|
5.5.2016 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 120/33 |
DEĊIŻJONI TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2016/696
tal-4 ta' Mejju 2016
li temenda d-Deċiżjoni 2006/473/KE li tagħraf ċerti pajjiżi terzi u ċerti żoni ta' pajjiżi terzi bħala ħielsa mill-Xanthomonas campestris (il-varjetajiet kollha patoġeniċi għaċ-ċitru) u l-Guignardia citricarpa Kiely (il-varjetajiet kollha patoġeniċi għaċ-ċitru)
(notifikata bid-dokument C(2016) 2614)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 2000/29/KE tat-8 ta' Mejju 2000 dwar il-miżuri protettivi kontra l-introduzzjoni ġewwa l-Komunità ta' organiżmi ta' ħsara għall-prodotti tal-pjanti u kontra t-tixrid tagħhom ġewwa l-Komunità (1), u b'mod partikolari l-punti 16.2 u 16.4 tat-Taqsima I tal-Parti A tal-Anness IV tagħha,
Billi:
|
(1) |
Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2006/473/KE (2) li tagħraf ċerti pajjiżi terzi u ċerti żoni ta' pajjiżi terzi bħala ħielsa mill-Xanthomonas campestris (il-varjetajiet kollha patoġeniċi għaċ-ċitru) u l-Guignardia citricarpa Kiely (il-varjetajiet kollha patoġeniċi għaċ-ċitru). |
|
(2) |
Id-Deċiżjoni 2006/473/KE tirrikonoxxi lill-istat ta' Louisiana fl-Istati Uniti bħala ħieles mill-Xanthomonas campestris (il-varjetajiet kollha patoġeniċi għaċ-ċitru). Madankollu, fuq il-bażi tal-informazzjoni mibgħuta mill-Istati Uniti, l-Istat ta' Louisiana ma għandux jibqa' jiġi rikonoxxut bħala ħieles mill-organiżmu ta' ħsara msemmi. |
|
(3) |
Id-Deċiżjoni 2006/473/KE tirrikonoxxi lill-Urugwaj bħala ħieles mill-Guignardia citricarpa Kiely (il-varjetajiet kollha patoġeniċi għaċ-ċitru). Abbażi tal-informazzjoni mibgħuta mill-Urugwaj u l-interċezzjonijiet ripetuti, l-Urugwaj ma għandux jibqa' jiġi rikonoxxut bħala ħieles minn dak l-organiżmu ta' ħsara. |
|
(4) |
Id-Deċiżjoni 2006/473/KE tirrikonoxxi liż-żoni kollha tal-Istati Uniti bħala ħielsa mill-Guignardia citricarpa Kiely (il-varjetajiet kollha patoġeniċi għaċ-ċitru) ħlief għall-kontej ta' Collier, Hendry u Polk li jinsabu fl-Istat ta' Florida. Fuq il-bażi tal-informazzjoni mibgħuta mill-Istati Uniti, il-Kontea ta' Lee ma għandhiex tibqa' tiġi rikonoxxuta bħala ħielsa minn dak l-organiżmu ta' ħsara. |
|
(5) |
Id-Deċiżjoni 2006/473/KE għandha għalhekk tiġi emendata skont dan. |
|
(6) |
Il-miżuri previsti f'din id-Deċiżjoni huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf, |
ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Id-Deċiżjoni 2006/473/KE hija emendata kif ġej:
|
(1) |
Il-Punt (c) tal-Artikolu 1(2) huwa sostitwit b'dan li ġej:
|
|
(2) |
L-Artikolu 3 huwa emendat kif ġej:
|
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.
Magħmul fi Brussell, l-4 ta' Mejju 2016.
Għall-Kummissjoni
Vytenis ANDRIUKAITIS
Membru tal-Kummissjoni
(1) ĠU L 169, 10.7.2000, p. 1.
(2) Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2006/473/KE tal-5 ta' Lulju 2006 li tagħraf ċerti pajjiżi terzi u ċerti żoni ta' pajjiżi terzi bħala ħielsa mill-Xanthomonas campestris (il-varjetajiet kollha patoġeniċi għaċ-ċitru), iċ-Cercospora angolensis Carv. et Mendes u l-Guignardia citricarpa Kiely (il-varjetajiet kollha patoġeniċi għaċ-ċitru) (ĠU L 187, 8.7.2006, p. 35).