|
21.12.2020 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 431/34 |
IR-REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2020/2159
tas-16 ta’ Diċembru 2020
li jemenda l-Anness I tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 dwar in-nomenklatura tat-tariffa u l-istatistika u dwar it-Tariffa Doganali Komuni ta’ Dwana
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 tat-23 ta’ Lulju 1987 dwar in-nomenklatura tat-tariffa u l-istatistika u dwar it-Tariffa Doganali Komuni ta’ Dwana (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 9(1)(a) u (b) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Ir-Regolament (KEE) Nru 2658/87 jistabbilixxi nomenklatura għall-merkanzija (“Nomenklatura Magħquda” jew “NM”), biex fl-istess waqt jissodisfa r-rekwiżiti tat-Tariffa Doganali Komuni, tal-istatistika tal-kummerċ estern tal-Unjoni, u tal-politiki oħrajn tal-Unjoni li jikkonċernaw l-importazzjoni jew l-esportazzjoni tal-merkanzija. |
|
(2) |
Ir-Regolament (KEE) Nru 2658/87 jistabbilixxi wkoll Tariffa Integrata tal-Unjoni Ewropea (“TARIC”), li tissodisfa r-rekwiżiti tat-Tariffa Doganali Komuni, l-istatistika tal-kummerċ estern, il-politika kummerċjali, il-politika agrikola u politiki oħrajn tal-Unjoni li jikkonċernaw l-importazzjoni jew l-esportazzjoni tal-oġġetti. |
|
(3) |
Sabiex l-Unjoni timmonitorja l-istatistika relatata biss mal-importazzjoni ta’ oġġetti speċifiċi, il-ħolqien ta’ subintestaturi statistiċi fit-TARIC huwa l-aktar għodda xierqa; tali kodiċijiet statistiċi TARIC huma stabbiliti fl-Anness 10 “Kodiċijiet Statistiċi TARIC” tat-Tielet Parti “Annessi għat-Tariffa” tal-Anness I tar-Regolament (KEE) Nru 2658/87. |
|
(4) |
Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2020/1369 (2) introduċa subintestaturi TARIC ġodda għall-maskri protettivi tal-wiċċ fl-Anness 10 tal-Parti Tlieta tal-Anness I tar-Regolament (KEE) Nru 2658/87. Sabiex jiġi żgurat li dawk il-kodiċijiet il-ġodda jiġu introdotti mill-ġdid fin-Nomenklatura Magħquda applikabbli mill-1 ta’ Jannar 2021, jeħtieġ li jiġi emendat l-Anness I tar-Regolament (KEE) Nru 2658/87, billi dan irid jiġi emendat, b’effett mill-1 ta’ Jannar 2021, permezz tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2020/1577 (3). |
|
(5) |
Is-sitwazzjoni tal-pandemija tal-COVID-19 għadha għaddejja fl-Unjoni u l-Istati Membri qed ibatu biex iwaqqfu t-tixrid tal-COVID-19. Għalhekk, id-domanda għal ċerti oġġetti mediċi u l-użu tagħhom fl-Istati Membri, b’mod partikolari l-maskri protettivi tal-wiċċ, ir-reaġenti dijanjostiċi u l-kits dijanjostiċi, huma għoljin u qed jiżdiedu u x’aktarx jibqgħu għoljin fil-futur. L-importazzjonijiet ta’ tali oġġetti jġibu magħhom sfidi addizzjonali għall-awtoritajiet doganali. |
|
(6) |
Sabiex jiġu ffaċilitati u armonizzati l-kontrolli doganali fl-Istati Membri fil-livell tal-Unjoni, huwa xieraq li jinħolqu subintestaturi TARIC addizzjonali, li jippermettu li l-prodotti kkonċernati jiġu distinti aktar malajr minn oħrajn taħt l-istess subintestatura, u b’hekk jittaffa l-impatt ta’ dewmien possibbli fil-katina tal-provvista matul il-pandemija tal-COVID-19. |
|
(7) |
Meta titqies l-importanza tal-vaċċini tas-SARS-CoV-2, il-ħolqien ta’ kodiċi NM ikun xieraq, sabiex tiġi mmonitorjata wkoll l-esportazzjoni tagħhom. |
|
(8) |
Jenħtieġ li jinħolqu subintestaturi TARIC addizzjonali sabiex jiġi żgurat monitoraġġ aħjar tal-flussi kummerċjali ta’ maskri protettivi tal-wiċċ, ir-reaġenti dijanjostiċi u l-kits dijanjostiċi. |
|
(9) |
Tali subintestaturi addizzjonali tat-TARIC jiffaċilitaw ukoll l-implimentazzjoni mill-Istati Membri tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni (UE) 2020/491 (4). Peress li l-maskri protettivi tal-wiċċ huma fost il-prodotti l-aktar importati, l-identifikazzjoni speċifika tagħhom fit-TARIC tippermetti proċess ta’ dikjarazzjoni aktar mgħaġġel billi ssir distinzjoni bejn dawn il-prodotti u prodotti oħrajn li bħalissa huma kklassifikati taħt l-istess subintestatura. |
|
(10) |
Għalhekk, jenħtieġ li l-Anness I tar-Regolament (KEE) Nru 2658/87 jiġi emendat skont dan. |
|
(11) |
Jenħtieġ li l-awtoritajiet doganali u l-operaturi ekonomiċi jkunu jistgħu japplikaw l-emendi għan-Nomenklatura Magħquda stabbiliti f’dan ir-Regolament mid-data tal-applikazzjoni tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2020/1577, sabiex jiżguraw il-kontinwità tal-ġbir tad-data statistika għall-oġġetti rilevanti. Għalhekk, jenħtieġ li dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ b’urġenza u japplika mill-1 ta’ Jannar 2021. |
|
(12) |
Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat tal-Kodiċi Doganali, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
L-Anness I tar-Regolament (KEE) Nru 2658/87 huwa emendat kif stabbilit fl-Anness ta’ dan ir-Regolament.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ l-għada tal-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Għandu japplika mill-1 ta’ Jannar 2021.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, is-16 ta’ Diċembru 2020.
Għall-Kummissjoni
F’isem il-President,
Gerassimos THOMAS
Direttur Ġenerali
Direttorat Ġenerali għat-Tassazzjoni u l-Unjoni
(2) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2020/1369 tad-29 ta’ Settembru 2020 li jemenda l-Anness I tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 dwar in-nomenklatura tat-tariffa u l-istatistika u dwar it-Tariffa Doganali Komuni ta’ Dwana (ĠU L 319, 2.10.2020, p. 2).
(3) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2020/1577 tal-21 ta’ Settembru 2020 li jemenda l-Anness I tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 dwar in-nomenklatura tat-tariffa u l-istatistika u dwar it-Tariffa Doganali Komuni ta’ Dwana (ĠU L 361, 30.10.2020, p. 1).
(4) Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni (UE) 2020/491 tat-3 ta’ April 2020 dwar l-eżenzjoni mid-dazji fuq l-importazzjoni u l-eżenzjoni mill-VAT fuq l-importazzjonijiet tal-merkanzija meħtieġa biex jiġu miġġielda l-effetti tat-tifqigħa tal-COVID-19 matul l-2020 (ĠU L 103I, 3.4.2020, p. 1.)
ANNESS
L-Anness I tar-Regolament (KEE) Nru 2658/87 huwa emendat kif ġej:
|
(1) |
Fit-Tieni Parti, it-Taqsima VI, il-Kapitolu 30, ir-ringieli tal-kodiċi NM 3002 13 00, 3002 14 00 u 3002 15 00 huma sostitwiti b’dan li ġej:
|
|
(2) |
Fit-Tieni Parti, it-Taqsima VI, il-Kapitolu 30, ir-ringiela tal-kodiċi NM 3002 20 00 hija sostitwita b’dan li ġej:
|
|
(3) |
Fit-Tieni Parti, it-Taqsima VI, il-Kapitolu 38, ir-ringiela tal-kodiċi NM 3822 00 00 hija sostitwita b’dan li ġej:
|
|
(4) |
Fit-Tieni Parti, it-Taqsima XI, il-Kapitolu 63, ir-ringieli tal-kodiċi NM 6307 90 93 u 6307 90 95 huma sostitwiti b’dan li ġej:
|
|
(5) |
Fit-Tielet Parti, fl-Anness 10, jiddaħħlu r-ringieli li ġejjin:
|
(*1) Il-kodiċijiet statistiċi TARIC: Ara l-Anness 10.”.
(*2) Doża (fil-każ ta’ kontenituri b’ħafna dożi, doża għall-adulti)”
(*3) Il-kodiċijiet statistiċi TARIC: Ara l-Anness 10.”.
(*4) Il-kodiċijiet statistiċi TARIC: Ara l-Anness 10.”.