6.6.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 147/65


DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI

tat-30 ta’ Mejju 2008

li t-temenda d-Deċiżjoni 2008/377/KE dwar ċerti miżuri ta’ protezzjoni marbuta mad-deni klassiku tal-ħnieżer fis-Slovakkja

(notifikata taħt id-dokument numru C(2008) 2262)

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

(2008/419/KE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 90/425/KEE tas-26 ta’ Ġunju 1990 dwar l-iċċekkjar, veterinarju u zootekniku applikabbli għall-kummerċ intra-Komunitarju ta’ ċertu annimali ħajjin u prodotti bil-ħsieb tat-tlestija tas-suq intern (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 10(4) tagħha,

Billi:

(1)

Seħħew tifqigħat tad-Deni Klassiku tal-Ħnieżer fis-Slovakkja li minħabba l-kummerċ fi ħnieżer ħajjin u ċerti prodotti tal-majjal aktarx jipperikolaw il-merħliet porċini ta’ Stati Membri oħra.

(2)

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2008/377/KE tat-8 ta’ Mejju 2008 dwar ċerti miżuri ta’ protezzjoni marbuta mad-Deni Klassiku tal-Ħnieżer fis-Slovakkja (2) ġiet adottata sabiex issaħħaħ il-miżuri meħuda mis-Slovakkja fi ħdan il-qafas tad-Direttiva tal-Kunsill 2001/89/KE tat-23 ta’ Ottubru 2001 dwar il-miżuri tal-Komunità għall-kontroll tal-marda ta’ l-Infafet Vesikolari (Deni Klassiku) tal-Ħnieżer (3).

(3)

L-Artikolu 2(2)(p) tad-Direttiva tal-Kunsill 64/432/KEE tas-26 ta’ Ġunju 1964 dwar il-problemi tas-saħħa ta’ l-annimali li jaffettwaw il-kummerċ ta’ annimali bovini u suwini ġewwa l-Komunità (4) jiddefinixxi “kraj” bħala r-reġjun amministrattiv tas-Slovakkja li hu għallinqas 2 000 km2 u li huwa soġġett għal spezzjonijiet mill-awtoritajiet kompetenti.

(4)

Abbażi tar-riżultati ta’ l-istħarriġ epidemjoloġiku mwettaq mill-awtoritajiet kompetenti fis-Slovakkja jixraq li jkun hemm dispożizzjonijiet għal miżuri ta’ protezzjoni marbuta mad-Deni Klassiku tal-Ħnieżer fis-Slovakkja li għandhom japplikaw f’ċerti reġjuni amministrattivi (“kraj”).

(5)

Id-Deċiżjoni 2008/377/KE għandha għalhekk tiġi emendata skond dan.

(6)

Il-miżuri stipulati f’din id-Deċiżjoni huma skond l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti għall-Katina Alimentari u s-Saħħa ta’ l-Annimali,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-Anness tad-Deċiżjoni 2008/377/KE jinbidel bit-test fl-Anness ta’ din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmula fi Brussell, 30 ta’ Mejju 2008.

Għall-Kummissjoni

Androulla VASSILIOU

Membru tal-Kummissjoni


(1)   ĠU L 224, 18.8.1990, p. 29. Id-Direttiva kif emendata l-aħħar bid-Deċiżjoni 2006/965/KE (ĠU L 397, 30.12.2006, p. 22).

(2)   ĠU L 130, 20.5.2008, p. 18.

(3)   ĠU L 316, 1.12.2001, p. 5. Id-Direttiva kif emendata l-aħħar bid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2007/729/KE (ĠU L 294, 13.11.2007, p. 26).

(4)   ĠU 121, 29.7.1964, p. 1977/64. Id-Direttiva kif emendata l-aħħar bid-Deċiżjoni 2007/729/KE.


ANNESS

“ANNESS

Ir-reġjuni amministrattivi fis-Slovakkja li ġejjin:

—

Ir-Reġjun ta’ Banská Bystrica (Banskobystrický kraj)

—

Ir-Reġjun ta’ Nitra (Nitriansky kraj)”