|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Is-serje C |
|
C/2025/6348 |
21.11.2025 |
Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni
(Każ M.12177 – CAPVEST / STADA GROUP)
Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
(C/2025/6348)
1.
Fit-12 ta’ Novembru 2025, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).Din in-notifika tikkonċerna l-impriżi li ġejjin:
|
— |
CapVest Partners LLP (“CapVest”, ir-Renju Unit), |
|
— |
Nidda German Topco GmbH (flimkien mas-sussidjarji diretti u indiretti tagħha l-“STADA Group”, il-Ġermanja), ikkontrollata b’mod konġunt minn Bain Capital Investors, LLC (l-Istati Uniti) u s-sitt fond Cinven (Guernsey). |
CapVest se takkwista, fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll esklużiv ta’ STADA Group.
Il-konċentrazzjoni titwettaq permezz tax-xiri ta’ ishma.
2.
L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma li ġejjin:
|
— |
CapVest hija ditta ta’ ekwità privata ta’ nofs is-suq iffukata fuq industriji reżiljenti ħafna fejn il-motivatur tad-domanda għall-prodott jew għas-servizz ma jkunx diskrezzjonali. Is-setturi ewlenin ta’ CapVest huma l-prodotti għall-konsum ta’ kuljum, il-kura tas-saħħa u s-servizzi essenzjali, |
|
— |
STADA Group huwa kumpanija farmaċewtika bi preżenza lokali fis-swieq Ewropej ewlenin kollha, kif ukoll fis-swieq tat-tkabbir fir-reġjun tal-Lvant Nofsani u l-Afrika ta’ Fuq, l-Asja u l-Awstralja, li toffri portafoll diversifikat ta’ prodotti għal firxa ta’ oqsma terapewtiċi. |
3.
Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar trattament issimplifikat għal ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 dwar il-kontroll ta’ konċentrazzjonijiet bejn impriżi (2) għandu jiġi nnutat li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stabbilita fl-Avviż.
4.
Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar il-konċentrazzjoni proposta.Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn 10 ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Ir-referenza li ġejja għandha dejjem tiġi speċifikata:
M.12177 — CAPVEST / STADA GROUP
Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz ta’ email jew bil-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:
Email: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu
Indirizz postali:
|
Il-Kummissjoni Ewropea |
|
Id-Direttorat Ġenerali għall-Kompetizzjoni/Directorate-General for Competition |
|
Ir-Reġistru tal-Fużjonijiet/Merger Registry |
|
1049 Bruxelles/Brussel |
|
IL-BELĠJU/BELGIQUE |
(1) ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).
ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2025/6348/oj
ISSN 1977-0987 (electronic edition)