Official Journal L 016 , 19/01/1985 P. 0041 - 0042
Spanish special edition: Chapter 03 Volume 33 P. 0113
Portuguese special edition Chapter 03 Volume 33 P. 0113
Finnish special edition: Chapter 3 Volume 18 P. 0101
Swedish special edition: Chapter 3 Volume 18 P. 0101
Id-Direttiva Tal-Kummissjoni ta’ l-14 ta’ Diċembru 1984. li temenda l-Annessi I u II tad-Direttiva tal-Kunsill 66/401/KEE dwar il-marketing taż-żerriegħa tal-pjanti għall-għalf (85/38/KEE) IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ, Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ekonomika Ewropea, Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 66/401/KEE tal-14 ta’ Ġunju 1966 dwar il-kummerċ taż-żerriegħa tal-pjanti għall-għalf [1], kif l-aħħar emendata permezz tad-Direttiva 82/287/KEE [2], u partikolarment l-Artikolu 21a tagħha, Billi, fid-dawl ta’ l-iżvilupp fl-għarfien xjentifiku u tekniku, l-Annessi I u II għad-Direttiva 66/401/KEE għandhom jiġu emendati għar-raġunijiet elenkati minn hawn’ l quddiem; Billi huwa magħruf sewwa, fil-każ ta’ ċerti tipi ta’ varjetajiet ta’ mellieġ taz-zokk lixx (Poapratensis L.), li l-purità tal-varjetajiet tista tkun eżaminata aktar faċilment milli f’varjetajiet oħra; billi, għalhekk, il-livelli ta’ tolleranza speċifiċi għall-purità tal-varjetajiet diġa ġew stabbiliti għal dan it-tip fl-Anness II tad-Direttiva msemmija qabel; Billi n-normi tal-purità fil-varjeta applikabbli għall-mellieġ biz-zokk lixx kif ukoll il-proċedura sabiex tiġi eżaminata għas-sodisfazzjon tagħhom għandhom jiġu aġġustati b’tali mod li tiġi eliminata xi diskriminazzjoni possibli bejn it-tipi differenti tal-varjetajiet, sabiex jingħataw referenzi għall-ispezzjonijiet fuq il-post fil-każi kollha u sabiex jittieħed akkont tal-prattiċi taċ-ċertifikazzjoni attwali; Billi l-miżuri li hemm provvediment dwarhom f’din id-Direttiva huma bi qbil ma l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar iż-Żrieragħ u l-Materjali tal-Propagazzjoni għall-Agrikoltura, l-Ortikultura u l-Forestrija, ADOTTAT DIN ID-DIRETTIVA: L-Artikolu 1 L-Anness I tad-Direttiva 66/401/KEE huwa emendat kif ġej: 1. Fit-tabella fil-paragrafu 2, "il-varjetajiet apomiktiċi uniklonali tal-Poa spp" huwa mibdul bi "il-varjetajiet ta’ Poa pratensis li hemm referenza dwarhom fit-tieni parti tat-tielet sentenza tal-paragrafu 4". 2. Fit-tieni sentenza tal-paragrafu 4, "jew tal-varjetajiet apomiktiċi uniklonali tal-Poa spp" huwa mibdul bi "jew ta’ Poa pratensis". 3. Fil-paragrafu 4, dan li ġej huwa miżjud wara t-tieni sentenza: "Fil-każ tal-Poa pratensis, in-numru ta’ pjanti ta’ l-ispeċi ta’ l-uċuħ li jintgħarfu bħala li ovvjament ma jkunux jappartienu għall-varjetà m’għandux jeċċedi: - wieħed kull 20 m2 għall-produzzjoni taż-żerriegħa bażika, - erbgħa kull 10 m2 għall-produzzjoni taż-żerriegħa ċċertifikata; Madankollu, fil-każ tal-varjetajiet li jkunu uffiċjalment ikklassifikati bħala "varjetajiet apomiktiċi uniklonali" permezz tal-proċeduri mifthiema, in-numru ta’ pjanti li jintagħrfu bħala li jkunu jappartienu għall-varjetà, li ma jeċċedux sitta kull 10 m, jista jitqies bħala li jissodisfa n-normi msemmija qabel għall-prodotti taż-żerriegħa ċċertifikata. Ma’ l-applikazzjoni, l-Istati Membri jistgħu ikunu awtorizzati, bi qbil mal-proċedura stabbilita fl-Artikolu 21, li jwettqu estimi tas-sodisfazzjon tan-normi tal-purità tal-varjeta fil-każ ta’ l-uċuħ ta’ Poa pratensis li jkunu jappartienu għal dawn il-varjetajiet mhux biss fuq il-bażi tar-riżultati ta’ l-ispezzjoni fuq il-post imwettqa bi qbil mal-paragrafu 6 ta’ l-Anness I, fejn ikun hemm xiehda li konformità man-normi tal-purità tal-varjetajiet stabbilita fl-Anness II tkun assigurat permezz ta’ testijiet xierqa taż-żerriegħa jew permezz ta’ mezzi addattati oħra." 4. Fl-aħħar sentenza tal-paragrafu 4, "u tal-varjetajiet apomiktiċi uniklonali tal-Poa spp" huwa mħassar. L-Artikolu 2 L-Anness II tad-Direttiva 66/401/KEE huwa emendat kif ġej 1. Fl-ewwel inċiż tat-tieni sentenza tal-paragrafu 1 tat-Taqsima I, "Poa spp, varjetajiet apomiktiċi uniklonali" huwa sostitwit bi "Poa pratensis, varjetajiet li ssir riferenza dwarhom fit-tieni parti tat-tielet sentenza tal-paragrafu 4 ta’ l-Anness I". 2. Fl-ewwel sentenza tal-paragrafu 1 tat-Taqsima II, "u tal-varjetajiet apomiktiċi uniklonali tal-Poa spp" huwa mibdul bi "u tal-varjetajiet tal-Poa pratensis li ssir riferenza dwarhom fit-tieni parti tat-tielet sentenza tal-paragrafu 4 ta’ l-Anness I". L-Artikolu 3 L-Istati Membri għandhom iġibu fis-seħħ il-liġijiet, ir-regolamenti jew id-dispożizzjonijiet amministrattivi meħtieġa sabiex ikun konformi ma’ din id-Direttiva mhux aktar tard mill-1 ta’ Jannar 1986. Huma għandhom jinfurmaw minnufih lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri l-oħra b’dan. L-Artikolu 4 Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri. Magħmula fi Brussel, fl-14 ta’ Diċembru 1984. Għall-Kummissjoni Poul Dalsager Membru tal-Kummissjoni [1] ĠU 125, tal- 11.7.1966, p. 2298/66. [2] ĠU L 131, tat-13.5.1982, p. 24. --------------------------------------------------