009 <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0020" REF.END="QE0020"/>indipendentement ukoll min-natura addizzjonali jew le<QUOT.END REF.START="QS0020" CODE="201D" ID="QE0020"/> tal-prova tardiva u, konsegwentement, ukoll fir-rigward tal-provi <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0021" REF.END="QE0021"/>ġodda<QUOT.END REF.START="QS0021" CODE="201D" ID="QE0021"/>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0020"><NO.P>20</NO.P><TXT>Fil-punt 45 tas-sentenza appellata, il-Qorti Ġenerali enfasizzat li l-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja dwar is-setgħa diskrezzjonali tal-Bord tal-Appell u r-raġuniijet għat-teħid inkunsiderazzjoni tal-provi prodotti tardivament ma tagħmilx distinzjoni bejn il-provi l-ġodda u l-mezzi ta’ prova addizzjonali, u sussegwentement, fil-punt 46 ta’ din is-sentenza, ċaħdet l-argument li l-Bord tal-Appell ma kienx fondat li jieħu inkunsiderazzjoni l-provi prodotti minn X. Grau Ferrer peress li dawn il-provi kienu ta’ natura ġdida.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0021"><NO.P>21</NO.P><TXT>Il-Qorti Ġenerali ddeċidiet, essenzjalment, fil-punt 48 tas-sentenza appellata, li l-Bord tal-Appell kellu setgħa diskrezzjonali u l-obbligu li jipprovdi motivazzjoni għar-rifjut tiegħu mingħajr ma jagħmel distinzjoni bejn il-provi <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0022" REF.END="QE0022"/>ġodda<QUOT.END REF.START="QS0022" CODE="201D" ID="QE0022"/> u provi <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0023" REF.END="QE0023"/>addizzjonali<QUOT.END REF.START="QS0023" CODE="201D" ID="QE0023"/>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0022"><NO.P>22</NO.P><TXT>L-EUIPO jsostni li din is-setgħa diskrezzjonali u dan l-obbligu ta’ motivazzjoni ma kinux jikkonċernaw il-provi l-ġodda. L-Uffiċċju jirrileva, insostenn ta’ dan l-argument, diverġenzi bejn il-verżjonijiet lingwistiċi differenti tas-sentenzi tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20131003">3 ta’ Ottubru 2013</DATE>, <NAME.CASE>Rintisch vs UASI</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑120/12 P</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2013:638">EU:C:2013:638</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>), tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20131003">3 ta’ Ottubru 2013</DATE>, <NAME.CASE>Rintisch vs UASI</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑121/12 P</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2013:639">EU:C:2013:639</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>), u tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20131003">3 ta’ Ottubru 2013</DATE>, <NAME.CASE>Rintisch vs UASI</NAME.CASE>, (<NO.CASE>C‑122/12 P</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2013:628">EU:C:2013:628</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>). Skont l-Uffiċċju, abbażi tal-Artikolu 42(2) tar-Regolament Nru 207/2009 u tar-Regola 20(1)tar-regolament ta’ implementazzjoni, fin-nuqqas ta’ prova sħiħa quddiem id-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni, l-oppożizzjoni għandha tiġi miċħuda mingħajr ma tiġi eżaminata fuq il-mertu. Konsegwentement, huwa impossibbli li tinfetaħ mill-ġdid il-possibbiltà ta’ oppożizzjoni fil-livell tal-Bord tal-Appell.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="7"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0023"><NO.P>23</NO.P><TXT>Fir-rigward tal-kliem tat-tielet subparagrafu tar-Regola 50(1), jeħtieġ li jiġi osservat li l-verżjoni Franċiża tagħha hija differenti mill-verżjoni Spanjola, Ingliża u Ġermaniża fir-rigward ta’ element essenzjali. Fil-fatt, filwaqt li dawn l-aħħar imsemmija verżjonijiet jipprevedu li l-Bord tal-Appell jista’ jikkunsidra biss fatti u provi addizzjonali jew kumplimentari, il-verżjoni Franċiża tikklassifika dawn l-istess fatti u provi bħala <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0024" REF.END="QE0024"/>ġodda jew addizzjonali<QUOT.END REF.START="QS0024" CODE="201D" ID="QE0024"/>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0024"><NO.P>24</NO.P><TXT>Fil-fatt, skont ġurisprudenza stabbilita, id-dispożizzjonijiet tad-dritt tal-Unjoni għandhom ikunu interpretati u applikati b’mod uniformi, fid-dawl tal-verżjonijiet stabbiliti fil-lingwi kollha tal-Unjoni. Fil-każ ta’ diverġenza bejn il-verżjonijiet lingwistiċi differenti ta’ test tad-dritt tal-Unjoni, id-dispożizzjoni inkwistjoni għandha tiġi interpretata skont l-istruttura ġenerali u l-għan tal-leġiżlazzjoni li minnha tagħmel parti (ara f’dan is-sens, b’mod partikolari s-sentenzi tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20121115">15 ta’ Novembru 2012</DATE>, <NAME.CASE>Kurcums Metal</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑558/11</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2012:721">EU:C:2012:721</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0048">48</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>, u tad-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20140409">9 ta’ April 2014</DATE>, <NAME.CASE>GSV,</NAME.CASE> <NO.CASE>C‑74/13</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2014:243">EU:C:2014:243</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0027">27</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0025"><NO.P>25</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, hemm lok li jitfakkar li l-Artikolu 76(2) tar-Regolament Nru 207/2009, li jikkostitwixxi l-bażi legali tar-Regola 50, jipprovdi li l-Uffiċċju jista’ ma jiħux inkunsiderazzjoni fatti li l-partijiet ma jkunux invokaw jew provi li dawn ma jkunux ipproduċew tempestivament.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0026"><NO.P>26</NO.P><TXT>Il-Qorti tal-Ġustizzja ddeċidiet li meta ma tiġi prodotta l-ebda prova ta’ użu mit-trade mark ikkonċernata fit-terminu stabbilit mill-Uffiċċju, dan għandu jiddikkjara ċ-ċaħda tal-oppożizzjoni <HT TYPE="ITALIC">ex officio</HT>. Għall-kuntrarju, meta l-provi jkunu ġew prodotti fit-terminu stabbilit mill-Uffiċċju, tibqa’ dejjem possibbli l-produzzjoni ta’ provi addizzjonali (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20130718">18 ta’ Lulju 2013</DATE>, <NAME.CASE>New Yorker SHK Jeans vs UASI</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑621/11 P</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2013:484">EU:C:2013:484</NO.ECLI>, punti <REF.NP.ECR REF="NP0028">28</REF.NP.ECR> u <REF.NP.ECR REF="NP0030">30</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0027"><NO.P>27</NO.P><TXT>Kif enfasizza l-Avukat Ġenerali fil-punti 55 u 57 tal-konklużjonijiet tiegħu, l-istess interpretazzjoni tal-Artikolu 76(2) tar-Regolament Nru 207/2009 għandha tingħata fir-rigward tal-prova dwar l-eżistenza, il-validità u l-portata tal-protezzjoni tat-trade mark, peress li l-imsemmija dispożizzjoni tinkludi regola bi rwol orizzontali fis-sistema tal-imsemmi regolament, sa fejn hija tapplika independentement min-natura tal-proċedura kkonċernata. Isegwi li r-Regola 50 ma tistax tiġi interpretata fis-sens li hija testendi s-setgħat diskrezzjonali tal-Bordijiet tal-Appell għal provi ġodda.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0028"><NO.P>28</NO.P><TXT>Għandu jiġi kkonststat li l-Qorti Ġenerali wettqet żball ta’ liġi fil-punti 45, 46 u 48 tas-sentenza appellata billi ddikjarat li l-Bord tal-Appell ma kienx eżerċita s-setgħa diskrezzjonali li huwa għandu sabiex jiddeċiedi jekk kienx hemm lok jew le li jieħu inkunsiderazzjoni l-provi l-ġodda.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0029"><NO.P>29</NO.P><TXT>Madankollu jeħtieġ li jiġi mfakkar li jirriżulta minn ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja li, jekk il-motivi ta’ sentenza tal-Qorti Ġenerali jirrilevaw ksur tad-dritt tal-Unjoni iżda d-dispożittiv tagħha jkun jidher fondat għal raġunijiet legali oħra, l-appell għandu jiġi miċħud (ara, b’mod partikolari, is-sentenzi tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="19941215">15 ta’ Diċembru 1994</DATE>, <NAME.CASE>Finsider vs Il-Kummissjoni</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑320/92 P</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:1994:414">EU:C:1994:414</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0037">37</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>; tas-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="19991216">16 ta’ Diċembru 1999</DATE>, <NAME.CASE>CES/E</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑150/98 P</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:1999:616">EU:C:1999:616</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0017">17</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>, u tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20000713">13 ta’ Lulju 2000</DATE>, <NAME.CASE>Salzgitter vs Il-Kummissjoni</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑210/98 P</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2000:397">EU:C:2000:397</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0058">58</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0030"><NO.P>30</NO.P><TXT>Dan ma kienx il-każ hawnhekk. Fil-fatt, il-Qorti Ġenerali ma ħaditx inkunsiderazzjoni biss l-unika motiv inkwistjoni, iżda straħet ukoll fuq il-fatt li l-Bord tal-Appell kien ċaħad il-prova inkwistjoni mingħajr ma ezamina jekk din setgħetx tiġi kkunsidrata bħala <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0025" REF.END="QE0025"/>kumplimentari<QUOT.END REF.START="QS0025" CODE="201D" ID="QE0025"/>. Issa, billi ma wettaqx dan l-eżami, il-Bord tal-Appell effettivament kiser l-Artikolu 76(2) tar-Regolament Nru 207/2009, kif ikkonstatat il-Qorti Ġenerali.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0031"><NO.P>31</NO.P><TXT>F’dawn iċ-ċirkustanzi, hemm lok li jinċaħad l-appell u dan mingħajr il-bżonn li jiġu eżaminati l-motivi l-oħra invokati mill-EUIPO.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ><?PAGE NO="8"?><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Fuq l-ispejjeż</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0032"><NO.P>32</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 137 tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja, applikabbli għall-proċedura ta’ appell skond l-Artikolu 184(2) tal-istess regoli, id-deċiżjoni dwar l-ispejjeż għandha tingħata fis-sentenza jew fid-digriet li jagħlqu l-istanza. Peress li l-partijiet l-oħra fil-kawża ma ppreżentaw l-ebda nota quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja, jeħtieġ li jiġi deċiż li l-EUIPO għandu jbati l-ispejjeż tiegħu.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ><JURISDICTION><INTRO>Għal dawn il-motivi, Il-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) taqta’ u tiddeċiedi:</INTRO><LIST TYPE="ARAB"><ITEM><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">1)</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">L-appell huwa miċħud.</HT></TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">2)</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO) għandu jbati l-ispejjeż tiegħu.</HT></TXT></NP></ITEM></LIST></JURISDICTION></CONTENTS.JUDGMENT><SIGNATURE.CASE><SIGNATORY><P>Firem</P></SIGNATORY></SIGNATURE.CASE></JUDGMENT>