European flag

Il-Ġurnal Uffiċjali
ta'l-Unjoni Ewropea

MT

Is-serje C


C/2024/3630

5.6.2024

Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni

(Każ M.11550 — TA ASSOCIATES / CARLYLE / SER GROUP)

Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(C/2024/3630)

1.   

Fid-29 ta’ Mejju 2024, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).

Din in-notifika tikkonċerna l-impriżi li ġejjin:

—

TA Associates Management L.P. (“TA Associates”), l-Istati Uniti tal-Amerka,

—

The Carlyle Group Inc. (“Carlyle”), l-Istati Uniti tal-Amerka,

—

SER Global Holding GmbH (“SER Group”), il-Ġermanja, li bħalissa hija taħt kontroll sħiħ minn Carlyle.

TA Associates u Carlyle se jakkwistaw, skont it-tifsira tal-Artikolu 3(1)(b) u 3 (4) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll konġunt ta’ SER Group.

Il-konċentrazzjoni qed issir permezz ta’ xiri ta’ ishma.

2.   

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma dawn li ġejjin:

—

TA Associates hija ditta globali ta’ ekwità privata b’kumpaniji tal-portafoll attivi f’diversi industriji, inklużi servizzi tan-negozju, servizzi tal-konsumatur, servizzi finanzjarji, kif ukoll kura tas-saħħa u teknoloġiji, li joperaw madwar id-dinja

—

Carlyle hija maniġer tal-assi alternattivi globali, li timmaniġġja fondi li jinvestu globalment fi tliet segmenti ta’ investiment: (i) Ekwità Privata Globali (inklużi fondi ta’ ekwità privata korporattiva, proprjetà immobbli u riżorsi naturali); (ii) Kreditu Globali (inkluż kreditu likwidu, kreditu illikwidu u kreditu tal-assi reali); u (iii) Soluzzjonijiet ta’ Investiment (programm ta’ fond ta’ fondi ta’ ekwità privata, li jinkludi fond primarju, attivitajiet sekondarji u attivitajiet ta’ koinvestiment relatati).

3.   

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriża SER Group huma dawn li ġejjin: kumpanija tas-software li tispeċjalizza fil-forniment ta’ software tal-Ġestjoni tal-Kontenut tal-Intrapriżi (ECM) u servizzi relatati.

4.   

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.

Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar trattament simplifikat għal ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 dwar il-kontroll ta’ konċentrazzjonijiet bejn l-impriżi (2) jenħtieġ li jiġi nnutat li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stabbilita fl-Avviż.

5.   

Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn 10 ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Jenħtieġ li r-referenza li ġejja dejjem tiġi speċifikata:

MM.11550 — TA ASSOCIATES / CARLYLE / SER GROUP

Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-posta elettronika jew bil-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:

Indirizz tal-posta elettronika: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu

Indirizz postali:

Il-Kummissjoni Ewropea

Id-Direttorat Ġenerali għall-Kompetizzjoni

Ir-Reġistru tal-Fużjonijiet

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË


(1)   ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-‘“Regolament dwar l-Għaqdiet’”).

(2)   ĠU C 160, 5.5.2023, p. 1.


ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2024/3630/oj

ISSN 1977-0987 (electronic edition)