|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Is-serje L |
|
2025/1708 |
5.8.2025 |
DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2025/1708
tad-29 ta’ Lulju 2025
dwar ċerti miżuri ta’ emerġenza relatati mal-infezzjoni bil-virus tal-marda tal-infafet fil-ġilda fi Franza u li tħassar id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2025/1336
(notifikata bid-dokument C(2025) 5363)
(It-test bil-Franċiż biss huwa awtentiku)
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) 2016/429 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta’ Marzu 2016 dwar il-mard trażmissibbli tal-annimali u li jemenda u jħassar ċerti atti fil-qasam tas-saħħa tal-annimali (Liġi dwar is-Saħħa tal-Annimali) (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 259(1) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
L-infezzjoni bil-virus tal-marda tal-infafet fil-ġilda hija marda infettiva li tinġarr minn vettur u li taffettwa lill-annimali bovini. L-okkorrenza tagħha tista’ tħalli impatt sever fuq il-popolazzjoni tal-annimali kkonċernati u fuq il-profittabbiltà tal-biedja, u tikkawża disturb fil-movimenti ta’ dawk l-annimali u tal-prodotti tagħhom fl-Unjoni u fl-esportazzjonijiet lejn pajjiżi terzi. |
|
(2) |
Fil-każ ta’ tifqigħa tal-infezzjoni bil-virus tal-marda tal-infafet fil-ġilda fl-annimali bovini, hemm riskju serju li dik il-marda tinxtered fi stabbilimenti oħra tal-annimali bovini, b’mod partikolari minħabba l-mod ewlieni ta’ trażmissjoni tagħha permezz tal-vetturi. |
|
(3) |
Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2020/687 (2) jissupplimenta r-regoli għall-kontroll tal-mard elenkat imsemmi fl-Artikolu 9(1), il-punti (a), (b) u (c), tar-Regolament (UE) 2016/429, u definit bħala mard tal-kategoriji A, B u C fir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/1882 (3). B’mod partikolari, l-Artikoli 21 u 22 tar-Regolament Delegat (UE) 2020/687 jipprevedu l-istabbiliment ta’ żona ristretta f’każ ta’ tifqigħa ta’ marda tal-kategorija A, inkluż l-infezzjoni bil-virus tal-marda tal-infafet fil-ġilda, u ċerti miżuri li għandhom jiġu applikati fiha. Barra minn hekk, l-Artikolu 21(1) ta’ dak ir-Regolament Delegat jipprevedi li ż-żona ristretta trid tkun tinkludi mill-inqas żona ta’ protezzjoni, żona ta’ sorveljanza, u, jekk ikun meħtieġ, żoni ristretti ulterjuri madwar iż-żoni ta’ protezzjoni u ta’ sorveljanza jew maġenbhom. |
|
(4) |
Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2025/1336 (4) ġiet adottata abbażi tar-Regolament (UE) 2016/429 u tistabbilixxi ċerti miżuri ta’ emerġenza interim relatati mal-infezzjoni bil-virus tal-marda tal-infafet fil-ġilda fi Franza. |
|
(5) |
B’mod aktar partikolari, id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2025/1336 tirrikjedi l-istabbiliment ta’ żoni ristretti skont it-tifsira tar-Regolament Delegat (UE) 2020/687 f’dak l-Istat Membru, u li jiġu determinati ż-żoni elenkati fl-Annessi rispettivi tagħhom bħala tali żoni. |
|
(6) |
Mill-adozzjoni tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2025/1336, Franza nnotifikat lill-Kummissjoni dwar 33 tifqigħa addizzjonali tal-infezzjoni bil-virus tal-marda tal-infafet fil-ġilda fi stabbilimenti li jżommu l-annimali bovini fil-muniċipalitajiet ta’ Chambéry u Annecy, id-départements ta’ Savoie u Haute Savoie, ir-reġjun ta’ Auvergne-Rhône-Alpe, li ġew irrapportati bejn 4–23 ta’ Lulju 2025. B’reazzjoni għal dawn it-tifqigħat, Franza stabbiliet żoni ta’ protezzjoni u ta’ sorveljanza fid-dipartimenti ta’ Ain, Isere, Savoie, u Haute Savoie, reġjun ta’ Auvergne-Rhône-Alpe, fejn jiġu applikati l-miżuri ta’ kontroll tal-mard stabbiliti f’konformità mar-Regolament Delegat (UE) 2020/687. |
|
(7) |
Id-daqs taż-żoni indikati bħala żoni ta’ protezzjoni u ta’ sorveljanza fl-Anness I ta’ din id-Deċiżjoni, kif ukoll id-durata tal-miżuri li għandhom jiġu applikati fihom, huma bbażati fuq il-kriterji stabbiliti fl-Artikolu 64(1) tar-Regolament (UE) 2016/429, kif ukoll fuq ir-regoli stabbiliti fir-Regolament Delegat (UE) 2020/687. Il-kriterji applikati għall-għażla tad-daqs taż-żona ta’ protezzjoni u taż-żona ta’ sorveljanza, kif ukoll tad-durata tal-miżuri li għandhom jiġu applikati fihom, ma jqisux biss is-sitwazzjoni epidemjoloġika fir-rigward tal-infezzjoni bil-virus tal-marda tal-infafet fil-ġilda fiż-żoni milquta minn dik il-marda, iżda anke fatturi epidemjoloġiċi oħra, fosthom il-parametri ġeografiċi u r-riskju li l-marda tkompli tinxtered fid-dawl tal-preżenza ta’ insetti vetturi. Anke meta ntgħażlet id-durata tal-miżuri previsti f’din id-Deċiżjoni tqiesu l-istandards internazzjonali tal-Kodiċi tas-Saħħa tal-Annimali Terrestri tal-Organizzazzjoni Dinjija għas-Saħħa tal-Annimali (5). |
|
(8) |
Ir-Regolament (UE) 2016/429, b’mod partikolari l-Artikolu 69, jipprevedi li l-awtorità kompetenti ta’ Stat Membru tista’ tuża tilqim protettiv ta’ emerġenza fejn meħtieġ għall-kontroll effettiv ta’ marda elenkata fl-annimali miżmuma. Għal dak l-għan, l-awtorità kompetenti għandha tistabbilixxi żoni ta’ tilqim u timplimenta pjan uffiċjali ta’ tilqim li jissodisfa rekwiżiti speċifiċi. Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2023/361 (6), li jissupplimenta r-Regolament (UE) 2016/429 jistabbilixxi, inter alia, ir-regoli speċifiċi li għandhom jiġu implimentati mill-Istati Membri meta jużaw tilqim protettiv ta’ emerġenza fl-annimali bovini għall-prevenzjoni jew għall-kontroll ta’ marda elenkata. Dak ir-Regolament Delegat fih ukoll il-kundizzjonijiet li fihom jista’ jiġi permess il-moviment ta’ annimali mlaqqma u tal-prodotti tagħhom. Il-kundizzjonijiet speċifiċi għat-tilqim protettiv ta’ emerġenza kontra l-infezzjoni bil-marda tal-infafet fil-ġilda huma stabbiliti fl-Anness IX ta’ dak ir-Regolament Delegat. |
|
(9) |
Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2022/140 (7) jistabbilixxi r-regoli għall-applikazzjoni tar-Regolament (UE) 2016/429 fir-rigward tal-banek tal-Unjoni tal-antiġeni, tal-vaċċini u tar-reaġenti dijanjostiċi. B’mod partikolari, jistabbilixxi r-rekwiżiti proċedurali u tekniċi skont l-Artikolu 8 għall-Istati Membri biex jitolbu aċċess ta’ emerġenza għall-vaċċini, inklużi dawk għall-marda tal-infafet fil-ġilda, mill-banek tat-tilqim. |
|
(10) |
Fl-1 ta’ Lulju 2025, Franza ssottomettiet lill-Kummissjoni l-pjan ta’ tilqim uffiċjali tagħha għat-tilqim protettiv ta’ emerġenza kontra l-infezzjoni bil-marda tal-infafet fil-ġilda. Il-pjan jinkludi informazzjoni dwar l-ambitu ġeografiku u amministrattiv taż-żona ta’ tilqim, l-għadd ta’ stabbilimenti u l-annimali li jridu jitlaqqmu, u d-durata tat-tilqim, kif meħtieġ mill-Artikolu 6(4), il-punt (a), tar-Regolament Delegat (UE) 2023/361. Talbu wkoll dożi suffiċjenti ta’ vaċċini mill-bank tal-vaċċini tal-Unjoni, f’konformità mal-Artikolu 8 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2022/140 sabiex jibdew it-tilqim protettiv ta’ emerġenza fit-territorju tal-erba’ départements ta’ Ain, Savoie, Haute-Savoie u Isère fir-reġjun ta’ Auvergne-Rhône-Alpes ta’ Franza. |
|
(11) |
Il-kundizzjonijiet li fihom Franza għandha tapplika tilqim protettiv ta’ emerġenza kontra l-infezzjoni bil-virus tal-marda tal-infafet fil-ġilda, kif ukoll il-miżuri ta’ mitigazzjoni tar-riskju li għandhom jittieħdu għall-moviment ta’ annimali mlaqqmin u l-prodotti tagħhom huma stabbiliti fl-Anness IX tar-Regolament Delegat (UE) 2023/361. F’konformità ma’ dawn il-kundizzjonijiet, it-tilqim jista’ jiġi implimentat fiż-żoni ta’ tilqim I jew II, skont il-konferma tal-infezzjoni bil-virus tal-marda tal-infafet fil-ġilda. |
|
(12) |
It-tip, id-daqs u d-durata taż-żoni ta’ tilqim I u II jista’ jkollhom bżonn jiġu aġġustati fid-dawl tas-sitwazzjoni epidemjoloġika li qed tevolvi u l-progress tal-kampanji ta’ tilqim, b’mod partikolari filwaqt li jitqies il-livell li qed jevolvi tal-kopertura tat-tilqim miksub. Fejn xieraq jew meħtieġ, żona ta’ tilqim II jew parti minnha jista’ jkollha bżonn tiġi kkonvertita f’żona ta’ tilqim I u viċi versa, f’konformità mal-kriterji stabbiliti fir-Regolament Delegat (UE) 2023/361 u abbażi tal-informazzjoni pprovduta mill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri affettwati. Għaldaqstant, huwa meħtieġ li jiġu indikati, fl-Anness ta’ din id-Deċiżjoni, id-dati għall-konverżjoni ta’ tip wieħed ta’ żona ta’ tilqim għal oħra. |
|
(13) |
Fid-dawl tas-sitwazzjoni epidemjoloġika attwali u r-riskju li l-infezzjoni bil-virus tal-marda tal-infafet fil-ġilda tista’ tinfirex minn annimali bovini infettati b’mod subkliniku, jeħtieġ li jiġi pprojbit il-moviment ta’ dawn l-annimali minn kwalunkwe post fiż-żoni ta’ protezzjoni u sorveljanza, lejn destinazzjonijiet barra mill-perimetri esterni ta’ dawk iż-żoni fi Franza jew barra minn dak l-Istat Membru. |
|
(14) |
Sabiex jiġi evitat kwalunkwe tfixkil bla bżonn għall-kummerċ fl-Unjoni, u biex jiġi evitat li pajjiżi terzi jimponu ostakli mhux ġustifikati għall-kummerċ, iż-żoni identifikati bħala żoni ta’ protezzjoni u sorveljanza u ż-żona ta’ tilqim, jenħtieġ li jiġu stabbiliti fl-Anness ta’ din id-Deċiżjoni, u tiġi stabbilita d-durata ta’ dawk il-miżuri, f’kollaborazzjoni ma’ dak l-Istat Membru. |
|
(15) |
Sabiex tiġi żgurata ċ-ċarezza legali, iż-żoni ristretti u ż-żoni ta’ tilqim jenħtieġ li jiġu definiti b’mod ċar f’termini tal-ambitu ġeografiku tagħhom u d-durata tagħhom biex jiġi evitat it-tixrid ulterjuri tal-marda fi Franza lejn Stati Membri oħra jew lejn pajjiżi terzi. Fid-dawl tas-sitwazzjoni epidemjoloġika, id-dispożizzjonijiet ta’ din id-Deċiżjoni jenħtieġ li japplikaw malajr kemm jista’ jkun. |
|
(16) |
Għalhekk, jenħtieġ li d-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2025/1336 titħassar u tiġi sostitwita b’din id-Deċiżjoni. |
|
(17) |
Il-miżuri previsti f’din id-Deċiżjoni huma f’konformità mal-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf, |
ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Franza għandha tiżgura li:
|
(a) |
żona ristretta, li tinkludi ż-żoni ta’ protezzjoni u ta’ sorveljanza, tiġi stabbilita minnufih mill-awtoritajiet kompetenti ta’ dak l-Istat Membru f’konformità mal-Artikolu 21 tar-Regolament Delegat (UE) 2020/687 u skont il-kundizzjonijiet stabbiliti f’dak l-Artikolu; |
|
(b) |
l-awtoritajiet kompetenti ta’ dak l-Istat Membru jistabbilixxu minnufih żoni ta’ tilqim f’konformità mal-Parti 1 tal-Anness IX tar-Regolament Delegat (UE) 2023/361, u skont il-kundizzjonijiet stabbiliti f’dak l-Anness; |
|
(c) |
iż-żoni ta’ protezzjoni u sorveljanza msemmija fil-punt (a) kif ukoll iż-żona ta’ tilqim imsemmija fil-punt (b) jinkludu mill-inqas iż-żoni elenkati fl-Annessi ta’ din id-Deċiżjoni; |
|
(d) |
il-miżuri li jeħtieġ jiġu applikati fiż-żona ta’ protezzjoni u sorveljanza kif ukoll fiż-żona ta’ tilqim jibqgħu jiġu applikati mill-inqas sad-dati elenkati fl-Anness ta’ din id-Deċiżjoni. |
Artikolu 2
Franza għandha tiżgura li l-movimenti tal-annimali bovini miż-żoni ta’ protezzjoni u sorveljanza stabbiliti fl-Anness I lejn destinazzjoni li tinsab barra mill-perimetru estern ta’ dawk iż-żoni fi Franza jew barra minn dak l-Istat Membru jkunu pprojbiti sad-dati elenkati f’dak l-Anness.
Artikolu 3
Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2025/1336 titħassar.
Artikolu 4
Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lir-Repubblika Franċiża.
Magħmul fi Brussell, id-29 ta’ Lulju 2025.
Għall-Kummissjoni
Olivér VÁRHELYI
Membru tal-Kummissjoni
(1) ĠU L 84, 31.3.2016, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2016/429/oj.
(2) Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2020/687 tas-17 ta’ Diċembru 2019 li jissupplimenta r-Regolament (UE) 2016/429 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tar-regoli għall-prevenzjoni u l-kontroll ta’ ċertu mard elenkat (ĠU L 174, 3.6.2020, p. 64, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_del/2020/687/oj).
(3) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/1882 tat-3 ta’ Diċembru 2018 dwar l-applikazzjoni ta’ ċerti regoli għall-prevenzjoni u l-kontroll tal-mard għal kategoriji ta’ mard elenkat u li jistabbilixxi lista ta’ speċijiet u gruppi ta’ speċijiet li jippreżentaw riskju konsiderevoli għat-tixrid ta’ dak il-mard elenkat (ĠU L 308, 4.12.2018, p. 21, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2018/1882/oj).
(4) Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2025/1336 tat-3 ta’ Lulju 2025 dwar ċerti miżuri ta’ emerġenza interim relatati mal-infezzjoni bil-virus tal-marda tal-infafet fil-ġilda fi Franza (ĠU L, 2025/1336, 4.7.2025, ELI: http://data.europa.eu/eli/dec_impl/2025/1336/oj).
(5) https://www.woah.org/en/what-we-do/standards/codes-and-manuals/terrestrial-code-online-access/.
(6) Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2023/361 tat-28 ta’ Novembru 2022 li jissupplimenta r-Regolament (UE) 2016/429 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tar-regoli għall-użu ta’ ċerti prodotti mediċinali veterinarji għall-finijiet tal-prevenzjoni u l-kontroll ta’ ċertu mard elenkat (ĠU L 52, 20.2.2023, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_del/2023/361/oj).
(7) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2022/140 tas-16 ta’ Novembru 2021 li jistabbilixxi r-regoli għall-applikazzjoni tar-Regolament (UE) 2016/429 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-banek tal-Unjoni tal-antiġeni, tal-vaċċini u tar-reaġenti dijanjostiċi (ĠU L 23, 2.2.2022, p. 11, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2022/140/oj).
ANNESS I
Parti A: Żoni ta’ protezzjoni u ta’ sorveljanza stabbiliti madwar it-tifqigħat ikkonfermati
|
Żona amministrattiva u numru ta’ referenza tal-ADIS tat-tifqigħa |
Żoni stabbiliti bħala żoni ta’ protezzjoni u ta’ sorveljanza, parti miż-żona ristretta, kif imsemmi fl-Artikolu 1 |
Data sa meta applikabbli |
|||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
Ir-reġjun ta’ Auvergne-Rhône-Alpes FR-LSD-2025-00001 FR-LSD-2025-00002 FR-LSD-2025-00003 FR-LSD-2025-00004 FR-LSD-2025-00005 FR-LSD-2025-00006 FR-LSD-2025-00007 FR-LSD-2025-00008 FR-LSD-2025-00009 FR-LSD-2025-00010 FR-LSD-2025-00011 FR-LSD-2025-00012 FR-LSD-2025-00013 FR-LSD-2025-00014 FR-LSD-2025-00015 FR-LSD-2025-00016 FR-LSD-2025-00017 FR-LSD-2025-00018 FR-LSD-2025-00019 FR-LSD-2025-00020 FR-LSD-2025-00021 FR-LSD-2025-00022 FR-LSD-2025-00023 FR-LSD-2025-00024 FR-LSD-2025-00025 FR-LSD-2025-00026 FR-LSD-2025-00027 FR-LSD-2025-00028 FR-LSD-2025-00029 FR-LSD-2025-00030 FR-LSD-2025-00031 FR-LSD-2025-00032 FR-LSD-2025-00033 FR-LSD-2025-00034 |
Żona ta’ protezzjoni: Il-muniċipalitajiet li ġejjin fid-départements li ġejjin mir-reġjun ta’ Auvergne-Rhône-Alpes:
|
24.8.2025 |
|||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
|
Żona ta’ sorveljanza: Il-muniċipalitajiet li ġejjin fid-départements li ġejjin mir-reġjun ta’ Auvergne-Rhône-Alpes:
|
25.8.2025 – 10.9.2025 |
|||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
|
Żona ta’ sorveljanza: Il-muniċipalitajiet li ġejjin fid-départements li ġejjin mir-reġjun ta’ Auvergne-Rhône-Alpes:
|
10.9.2025 |
ANNESS II
Parti A: Żona tat-tilqim II
Il-muniċipalitajiet tad-départements elenkati fl-Anness I sat-30.9.2025.
Parti B: Żona tat-tilqim I
Il-muniċipalitajiet tad-départements elenkati fl-Anness I mill-1.10.2025.
ELI: http://data.europa.eu/eli/dec_impl/2025/1708/oj
ISSN 1977-074X (electronic edition)