European flag

Il-Ġurnal Uffiċjali
tal-Unjoni Ewropea

MT

Is-serje L


2026/503

23.4.2026

DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUNSILL (PESK) 2026/503

tat-23 ta’ April 2026

li timplimenta d-Deċiżjoni 2012/642/PESK dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fil-Belarussja u l-involviment tal-Belarussja fl-aggressjoni Russa kontra l-Ukrajna

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 31(2) tiegħu,

Wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2012/642/PESK tal-15 ta' Ottubru 2012 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fil-Belarussja u l-involviment tal-Belarussja fl-aggressjoni Russa kontra l-Ukrajna (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 6(1) tagħha,

Wara li kkunsidra l-proposta tar-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà,

Billi:

(1)

Fil-15 ta' Ottubru 2012, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni 2012/642/PESK.

(2)

Minħabba l-gravità tas-sitwazzjoni, jenħtieġ li tliet persuni ġuridiċi jiżdiedu mal-lista ta' persuni fiżiċi u ġuridiċi, entitajiet u korpi soġġetti għall-miżuri restrittivi li jinsabu fl-Anness I tad-Deċiżjoni 2012/642/PESK.

(3)

Għalhekk, jenħtieġ li l-Anness I tad-Deċiżjoni 2012/642/PESK jiġi emendat skont dan,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-Anness I tad-Deċiżjoni 2012/642/PESK huwa emendat f'konformità mal-Anness ta' din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, it-23 ta’ April 2026.

Għall-Kunsill

Il-President

M. RAOUNA


(1)   ĠU L 285, 17.10.2012, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2012/642/oj.


ANNESS

Fl-Anness I tad-Deċiżjoni 2012/642/PESK l-entrati li ġejjin jiżdiedu mal-lista li tinsab fit-taqsima “B. Persuni ġuridiċi, entitajiet jew korpi msemmija fl-Artikolu 4(1)”:

 

Ismijiet (Trażlitterazzjoni tal-ortografija Belarussa) (Trażlitterazzjoni tal-ortografija Russa)

Ismijiet (ortografija Belarussa) (ortografija Russa)

Informazzjoni ta' identifikazzjoni

Raġunijiet għall-elenkar

Data tal-elenkar

“59.

Volat-Sanjiang Joint Venture Limited Liability Company

Совместное общество с ограниченной ответственностью ‘Волат-Санцзян’

Indirizz: 220070 Republic of Belarus, Minsk, Budennogo str. Budennogo, 1A/7, office 20

Tip ta' entità: Impriża Konġunta

Numru tar-reġistrazzjoni: 191299395

Data tar-reġistrazzjoni: 24.3.2010

Volat-Sanjiang Joint Venture Limited Liability Company hija impriża konġunta Belarussa, maħluqa b'mod konġunt minn Minsk Wheel Tractor Plant. Hija tipproduċi xażi bir-roti għal tagħmir militari, inkluż sistemi ta' llanċjar ta' rokits multipli manifatturati minn Minsk Wheel Tractor Plant. Għalhekk, Volat-Sanjiang Joint Venture Limited Liability Company tifforma parti mill-kumpless militari u industrijali tal-Belarussja u tappoġġah billi hija involuta fl-iżvilupp, il-produzzjoni u l-forniment ta' teknoloġija u tagħmir militari.

23.4.2026

60.

CJSC Belarusian Oil Company

magħruf ukoll bħala BelOil

magħruf ukoll bħala BNK

ЗАО Белорусская нефтяная компания

БНК

Indirizz: 4A-305, Leshchinsky Street, 220140, Minsk, Republic of Belarus

Tip ta' entità: Kumpanija b'Ishma Konġunti Magħluqa

Post tar-reġistrazzjoni: Republic of Belarus

Data tar-reġistrazzjoni: 17.5.2007

Numru tar-reġistrazzjoni: 190832326

Post prinċipali tan-negozju: Republic of Belarus

Entitajiet assoċjati: State Production Association ‘Belorusneft’; Open Joint Stock Company ‘Naftan’

CJSC Belarusian Oil Company hija l-esportatur ewlieni tal-Belarussja taż-żejt u hija l-proprjeta’ ta’ bosta mill-akbar intrapriżi tal-produzzjoni u r-raffinar taż-żejt fir-Repubblika tal-Belarussja, inkluż Belorusneft u Naftan. Permezz tal-istruttura tas-sjieda tagħha, BNK hija kkontrollata mill-Gvern tal-Belarussja. Il-ħatra tad-Direttur Ġenerali tagħha hija maqbula minn Aliaksandr Lukashenka, li jiddeċiedi wkoll id-direzzjoni li fiha għandha titmexxa l-kumpanija. Għalhekk, BNK hija assoċjata ma’ entitajiet li jappoġġaw lir-reġim ta' Lukashenka u hija l-proprjeta’ ta’ u kkontrollata minn entitajiet responsabbli għar-repressjoni tas-soċjeta’ ċivili Belarussa u li jappoġġjaw lir-reġim ta’ Lukashenka.

23.4.2026

61.

China Space Sanjiang Group

Biċ-Ċiniż: 中国航天三江集团有限公司

Indirizz: No. 9 Jinshan Avenue, Dongxihu District, Wuhan City, Hubei Province, China

China Space Sanjiang Group huwa l-kokreatur ta' Volat-Sanjiang Joint Venture Limited Liability Company, u wieħed miż-żewġ sħab ewlenin f’dik l-impriża konġunta. Volat-Sanjiang Joint Venture Limited Liability Company tipproduċi xażi bir-roti għal tagħmir militari, inkluż sistemi ta' llanċjar ta' rokits multipli manifatturati minn Minsk Wheel Tractor Plant. Għalhekk, China Space Sanjiang Group jappoġġa l-kumpless militari u industrijali tal-Belarussja billi huwa involut fl-iżvilupp u l-produzzjoni ta' teknoloġija u tagħmir militari.

23.4.2026”.


ELI: http://data.europa.eu/eli/dec_impl/2026/503/oj

ISSN 1977-074X (electronic edition)