|
30.12.2008 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
CE 330/1 |
POŻIZZJONI KOMUNI (KE) Nru 28/2008
adottata mill-Kunsill fit-18 ta' Novembru 2008
bil-għan li jadotta d-Direttiva 2008/.../KE tal-Parlament Ewropew u l-Kunsill ta' … li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 80/181/KEE dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta' l-Istati Membri dwar l-unitajiet ta' kejl
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
(2008/C 330 E/01)
IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidraw t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 95 tiegħu,
Wara li kkunsidraw il-proposta mill-Kummissjoni,
Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew (1),
Filwaqt li jaġixxu skond il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 251 tat-Trattat (2),
Billi:
|
(1) |
Id-Direttiva 80/181/KE (3) teħtieġ lir-Renju Unit u l-Irlanda li jistabbilixxu data għat-tmiem ta' l-eżenzjonijiet, fejn għadhom qed jiġu applikati, fir-rigward ta' l-unitajiet ta' kejl magħrufa bħala “pinta” għall-ħalib fi fliexken li jistgħu jingħataw lura u birra u sidru mill-bittija, “mil” għas-sinjali tat-toroq u l-indikazzjonijiet tal-veloċità, u “troy ounce” għal transazzjonijiet fil-metalli prezzjużi. Madankollu, l-esperjenza wriet, fid-dawl tal-karattru lokali ta' dawk l-eżenzjonijiet u n-numru limitat ta' prodotti kkonċernati, iż-żamma ta' l-eżenzjonijiet ma tirriżultax f'ostaklu non-tariffarju għall-kummerċ u, bħala konsegwenza, m'għadx hemm il-ħtieġa li dawk l-eżenzjonijiet jintemmu. |
|
(2) |
Huwa kunsiljabbli li jiġi ċċarat li l-kamp ta' applikazzjoni tad-Direttiva 80/181/KE huwa konsistenti ma' l-objettivi msemmija fl-Artikolu 95 tat-Trattat u li m'huwiex limitat għall-ebda qasam ta' azzjoni Komunitarju speċifiku. |
|
(3) |
Id-Direttiva 80/181/KEE tawtorizza l-użu ta' indikazzjonijiet supplimentari flimkien ma' l-unitajiet legali stabbiliti fil-Kapitolu I ta' l-Anness ta' dik id-Direttiva sal-31 ta' Diċembru 2009. Madankollu, sabiex jiġi evitat li jinħolqu l-ostakli għal impriżi Komunitarji li jesportaw għal ċerti pajjiżi terzi li jeħtieġu li l-prodotti jiġu mmarkati f'unitajiet oħrajn li mhumiex dawk stabbiliti fil-Kapitolu I, huwa kunsiljabbli li tinżamm l-awtorizzazzjoni sabiex jintużaw indikazzjonijiet supplimentari. |
|
(4) |
Id-Direttiva 80/181/KEE tappoġġa l-funzjonament bla xkiel tas-suq intern permezz tal-livell ta' armonizzazzjoni ta' unitajiet ta' kejl li hija tippreskrivi. F'dan il-kuntest, huwa xieraq li l-Kummissjoni timmonitorja l-iżviluppi tas-suq fir-rigward ta' dik id-Direttiva u l-implimentazzjoni tagħha, notevolment fir-rigward tal-possibbiltà ta' ostakli għall-funzjonament tas-suq intern u armonizzazzjoni oħra meħtieġa sabiex jintegħlbu dawk l-ostakli. |
|
(5) |
Huwa xieraqli l-Kummissjoni tkompli ssegwi bil-qawwa, fil-kuntest tar-relazzjonijiet kummerċjali tagħha ma' pajjiżi terzi inkluż il-Kunsill Ekonomiku Transatlantiku, l-aċċettazzjoni, fis-swieq ta' pajjiżi terzi, ta' prodotti ttikettati biss b'unitajiet tas-Sistema Internazzjonali ta' Unitajiet (SI). |
|
(6) |
L-indikazzjonijiet supplimentari jistgħu jippermettu wkoll l-introduzzjoni gradwali u bla xkiel ta' unitajiet metriċi ġodda li jistgħu jiġu żviluppati fil-livell internazzjonali. |
|
(7) |
Fl-1995, il-Konferenza Ġenerali dwar l-Piżijiet u l-Kejl iddeċidiet li telimina l-klassi ta' unitajiet SI supplimentari bħala klassi separata fl-SI u tinterpreta l-unitajiet “radian” u “steradian” bħala unitajiet mingħajr dimensjoni dderivati mill-SI, li l-ismijiet u s-simboli tagħhom jistgħu, iżda mhux bilfors, jintużaw f'espressjonijiet għal unitajiet oħrajn derivati mill-SI, skond il-konvenjenza. |
|
(8) |
Fl-1999 il-Konferenza Ġenerali dwar l-Piżijiet u l-Kejl adottat, fil-qafas ta' l-SI, il-“katal”, li s-simbolu tiegħu huwa l-“kat”, bħala l-unità SI għal attività ta' kataliżi. Din l-unità SI ġdida armonizzata kienet intiża sabiex tiżgura indikazzjoni koerenti u uniformi ta' unitajiet ta' kejl fl-oqsma tal-mediċina u l-bijokimika u, sabiex bħala konsegwenza, telimina kwalunkwe riskju ta' miżinterpretazzjoni li jista' jirriżulta mill-użu ta' unitajiet li m'humiex armonizzati. |
|
(9) |
Fl-2007, sabiex jiġi eliminat wieħed mis-sorsi prinċipali tal-varjabbiltà osservata bejn realizzazzjonijiet differenti tal-punt triplu ta' l-ilma, il-Konferenza Ġenerali dwar il-Piżijiet u l-Kejl adottat nota għad-definizzjoni tal-“kelvin”. Il-“kelvin” hu definit bħala frazzjoni tat-temperatura termodinamika tal-punt triplu ta' l-ilma. In-nota tirriferi għall-ilma ta' kompożizzjoni isotopika speċifikata. |
|
(10) |
Ladarba t-tomna m'għadhiex tintuza aktar għall-finijiet ta' reġistrazzjoni ta' l-art fir-Renju Unit u l-Irlanda, ma hemm l-ebda ħtieġa li tingħata eżenzjoni f'dak ir-rigward. |
|
(11) |
Skond il-punt 34 tal-Ftehim Interistituzzjonali dwar leġislazzjoni aħjar (4), l-Istati Membri huma mħeġġa sabiex ifasslu, għalihom infushom u fl-interess tal-Komunità, it-tabelli tagħhom stess li juru, safejn hu possibbli, il-korrelazzjoni bejn din id-Direttiva u l-miżuri ta' traspożizzjoni u sabiex jagħmluhom pubbliċi. |
|
(12) |
Id-Direttiva 80/181/KE għandha għalhekk tiġi emendata kif meħtieġ, |
ADOTTAW DIN ID-DIRETTIVA:
Artikolu 1
Emendi
Id-Direttiva 80/181/KEE hija b'dan emendata kif ġej:
|
(1) |
fl-Artikolu 1(b) għandu jiġi sostitwit b'dan li ġej:
|
|
(2) |
fl-Artikolu 2(a) għandu jiġi sostitwit b'dan li ġej:
|
|
(3) |
fl-Artikolu 3(2) għandu jiġi sostitwit b'dan li ġej: “2. L-użu ta' indikazzjonijiet supplimentari għandu jkun awtorizzat.”; |
|
(4) |
għandu jiddaħħal l-Artikolu li ġej: “Artikolu 6b Il-Kummissjoni għandha timmonitorja l-iżviluppi tas-suq relatati ma' din id-Direttiva u l-implimentazzjoni tagħha fir-rigward tal-funzjonament bla xkiel tas-suq intern u tal-kummerċ internazzjonali u għandha tippreżenta rapport dwar dawk l-iżviluppi, akkumpanjat minn proposti fejn ikun il-każ, lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill sal-31 ta' Diċembru 2019.”; |
|
(5) |
l-Anness għandu jiġi emendat kif ġej:
|
||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Artikolu 2
Traspożizzjoni
1. L-Istati Membri għandhom jaddottaw u jippubblikaw, sa mhux aktar tard mill-31 ta' Diċembru 2009, il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi neċessarji sabiex jikkonformaw ma' din id-Direttiva. Huma għandhom jikkomunikaw minnufih it-test ta' dawk il-miżuri lill-Kummissjoni.
Huma għandhom japplikaw dawk il-miżuri mill-1 ta' Jannar 2010.
Meta l-Istati Membri jadottawhom, dawk il-miżuri għandhom jinkludu referenza għal din id-Direttiva jew tali referenza għandha takkumpanjahom meta jiġu pubblikati uffiċjalment. Il-metodi kif issir tali referenza għandhom jiġu stabbiliti mill-Istati Membri.
2. L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni t-test tad-dispożizzjonijiet ewlenin tal-liġi nazzjonali li huma jadottaw fil-qasam kopert minn din id-Direttiva.
Artikolu 3
Dħul fis-seħħ
Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.
Artikolu 4
Indirizzati
Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.
Magħmul fi Brussell, …
Għall-Parlament Ewropew
Il-President
…
Għall-Kunsill
Il-President
…
(1) ĠU C 120, 16.5.2008, p. 14.
(2) Opinjoni tal-Parlament Ewropew tad-29 ta' Novembru 2007 (ĠU C 297 E, 20.11.2008, p. 105), Pożizzjoni Konġunta tal-Kunsill tat-18 ta' Novembru 2008 u Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew ta' … (għadha mhijiex pubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali).
(3) ĠU L 39, 15.2.1980, p. 40.
(4) ĠU C 321, 31.12.2003, p. 1.
(5) Ismijiet speċjali għal unità ta' power; l-isem volt-ampere (simbolu ‘VA’) meta użat sabiex ifisser s-saħħa apparenti ta' kurrent ta' l-elettriku li jalterna, u var (simbolu ‘var’) meta huwa użat sabiex ifisser is-saħħa elettrika reattiva. Il-‘var’ mhuwiex inkluż fir-riżoluzzjonijiet tal-CPGM.
DIKJARAZZJONI TAR-RAĠUNIJIET TAL-KUNSILL
I. DAĦLA
|
1. |
Fl-10 ta' Settembru 2007, il-Kummissjoni adottat proposta għal Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 80/181/KEE dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri dwar l-unitajiet ta' kejl. |
|
2. |
Fis-26 ta' Settembru 2007, il-Kunsill iddeċieda li jikkonsulta l-Kumitat Ekonomiku u Soċjali li ta l-opinjoni tiegħu fit-12 ta' Diċembru 2007. |
|
3. |
Il-Parlament Ewropew ivvota l-Opinjoni tiegħu fl-ewwel qari fid-29 ta' Novembru 2007. L-Opinjoni tal-Parlament ma fiha l-ebda emenda għall-proposta tal-Kummissjoni. |
|
4. |
Fil-15 ta' Lulju 2008, il-Kunsill laħaq qbil politiku bil-ħsieb tal-adozzjoni ta' pożizzjoni komuni skont l-Artikolu 251 tat-Trattat. |
|
5. |
Fit-18 ta' Novembru 2008, il-Kunsill adotta l-pożizzjoni komuni tiegħu dwar il-proposta kif imniżżla fid-dokument 11915/08. |
II. OBJETTIVI
|
6. |
L-objettivi ġenerali tal-proposta tal-Kummissjoni huma l-aġġornament tad-Direttiva 80/181/KEE sabiex:
|
III. POŻIZZJONI KOMUNI
Ġenerali
|
7. |
Il-Kunsill, li jaqbel mal-objettivi tal-proposta, madankollu stinka biex itejjeb xi wħud mid-dispożizzjonijiet u sabiex iżid aktar dispożizzjonijiet, speċjalment sabiex jirrifletti fil-liġi Komunitarja xi tibdil addizzjonali għas-Sistema SI u sabiex jipprovdi għal rapport tal-Kummissjoni dwar l-iżviluppi fir-rigward tad-Direttiva 80/181/KEE, b'mod partikolari fir-rigward tal-funzjonament bla xkiel tas-suq intern u l-kummerċ internazzjonali. |
Funzjonament bla xkiel tas-Suq Intern u l-aċċettazzjoni internazzjonali tal-Unitajiet SI
|
8. |
Id-Direttiva tal-Kunsill 80/181/KE ġiet riveduta kull għaxar snin fir-rigward tal-eżenzjonijiet lokali u l-użu ta' indikazzjonijiet supplimentari. Il-Kunsill jaqbel dwar l-intenzjoni wara l-proposta, li hija li tiżdied iċ-ċertezza legali billi jitneħħa l-limitu ta' żmien għall-eżenzjonijiet mill-prinċipju ġenerali li l-unitajiet SI għandhom jintużaw bl-aktar firxa possibbli. Madankollu l-Kunsill iqis li huwa importanti li jiġu segwiti mill-qrib l-effetti tad-Direttiva dwar l-unitajiet ta' kejl fuq il-funzjonament bla xkiel tas-Suq Intern u l-kummerċ estern. Għal dan il-għan, huwa żied Artikolu 6b ġdid li jipprevedi għal rapport tal-Kummissjoni dwar dawn l-effetti 10 snin wara d-dħul fis-seħħ ta' din id-direttiva ta' emendar. |
|
9. |
Sabiex jispjega d-dispożizzjonijiet fl-Artikolu 6b u sabiex jirrifletti l-importanza tal-monitoraġġ tal-Kummissjoni tal-funzjonament bla xkiel tas-suq intern, il-Kunsill żied Premessa (4) ġdida. Il-Kunsill xtaq ukoll jiġbed l-attenzjoni dwar il-ħtieġa li tiżdied l-aċċettazzjoni fis-swieq ta' pajjiżi terzi ta' prodotti b'tikketti ta' unitajiet SI biss, u għal dan il-għan żied il-Premessa (5). |
Żviluppi fis-sistema SI
|
10. |
Il-Kunsill jaqbel mal-objettiv tal-Kummissjoni li tintroduċi fil-liġi Komunitarja l-unità SI ġdida “katal”. Madankollu huwa jixtieq ukoll li jirrifletti żviluppi oħrajn fis-sistema SI fil-liġi Komunitarja. Għalhekk id-definizzjoni tal-“kelvin” stabbilita fil-Kapitolu I, punt 1.1 tal-Anness għad-direttiva hija aġġornata biex tirrifletti r-riżoluzzjoni Nru 10 tat-Tlieta u għoxrin Konferenza Ġenerali dwar il-Piżijiet u l-Kejl (CGPM 2007). Barra minn hekk, il-Punti 1.2.1 u 1.2.3 tal-Kapitolu I fl-Anness huma emendati biex jirriflettu d-deċiżjoni tas-CGPM tal-1995 li l-unitajiet “radian” u “steradian” isiru unitajiet mingħajr dimensjoni. |
|
11. |
It-tibdil għall-Anness huwa rifless fil-Premessi l-ġodda (7) u (9). |
Tibdil ieħor għall-proposta tal-Kummissjoni
|
12. |
Il-Kunsill għamel xi tibdil żgħir għall-Premessi (3) u (6) sabiex jirriflettu l-ħsieb wara t-tibdil l-ieħor tal-proposta. Huwa allinja wkoll l-Artikolu 2 mat-test miftiehem għal ħafna atti simili, u bħala konsegwenza, żied il-Premessa (11). Finalment, xi tibdil purament tekniku li jirriżulta mit-tibdil deskritt fil-Punt 10, ġie introdott fil-Anness. |
IV. KONKLUŻJONI
|
13. |
Il-pożizzjoni komuni tal-Kunsill għandha l-istess objettivi ġenerali bħall-proposta tal-Kummissjoni għal Direttiva ta' emendar. L-intenzjoni wara t-tibdil introdott hija l-kontribut għall-għanijiet ġenerali tad-Direttiva 80/181/KEE dwar l-unitajiet ta' kejl. Il-Kummissjoni indikat, fl-istess żmien li l-Kunsill laħaq qbil politiku, aċċettazzjoni ġenerali tat-tibdil tal-Kunsill għall-proposta. |
(1) SI tfisser “Système International d'unité de mesure”. Hija bbażata fuq il-Konvenzjoni ta' Pariġi mill-1875 u aġġornata regolarment mill-“Conférence générale des poids et mesures” (CGPM). L-unitajiet l-aktar magħrufin tas-sistema SI huma l-metru, il-kilogramm u s-sekonda.