<?xml version="1.0" encoding="UTF-8"?><CONCLUSION NNC="YES" xmlns:fmx="http://opoce" xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" xsi:noNamespaceSchemaLocation="http://formex.publications.europa.eu/schema/formex-05.58-20161101.xd"><BIB.CONCLUSION><REF.CASE FILE="n.a."><NO.CASE>C-15/17</NO.CASE></REF.CASE><NO.CELEX>62017CC0015</NO.CELEX><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2018:123">EU:C:2018:123</NO.ECLI><NO.SEQ>0001</NO.SEQ><PAGE.FIRST.ECR>1</PAGE.FIRST.ECR><PAGE.SEQ>1</PAGE.SEQ><PAGE.LAST.ECR>21</PAGE.LAST.ECR><PAGE.TOTAL>21</PAGE.TOTAL></BIB.CONCLUSION><CURR.TITLE><PAGE.HEADER><P><HT TYPE="SC">Konklużjonijiet Wahl – Kawża C‑15/17</HT></P><P><HT TYPE="SC">Bosphorus Queen Shipping</HT></P></PAGE.HEADER></CURR.TITLE><TITLE><TI><P><HT TYPE="UC">Konklużjonijiet tal-Avukat Ġenerali</HT></P><P><HT TYPE="UC">Wahl</HT></P><P>ippreżentati fit-<DATE ISO="20180228">28 ta’ Frar 2018</DATE><NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0001"><P>Lingwa oriġinali: l-Ingliż.</P></NOTE></P></TI><STI><P><HT TYPE="BOLD">Kawża C‑15/17</HT></P><P>Bosphorus Queen Shipping Ltd Corp.</P><P>vs</P><P>Rajavartiolaitos</P><P><HT TYPE="NORMAL">(talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-korkein oikeus (il-Qorti Suprema, il-Finlandja))</HT></P></STI></TITLE><INTERMEDIATE><INDEX IDX.CLOSE="”" SEPARATOR=" - " IDX.OPEN="“"><KEYWORD>Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti dwar il-Liġi tal-Baħar</KEYWORD><KEYWORD>Artikolu 220(6)</KEYWORD><KEYWORD>Ġurisdizzjoni ta’ infurzar ta’ Stat kostali</KEYWORD><KEYWORD>Ġurisdizzjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja sabiex tinterpreta dispożizzjonijiet tad-dritt internazzjonali</KEYWORD><KEYWORD>Direttiva 2005/35/KE</KEYWORD><KEYWORD>Tniġġis ikkawżat minn vapuri</KEYWORD><KEYWORD>Artikolu 7(2)</KEYWORD><KEYWORD>Marpol 73/78</KEYWORD><KEYWORD>Tixrid ta’ żejt fiż-żona ekonomika esklużiva minn vapur barrani fi tranżitu</KEYWORD><KEYWORD>Ċirkustanzi li fihom Stat kostali jista’ jibda proċedimenti kontra bastiment barrani</KEYWORD><KEYWORD>Libertà ta’ navigazzjoni</KEYWORD><KEYWORD>Protezzjoni tal-ambjent marittimu</KEYWORD><KEYWORD>Viċinanza</KEYWORD><KEYWORD>Ħsara maġġuri jew theddid ta’ danni maġġuri għall-kosta jew l-interessi relatati jew għal xi riżorsi fil-baħar territorjali jew taż-żona ekonomika esklużiva</KEYWORD><KEYWORD>Evidenza ċara u oġġettiva</KEYWORD></INDEX></INTERMEDIATE><CONTENTS.CONCLUSION><NP.ECR IDENTIFIER="NP0001"><NO.P>1.</NO.P><TXT>Din it-talba għal deċiżjoni preliminari tirrigwarda, b’mod partikolari, l-interpretazzjoni korretta tal-Artikolu 220(6) tal-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti dwar il-Liġi tal-Baħar (iktar ’il quddiem l-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0001" REF.END="QE0001"/>UNCLOS<QUOT.END REF.START="QS0001" CODE="201D" ID="QE0001"/>)<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0002"><P>Konkluża fl-<DATE ISO="19821210">10 ta’ Diċembru 1982</DATE> f’Montego Bay, il-Ġamajka, u daħlet fis-seħħ fl-<DATE ISO="19941116">16 ta’ Novembru 1994</DATE>. Din il-konvenzjoni ġiet approvata f’isem l-issa msejħa Unjoni Ewropea bid-Deċiżjoni tal-Kunsill 98/392/KE tat-<DATE ISO="19980323">23 ta’ Marzu 1998</DATE> li tirrigwarda l-konklużjoni mill-Komunità Ewropea tal-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti tal-<DATE ISO="19821210">10 ta’ Diċembru 1982</DATE> dwar il-Liġi tal-Baħar u l-Ftehim tat-<DATE ISO="19940728">28 ta’ Lulju 1994</DATE> li għandu x’jaqsam ma’ l-implimentazzjoni tal-Parti XI tiegħu (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 4, Vol. 3, p. 260).</P></NOTE> u l-Artikolu 7(2) tad-Direttiva 2005/35/KE<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0003"><P>Id-Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-<DATE ISO="20050907">7 ta’ Settembru 2005</DATE> dwar tniġġis ikkawżat minn vapuri u dwar l-introduzzjoni ta’ penali, inklużi pieni kriminali, għal reati ta’ tniġġis (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="255" PAGE.FIRST="11" DATE.PUB="2005">ĠU 2005 L 255, p. 11</REF.DOC.OJ>), kif emendata bid-Direttiva 2009/123/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-<DATE ISO="20091021">21 ta’ Ottubru 2009</DATE> (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="280" PAGE.FIRST="52" DATE.PUB="2009">ĠU 2009, L 280, p. 52</REF.DOC.OJ>).</P></NOTE> dwar tniġġis ikkawżat minn vapuri, dispożizzjoni li tirriproduċi l-kontenut tal-Artikolu 220(6) tal-UNCLOS. B’mod speċifiku, il-qorti tar-rinviju titlob gwida dwar iċ-ċirkustanzi li fihom Stat kostali jista’ jibda proċedimenti kontra vapur barrani li huwa s-sors ta’ tixrid taż-żejt fiż-żona ekonomika esklużiva (iktar ’il quddiem iż-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0002" REF.END="QE0002"/>ŻEE<QUOT.END REF.START="QS0002" CODE="201D" ID="QE0002"/>) tal-istat kostali inkwistjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0002"><NO.P>2.</NO.P><TXT>Dan il-każ iqajjem kwistjoni importanti ta’ prinċipju li jidħol fil-qofol tal-interpretazzjoni ta’ prinċipji li huma ġeneralment rikonoxxuti fil-liġi tal-baħar. B’mod iktar preċiż, sabiex tingħata risposta għall-mistoqsijiet magħmula lilha, il-Qorti tal-Ġustizzja ser ikollha l-okkażjoni, għall-ewwel darba<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0004"><P>In-novità tal-mistoqsijiet magħmula lill-Qorti tal-Ġustizzja hija, barra minn hekk, enfasizzata mill-fatt li, għall-inqas sa fejn naf jien, il-Qorti Internazzjonali tal-Ġustizzja qatt ma interpretat l-Artikolu 220 tal-UNCLOS fil-ġurisprudenza tagħha.</P></NOTE>, li tippreċiża ċ-ċirkustanzi li fihom Stati kostali jista’, bħala materja tad-dritt tal-Unjoni Ewopea, jinvokaw ġurisdizzjoni fiż-ŻEE tiegħu kontra vapur barrani sabiex ikun imħares l-ambjent tal-baħar mingħajr tfixkil bla bżonn lil-libertà ta’ navigazzjoni.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="2"?><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">I.</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Il-kuntest ġuridiku</HT></TXT></NP></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">A.</HT></HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Id-Dritt Internazzjonali</HT></HT></TXT></NP></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="ITALIC">1.</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="ITALIC">Il-Konvenzjoni ta’ Intervent</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0003"><NO.P>3.</NO.P><TXT>Il-Konvenzjoni Internazzjonali dwar l-Intervent fil-Baħar Miftuħ f’Każi ta’ Aċċidenti ta’ Tniġġis miż-Żejt ġiet konkluża fi Brussell fid‑<DATE ISO="19691129">29 ta’ Novembru 1969</DATE> (iktar ’il quddiem il-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0003" REF.END="QE0003"/>Konvenzjoni ta’ Intervent<QUOT.END REF.START="QS0003" CODE="201D" ID="QE0003"/>). Il-Panama u l-Finlandja huma partijiet għal dik il-konvenzjoni, iżda l-Unjoni Ewropea u xi wħud mill-Istati Membri tagħha ma humiex.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0004"><NO.P>4.</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu I(1) tal-Konvenzjoni ta’ Intervent, il-partijiet għal din il-konvenzjoni <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0004" REF.END="QE0004"/>jistgħu jieħdu miżuri fl-ibħra miftuħa li jistgħu jkunu meħtieġa biex jipprevjenu, inaqqsu jew jeliminaw periklu gravi u imminenti għall-kosta tagħhom jew għal interessi relatati oħra minn tniġġis jew theddid ta’ tniġġis tal-baħar minn żejt, ikkawżat minn diżgrazzja marittima jew atti relatati ma’ tali diżgrazzja, li jistgħu jkunu raġonevolment mistennija jikkawżaw ħsara kbira<QUOT.END REF.START="QS0004" CODE="201D" ID="QE0004"/> [traduzzjoni mhux uffiċjali].</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0005"><NO.P>5.</NO.P><TXT>L-Artikolu II(4) ta’ din il-konvenzjoni jiddefinixxi <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0005" REF.END="QE0005"/>interessi relatati<QUOT.END REF.START="QS0005" CODE="201D" ID="QE0005"/> bħala <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0006" REF.END="QE0006"/>l-interessi ta’ stat kostali affettwat direttament jew mhedded minn diżgrazzja marittima, bħal: (a) attivitajiet marittimi kostali, tal-port jew tal-estwarji, inklużi attivitajiet tal-attivitajiet tas-sajd, li jikkostitwixxu mezzi essenzjali ta’ għajxien tal-persuni kkonċernati; (b) l-attrazzjonijiet turistiċi taż-żona kkonċernata; (ċ) is-saħħa tal-popolazzjoni kostali u l-benesseri taż-żona kkonċernata, inkluż il-konservazzjoni tar-riżorsi ħajjin tal-baħar, tal-fawna u tal-flora<QUOT.END REF.START="QS0006" CODE="201D" ID="QE0006"/> [traduzzjoni mhux uffiċjali].</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="ITALIC">2.</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="ITALIC">Marpol 73/78</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0006"><NO.P>6.</NO.P><TXT>Il-Konvenzjoni Internazzjonali għall-Prevenzjoni tat-Tniġġis minn Vapuri, konkluża f’Londra fit-<DATE ISO="19731102">2 ta’ Novembru 1973</DATE> u suplimentata mill-Protokoll tas-<DATE ISO="19780217">17 ta’ Frar 1978</DATE> (iktar ’il quddiem <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0007" REF.END="QE0007"/>Marpol 73/78<QUOT.END REF.START="QS0007" CODE="201D" ID="QE0007"/>). Din il-konvenzjoni tistabbilixxi regoli maħsuba b’tali mod li jnaqqsu t-tniġġis fl-ambjent tal-baħar. Għall-kuntrarju tal-Istati Membri kollha, l-Unjoni ma hijiex parti f’Marpol 73/78.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0007"><NO.P>7.</NO.P><TXT>F’konformità mal-Artikolu 4(2) ta’ Marpol 73/78, kwalunkwe ksur tar-rekwiżiti ta’ din il-konvenzjoni għandu jkun ipprojbit u għandhom jiġu stabbiliti sanzjonijiet għal dan l-iskop. Din id-dispożizzjoni tispeċifika wkoll li kull darba li jseħħ tali ksur, parti għal din il-konvenzjoni għandha jew tibda proċeduri skont il-liġi tagħha jew tagħti lill-Istat tal-bandiera tali informazzjoni u provi li jista’ jkollha fil-pussess tagħha li juru li seħħ il-ksur.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0008"><NO.P>8.</NO.P><TXT>L-Anness I tal-konvenzjoni fih regoli dwar il-prevenzjoni ta’ tniġġis miż-żejt. Ir-Regola 1 fil-Kapitolu I tal-Anness I (<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0008" REF.END="QE0008"/>Regoli għall-Prevenzjoni tat-Tniġġis minn Żejt<QUOT.END REF.START="QS0008" CODE="201D" ID="QE0008"/>) jiddefinixxi l-Baħar Baltiku bħala żona speċjali, għall-fini ta’ dan l-anness. F’dawn iż-żoni, għal raġunijiet tekniċi relatati mal-kundizzjonijiet oċeanografiċi u ekoloġiċi tagħhom u tat-traffiku tal-baħar tagħhom, għandhom jiġu adottati metodi obbligatorji speċjali għall-prevenzjoni tat-tniġġis fil-baħar. Skont Marpol 73/78, żoni speċjali jingħataw livell ta’ protezzjoni ogħla minn żoni oħra tal-baħar.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0009"><NO.P>9.</NO.P><TXT>Ir-Regolament 15 (A) tat-Taqsima Ċ tal-Kapitolu 3 tal-Anness I ta’ Marpol 73/78 jikkonċerna l-kontroll tat-tixrid taż-żejt. Jiddikjara, li kwalunkwe tixrid ta’ żejt b’konċentrazzjon ogħla minn 15-il parti għal kull miljun (ppm) huwa pprojbit fir-rigward ta’ vapuri ta’ tunnellaġġ gross ta’ 400 tunnellata jew iktar. Ir-Regolament 15 (B) tat-Taqsima Ċ tal-Kapitolu 3 tal-Anness I, essenzjalment itenni l-istess regola f’dak li għandu x’jaqsam ma’ żoni speċjali.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><?PAGE NO="3"?><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="ITALIC">3.</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="ITALIC">UNCLOS</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0010"><NO.P>10.</NO.P><TXT>Bħall-Istati Membri kollha, l-Unjoni hija parti firmatarja tal-UNCLOS.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0011"><NO.P>11.</NO.P><TXT>L-Artikolu 1 tal-UNCLOS jispeċifika li, għall-finijiet ta’ din il-konvenzjoni:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="001.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0009" REF.END="QE0009"/>(1)</NO.PARAG><ALINEA><QUOT.START CODE="2018" ID="QS0010" REF.END="QE0010"/>żona<QUOT.END REF.START="QS0010" CODE="2019" ID="QE0010"/> tfisser il-qiegħ tal-baħar u l-art oċeanika u</ALINEA></PARAG><P>[…]</P><PARAG IDENTIFIER="001.004"><NO.PARAG>(4)</NO.PARAG><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0011" REF.END="QE0011"/>tniġġiż ta’ l-ambjent marittimu<QUOT.END REF.START="QS0011" CODE="201D" ID="QE0011"/> tfisser l-introduzzjoni mill-bniedem, direttament jew inderettament, ta’ sustanzi jew enerġija fl-ambjent marittimu, inkluż l-estwarji, li jirriżulta jew li aktarx li jirriżultaw f’effetti qerrieda bħal dawn hekk li jgħamlu ħsara għar-riżorsi ħajjin u l-ħajja marittima, ta’ periklu għas-saħħa umana, ta’ tfixkil għall-attivitajiet marittimi, inkluż is-sajd u l-użu leġittimu l-ieħor tal-baħar, tħassir tal-kwalità għall-użu ta’ l-ilma tal-baħar u t-tnaqqis ta’ l-amenitajiet;</ALINEA></PARAG><ALINEA>[…]<QUOT.END REF.START="QS0009" CODE="201D" ID="QE0009"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0012"><NO.P>12.</NO.P><TXT>L-Artikolu 56 tal-Konvenzjoni jistabbilixxi r-regola li tirregola l-ġurisdizzjoni tal-Istati kostali fiż-ŻEE. Dan jipprovdi li:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="056.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0012" REF.END="QE0012"/>1.</NO.PARAG><ALINEA><P>Fiż-[ŻEE], l-Istat kostali għandu:</P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>(a)</NO.P><TXT>id-drittijiet sovrani għall-iskop ta’ l-esplorazzjoni u l-esplojtazzjoni, tal-konservazzjoni u l-immaniġġjar tar-riżorsi naturali, seww jekk ħajjin u sew jekk mhuxħajjin, tal-baħar supra-qarib tal-qiegħ tal-baħar jew tal-qiegħ tal-baħar u l-istrata ta’ taħt il-wiċċ tal-qiegħ tiegħu, f’dak li jirrigwarda l-attivitajiet l-oħrajn għall-esplorazzjoni u l-esplojtazzjoni ekonomika taż-żona, bħal ma hija l-produzzjoni ta’ l-enerġija mill-ilma, mill-kurrenti jew mill-irjieħ;</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>(b)</NO.P><TXT>ġurisdizzjoni kif hemm provvediment dwar dan fid-diposizzjonijiet relevanti ta’ din il-Konvenzjoni f’dak li jirrigwarda:</TXT><P>[…]</P><P><LIST TYPE="roman"><ITEM><NP><NO.P>(iii)</NO.P><TXT>il-protezzjoni u l-preservazzjoni ta’ l-ambjent marittimu;</TXT></NP></ITEM></LIST></P><P>[…]<QUOT.END REF.START="QS0012" CODE="201D" ID="QE0012"/></P></NP></ITEM></LIST></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0013"><NO.P>13.</NO.P><TXT>Id-drittijiet u l-obbligi ta’ stati oħra fiż-ŻEE ta’ stat kostali huma stabbiliti fl-Artikolu 58 ta’ din il-konvenzjoni. Skont din id-dispożizzjoni, stati oħra għandhom jiżguraw li jikkonformaw mal-konvenzjoni fl-eżerċitar tad-drittijiet tagħhom fiż-ŻEE, jagħtu l-attenzjoni dovuta għad-drittijiet u d-dmirijiet tal-istat kostali u jikkonformaw mal-liġijiet u r-regolamenti adottati mill-istat kostali skont l-UNCLOS u regoli oħra tad-dritt internazzjonali.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0014"><NO.P>14.</NO.P><TXT>Il-Parti XII tal-UNCLOS tikkonċerna l-protezzjoni u l-konservazzjoni tal-ambjent tal-baħar.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0015"><NO.P>15.</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 192 tal-UNCLOS, l-istati għandhom l-obbligu li jipproteġu u jippreservaw l-ambjent tal-baħar.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0016"><NO.P>16.</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 217 tal-UNCLOS, l-istati tal-bandiera għandhom jipprovdu għal infurzar effettiv ta’ regoli u standards li jikkonċernaw il-prevenzjoni, it-tnaqqis u l-kontroll tat-tniġġis tal-ambjent tal-baħar ikkawżat minn vapuri, irrispettivament minn fejn iseħħ il-ksur tagħhom.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="4"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0017"><NO.P>17.</NO.P><TXT>L-Artikolu 220, li jittratta l-ġurisdizzjoni tal-infurzar tal-istati kostali, jappartjeni għal dik il-parti mill-konvenzjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0018"><NO.P>18.</NO.P><TXT>L-Artikolu 220(3) sa (6) jistabbilixxi r-regoli ta’ ġurisdizzjoni li taħtha stat kostali jista’ jieħu miżuri ta’ infurzar fil-konfront ta’ vapur li jkun wettaq ksur tar-regoli u l-istandards internazzjonali riward it-tniġġis ikkawżat minn vapuri fiż-ŻEE tiegħu. Dawn il-paragrafi jaqraw kif ġej:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="220.003"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0013" REF.END="QE0013"/>3.</NO.PARAG><ALINEA>Meta jkun hemm bażi ċara sabiex jitwemmen li vapur li jkun ibaħħar fiż-[ŻEE] jew tal-baħar territorjali ta’ Stat ikun, fiż-[ŻEE], iwettaq vjolazzjoni tar-regoli u n-normi internazzjonali applikabbli għall-prevenzjoni u l-kontroll tat-tniġġiż minn vapuri jew il-liġijiet u r-regolamenti ta’ l-Istat li huma konformi u li jagħtu effett għal dawk ir-regoli u n-normi, dak l-Istat jista jeħtieġ li l-vapur jagħti l-informazzjoni rigward l-identità u l-port tar-reġistrazzjoni tiegħu, l-aħħar port u dak il-port li jmiss u l-informazzjoni relevanti meħtieġa sabiex jistabbilixxi jekk vjolazzjoni tkunx seħħet.</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="220.004"><NO.PARAG>4.</NO.PARAG><ALINEA>L-Istati għandhom jadottaw il-liġijiet u r-regolamenti u jieħdu l-miżuri l-oħrajn hekk li l-vapuri li jtajjru il-bandiera tagħhom ikunu konformi mal-ħtiġiet għall-informazzjoni permezz tal-paragrafu 3.</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="220.005"><NO.PARAG>5.</NO.PARAG><ALINEA>Meta jkun hemm bażi ċara sabiex jitwemmen li vapur li jbaħħar f’[ŻEE] jew fil-baħar territorjali ta’ Stat ikun, fiż-[ŻEE], wettaq vjolazzjoni msemmija fil-paragrafu 3 li tirriżulta f’rilaxx sostanzjali li tikkawża jew thedded tniġġiż sinifikanti ta’ l-ambjent marittimu, dak l-Istat jista jwettaq spezzjoni fiżika tal-vapur dwar il-materji li jirrigwardaw il-vjolazzjoni jekk il-vapur ikun ċaħad li jagħti informazzjoni jew jekk l-informazzjoni fornuta mill-vapur tkun kjarament b’varjanza mas-sitwazzjoni evidentament fattwali u jekk iċ-ċirkostanzi tal-każ jiġġustifikaw spezzjoni bħal dik.</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="220.006"><NO.PARAG>6.</NO.PARAG><ALINEA>Meta jkun hemm evidenza oġġettiva ċara li vapur ikun ibaħħar fiż-[ŻEE] jew fil-baħar territorjali ta’ Stat ikun, fiż-[ŻEE], jwettaq vjolazzjoni msemmija fil-paragrafu 3 tirriżulta f’rilaxx li jikkawża ħsara maġġuri jew theddid ta’ danni maġġuri għall-kosta jew l-interessi relatati ta’ l-Istat kostali, jew għal xi riżorsi tal-baħar territorjali jew taż-[ŻEE] tiegħu, dak l-Istat jista, bla ħsara għas-Sezzjoni 7, basta li l-evidenza hekk tkun teħtieġ, jistitwixxi proċedimenti, inkluża d-detenzjoni tal-vapur, b’konformità mal-liġijiet tiegħu.<QUOT.END REF.START="QS0013" CODE="201D" ID="QE0013"/></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">B.</HT></HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Il-liġi tal-Unjoni</HT></HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0019"><NO.P>19.</NO.P><TXT>Id-Direttiva 2005/35 tittratta dwar it-tniġġis ikkawżat mill-vapuri u r-reazzjoni adegwata li għandha tittieħed mill-Istati Membri biex jiġi miġġieled tali tniġġis.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0020"><NO.P>20.</NO.P><TXT>B’mod partikolari, jirriżulta mill-premessi 2 u 3 li d-direttiva hija mfassla biex ittejjeb l-implementazzjoni ta’ Marpol 73/78 billi tiġi armonizzata l-implimentazzjoni tagħha fil-livell tal-Unjoni. Il-ħtieġa ta’ armonizzazzjoni kienet meqjusa bħala partikolarment urġenti minħabba li, minn naħa, ir-regoli li jinsabu f’Marpol 73/78 qegħdin jiġu injorati ta’ kuljum min-numru kbir ħafna ta’ vapuri li jbaħħru fl-ibħra tal-Unjoni, mingħajr ma qiegħda tittieħed azzjoni korrettiva. Min-naħa l-oħra, qabel ma ġiet adottata d-Direttiva, il-prattiċi tal-Istati Membri kienu jvarjaw b’mod kunsiderevoli fir-rigward tal-impożizzjoni ta’ sanzjonijiet għat-tixrid minn vapuri ta’ sustanzi li jniġġsu.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0021"><NO.P>21.</NO.P><TXT>L-Artikolu 1 tad-direttiva jiddefinixxi l-għan tagħha. Dan jipprovdi li:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="001.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0014" REF.END="QE0014"/>1.</NO.PARAG><ALINEA>L-għan ta’ din id-[direttiva] hu li jiġu inkorporati fil-liġi Komunitarja standards internazzjonali għal tniġġis ikkawżat minn vapuri u li jkun assigurat li l-persuni responsabbli għar-rimi ta’ sustanzi li jniġġsu jkunu suġġetti għal penali adekwati, inkluż pieni kriminali, sabiex titjieb is-sikurezza tal-baħar u sabiex tiżdied il-protezzjoni tal-ambjent tal-baħar mit-tniġġis ikkawżat minn vapuri;</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="001.002"><NO.PARAG>2.</NO.PARAG><ALINEA>Din id-[direttiva] ma tipprekludix lill-Istati Membri milli jieħdu miżuri iżjed iebsa kontra t-tniġġiż ikkawżat minn vapuri bi qbil mal-liġi internazzjonali.<QUOT.END REF.START="QS0014" CODE="201D" ID="QE0014"/></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP.ECR><?PAGE NO="5"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0022"><NO.P>22.</NO.P><TXT>B’konformità mal-Artikolu 3(1) tad-Direttiva:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0015" REF.END="QE0015"/>Din id-Direttiva għandha tapplika, bi qbil mal-liġi internazzjonali, għal rimi ta’ sustanzi li jniġġżu:</P><P>[…]</P><P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>(b)</NO.P><TXT>fil-baħar territorjali ta’ Stat Membru;</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>(ċ)</NO.P><TXT>fl-istretti użati għan-navigazzjoni internazzjonali li huma suġġetti għar-reġim ta’ passaġġ bi transitu, kif stipulat fil-Parti III, sezzjoni 2, tal-[UNCLOS], sakemm Stat Membru jeżerċita ġurisdizzjoni fuq tali stretti;</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>(d)</NO.P><TXT>iż-[ŻEE] jew żona ekwivalenti ta’ Stat Membru, stabbilita skond il-liġi internazzjonali; u</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>(e)</NO.P><TXT>bejn sema u ilma [fl-ibħra miftuħa].<QUOT.END REF.START="QS0015" CODE="201D" ID="QE0015"/></TXT></NP></ITEM></LIST></P></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0023"><NO.P>23.</NO.P><TXT>L-Artikolu 7 tad-Direttiva 2005/35 jirrigwarda miżuri ta’ infurzar minn stati kostali fir-rigward ta’ vapuri fi tranżitu. Dan jgħid li:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="007.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0016" REF.END="QE0016"/>1.</NO.PARAG><ALINEA><P>Jekk ir-rimi suspettat ta’ sustanzi li jniġġżu jseħħ fiż-żoni msemmija fl-Artikolu 3(1)(b), (ċ), (d) jew (e) u l-vapur li hu suspettat bir-rimi ma jidħolx f’port tal-Istat Membru li għandu l-informazzjoni li tikkonċerna r-rimi suspettat, għandu japplika s-segwenti:</P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>(a)</NO.P><TXT>Jekk il-port ta’ waqfien suċċessiv tal-vapur huwa fi Stat Membru ieħor, l-Istati Membri kkonċernati għandhom jikkoperaw mill-qrib fl-ispezzjoni msemmija fl-Artikolu 6(1) u fit-teħid tad-deċiżjoni dwar il-miżuri xierqa li għandhom jittieħdu fir-rigward ta’ tali rimi;</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>(b)</NO.P><TXT>Jekk il-port ta’ waqfien suċċessiv tal-vapur huwa port ta’ Stat li hu barra mill-Komunità, l-Istat Membru għandu jieħu l-miżuri meħtieġa biex jiżgura li l-port ta’ waqfien suċċessiv tal-vapur hu infurmat dwar ir-rimi suspettuż u għandu jitlob lill-Istat tal-port ta’ waqfien suċċessiv biex jieħu l-miżuri xierqa fir-rigward ta’ tali rimi.</TXT></NP></ITEM></LIST></ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="007.002"><NO.PARAG>2.</NO.PARAG><ALINEA>Fejn hemm evidenza ċara u oġġettiva li vapur li qed ibaħħar fiż-żoni msemmija fl-Artikolu 3(1) (b) jew (d) ikkometta, fiż-żona msemmija fl-Artikolu 3(1) d), ksur li rriżulta f’rimi li kkawża ħsara kbira jew theddida ta’ ħsara kbira lill-kosta jew lil interessi relatati ta’ l-Istat Membru kkonċernat, jew lil kwalunkwe riżorsi taż-żoni msemmija fl-Artikolu 3(1) (b) jew (d), dak l-Istat għandu, mingħajr ħsara għall-Parti XII, Sezzjoni 7 tal-[UNCLOS], u bil-kundizzjoni li l-evidenza hekk tiġġustifika, jissottometti l-kwistjoni lill-awtoritajiet kompetenti tiegħu bil-għan li jiġu istitwiti proċedimenti, inkluż id-detenzjoni tal-vapur, skond il-liġi nazzjonali tiegħu.</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="007.003"><NO.PARAG>3.</NO.PARAG><ALINEA>Fi kwalunkwe każ, l-awtoritajiet ta’ l-istat tal-bandiera għandhom jiġu nfurmati.<QUOT.END REF.START="QS0016" CODE="201D" ID="QE0016"/></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP.ECR></GR.SEQ><?PAGE NO="6"?><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">C.</HT></HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Id-dritt tal-Finlandja</HT></HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0024"><NO.P>24.</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 1 tal-Kapitolu 3 tal-Merenkulun ympäristönsuojelulaki (1672/2009) (il-Liġi dwar il-Protezzjoni tal-Ambjent fit-Trasport marittimu) jipprovdi li:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0017" REF.END="QE0017"/>Ksur tal-projbizzjoni dwar it-tixrid ta’ żejt jew taħlita ta’ żejt fil-baħar tal-Finlandja jew fiż-[ŻEE], stabbilit fl-Artikolu 1 tal-Kapitolu 2, għandu jagħti lok għal multa (multa għat-tixrid ta’ żejt), sakemm iż-żejt jew it-taħlita ta’ żejt mxerred ma jkunx jista’ jitqies bħala minuri fid-dawl tal-kwantità jew l-impatt tiegħu. Ksur tal-projbizzjoni ta’ tixrid imwettaq minn vapur barrani fi tranżitu fiż-[ŻEE] tal-Finlandja, għandu, madankollu, ikun suġġett għal multa biss jekk it-tixrid jikkawża ħsara kbira jew theddida ta’ ħsara kbira lill-kosta tal-Finlandja jew l-interessi relatati, jew lil kwalunkwe riżorsi tal-baħar territorjali tal-Finlandja jew taż-[ŻEE].<QUOT.END REF.START="QS0017" CODE="201D" ID="QE0017"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">II.</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Il-fatti, il-proċedura u d-domandi preliminari</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0025"><NO.P>25.</NO.P><TXT>Il-Bosphorus Queen huwa vapur ta’ tagħbija xotta irreġistrat fil-Panama. Skont ir-Rajavartiolaitos (l-Awtorità għall-Protezzjoni tal-Fruntieri, il-Finlandja; iktar ’il quddiem l-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0018" REF.END="QE0018"/>Awtorità<QUOT.END REF.START="QS0018" CODE="201D" ID="QE0018"/>), dan il-vapur xerred żejt fil-baħar waqt li kien fi tranżitu fiż-ŻEE tal-Finlandja fil-<DATE ISO="20110711">11 ta’ Lulju 2011</DATE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0026"><NO.P>26.</NO.P><TXT>It-tixrid seħħ fit-tarf taż-ŻEE tal-Finlandja, madwar 25 sa 30 kilometru ’l barra mill-kosta Finlandiża. Iż-żejt infirex fuq medda ta’ madwar 37 kilometru fi strixxa wiesgħa madwar 10 metri. L-erja totali ta’ tixrid kienet stmata li kienet madwar 0.222 km<HT TYPE="SUP">2</HT> u l-volum tagħha kien bejn 0.898 u 9.050 m<HT TYPE="SUP">3</HT>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0027"><NO.P>27.</NO.P><TXT>Ma kien hemm ebda kontromiżura b’reazzjoni għat-tixrid taż-żejt. Ma ġiex osservat li ż-żejt laħaq il-kosta u lanqas ma nstab li kien hemm xi ħsara kkaġunata b’konsegwenza tat-tixrid taż-żejt.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0028"><NO.P>28.</NO.P><TXT>Meta l-Bosphorus Queen irritorna lura minn Saint Petersburg miż-ŻEE tal-Finlandja, l-Awtorità, permezz ta’ deċiżjoni tat-<DATE ISO="20110723">23 ta’ Lulju 2011</DATE>, talbet lil sid il-vapur, Bosphorus Queen Shipping Ltd Corp. (iktar ’il quddiem <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0019" REF.END="QE0019"/>Bosphorus<QUOT.END REF.START="QS0019" CODE="201D" ID="QE0019"/>), jagħmel garanzija finanzjarja ta’ EUR <FT TYPE="NUMBER">17112</FT> għall-obbligu potenzjali li jħallas multa għat-tixrid taż-żejt. Wara li l-garanzija ġiet iddepożitata fil-<DATE ISO="20110725">25 ta’ Lulju 2011</DATE>, il-vapur kompla l-vjaġġ tiegħu.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0029"><NO.P>29.</NO.P><TXT>Fis-<DATE ISO="20110726">26 ta’ Lulju 2011</DATE>, Suomen ympäristökeskus (l-Aġenzija Finlandiża tal-Ambjent, iktar’ il quddiem l-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0020" REF.END="QE0020"/>Aġenzija<QUOT.END REF.START="QS0020" CODE="201D" ID="QE0020"/>) ħarġet opinjoni lill-Awtorità dwar ir-riskji assoċjati mat-tixrid ta’ żejt. L-impatt ambjentali tat-tixrid taż-żejt ġie evalwat fuq il-bażi ta’ stima ta’ kwantità minima ta’ żejt mxerred. Skont din l-opinjoni:</TXT><P><LIST TYPE="NDASH"><ITEM><P>Tal-inqas ftit miż-żejt jista’ jilħaq iż-żoni kostali tal-Finlandja. F’dak il-każ, l-użu tagħhom għal finijiet rikreazzjonali jista’ jkun affettwat ħażin.</P></ITEM><ITEM><P>Xi ftit miż-żejt affettwa wkoll l-ibħra miftuħa qrib is-sit fejn seħħ it-tixrid.</P></ITEM><ITEM><P>It-tixrid taż-żejt ippreġudika l-iżvilupp favorevoli tal-istat ambjentali fil-Baħar Baltiku.</P></ITEM><ITEM><P>It-tixrid taż-żejt affettwa b’mod negattiv lill-għasafar li jistrieħu u jieklu fl-ibħra miftuħa.</P></ITEM><ITEM><P>Iż-żejt għamel ħsara lill-fitoplankton u liż-żooplankton. Il-komponenti taż-żejt kienu qed jiġu mgħoddija ’l isfel fil-katina alimentari.</P></ITEM><ITEM><P>Probabbilment, l-ispirelli li jgħixu fil-wiċċ tal-ibħra miftuħa kienu milquta direttament mit-tixrid taż-żejt, b’riżultat li mhux eskluż li jkun hemm effett negattiv qawwi fuq l-istokk tal-ħut.</P></ITEM><?PAGE NO="7"?><ITEM><P>Il-livell ta’ sedimentazzjoni fiż-żona kien għoli, u x’aktarx li perċentwal tal-komponenti taż-żejt jinżel f’qiegħ il-baħar u jagħmel ħsara lill-bijoċenosi li jgħixu hemm.</P></ITEM><ITEM><P>Ħafna ħabitats naturali ta’ valur li jagħmlu parti min-netwerk tan-Natura 2000 jinsabu fil-viċinanza tas-sit fejn ixxerred iż-żejt.</P></ITEM><ITEM><P>Iż-żmien meta seħħ it-tixrid taż-żejt kien ta’ żvantaġġ partikolari għall-popolazzjonijiet ta’ għasafar tal-baħar, peress li dawn kellhom għadd kbir ta’ frieħ li ma kinux kapaċi jtiru fl-ibħra li jestendu minn barra is-sikek ta’ Hanko Peninsula sal-Baħar Arċipielgu u l-frieħ tal-papri edredun taru f’distanza kunsiderevoli ’l barra mill-kosta.</P></ITEM><ITEM><P>Fiż-żmien meta seħħ it-tixrid taż-żejt kien hemm għexieren ta’ eluf ta’ papri edredun barra il-Hanko Peninsula. It-tixrid ħoloq theddida kbira għall-popolazzjoni tal-għasafar tal-baħar fil-kosta Finlandiża.</P></ITEM></LIST></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0030"><NO.P>30.</NO.P><TXT>Fis-<DATE ISO="20110916">16 ta’ Settembru 2011</DATE>, l-Awtorità imponiet multa għat-tixrid taż-żejt ta’ EUR <FT TYPE="NUMBER">17112</FT> fuq Bosphorus. Fuq il-bażi tal-opinjoni tal-espert, l-Awtorità kienet tal-fehma li t-tixrid kien ikkawżaw ħsara maġġuri jew theddida ta’ ħsara kbira lill-kosta tal-Finlandja jew lill-interessi relatati, jew għar-riżorsi tal-baħar territorjali tagħha jew fiż-ŻEE.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0031"><NO.P>31.</NO.P><TXT>Bosphorus sussegwentement ressqet rikors quddiem il-Helsingin käräjäoikeus (il-Qorti tal-Prim’Istanza ta’ Ħelsinki, il-Finlandja) li sservi bħala qorti marittima. Hija talbet l-annullament tad-deċiżjonijiet li għandhom x’jaqsmu mal-provvediment ta’ garanzija u l-impożizzjoni ta’ multa għat-tixrid taż-żejt.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0032"><NO.P>32.</NO.P><TXT>Fis-sentenza tagħha tat-<DATE ISO="20120130">30 ta’ Jannar 2012</DATE>, il-qorti marittima qieset li kien ġie pprovat li l-Bosphorus Queen xerdet fil-baħar kwantità minima ta’ madwar 900 litru żejt. Fid-dawl tal-evalwazzjoni tal-impatt ambjentali, il-qorti marittima qieset li, għall-finijiet tal-Artikolu 1 tal-Kapitolu 3, tal-Liġi dwar il-Protezzjoni tal-Ambjent fit-Trasport Marittimu, it-tixrid taż-żejt ikkawża theddida ta’ ħsara kbira. Għal dawn il-motivi, il-qorti marittima ċaħdet ir-rikors.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0033"><NO.P>33.</NO.P><TXT>Permezz ta’ deċiżjoni tat-<DATE ISO="20141118">18 ta’ Novembru 2014</DATE>, il-Helsingin hovioikeus (il-Qorti tal-Appell ta’ Ħelsinki, il-Finlandja) ċaħdet l-appell li kien ippreżentat kontra s-sentenza tal-qorti marittima.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0034"><NO.P>34.</NO.P><TXT>Wara Bosphorus appellat quddiem il-qorti tar-rinviju li bih talbet lil dik il-qorti tannulla d-deċiżjoni tal-Helsingin hovioikeus (il-Qorti tal-Appell ta’ Helsinki) u s-sentenza tal-qorti marittima, biex tannulla d-deċiżjonijiet dwar l-provvediment ta’ garanzija u għall-multa għat-tixrid taż-żejt u biex tirrevoka l-multa għat-tixrid taż-żejt.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0035"><NO.P>35.</NO.P><TXT>Billi kellha dubji dwar l-kostruzzjoni korretta tad-dispożizzjonijiet rilevanti tal-UNCLOS u tad-Direttiva 2005/35, il-qorti tar-rinviju ddeċidiet li tissospendi l-proċeduri quddiemha u tagħmel lill-Qorti tal-Ġustizzja d-domandi preliminari li ġejjin:</TXT><QUOT.S LEVEL="1"><LIST TYPE="OTHER"><ITEM><NP><NO.P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0021" REF.END="QE0021"/>(1)</NO.P><TXT>It-termini <QUOT.START CODE="2018" ID="QS0022" REF.END="QE0022"/>kosta jew lil interessi relatati<QUOT.END REF.START="QS0022" CODE="2019" ID="QE0022"/> li jinsabu fl-Artikolu 220(6) tal-[UNCLOS] u fl-Artikolu 7(2) tad-Direttiva [2005/35], għandhom jiġu interpretati skont id-definizzjoni tat-termini <QUOT.START CODE="2018" ID="QS0023" REF.END="QE0023"/>interessi konnessi<QUOT.END REF.START="QS0023" CODE="2019" ID="QE0023"/> [traduzzjoni mhux uffiċjali] li jinsabu fl-Artikolu II(4) tal-[Konvenzjoni ta’ Intervent]?</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>(2)</NO.P><TXT>Skont id-definizzjoni li tinsab fl-Artikolu II(4)(c) tal-[Konvenzjoni ta’ Intervent], imsemmija fl-ewwel domanda preliminari, it-termini <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0024" REF.END="QE0024"/>interessi konnessi<QUOT.END REF.START="QS0024" CODE="201D" ID="QE0024"/> jirreferu b’mod partikolari għall-benesseri tar-reġjun ikkunsidrat, inkluż il-konservazzjoni tar-riżorsi bijoloġiċi marini, tal-fawna u tal-flora. Id-dispożizzjoni ċċitata iktar ’il fuq tirreferi wkoll għall-konservazzjoni tar-riżorsi bijoloġiċi, tal-fawna u tal-flora taż-[ŻEE] jew tikkonċerna biss il-konservazzjoni tal-interessi tar-reġjun kostali?</TXT></NP></ITEM><?PAGE NO="8"?><ITEM><NP><NO.P>(3)</NO.P><TXT>Fil-każ ta’ risposta negattiva għall-ewwel domanda preliminari, x’għandu jinftiehem bit-termini <QUOT.START CODE="2018" ID="QS0025" REF.END="QE0025"/>kosta jew lil interessi relatati<QUOT.END REF.START="QS0025" CODE="2019" ID="QE0025"/> li jinsabu fl-Artikolu 220(6) tal-[UNCLOS] u fl-Artikolu 7(2) tad-Direttiva 2005/35?</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>(4)</NO.P><TXT>Xi jfissru t-termini <QUOT.START CODE="2018" ID="QS0026" REF.END="QE0026"/>riżorsi tal-baħar territorjali jew taż-[ŻEE] tiegħu<QUOT.END REF.START="QS0026" CODE="2019" ID="QE0026"/> li jinsabu fl-Artikolu 220(6) tal-[UNCLOS], kif ukoll it-termini <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0027" REF.END="QE0027"/>riżorsi [fil-baħar territorjali jew żona ekonomika esklużiva ta’] dak l-Istat<QUOT.END REF.START="QS0027" CODE="201D" ID="QE0027"/> li jinsabu fl-Artikolu 7(2) tad-Direttiva 2005/35? Il-kunċett ta’ riżorsi bijoloġiċi jirreferi unikament għall-ispeċi maqbuda jew jirreferi wkoll għall-ispeċi assoċjati mal-ispeċi maqbuda jew li huma dipendenti fuqhom, imsemmija fl-Artikolu 61(4) tal-[UNCLOS], bħal pereżempju l-ispeċi ta’ fawna u ta’ flora li l-ispeċi maqbuda jieklu minnhom?</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>(5)</NO.P><TXT>Kif għandu jiġi interpretat it-terminu <QUOT.START CODE="2018" ID="QS0028" REF.END="QE0028"/>theddid<QUOT.END REF.START="QS0028" CODE="2019" ID="QE0028"/> li jinsab fl-Artikolu 220(6) tal-[UNCLOS], u fid-Direttiva 2005/35? In-natura ta’ dan ir-riskju tista’ tiġi stabbilita permezz tal-kunċett ta’ riskju astratt jew tal-kunċett ta’ riskju konkret jew anki permezz ta’ metodu ieħor?</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>(6)</NO.P><TXT>Waqt l-evalwazzjoni tal-kundizzjonijiet tal-kompetenza tal-Istat kostali, li tinsab fl-Artikolu 220(6) tal-[UNCLOS] u fl-Artikolu 7(2) tad-Direttiva 2005/35, għandu jiġi kkunsidrat li ħsara kbira li kienet jew hemm ir-riskju li tinħoloq tikkostitwixxi konsegwenzi iktar gravi minn tniġġis sinjifikattiv tal-ambjent marittimu, li kien jew hemm ir-riskju li jinħoloq, fis-sens tal-Artikolu 220(5) tal-Konvenzjoni tal-liġi dwar il-baħar? Kif għandu jiġi ddefinit it-tniġġis sinjifikattiv tal-ambjent marittimu u kif għandha tittieħed inkunsiderazzjoni l-evalwazzjoni tal-ħsara kbira li kienet jew hemm ir-riskju li tinħoloq?</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>(7)</NO.P><TXT>Liema huma l-elementi li għandhom jittieħdu inkunsiderazzjoni matul l-evalwazzjoni tal-importanza tal-ħsara li nħolqot jew li hemm ir-riskju li tinħoloq? Matul din l-evalwazzjoni, għandha tingħata importanza, pereżempju għat-tul u għall-portata ġeografika tal-effetti dannużi li jimmanifestaw ruħhom bħala forma ta’ ħsara? Fil-każ ta’ risposta affermattiva għal din id-domanda, kif għandhom jiġu evalwati t-tul u l-portata tal-ħsarat?</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>(8)</NO.P><TXT>Id-Direttiva 2005/35 tistabbilixxi regoli minimi u ma tipprekludix l-adozzjoni, mill-Istati Membri, ta’ miżuri iktar stretti, konformi mad-dritt internazzjonali, kontra t-tniġġiż ikkawżat mill-vapuri [Artikolu 1(2)]. Il-possibbiltà li jiġu applikati dispożizzjonijiet iktar stretti tapplika wkoll għall-Artikolu 7(2) tad-Direttiva 2005/35, li jirregola l-kompetenza tal-Istat kostali sabiex jintervjeni kontra vapur fi tranżitu?</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>(9)</NO.P><TXT>Matul l-interpretazzjoni tal-kundizzjonijiet tal-kompetenza tal-Istat kostali, iddefiniti fl-Artikolu 220(6) tal-[UNCLOS] u fl-Artikolu 7(2) tad-Direttiva 2005/35, għandha tingħata importanza għall-kundizzjonijiet ġeografiċi u ekoloġiċi u għall-vulnerabbiltà taż-żona tal-baħar Baltiku?</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>(10)</NO.P><TXT>It-termini <QUOT.START CODE="2018" ID="QS0029" REF.END="QE0029"/>evidenza oġġettiva ċara<QUOT.END REF.START="QS0029" CODE="2019" ID="QE0029"/> li jinsabu fl-Artikolu 220(6) tal-[UNCLOS], kif ukoll it-termini <QUOT.START CODE="2018" ID="QS0030" REF.END="QE0030"/>evidenza ċara u oġġettiva<QUOT.END REF.START="QS0030" CODE="2019" ID="QE0030"/> li jinsabu fl-Artikolu 7(2) tad-Direttiva 2005/35 jirreferu mhux biss għall-prova dwar it-twettiq, mill-vapur, tal-ksur imsemmi fid-dispożizzjonijiet iċċitati iktar ’il fuq, iżda wkoll għall-prova taċ-ċirkustanzi tar-rimi? Liema tip ta’ prova għandha tkun meħtieġa sabiex tintwera l-eżistenza tar-riskju li ħsara kbira tiġi kkawżata lill-kosta jew lil interessi relatati jew kull riżors tal-baħar territorjali jew taż-żona ekonomika esklużiva, jiġifieri pereżempju lill-għasafar, lill-ħut u lill-ambjent marittimu taż-żona? Ir-rekwiżit ta’ evidenza oġġettiva ċara/evidenza ċara u oġġettiva jfisser li, pereżempju, l-evalwazzjoni tal-konsegwenzi dannużi tar-rimi ta’ żejt għandha dejjem tkun ibbażata fuq studji u fuq riċerki konkreti li jirrigwardaw il-konsegwenzi tar-rimi ta’ żejt li seħħ?<QUOT.END REF.START="QS0021" CODE="201D" ID="QE0021"/></TXT></NP></ITEM></LIST></QUOT.S></NP.ECR><?PAGE NO="9"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0036"><NO.P>36.</NO.P><TXT>Ġew ippreżentati osservazzjonijiet bil-miktub mill-Gvern Belġjan, Grieg, Franċiż, Olandiż u Finlandiż kif ukoll il-Kummissjoni Ewropea. Kważi bħal li kieku biex jikkommemoraw il-100 anniversarju tal-Finlandja minn meta saret nazzjon marittimu, Bosphorus, il-Gvern Franċiż, Olandiż u Finlandiż, u l-Kummissjoni għamlu sottomissjonijiet orali f’seduta li nżammet fis-<DATE ISO="20171206">6 ta’ Diċembru 2017</DATE>.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">III.</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Analiżi</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0037"><NO.P>37.</NO.P><TXT>Il-qorti tar-rinviju ppreżentat għadd ta’ mistoqsijiet lill-Qorti tal-Ġustizzja li jirrigwardaw, b’mod partikolari, l-interpretazzjoni, bħala kwistjoni ta’ dritt tal-Unjoni, tal-Artikolu 220(6) tal-UNCLOS (u b’estensjoni ta’ dan, tal-Artikolu 7(2) tad-Direttiva 2005/35). Għalkemm jittrattaw il-kwistjoni minn diversi angoli, id-domandi preliminari jirrigwardaw, essenzjalment, żewġ kwistjonijiet interrelatati li għandhom x’jaqsmu maċ-ċirkustanzi li fihom Stat kostali jista’ jasserixxi ġurisdizzjoni fiż-ŻEE tiegħu; jiġifieri l-interessi koperti bil-ġurisdizzjoni tal-Istat kostali u l-evidenza meħtieġa sabiex jiġġustifika t-teħid ta’ miżuri ta’ infurzar kontra vapur fi tranżitu.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0038"><NO.P>38.</NO.P><TXT>Wara xi rimarki introduttorji, id-domandi preliminari magħmula mill-qorti tar-rinviju għandhom jiġu indirizzati fi gruppi tematiċi: (1) l-interessi mħarsa mill-ġurisdizzjoni tal-Istat kostali fiż-ŻEE skont l-Artikolu 220(6) tal-UNCLOS u l-Artikolu 7(2) tad-Direttiva 2005/35 (Domandi 1 sa 4); (2) l-evidenza meħtieġa skont l-Artikolu 220(6) tal-UNCLOS u l-Artikolu 7(2) tad-Direttiva 2005/35 sabiex Stat kostali jista’ jibda proċeduri kontra vapur barrani (Domandi 5 sa 7 kif ukoll 9 u 10); u (3) d-diskrezzjoni tal-Istati Membri taħt l-Artikolu 7(2) tad-Direttiva 2005/35 (Domanda 8).</TXT></NP.ECR><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">A.</HT></HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Osservazzjonijiet preliminari</HT></HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0039"><NO.P>39.</NO.P><TXT>Sabiex jinftiehmu aħjar il-kwistjonijiet problematiċi li huma l-bażi ta’ din it-talba għal deċiżjoni preliminari, jidhirli li jkun utli li nibda l-analiżi tiegħi b’għadd ta’ osservazzjonijiet preliminari. L-ewwel, filwaqt li wieħed iżomm f’moħħu li t-talba għal deċiżjoni preliminari tirrigwarda għadd ta’ ftehim internazzjonali differenti fil-qasam tal-liġi tal-baħar, l-ewwel nett ser infakkar il-prinċipji li jirregolaw il-ġurisdizzjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja, fil-kuntest ta’ proċedura ta’ rinviju għal deċiżjoni preliminari, li tinterpreta d-dispożizzjonijiet tad-dritt internazzjonali. It-tieni, ser nindika l-qafas legali dwar id-diviżjoni ta’ ġurisdizzjoni bejn l-Istati tal-bandiera u l-Istati kostali fil-kuntest tal-liġi tal-baħar. F’dan il-kuntest, ser nispjega, b’mod partikolari kif l-UNCLOS tħares lejn il-ħtieġa li jinħoloq bilanċ bejn il-libertà ta’ navigazzjoni u l-protezzjoni tal-ambjent tal-baħar.</TXT></NP.ECR><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="ITALIC">1.</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="ITALIC">Il-ġurisdizzjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja sabiex tinterpreta dispożizzjonijiet tad-dritt internazzjonali</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0040"><NO.P>40.</NO.P><TXT>Il-qorti tar-rinviju tidentifika tliet settijiet ta’ regoli tad-dritt internazzjonali li huma rilevanti f’dan il-każ. Dawn huma l-UNCLOS, Marpol 73/78 u l-Konvenzjoni ta’ Intervent. Kull waħda minn dawn il-konvenzjonijiet għandha, għall-fini tal-liġi tal-Unjoni, status differenti.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0041"><NO.P>41.</NO.P><TXT>L-ewwel, kif jaqblu l-partijiet kollha, il-Qorti tal-Ġustizzja għandha ġurisdizzjoni sabiex tinterpreta d-dispożizzjonijiet tal-UNCLOS. Hija ġurisprudenza stabbilita li l-Qorti tal-Ġustizzja għandha ġurisdizzjoni sabiex tinterpreta dispożizzjonijiet tad-dritt internazzjonali li jagħmlu parti mill-ordinament ġuridiku tal-Unjoni. Billi l-Unjoni Ewropea aderixxiet mal-UNCLOS, din il-konvenzjoni tagħmel parti integrali mill-ordinament ġuridiku tal-Unjoni<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0005"><P>Ara s-sentenzi tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="19740430">30 ta’ April 1974</DATE>, <NAME.CASE>Haegeman</NAME.CASE> (<NO.CASE>181/73</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:1974:41">EU:C:1974:41</NO.ECLI>, punti <REF.NP.ECR REF="NP0004">4</REF.NP.ECR> sa <REF.NP.ECR REF="NP0006">6</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>); tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20080603">3 ta’ Ġunju 2008</DATE>, <NAME.CASE>The International Association of Independent Tanker Owners <HT TYPE="ITALIC">et</HT></NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑308/06</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2008:312">EU:C:2008:312</NO.ECLI>, punti <REF.NP.ECR REF="NP0042">42</REF.NP.ECR> u <REF.NP.ECR REF="NP0043">43</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>); tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20100504">4 ta’ Mejju 2010</DATE>, <NAME.CASE>TNT Express Nederland</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑533/08</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2010:243">EU:C:2010:243</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0060">60</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata); u tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20110308">8 ta’ Marzu 2011</DATE>, <NAME.CASE>Lesoochranárske zoskupenie</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑240/09</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2011:125">EU:C:2011:125</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0030">30</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata).</P></NOTE>. Għaldaqstant, il-Qorti tal-Ġustizzja għandha ġurisdizzjoni sabiex tinterpreta d-dispożizzjonijiet ta’ din il-konvenzjoni.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="10"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0042"><NO.P>42.</NO.P><TXT>It-tieni, f’dak li jirrigwarda Marpol 73/78, l-Istati Membri kollha tal-Unjoni Ewropea huma marbuta minn din il-konvenzjoni, imma l-Unjoni Ewropea ma hijiex. Preċiżament minħabba li l-Istati Membri huma marbuta b’din il-konvenzjoni, il-Qorti tal-Ġustizzja aċċettat li Marpol 73/78 għandha tittieħed ukoll inkunsiderazzjoni għall-interpretazzjoni, minn naħa, tal-UNCLOS u, min-naħa l-oħra, tad-dispożizzjonijiet tad-dritt sekondarju li jidħol fil-kamp ta’ applikazzjoni tal-Marpol 73/78. Dan huwa notevolment il-każ tad-Direttiva 2005/35<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0006"><P>Sentenza tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20080603">3 ta’ Ġunju 2008</DATE>, <NAME.CASE>The International Association of Independent Tanker Owners <HT TYPE="ITALIC">et</HT></NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑308/06</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2008:312">EU:C:2008:312</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0052">52</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0043"><NO.P>43.</NO.P><TXT>It-tielet, la l-Unjoni Ewropea u lanqas l-Istati Membri kollha tagħha ma huma marbuta bil-Konvenzjoni ta’ Intervent. Il-partijiet ippreżentaw osservazzjonijiet bil-miktub b’fehmiet opposti fir-rigward tal-ġurisdizzjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja sabiex tinterpreta d-dispożizzjonijiet ta’ din il-konvenzjoni. Filwaqt li l-Gvern Belġjan u dak Franċiż jidhru li jsostnu li l-Qorti tal-Ġustizzja tista’ tinterpreta d-dispożizzjonijiet ta’ din il-konvenzjoni, il-Kummissjoni, kif ukoll il-Gvern tal-Pajjiżi l-Baxxi u tal-Finlandja jqisu li tali interpretazzjoni ma taqax taħt il-ġurisdizzjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja. Meta kienet mistoqsija fuq dan il-punt waqt is-seduta, il-Kummissjoni biddlet il-pożizzjoni tagħha: hija qablet li l-Konvenzjoni ta’ Intervent fil-fatt tista’ tkun sors ta’ ispirazzjoni għall-Qorti tal-Ġustizzja biex tinterpreta l-Artikolu 220 tal-UNCLOS.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0044"><NO.P>44.</NO.P><TXT>Jidhirli li l-partijiet kollha li indirizzaw il-kwistjoni huma korretti.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0045"><NO.P>45.</NO.P><TXT>Minn naħa, bħala prinċipju, il-Qorti tal-Ġustizzja ma’ għandhiex, ġurisdizzjoni sabiex tinterpreta b’mod awtorevoli, fil-kuntest ta’ proċedura għal deċiżjoni preliminari, ftehim internazzjonali milħuqa bejn Stati Membri u stati terzi. Din il-fehma hija kkonfermata mill-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja f’dan il-qasam<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0007"><P>Sentenzi tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20100504">4 ta’ Mejju 2010</DATE>, <NAME.CASE>TNT Express Nederland</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑533/08</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2010:243">EU:C:2010:243</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0061">61</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata), u tas-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20140717">17 ta’ Lulju 2014</DATE>, <NAME.CASE>F. Qurbani</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑481/13</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2014:2101">EU:C:2014:2101</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0022">22</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</P></NOTE>. Fil-fatt, mingħajr preġudizzju għall-każ partikolari ta’ konvenzjonijiet bħal Marpol 73/78 imsemmija hawn fuq, u s-sitwazzjoni fejn l-Unjoni assumiet il-kompetenzi li qabel kienu eżerċitati mill-Istati Membri fil-qasam irregolat mill-ftehim internazzjonali inkwistjoni<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0008"><P>Ara, b’mod partikolari, is-sentenzi tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="19721212">12 ta’ Diċembru 1972</DATE>, <NAME.CASE>International Fruit Company <HT TYPE="ITALIC">et</HT></NAME.CASE> (<NO.CASE>21/72 sa 24/72</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:1972:115">EU:C:1972:115</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0018">18</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>); tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="19940714">14 ta’ Lulju 1994</DATE>, <NAME.CASE>Peralta</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑379/92</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:1994:296">EU:C:1994:296</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0016">16</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>); tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20080603">3 ta’ Ġunju 2008</DATE>, <NAME.CASE>The International Association of Independent Tanker Owners <HT TYPE="ITALIC">et</HT></NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑308/06</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2008:312">EU:C:2008:312</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0048">48</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>); u l-Opinjoni 2/15 (Ftehim ta’ Kummerċ Ħieles bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika ta’ Singapor) tas-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20170516">16 ta’ Mejju 2017</DATE> (<NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2017:376">EU:C:2017:376</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0248">248</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</P></NOTE>, il-ġurisdizzjoni interpretattiva tal-Qorti tal-Ġustizzja testendi biss għar-regoli li jagħmlu parti mill-ordinament ġuridiku tal-Unjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0046"><NO.P>46.</NO.P><TXT>Dan il-prinċipju ġie affermat mill-ġdid mill-Qorti tal-Ġustizzja fis-sentenza Manzi<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0009"><P>Sentenza tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20140123">23 ta’ Jannar 2014</DATE>, <NAME.CASE>Manzi u Compagnia Naviera Orchestra</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑537/11</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2014:19">EU:C:2014:19</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>).</P></NOTE>, fir-rigward ta’ protokoll li sar iktar tard tal-Marpol 73/78 li xi Stati Membri ma kinux aderixxew miegħu. F’dik il-kawża, il-Qorti tal-Ġustizzja ddeċidiet li dispożizzjonijiet tad-dritt sekondarju ma setgħux jiġu interpretati tad-fid-dawl ta’ obbligu impost bi ftehim internazzjonali li ma jorbotx lill-Istati Membri kollha. Inkella, il-portata ta’ dan l-obbligu tiġi estiża għal dawk l-Istati Membri li ma humiex partijiet kontraenti ta’ ftehim bħal dan<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0010"><P>Sentenza tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20140123">23 ta’ Jannar 2014</DATE>, <NAME.CASE>Manzi u Compagnia Naviera Orchestra</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑537/11</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2014:19">EU:C:2014:19</NO.ECLI>, punti <REF.NP.ECR REF="NP0047">47</REF.NP.ECR> u <REF.NP.ECR REF="NP0048">48</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0047"><NO.P>47.</NO.P><TXT>Filwaqt li fil-prattika dan seta’ kien ir-riżultat fiċ-ċirkustanzi sottostanti Manzi, fil-fehma tiegħi, id-dikjarazzjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja ma tistax tiġi interpretata fis-sens li l-Qorti tal-Ġustizzja ma tistax tieħu inkunsiderazzjoni, għall-finijiet tal-interpretazzjoni tad-dispożizzjonijiet tad-dritt tal-Unjoni, ir-regoli tad-dritt internazzjonali li ma jorbtux lill-Unjoni Ewropea, jew lill-Istati Membri kollha tagħha.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="11"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0048"><NO.P>48.</NO.P><TXT>Kif huwa ġeneralment aċċettat, interpretazzjoni ġudizzjarja ma sseħħx barra minn kwalunkwe kuntest. Filwaqt li huwa ċar li l-Qorti tal-Ġustizzja ma għandhiex ġurisdizzjoni sabiex tinterpreta b’mod awtorevoli r-regoli li ma jiffurmawx parti mill-ordinament ġuridiku tal-Unjoni, insibha diffiċli li naċċetta li ma nitgħalmux - fejn ikun rilevanti - minn dawn ir-regoli għall-finijiet tal-interpretazzjoni tad-dispożizzjonijiet tad-dritt tal-Unjoni. Dan jgħodd l-iktar, b’mod partikolari, fejn l-oriġini ta’ ftehim internazzjonali li jorbot l-Unjoni, jew l-Istati Membri tagħha, jissuġġerixxi rabta mill-qrib ma ftehim li ma jkunx jorbot.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0049"><NO.P>49.</NO.P><TXT>Fi kliem ieħor, minn nuqqas manifest ta’ ġurisdizzjoni sabiex tinterpreta l-Konvenzjoni ta’ Intervent ma jirriżultax li ma tistax tkun sors ta’ ispirazzjoni għall-interpretazzjoni ta’ kunċetti simili li jistgħu jinstabu fl-UNCLOS. Fi kliem ieħor, ma huwiex impossibbli li l-Qorti tal-Ġustizzja tista’ tinterpreta l-UNCLOS b’tali mod li jaqbel mat-terminoloġija użata fil-Konvenzjoni ta’ Intervent. Kif ser nuri fil-kuntest tal-evalwazzjoni tal-ewwel, it-tieni, it-tielet u r-raba’ domandi preliminari, id-dispożizzjonijiet rilevanti tal-Konvenzjoni ta’ Intervent jistgħu jipprovdu għajnuna utli fl-interpretazzjoni, bħala kwistjoni ta’ liġi tal-Unjoni, l-Artikolu 220(6) tal-UNCLOS<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0011"><P>Ara l-punt 69 <HT TYPE="ITALIC">et seq</HT> iktar ’il quddiem.</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0050"><NO.P>50.</NO.P><TXT>Madankollu, qabel ma nitratta din il-kwistjoni, il-prinċipji bażiċi tal-qafas legali li jirregola d-diviżjoni tal-ġurisdizzjoni bejn l-Istat tal-bandiera u l-Istat kostali fil-kuntest partikolari tal-UNCLOS għandu jiġi spjegat.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="ITALIC">2.</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="ITALIC">Il-prinċipji li jirregolaw il-ġurisdizzjoni ta’ infurzar tal-Istati kostali: il-libertà ta’ navigazzjoni u l-protezzjoni tal-ambjent tal-baħar</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0051"><NO.P>51.</NO.P><TXT>Kif diġà ddeċidiet il-Qorti tal-Ġustizzja, l-UNCLOS tfittex li tistabbilixxi bilanċ ġust bejn l-interessi tal-Istati kostali u stati oħra, li jistgħu jkunu f’kunflitt<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0012"><P>Sentenza tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20080603">3 ta’ Ġunju 2008</DATE>, <NAME.CASE>The International Association of Independent Tanker Owners <HT TYPE="ITALIC">et</HT></NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑308/06</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2008:312">EU:C:2008:312</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0058">58</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</P></NOTE>. Dawk l-interessi għandhom x’jaqsmu, fost affarijiet oħra, mal-interess leġittimu ta’ tbaħħir indipendentement mill-pożizzjoni ġeografika tal-Istat, l-użu tar-riżorsi naturali u l-ħtieġa li jiġi ppreservat l-ambjent tal-baħar.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0052"><NO.P>52.</NO.P><TXT>F’dan il-kuntest, il-libertà ta’ navigazzjoni hija ta’ importanza partikolari. Fil-fatt, imnissel mill-prinċipju antik tal-libertà tal-ibħra<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0013"><P>Il-prinċipju tal-libertà tal-ibħra u d-dritt tan-nazzjonijiet kollha li jużaw il-baħar għal kummerċ jista’ jiġi rintraċċat lura għall-istudjuż Olandiż Hugo Grotius Liberum fit-teżi Mare Liberum, li ġiet ippubblikata għall-ewwel darba fl-1609.</P></NOTE>, il-libertà ta’ navigazzjoni tikkostitwixxi l-pedament li jirfed l-liġi internazzjonali tal-baħar. Biex tiġi evitata l-frammentazzjoni tal-baħar għal finijiet tal-protezzjoniżmu, il-libertà ta’ navigazzjoni tiżgura li kull ħaġa lil hinn mill-ibħra territorjali tibqa’ miftuħa għall-użu tal-ġid komuni<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0014"><P>Guilfoyle, D., <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0031" REF.END="QE0031"/>Parti VII. High Seas<QUOT.END REF.START="QS0031" CODE="201D" ID="QE0031"/>, f’Proels A. (ed.), Il-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti dwar il-Liġi tal-Baħar, Kummentarju, Verlag C. H. Beck, München, 2017, p. 679.</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0053"><NO.P>53.</NO.P><TXT>Dan il-prinċipju huwa rifless fil-UNCLOS: b’konsegwenza tal-libertà ta’ navigazzjoni, l-Istati kostali għandhom, bħala regola, il-ġurisdizzjoni biss fuq vapuri li jbaħħru fl-ibħra territorjali tagħhom, li hija limitata għal 12-il mil nawtiku mil-linja bażi<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0015"><P>Il-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0032" REF.END="QE0032"/>linja bażi<QUOT.END REF.START="QS0032" CODE="201D" ID="QE0032"/> tikkoinċidi, bħala regola ġenerali, mal-linja tal-kosta b’marea baxxa.</P></NOTE>. Anki hemmhekk, din il-ġurisdizzjoni hija limitata bl-obbligu li jiżġuraw passaġġ liberu għal vapuri li jkunu fi tranżitu<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0016"><P>Dan jidher minn qari flimkien tal-Artikoli 2, 3 u 17 tal-UNCLOS.</P></NOTE>. Lil hinn minn dik iż-żona, il-punt tat-tluq huwa li l-Istat tal-bandiera għandu ġurisdizzjoni fuq il-vapuri li jtajru l-bandiera tiegħu. B’mod iktar preċiż, huwa f’idejn l-Istat tal-bandiera biex jistabbilixxi s-sigurtà, l-istandards soċjali u ambjentali li għandhom jiġu applikati u jinforza dawk ir-regoli f’dak li għandu x’jaqsam ma’<?PAGE NO="12"?> bastimenti li jtajru l-bandiera tiegħu skont ir-regoli u l-istandards internazzjonali<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0017"><P>Ara, b’mod partikolari, l-Artikolu 94 tal-UNCLOS.</P></NOTE>. Mhux hekk biss, madankollu: l-Istat tal-bandiera għandu, f’konformità mal-Artikolu 217 tal-UNCLOS, jinforza b’mod effettiv ir-regoli u l-istandards internazzjonali dwar tniġġis ikkawżat minn vapuri, irrispettivament fejn iseħħ il-ksur.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0054"><NO.P>54.</NO.P><TXT>Madankollu, skont is-sistema ta’ ġurisdizzjoni implementata mill-UNCLOS, il-ġurisdizzjoni tal-Istat tal-bandiera ’l barra mill-ibħra territorjali ta’ Stat kostali hija suġġetta għal eċċezzjonijiet importanti. Waħda minn dawn l-eċċezzjonijiet tirrigwarda l-ġurisdizzjoni tal-Istat kostali fiż-ŻEE.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0055"><NO.P>55.</NO.P><TXT>Iż-ŻEE hija ddefinita fl-Artikolu 57 tal-UNCLOS bħala żona ’l barra minn u biswit il-baħar territorjali, li testendi massima ta’ 200 mil nawtiku mil-linja bażi. Iż-ŻEE hija suġġetta għar-reġim legali speċifiku stabbilit f’parti V tal-UNCLOS (l-Artikoli 55 sa 75). Bis-saħħa tal-Artikolu 56 tal-imsemmija konvenzjoni, l-Istat kostali għandu, fost affarijiet oħra, ġurisdizzjoni ta’ infurzar (limitata) f’dik iż-żona għall-finijiet tal-protezzjoni adegwata tal-ambjent tal-baħar. Min-naħa l-oħra, skont l-Artikolu 58 tal-UNCLOS, Stati oħra għandhom jiżguraw li jikkonformaw mal-konvenzjoni fl-eżerċizzju tad-drittijiet tagħhom fiż-ŻEE, jagħtu l-attenzjoni dovuta għad-drittijiet u d-dmirijiet tal-Istat kostali u jikkonformaw mal-liġijiet u r-regolamenti adottati mill-Istat kostali skont il-UNCLOS u regoli oħra tad-dritt internazzjonali.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0056"><NO.P>56.</NO.P><TXT>Dawn il-prinċipji jirriflettu l-kunsens internazzjonali wiesa’ li jeżisti fir-rigward tal-ħtieġa għall-protezzjoni tal-ambjent tal-baħar mit-tniġġis (minn vapuri). B’mod partikolari, l-ġurisdizzjoni ta’ infurzar mogħtija lill-Istati kostali skont l-Artikolu 220(3) sa (6) tal-UNCLOS fiż-ŻEE sabiex jieħdu miżuri kontra bastimenti fi tranżitu jistgħu jiġu mifhuma bħala espressjoni konkreta ta’ dan it-tħassib.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0057"><NO.P>57.</NO.P><TXT>B’mod iktar preċiż, diversi trattati ġew konklużi fit-tieni parti tas-seklu 20 b’reazzjoni għat-tħassib li dejjem jiżdied tat-tniġġis tal-baħar<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0018"><P>Hawnhekk huma ta’ importanza partikolari Marpol 73/78 u l-Konvenzjoni ta’ Intervent. Barra minn hekk, f’dak il-perjodu, diversi trattati reġjonali ġew konklużi. Fost dawn il-ftehim hemm il-Konvenzjoni dwar il-Protezzjoni tal-Ambjent tal-Baħar taż-Żona tal-Baħar Baltiku, li ġiet konkluża f’Ħelsinki fl-1992 (iktar ’il quddiem il-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0033" REF.END="QE0033"/>Konvenzjoni ta’ Helsinki<QUOT.END REF.START="QS0033" CODE="201D" ID="QE0033"/>), li daħlet fis-seħħ fis-<DATE ISO="20000117">17 ta’ Jannar 2000</DATE>.</P></NOTE>. Pereżempju, il-Konvenzjoni ta’ Intervent ġiet konkluża fl-1969 fl-isfond tad-diżastru devastanti tat-Torrey Canyon. Tat lill-partijiet kontraenti tal-konvenzjoni s-setgħa li jintervjenu f’ibħra miftuħa f’każijiet fejn ikun hemm theddida għall-baħar jew għall-kosta minn tniġġis miż-żejt b’riżultatt ta’ diżgrazzji marittimi. Dan il-prinċipju ta’ dritt ta’ intervent kien affermat mill-ġdid fl-Artikolu 221 tal-UNCLOS<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0019"><P>Ara d-Diviżjoni għall-Affarijiet tal-Oċeani u l-Liġi tal-Baħar, l-Uffiċċju tal-Affarijiet Legali tan-NU, The Law of the Sea, Enforcement by Coastal States, Legislative History of Article 220 of the United Nations Convention on the Law of the Sea (Il-Liġi tal-Baħar, Infurzar mill-Istati kostali, l-Istorja Leġiżlattiva tal-Artikolu 220 tal-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti dwar il-Liġi tal-Baħar), pubblikazzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti, New York, 2005, p. 4, punt 17.</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0058"><NO.P>58.</NO.P><TXT>Fil-fatt, jidher li huwa ġeneralment aċċettat li l-ġurisdizzjoni tal-Istat tal-bandiera hija insuffiċjenti waħedha biex jiġi miġġieled it-tniġġis ikkawżat minn vapuri<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0020"><P>Ara, f’dan is-sens, il-premessa 2 tad-Direttiva 2005/35, li tiddikjara b’mod speċifiku li regoli internazzjonali li jirregolaw it-tniġġis ikkawżat minn vapuri stabbiliti f’Marpol 73/78 qegħdin jiġu injorati ta’ kuljum min-numru kbir ħafna ta’ vapuri li jbaħħru fl-ibħra Komunitarji.</P></NOTE>. Fid-dawl ta’ dan, is-setgħat mogħtija lill-Istati kostali fl-Artikolu 220 tal-UNCLOS — li b’ċertu mod jiżdiedu mas-setgħat mogħtija mill-Konvenzjoni ta’ Intevent u mill-Artikolu 221 tal-UNCLOS lill-Istati kostali fis-sens li jippermetti li l-Istati kostali jibdew proċeduri wkoll f’każijiet fejn ma tkunx seħħet diżgrazzja marittima — jistgħu, fil-fehma tiegħi, jitqiesu bħala li jirrifletti x-xewqa tal-komunità internazzjonali biex joħloq għodda għall-ġlieda kontra t-tniġġis ikkawżat minn vapuri b’mod iktar effiċjenti u biex jipproteġu l-ambjent tal-baħar bħala ġid komuni. F’dan ir-rigward, nosserva li l-Konvenzjoni ta’ Intervent mhux biss influwenzat l-abbozzar tal-Artikolu 221 tal-UNCLOS, iżda wkoll dak tal-Artikolu 220 ukoll<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0021"><P>Ara d-Diviżjoni għall-Affarijiet tal-Oċeani u l-Liġi tal-Baħar, l-Uffiċċju tal-Affarijiet Legali tan-NU, The Law of the Sea, Enforcement by Coastal States, Legislative History of Article 220 of the United Nations Convention on the Law of the Sea Il-Liġi tal-Baħar, Infurzar mill-Istati kostali, l-Istorja Leġiżlattiva tal-Artikolu 220 tal-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti dwar il-Liġi tal-Baħar), pubblikazzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti, New York, 2005, p. 4, punt 17. Ara wkoll f’dan is-sens, Churchill, R.R., u Lowe, A.V, The law of the sea (Il-Liġi tal-Baħar), 3 edizzjoni, Juris Publishing, Manchester University Press, 1999, p. 354.</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="13"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0059"><NO.P>59.</NO.P><TXT>F’dan l-istadju, punt li għandu jiġi enfasizzat huwa li l-Artikolu 220(3) sa (6) tal-UNCLOS jagħti biss ġurisdizzjoni ta’ infurzar lill-Istat kostali f’numru ta’ ċirkustanzi ddefiniti b’mod ċar, li hija addizzjonali għall-ġurisdizzjoni tal-Istat tal-bandiera. Jagħti ġurisdizzjoni (limitata) lil Stati kostali għall-protezzjoni tal-ambjent tal-baħar f’każ ta’ ksur ta’ regoli u standards internazzjonali applikabbli dwar it-tniġġis ikkawżat minn vapuri. Id-dispożizzjonijiet sostantivi ta’ Marpol 73/78 dwar il-prevenzjoni ta’ tniġġis biż-żejt jikkostitwixxu sett ta’ regoli bħal dawn. Fil-fatt, ma għandux jintesa li l-UNCLOS hija konvenzjoni qafas li ġiet ikkumplementata minn ftehim internazzjonali ieħor, bħalma hija l-Marpol 73/78<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0022"><P>Churchill, R.R., u Lowe, A.V, <HT TYPE="ITALIC">op. cit</HT>., p. 369.</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0060"><NO.P>60.</NO.P><TXT>Għall-kuntrarju, l-Artikolu 220(3) sa (6) tal-UNCLOS ma jimponix, pereżempju, standards iktar iebsa dwar it-tniġġis minn dawk li kieku kienu jkunu applikabbli. Lanqas ma jagħtu ġurisdizzjoni lil Stati kostali biex jintervjenu fil-konfront ta’ vapuri barranin li jmur lil hinn mis-setgħat tal-Istat tal-bandiera. Fil-fatt, kif jirriżulta mill-Artikolu 228(1) tal-UNCLOS, l-Istat tal-bandiera jista’ jmexxi l-proċedimenti fi żmien sitt xhur minn meta jiġi informat mill-Istat kostali bil-miżuri meħuda fil-konfront ta’ vapur li jtajjar il-bandiera tiegħu<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0023"><P>Waqt is-seduta ġie ċċarat li, fil-każ preżenti, l-awtoritajiet tal-Istat tal-bandiera (il-Panama) ġew infurmati bil-miżuri meħuda mill-awtoritajiet Finlandiżi kontra Bosphorus Queen f’konformità mad-dispożizzjonijiet relevanti tal-UNCLOS. Minbarra l-Artikolu 228 tal-UNCLOS, huwa importanti li wieħed jinnota li anki b’mod iktar ġenerali, ir-regoli li jinsabu fis-Sezzjoni 7 tal-Parti XII tal-UNCLOS dwar is-salvagwardji jiżguraw li d-drittijiet tal-Istat tal-bandiera jkunu kkunsidrati b’mod xieraq meta l-Istat kostali jeżerċita ġurisdizzjoni.</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0061"><NO.P>61.</NO.P><TXT>Bl-istess mod bħall-Istati l-oħra kollha, l-Istati tal-bandiera għandhom ukoll, bis-saħħa tal-Artikolu 192 tal-UNCLOS, jipproteġu u jippreservaw l-ambjent tal-baħar. Huma għandhom jiżguraw ukoll infurzar effettiv tar-regoli internazzjonali u l-istandards dwar it-tniġġis ikkawżat minn vapuri abbażi tal-Artikolu 217 tal-UNCLOS. F’konformità mal-prinċipju ta’ viċinanza, l-Artikolu 220(3) sa (6) tal-UNCLOS madankollu jagħti ġurisdizzjoni wkoll lill-Istat li għandu l-ikbar interess li jagħmel dan, jiġifieri l-Istat kostali. Fil-prattika, l-Istat kostali huwa probabbilment l-Istat fl-aħjar pożizzjoni biex jidentifika ksur tar-regoli internazzjonali dwar it-tniġġis ikkawżat mill-vapuri u li jieħu, jekk il-każ ikun jeħtieġ, miżuri ta’ infurzar kontra l-vapur inkwistjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0062"><NO.P>62.</NO.P><TXT>F’dan id-dawl, ir-regoli ta’ ġurisdizzjoni stabbiliti fl-Artikolu 220(3) sa (6) tal-UNCLOS fir-rigward tal-ġurisdizzjoni tal-Istat kostali fiż-ŻEE tiegħu huma mfassla biex jiżguraw li r-regoli tal-imsemmija konvenzjoni li għandhom x’jaqsmu mal-protezzjoni u l-konservazzjoni tal-ambjent tal-baħar ikunu jistgħu jiġu infurzati b’mod effettiv.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0063"><NO.P>63.</NO.P><TXT>Fil-qosor, il-ġurisdizzjoni tal-Istat tal-bandiera tibqa’ r-regola ewlenija taħt l-UNCLOS. Madankollu, billi tikkonferixxi ġurisdizzjoni parallela lill-Istat kostali fiż-ŻEE f’każ ta’ ksur ta’ regoli internazzjonali rilevanti, l-UNCLOS tirrifletti l-ħtieġa rikonoxxuta biex effettivament tipproteġi l-interessi tal-Istat kostali u tipproteġi u tippreserva - fi żmien meta l-isfruttament tal-baħar qed jiżdied - l-ambjent tal-baħar bħala ġid komuni tal-umanità<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0024"><P>Fl-Artikolu 136 tal-UNCLOS, qiegħ il-baħar huwa speċifikament iddefinit bħala <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0034" REF.END="QE0034"/>il-wirt komuni ta’ l-umanità<QUOT.END REF.START="QS0034" CODE="201D" ID="QE0034"/>.</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0064"><NO.P>64.</NO.P><TXT>Dawn il-kunsiderazzjonijiet għandhom jiġu kkunsidrati fl-evalwazzjoni tad-domandi mressqa lill-Qorti tal-Ġustizzja f’dan il-każ.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">B.</HT></HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Domandi 1 sa 4: l-interessi koperti mill-Artikolu 220(6) tal-UNCLOS</HT></HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0065"><NO.P>65.</NO.P><TXT>Bħala punt preliminari, nosserva li l-Qorti tal-Ġustizzja ma għandhiex ġurisdizzjoni sabiex tirrispondi t-tieni domanda preliminari peress li hija speċifikament intiża sabiex tikseb interpretazzjoni tal-Konvenzjoni ta’ Intervent. Kif ġie spjegat hawn fuq, il-Qorti tal-Ġustizzja ma tistax tirrispondi għal din id-domanda minħabba nuqqas ta’ ġurisdizzjoni<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0025"><P>Ara l-punt 45 hawn fuq.</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="14"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0066"><NO.P>66.</NO.P><TXT>Madankollu, moqrija fil-kuntest tagħhom, nifhem li din id-domanda, flimkien mal-ewwel, it-tielet u r-raba’ domanda essenzjalment tistaqsi dwar kif l-interessi li jaqgħu taħt l-Artikolu 220(6) tal-UNCLOS - u mtennija mill-Artikolu 7(2) tad-Direttiva 2005/35 - għandhom jiġu interpretati. Wieħed ma għandux jinsa li, flimkien ma’ elementi oħra msemmija fl-Artikolu 220(6) tal-UNCLOS, l-istat kostali għandu ġurisdizzjoni sabiex jibda proċedimenti biss sa fejn huwa intiż li l-interessi li qed jipproteġi, billi jasserixxi l-ġurisdizzjoni, jikkoinċidu ma’ dawk imsemmija f’dik id-dispożizzjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0067"><NO.P>67.</NO.P><TXT>Biex tkun taf jekk dan huwiex il-każ fil-kawża pendenti quddiemha, il-qorti tar-rinviju tistaqsi lill-Qorti tal-Ġustizzja sabiex tikkjarifika t-tifsira tal-kunċetti ta’ <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0035" REF.END="QE0035"/>kosta jew l-interessi relatati<QUOT.END REF.START="QS0035" CODE="201D" ID="QE0035"/> u <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0036" REF.END="QE0036"/>xi riżorsi tal-baħar territorjali jew taż-[ŻEE]<QUOT.END REF.START="QS0036" CODE="201D" ID="QE0036"/>. Tabilħaqq, wieħed jista’ jifhem mid-digriet tar-rinviju li l-qorti tar-rinviju tistaqsi jekk l-interessi identifikati fl-opinjoni tal-espert maħruġa mill-Aġenzija humiex koperti b’dawn il-kunċetti<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0026"><P>Ara l-punt 29 hawn fuq.</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0068"><NO.P>68.</NO.P><TXT>Kif spjegajt iktar ’il fuq, l-Artikolu 220(6) ta’ din il-konvenzjoni huwa mfassal biex jiżgura protezzjoni effettiva u l-konservazzjoni tal-ambjent tal-baħar. Huwa fid-dawl ta’ dan il-għan li l-interessi msemmija f’din id-dispożizzjoni għandhom jiġi interpretati.</TXT></NP.ECR><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="ITALIC">1.</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="ITALIC">Il-kunċett ta’ <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0037" REF.END="QE0037"/>kosta jew l-interessi relatati<QUOT.END REF.START="QS0037" CODE="201D" ID="QE0037"/></HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0069"><NO.P>69.</NO.P><TXT>Fl-ewwel lok, dak li jikkonċerna l-kunċett ta’ <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0038" REF.END="QE0038"/>kosta jew l-interessi relatati ta’ l-Istat kostali<QUOT.END REF.START="QS0038" CODE="201D" ID="QE0038"/>, il-fatt li l-Qorti tal-Ġustizzja ma għandhiex ġurisdizzjoni sabiex tinterpreta d-dispożizzjonijiet tal-Konvenzjoni ta’ Intervent ma jistax ifisser li d-dispożizzjonijiet ta’ din il-konvenzjoni għandhom jiġu injorati għalkollox - jew li l-istess interpretazzjoni ma tistax tintlaħaq kif inhi f’din il-konvenzjoni - f’dak li jikkonċerna l-interpretazzjoni tal-Artikolu 220(6) tal-UNCLOS. Fl-istess ħin, huwa ċar li ma hemm ebda obbligu dirett li d-definizzjoni ta’ <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0039" REF.END="QE0039"/>interessi relatati<QUOT.END REF.START="QS0039" CODE="201D" ID="QE0039"/> fl-Artikolu II(4) tal-Konvenzjoni ta’ Intervent tiġi trasposta fl-Artikolu 220(6) tal-UNCLOS.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0070"><NO.P>70.</NO.P><TXT>B’mod iktar preċiż, jidher ċar mill-istorja leġiżlattiva tal-Artikolu 220(6) tal-UNCLOS li l-partijiet kontraenti ħadu ispirazzjoni mill-Konvenzjoni ta’ Intervent meta stabilixxew li l-Istati kostali għandhom ikollhom ġurisdizzjoni wkoll sabiex jieħdu miżuri kontra vapuri barranin li jkunu wettqu ksur fiż-ŻEE<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0027"><P>Ara l-punt 58 hawn fuq.</P></NOTE>. Tabilħaqq, ma hemm l-ebda indikazzjoni li d-definizzjonijiet adottati fil-Konvenzjoni ta’ Intervent ukoll kienu intiżi jiġu trasposti fil-UNCLOS li ma tinkludi ebda definizzjoni tal-kunċett ta’ <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0040" REF.END="QE0040"/>kosta jew l-interessi relatati<QUOT.END REF.START="QS0040" CODE="201D" ID="QE0040"/>, jew, saħansitra ta’ <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0041" REF.END="QE0041"/>xi riżorsi tal-baħar territorjali jew taż-ŻEE<QUOT.END REF.START="QS0041" CODE="201D" ID="QE0041"/>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0071"><NO.P>71.</NO.P><TXT>Madankollu, kif muri hawn fuq, mingħajr dubju l-Konvenzjoni ta’ Intervent tikkostitwixxi parti mill-kuntest leġiżlattiv usa’ li fih jopera l-Artikolu 220(6) tal-UNCLOS. Filwaqt li wieħed iżomm f’moħħu li r-regoli li jinsabu fl-UNCLOS jidhru li huma maħsuba biex jissupplimentaw u jwessgħu dawk li jinsabu fil-Konvenzjoni ta’ Intervent dwar il-ġurisdizzjoni tal-Istat kostali biex jintervjeni f’każ ta’ inċident marittimu, it-tifsira mogħtija lill-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0042" REF.END="QE0042"/>interessi relatati<QUOT.END REF.START="QS0042" CODE="201D" ID="QE0042"/> fil-Konvenzjoni ta’ Intervent tikkostitwixxi punt ta’ riferiment utli għad-definizzjoni tal-interessi li jaqgħu taħt l-Artikolu 220(6) tal-UNCLOS.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0072"><NO.P>72.</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, nosserva li d-definizzjoni ta’ <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0043" REF.END="QE0043"/>interessi relatati<QUOT.END REF.START="QS0043" CODE="201D" ID="QE0043"/> adottata mill-Konvenzjoni ta’ Intervent huwa wieħed wiesa’. Skont l-Artikolu II(4) tal-Konvenzjoni ta’ Intervent, <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0044" REF.END="QE0044"/>interessi relatati<QUOT.END REF.START="QS0044" CODE="201D" ID="QE0044"/> jinkludu l-interessi ta’ Stat kostali affettwat direttament jew mhedded minn inċident marittimu, bħal attivitajiet marittimi kostali, tal-port jew tal-estwarji, inkluż l-attivitajiet tas-sajd, li jikkostitwixxu mezz essenzjali ta’ għajxien għall-persuni kkonċernati, l-attrazzjonijiet turistiċi fiż-żona kkonċernata u s-saħħa tal-popolazzjoni kostali u l-benesseri taż-żona kkonċernata, inkluż il-konservazzjoni tar-riżorsi ħajjin tal-baħar, tal-fawna u tal-flora.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="15"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0073"><NO.P>73.</NO.P><TXT>Ma jirnexxilix nidentifika raġunijiet li jaqblu mal-fehma li għandha tingħata xi interpretazzjoni differenti fil-kuntest tal-UNCLOS. Fil-fatt, ma għandux jintesa li l-Artikolu 220(6) tal-UNCOS ifittex li jiżgura protezzjoni adegwata għall-<HT TYPE="ITALIC">ambjent</HT> tal-baħar. Biex tagħmel dan, din id-dispożizzjoni tagħti ġurisdizzjoni lill-Istati kostali biex jintervjenu fiż-ŻEE. B’mod ċar, il-possibbiltà ta’ interventi jiġu mxekkla ħafna jekk l-interessi msemmija jingħataw interpretazzjoni stretta.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0074"><NO.P>74.</NO.P><TXT>Ma hemm sempliċement ebda indikazzjoni li xi wħud mill-aspetti ambjentali biss għandhom x’jaqsmu jew li huma biss l-interessi ta’ Stat kostali fl-ibħra territorjali li għandhom ikunu koperti. Għal dawn ir-raġunijiet, jiena tal-fehma li <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0045" REF.END="QE0045"/>kosta jew l-interessi relatati<QUOT.END REF.START="QS0045" CODE="201D" ID="QE0045"/> għandha tiġi interpretata li tinkludi l-interessi kollha tal-Istat kostali fil-baħar territorjali u fiż-ŻEE relatati mal-isfruttament tal-baħar u ambjent b’saħħtu.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="ITALIC">2.</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="ITALIC">Il-kunċett ta’ <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0046" REF.END="QE0046"/>xi riżorsi tal-baħar territorjali jew taż-[ŻEE]<QUOT.END REF.START="QS0046" CODE="201D" ID="QE0046"/></HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0075"><NO.P>75.</NO.P><TXT>Fit-tieni lok, fir-rigward tal-kunċett ta’ <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0047" REF.END="QE0047"/>xi riżorsi tal-baħar territorjali jew taż-[ŻEE]<QUOT.END REF.START="QS0047" CODE="201D" ID="QE0047"/>, nosserva li, jekk xejn, il-fatt li l-Artikolu 220(6) tal-UNCLOS jagħmel ukoll riferiment speċifiku għal <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0048" REF.END="QE0048"/>xi riżorsi tal-baħar territorjali jew taż-[ŻEE]<QUOT.END REF.START="QS0048" CODE="201D" ID="QE0048"/> jidher li jirrifletti x-xewqa li jiġu inklużi, fil-kamp ta’ applikazzjoni tal-Artikolu 220(6) tal-UNCLOS, l-aspetti kollha tal-ambjent tal-baħar li jistgħu jiġu affettwati minn tniġġis ikkawżat minn vapuri.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0076"><NO.P>76.</NO.P><TXT>Rigward il-kwistjoni speċifika mqajma mill-qorti tar-rinviju, dawn ir-raġunijiet iwassluni sabiex nikkunsidra li l-interessi koperti mill-kunċett ta’ <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0049" REF.END="QE0049"/>xi riżorsi tal-baħar territorjali jew taż-[ŻEE]<QUOT.END REF.START="QS0049" CODE="201D" ID="QE0049"/> għandhom jinkludu speċi ta’ flora u fawna li jintużaw għan-nutrizzjoni minn speċi li jistgħu jiġu sfruttati.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0077"><NO.P>77.</NO.P><TXT>L-ewwel, l-użu tal-kelma <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0050" REF.END="QE0050"/>xi<QUOT.END REF.START="QS0050" CODE="201D" ID="QE0050"/> biex jiġu deskritti r-riżorsi inkwistjoni jissuġġerixxi li interpretazzjoni wiesgħa, b’mod konformi mat-tifsira ordinarja ta’ dan it-terminu, għandha tiġi adottata; jiġifieri, għandu jinftiehem bħala li jirreferi għar-riżorsi ħajjin u mhux ħajjin kollha, irrispettivament minn jekk dawn ir-riżorsi jiġux sfruttati direttament jew le.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0078"><NO.P>78.</NO.P><TXT>It-tieni, interpretazzjoni ta’ <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0051" REF.END="QE0051"/>xi riżorsi<QUOT.END REF.START="QS0051" CODE="201D" ID="QE0051"/> li tipprovdi li speċi ta’ flora u fawna, li jintużaw għan-nutrizzjoni minn speċi li jistgħu jiġu sfruttati għandhom ikunu koperti mill-kunċett ta’ <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0052" REF.END="QE0052"/>xi riżorsi tal-baħar territorjali jew taż-[ŻEE]<QUOT.END REF.START="QS0052" CODE="201D" ID="QE0052"/> hija konformi ma’ approċċ ibbażat fuq l-ekosistema adottat fil-kuntest tal-politika tal-ambjentali tal-baħar u l-politika komuni tas-sajd fl-Unjoni Ewropea<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0028"><P>Ara l-premessa 44 tad-Direttiva 2008/56/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas‑<DATE ISO="20080617">17 ta’ Ġunju 2008</DATE> li tistabbilixxi Qafas għal Azzjoni Komunitarja fil-qasam tal-Politika ta’ l-Ambjent Marin (Direttiva Kwadru [Qafas] dwar l-Istrateġija Marina) (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="164" PAGE.FIRST="19" DATE.PUB="2008">ĠU 2008, L 164, p. 19</REF.DOC.OJ>), kif ukoll il-premessi 13 u 22 tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-<DATE ISO="20131211">11 ta’ Diċembru 2013</DATE> dwar il-Politika Komuni tas-Sajd, li jemenda r-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 1954/2003 u (KE) Nru 1224/2009 u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 2371/2002 u (KE) Nru 639/2004 u d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2004/585/KE (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="354" PAGE.FIRST="22" DATE.PUB="2013">ĠU 2013 L 354, p. 22</REF.DOC.OJ>).</P></NOTE>. Dan l-approċċ jirrikonoxxi l-interazzjonijiet f’ekosistema, inklużi dawk bejn l-ispeċi, iktar milli jqis l-ispeċi f’iżolament minn ekosistema usa’<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0029"><P>Ara wkoll il-konklużjonijiet tiegħi fil-kawża <REF.DOC.ECR><NAME.CASE>Deutscher Naturschutzring, Dachverband der deutschen Natur- und Umweltschutzverbände e.V.</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑683/16</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2018:38">EU:C:2018:38</NO.ECLI>, punti <REF.NP.ECR REF="NP0018">18</REF.NP.ECR> sa <REF.NP.ECR REF="NP0031">31</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</P></NOTE>. Dawn il-konnessjonijiet huma wkoll rikonoxxuti b’mod ċar fl-UNCLOS, u b’mod partikolari fl‑Artikolu 61(4) tagħha<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0030"><P>Skont l-Artikolu 61(4) tal-UNCLOS, waqt li jieħu miżuri ta’ konservazzjoni u ġestjoni fir-rigward ta’ riżorsi ħajjin, l-Istat kostali għandu jqis l-effetti fuq l-ispeċje asoċċjati ma’ jew dipendenti fuq l-ispeċje maqbuda bil-għan taż-żamma jew tar-restawr tal-popolazzjonijiet ta’ dawk l-ispeċi assoċjati jew dipendenti ’l fuq mil-livelli li fihom ir-riproduzzjoni tagħhom tista’ ssir mhedda serjament.</P></NOTE>, li għalih il-qorti tar-rinviju tirreferi wkoll.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0079"><NO.P>79.</NO.P><TXT>It-tielet, u b’mod iktar fundamentali, ma għandux jintesa li l-Artikolu 220 tal-UNCLOS huwa mfassal biex jiżgura protezzjoni <HT TYPE="ITALIC">effettiva</HT> u l-konservazzjoni tal-ambjent tal-baħar fl-intier tagħhom. Fi kliem sempliċi, ikun kuntrarju għal dan l-għan li jiġi limitat il-kamp ta’ applikazzjoni ta’ din id-dispożizzjoni għal riżorsi li ma humiex suġġetti għal esplojtazzjoni diretta mill-Istat kostali.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="16"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0080"><NO.P>80.</NO.P><TXT>Għaldaqstant, jiena nipproponi li r-risposta għall-ewwel, it-tieni, it-tielet u r-raba’ domanda għandha tkun li l-Artikolu 220(6) tal-UNCLOS u l-Artikolu 7(2) tad-Direttiva 2005/35, għandhom jiġu interpretati fis-sens li, minn naħa, il-kunċett ta’ <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0053" REF.END="QE0053"/>kosta jew l-interessi relatati<QUOT.END REF.START="QS0053" CODE="201D" ID="QE0053"/> jinkludi l-interessi kollha tal-Istat kostali fil-baħar territorjali u fiż-ŻEE relatati mal-isfruttament tal-baħar u ma’ ambjent b’saħħtu u li, min-naħa l-oħra, il-kunċett ta’ <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0054" REF.END="QE0054"/>xi riżorsi tal-baħar territorjali jew taż-[ŻEE]<QUOT.END REF.START="QS0054" CODE="201D" ID="QE0054"/> jinkludi kemm riżorsi ħajjin — bħal speċi ta’ flora u fawna li jintużaw għan-nutrizzjoni minn speċi li jistgħu jiġu sfruttati — u riżorsi mhux ħajjin.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">C.</HT></HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Id-domandi 5 sa 7 u 9 u 10: l-evidenza meħtieġa taħt l-Artikolu 220(6) tal-UNCLOS sabiex l-adozzjoni ta’ miżuri ta’ infurzar minn Stat kostali tkun iġġustifikata</HT></HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0081"><NO.P>81.</NO.P><TXT>Permezz tal-ħames, is-sitt, is-seba’, id-disa’ u l-għaxar domanda, il-qorti tar-rinviju essenzjalment qed titlob gwida dwar l-evidenza meħtieġa sabiex l-Istat kostali jibda proċedimenti kontra vapur barrani li jbaħħar fiż-ŻEE tiegħu skont l-Artikolu 220(6) tal-UNCLOS u l-Artikolu 7(2) tad-Direttiva 2005/35.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0082"><NO.P>82.</NO.P><TXT>Biex nipprovdi gwida dwar din il-kwistjoni, ser nipproċedi f’żewġ stadji. L-ewwel, ser tiġi eżaminata l-interrelazzjoni bejn l-Artikolu 220(3), (5) u (6) tal-UNCLOS. It-tieni, għandhom jiġu trattati l-element ta’ <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0055" REF.END="QE0055"/>theddid ta’ danni maġġuri<QUOT.END REF.START="QS0055" CODE="201D" ID="QE0055"/> imsemmi fl-Artikolu 220(6) tal-UNCLOS.</TXT></NP.ECR><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="ITALIC">1.</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="ITALIC">L-interrelazzjoni bejn l-Artikolu 220(3), (5) u (6) tal-UNCLOS: tliet regoli distinti ta’ ġurisdizzjoni</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0083"><NO.P>83.</NO.P><TXT>Biex tinftiehem aħjar il-loġika interna tal-Artikolu 220 tal-UNCLOS, u kif jaħdem l-Artikolu 220(6) tal-UNCLOS, huwa utli li qabelxejn tiġi eżaminata l-interrelazzjoni bejn l-Artikolu 220(3), (5) u (6) tal-UNCLOS, li minnhom l-aħħar żewġ paragrafi rċevew attenzjoni ddettaljata waqt is-seduta.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0084"><NO.P>84.</NO.P><TXT>Bħala punt preliminari, huwa ġeneralment aċċettat li l-Artikolu 220 tal-UNCLOS huwa bbażat fuq approċċ progressiv.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0085"><NO.P>85.</NO.P><TXT>Ta’ rilevanza fil-kuntest ta’ din il-kawża huma r-regoli ta’ ġurisdizzjoni stabbiliti fl-Artikolu 220(3), (5) u (6) tal-UNCLOS li jagħtu ġurisdizzjoni lill-Istat kostali fuq vapuri barranin li jbaħħru fiż-ŻEE tiegħu. Fil-fatt, kif ser jidher f’dan li ġej, kull waħda minn dawn id-dispożizzjonijiet tinkludi regola <HT TYPE="ITALIC">separata</HT> ta’ ġurisdizzjoni favur Stat kostali. Dawn ir-regoli japplikaw f’ċirkustanzi differenti u huma differenti minn xulxin b’mod sinjifikattiv fir-rigward tal-miżuri li l-Istat kostali jista’ jadotta abbażi ta’ kull waħda minnhom. Għaldaqstant, l-elementi rilevanti ta’ kull regola ta’ ġurisdizzjoni għandhom jiġu evalwati b’mod indipendenti fid-dawl taċ-ċirkustanzi ta’ dan il-każ.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0086"><NO.P>86.</NO.P><TXT>L-approċċ progressiv jirriżulta mil-livell ta’ intervent li kull waħda minn dawn id-dispożizzjonijiet tippermetti. L-ewwel, l-Artikolu 220(3) tal-UNCLOS jagħti d-dritt lill-Istat kostali li jitlob informazzjoni minn vapur barrani sabiex jistabbilixxi ksur tar-regoli u l-istandards internazzjonali relatati mat-tniġġis ikkawżat minn vapuri. It-tieni, l-Artikolu 220(5) tal-UNCLOS jagħti d-dritt lill-Istat kostali li jipproċedi għal spezzjoni ta’ vapur barrani. It-tielet, l-Artikolu 220(6) tal-UNCLOS jagħti d-dritt lill-Istat kostali jibda proċedimenti kontra vapur barrani.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0087"><NO.P>87.</NO.P><TXT>Ir-regoli ta’ ġurisdizzjoni previsti fl-Artikolu 220(3) u (5) huma marbuta ma’ xulxin b’mod ċar. Minn naħa waħda, iż-żewġ dispożizzjonijiet jikkonċernaw ċirkustanzi fejn l-Istat kostali jissuspetta (jiġifieri, ikun hemm bażi ċara sabiex jitwemmen) li vapur barrani kiser ir-regoli u l-istandards internazzjonali dwar it-tniġġis ikkawżat minn vapuri. Il-miżuri msemmija f’dawn id-dispożizzjonijiet għandhom l-għan li jistabbilixxu li l-bastiment huwa s-sors ta’ ksur inkwistjoni. Min-naħa l-oħra, skont<?PAGE NO="17"?> l-Artikolu 220(5) tal-UNCLOS, l-Istat kostali jista’ jipproċedi għal spezzjoni ta’ bastiment barrani - li jkun irrifjuta li jikkoopera mal-awtoritajiet tal-Istat kostali fir-rigward tat-talbiet għal informazzjoni skont l-Artikolu 220(3) - fejn il-ksur taħt investigazzjoni jirriżulta f’tixrid <HT TYPE="ITALIC">sostanzjali</HT> li jikkawża jew li jhedded li jikkawża <HT TYPE="ITALIC">tniġġis sostanzjali tal-ambjent tal-baħar</HT>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0088"><NO.P>88.</NO.P><TXT>Fi kliem ieħor, rifjut ta’ kooperazzjoni ma jfissirx awtomatikament li l-Istat kostali jista’ jipproċedi għal spezzjoni taħt l-Artikolu 220(5) tal-UNCLOS. Għall-kuntrarju, spezzjoni hija possibbli biss taħt kundizzjonijiet stretti fejn il-volum ta’ tixrid u t-tniġġis li jirriżulta minn dan it-tixrid huma ta’ importanza sinjifikanti.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0089"><NO.P>89.</NO.P><TXT>Kuntrarjament għall-Artikolu 220(3) u (5), l-Artikolu 220(6) tal-UNCLOS jirrigwarda sitwazzjoni fejn l-Istat kostali għandu <HT TYPE="ITALIC">evidenza ċara u oġġettiva</HT> ta’ ksur<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0031"><P>F’dan ir-rigward, il-verżjoni uffiċjali tal-Ingliż u tal-Franċiż tal-Artikolu 220(6) tal-UNCLOS huma differenti. Filwaqt li t-test tal-Ingliż jirreferi għal <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0056" REF.END="QE0056"/>clear objective evidence<QUOT.END REF.START="QS0056" CODE="201D" ID="QE0056"/>, it-test Franċiż jirreferi sempliċement għal <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0057" REF.END="QE0057"/>clear evidence<QUOT.END REF.START="QS0057" CODE="201D" ID="QE0057"/> (preuve manifeste).</P></NOTE>. Barra minn hekk, sabiex l-Istat kostali jkollu d-dritt jibda proċeduri ta’ ksur, jeħtieġ li jirriżulta li t-tixrid qed jikkawża ħsara maġġuri jew theddid ta’ danni maġġuri għall-interessi protetti minn din id-dispożizzjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0090"><NO.P>90.</NO.P><TXT>Huwa importanti li jiġi enfasizzat li f’kuntrast mal-Artikolu 220(3) u (5) tal-UNCLOS, ma hemm ebda indikazzjoni li l-applikazzjoni tal-Artikolu 220(6) tal-UNCLOS tiddependi fuq l-applikazzjoni minn qabel tal-Artikolu 220(5) tal-UNCLOS. Dawn id-dispożizzjonijiet sempliċement jirregolaw ċirkustanzi distinti.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0091"><NO.P>91.</NO.P><TXT>Ċertament, huwa perfettament konċepibbli li spezzjoni fis-sens tal-Artikolu 220(5) tal-UNCLOS tista’ tipprovdi evidenza ċara u oġġettiva tal-ksur li hija meħtieġa għall-applikazzjoni tal-Artikolu 220(6) tal-UNCLOS. Madankollu, dan ma huwiex neċessarjament il-każ. Fil-fatt, l-istat kostali jista’ jkollu għad-dispożizzjoni tiegħu, pereżempju, evidenza fotografika (mill-ajru) li turi li l-vapur barrani inkwistjoni jkun wettaq ksur tar-regoli u l-istandards internazzjonali applikabbli dwar it-tniġġis ikkawżat minn vapuri. Din il-kawża hija eżempju ċar f’dan ir-rigward: waqt is-seduta ġie ppreċiżat li l-Awtorità kellha għad-dispożizzjoni tagħha filmati mill-ajru li jikkonfermaw li l-Bosphorus Queen kien is-sors tat-tixrid inkwistjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0092"><NO.P>92.</NO.P><TXT>Madankollu, kif imsemmi iktar ’il fuq, evidenza ċara u oġġettiva ta’ ksur minn vapur barrani speċifiku ma hijiex fiha nnifisha biżżejjed biex tiġġustifika l-bidu ta’ proċeduri kontra dak il-vapur skont l-Artikolu 220(6) tal-UNCLOS. Dan il-ksur għandu jkun irriżulta f’tixrid li jikkawża ħsara maġġuri jew theddid ta’ danni maġġuri.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0093"><NO.P>93.</NO.P><TXT>Kif nifhimha jiena, il-qorti tar-rinviju għandha dubju dwar jekk, fiċ-ċirkustanzi ta’ dan il-każ, <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0058" REF.END="QE0058"/>theddida ta’ danni maġġuri<QUOT.END REF.START="QS0058" CODE="201D" ID="QE0058"/> teżistix fis-sens tal-Artikolu 220(6) tal-UNCLOS. B’mod partikolari, hija inċerta liema tip ta’ evidenza ta’ dik it-theddida għandu jkollu l-Istat kostali sabiex jasserixxi l-ġurisdizzjoni tiegħu taħt l-Artikolu 220(6) tal-UNCLOS (u l-Artikolu 7(2) tad-Direttiva 2005/35).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0094"><NO.P>94.</NO.P><TXT>Mingħajr iktar dewmien, ngħaddi sabiex nikkunsidra kif dan l-element għandu jiġi interpretat fiċ-ċirkustanzi speċifiċi ta’ dan il-każ.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="ITALIC">2.</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="ITALIC">Theddida ta’ danni maġġuri msemmija fl-Artikolu 220(6) tal-UNCLOS: evalwazzjoni konkreta fuq il-bażi ta’ Marpol 73/78</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0095"><NO.P>95.</NO.P><TXT>Mill-bidu nett, huwa utli li jitfakkar li l-Artikolu 220(6) tal-UNCLOS jistabbilixxi r-regoli ta’ ġurisdizzjoni li jippermettu Stat kostali <HT TYPE="ITALIC">jibda</HT> proċedimenti kontra vapuri barranin li jbaħħru fiż-ŻEE tiegħu. F’konformità mal-approċċ progressiv tal-Artikolu 220, il-paragrafu 6 ta’ dik id-dispożizzjoni jagħti lill-Istat kostali setgħat estensivi f’dak li għandu x’jaqsam ma’ vapuri barranin.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="18"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0096"><NO.P>96.</NO.P><TXT>Madankollu, huwa importanti li jiġi enfasizzat li l-evidenza meħtieġa sabiex jiġu <HT TYPE="ITALIC">imposti sanzjonijiet</HT> fuq il-vapur barrani fil-proċedimenti msemmija fl-Artikolu 220(6) tal-UNCLOS - bħalma hija l-multa għat-tixrid taż-żejt imposta f’dan il-każ – ma hijiex irregolata minn din id-dispożizzjoni. L-evidenza meħtieġa għall-impożizzjoni ta’ sanzjonijiet f’dawk il-proċedimenti, u l-ammont tagħhom, jibqa’, għall-kuntrarju kwistjoni ta’ liġi nazzjonali tal-Istat kostali kkonċernat<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0032"><P>L-Artikolu 4(2) ta’ Marpol 73/78 jobbliga l-firmatarji tal-konvenzjoni jimponu sanzjonijiet skont il-liġijiet tagħhom. Fil-kuntest tal-Unjoni, l-Artikolu 8 tad-Direttiva 2005/35 jispeċifika li l-Istati Membri jistgħu jimponu sanzjonijiet li jkunu effettivi, proporzjonali u disswassivi għat-tixrid tas-sustanzi li jniġġsu.</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0097"><NO.P>97.</NO.P><TXT>F’dan il-kuntest, il-kwistjoni li tqum hija dik dwar kif il-qorti tar-rinviju għandha tevalwa jekk teżistix theddida ta’ danni maġġuri għall-għanijiet ta’ <HT TYPE="ITALIC">bidu</HT> ta’ proċedimenti skont l-Artikolu 220(6) tal-UNCLOS.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0098"><NO.P>98.</NO.P><TXT>L-ewwel nett, fid-definizzjoni ta’ <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0059" REF.END="QE0059"/>theddida ta’ danni maġġuri<QUOT.END REF.START="QS0059" CODE="201D" ID="QE0059"/> msemmija fl-Artikolu 220(6) tal-UNCLOS, it-tentazzjoni ta’ tqabbil ta’ dan il-kunċett mal-kunċett ta’ <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0060" REF.END="QE0060"/>[theddida] ta’ tniġġis sinifikanti<QUOT.END REF.START="QS0060" CODE="201D" ID="QE0060"/> fl-Artikolu 220(5) tal-UNCLOS għandha tiġi rreżistita. Kif diġà ġie indikat, iċ-ċirkustanzi li fihom Stat kostali jista’ jasserixxi ġurisdizzjoni abbażi tar-regoli ta’ ġurisdizzjoni mniżżla f’dawn id-dispożizzjonijiet huma differenti u l-elementi li jinsabu fihom għandhom jiġu evalwati b’mod indipendenti. B’mod partikolari, wieħed ma għandux jinsa li, <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0061" REF.END="QE0061"/>tniġġis<QUOT.END REF.START="QS0061" CODE="201D" ID="QE0061"/> u <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0062" REF.END="QE0062"/>danni<QUOT.END REF.START="QS0062" CODE="201D" ID="QE0062"/> huma żewġ kunċetti distinti. Skont iċ-ċirkustanzi, tniġġis sinjifikanti jista’ - jew ma jistax - jikkawża (theddida ta’) danni maġġuri għal interessi speċifiċi. Fi kliem ieħor, ir-rabta bejn it-tnejn ma hijiex awtomatika.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0099"><NO.P>99.</NO.P><TXT>It-tieni, l-Artikolu 220(6) tal-UNCLOS jeżiġi evidenza ċara u oġġettiva ta’ ksur tar-regoli u l-istandards internazzjonali dwar it-tniġġis ikkawżat minn vapuri. Kif kien spjegat fil-qosor iktar ’il fuq, Marpol 73/78 tistabbilixxi regoli internazzjonali sostantivi li jirregolaw it-tniġġis miż-żejt. Kemm l-Artikolu 220(3) tal-UNCLOS u speċifikament id-Direttiva 2005/35 jirreferu għal dik il-konvenzjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0100"><NO.P>100.</NO.P><TXT>F’konformità mar-Regolament 15 tal-Parti Ċ tal-Kapitolu 3 tal-Anness I ta’ Marpol 73/78, rigward vapuri ta’ tunnellaġġ gross ta’ 400 tunnellata jew iktar, kull tixrid ta’ żejt b’konċentrazzjoni ogħla minn 15 ppm huwa pprojbit. Fi kliem ieħor, kwalunkwe tixrid lil hinn minn din il-konċentrazzjoni tikkostitwixxi ksur ta’ Marpol 73/78 li għalih għandha tiġi imposta sanzjoni skont l-Artikolu 4(2) ta’ dik il-konvenzjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0101"><NO.P>101.</NO.P><TXT>Dan il-limitu jkun inqabeż b’mod sinjifikattiv, meta, bħal f’dan il-każ, it-tixrid taż-żejt ikun viżibbli bl-għajnejn<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0033"><P>Proposta għal Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar tniġġis ikkawżat minn vapuri u dwar l-introduzzjoni ta’ sanzjonijiet, inklużi sanzjonijiet kriminali, għal reati ta’ tniġġis, COM(2003)0092 final, Memorandum ta’ Spjegazzjoni, punt 4.2. Ara wkoll, ir-Riżoluzzjoni MEPC.61(34) adottata fid-<DATE ISO="19930709">9 ta’ Lulju 1993</DATE>, Limiti ta’ Viżibilità ta’ Tixrid taż-Żejt tal-Anness I tal-Marpol 73/78. Skont din ir-riżoluzzjoni, taħt l-ebda ċirkustanza ma jistgħu jiġu osservati tixrid ta’ taħlita ta’ żejt b’konċentrazzjoni ta’ 15 ppm, kemm viżwalment, u kemm b’apparat ta’ detezzjoni mill-bogħod. L-inqas konċentrazzjoni ta’ żejt preżenti fit-tixrid ta’ taħlita ta’ żejt meta l-ewwel traċċi kienu viżwalment osservati mill-inġenju tal-ajru kien ta’ 50 ppm, irrispettivament minn fatturi relatati, bħalma huma s-settings tal-installazzjoni, il-veloċità tal-vapur li qed ixerred, ir-riħ u l-għoli tal-mewġ.</P></NOTE>. Madankollu, kif naraha jien, jekk dan huwiex biżżejjed biex jikkawża theddida ta’ danni maġġuri, kif mitlub mill-Artikolu 220(6) tal-UNCLOS, jiddependi miċ-ċirkustanzi li fihom seħħ it-tixrid.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0102"><NO.P>102.</NO.P><TXT>Fi kliem ieħor, il-gravità tat-theddida ta’ dannu, ma għandhiex tiġi ddeterminata b’mod astratt. Inkella, hekk kif essenzjalment sostna l-Gvern Franċiż, l-Istat kostali jista’ jibda proċedimenti kontra vapur barrani li jbaħħar fiż-ŻEE tiegħu awtomatikament, f’kull każ, meta dak l-istat ikollu evidenza li bastiment ikun xerred żejt fiż-ŻEE ta’ dak l-istat bi ksur tar-regoli rilevanti ta’ Marpol 73/78. Fil-fatt, dan il-gvern jargumenta li theddida ta’ danni maġġuri tista’ tiġi preżunta sakemm ikun hemm evidenza li l-vapur inkwistjoni huwa s-sors ta’ tixrid ta’ żejt li jaqbeż (b’mod sinjifikattiv) il-limitu stabbilit fir-Regolament 15 tal-Parti C tal-Kapitolu 3 tal-Anness I ta’ Marpol 73/78.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="19"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0103"><NO.P>103.</NO.P><TXT>Mingħajr dubju, tali approċċ ikun konformi mal-għan tal-Artikolu 220 tal-UNCLOS biex jiżgura protezzjoni effettiva u l-konservazzjoni tal-ambjent tal-baħar. Madankollu, kif ġie spjegat hawn fuq, ir-regola prinċipali tal-UNCLOS tibqa’ dik tal-ġurisdizzjoni tal-Istat tal-bandiera. Fil-fatt, ma għandux jintesa li, fuq kollox, l-Istati tal-bandiera għandhom jiżguraw li r-regoli u l-istandards internazzjonali applikabbli jiġu rrispettati minn vapuri li jtajru l-bandiera tagħhom u jieħdu l-miżuri meħtieġa ta’ infurzar fil-każ ta’ vapur tagħhom li jikser dawn ir-regoli. Huwa biss f’ċirkustanzi eċċezzjonali ddefiniti b’mod ċar li l-Istat kostali għandu, f’konformità mal-prinċipju ta’ viċinanza, is-setgħa li jieħu miżuri kontra vapur barrani fiż-ŻEE. Għalhekk, sabiex ikun evitat li l-eċċezzjoni ta’ ġurisdizzjoni tal-Istat kostali ssir ir-regola prinċipali, it-theddida ta’ danni maġġuri ma għandhiex tkun sempliċement preżunta.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0104"><NO.P>104.</NO.P><TXT>Għal din ir-raġuni, jiena tal-fehma li l-element ta’ <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0063" REF.END="QE0063"/>theddida ta’ danni maġġuri<QUOT.END REF.START="QS0063" CODE="201D" ID="QE0063"/> għandu jkun ibbażat fuq valutazzjonijiet konkreti tal-fatti li abbażi tagħhom jista’ jiġi raġonevolment preżunt li t-tixrid jikkawża theddida ta’ danni maġġuri lill-interessi tal-Istat kostali msemmija fl-Artikolu 220(6) tal-UNCLOS. Il-fatturi li huma rilevanti għall-evalwazzjoni ta’ jekk hemmx theddida ta’ danni maġġuri jistgħu, pereżempju, jinkludu l-vulnerabbiltà taż-żona affettwata mit-tixrid, il-volum, il-post ġeografiku u l-firxa tiegħu, kif ukoll it-tul ta’ żmien tat-tixrid u l-kundizzjonijiet meteoroloġiċi prevalenti fiż-żona matul iż-żmien tat-tixrid.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0105"><NO.P>105.</NO.P><TXT>F’dan il-każ, it-tixrid taż-żejt seħħ fil-Baħar Baltiku u b’mod partikolari fil-Golf tal-Finlandja. Il-baħar Baltiku huwa rrikonoxxut internazzjonalment bħala li huwa żona speċjali kkaratterizzata minn partikolaritajiet ġeografiċi u minn ekosistema f’sitwazzjoni partikolarment vulnerabbli li jeħtieġu protezzjoni speċjali<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0034"><P>Dan ma jidhirx biss fil-Konvenzjoni Reġjonali ta’ Helsinki li tistabbilixxi regoli speċifiċi intiżi biex jikkumbattu t-tniġġis fil-Baħar Baltiku. Il-Baħar Baltiku huwa rrikonoxxut ukoll fir-Regolat 1 tal-Kapitolu 1 tal-Anness I tal-Marpol 73/78 bħala żona speċjali li teħtieġ metodi obbligatorji speċjali għall-prevenzjoni tat-tniġġis tal-baħar miż-żejt. Barra minn hekk, l-Organizzazzjoni Marittima Internazzjonali (iktar ’il qudiem l-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0064" REF.END="QE0064"/>OMI<QUOT.END REF.START="QS0064" CODE="201D" ID="QE0064"/>) fl-2005 iddikjarat lill-Baħar Baltiku bħala <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0065" REF.END="QE0065"/>Żona tal-Baħar Partikolarment Sensittiva<QUOT.END REF.START="QS0065" CODE="201D" ID="QE0065"/>, fis-sens li <QUOT.START CODE="2018" ID="QS0066" REF.END="QE0066"/>jeħtieġ protezzjoni speċjali permezz ta’ azzjoni mill-IMO minħabba s-sinifikat, tal-karatteristiċi ekoloġiċi, soċjoekonomiċi jew xjentifiċi rrikonoxxuti tiegħu fejn tali karatteristiċi jistgħu jkunu vulnerabbli għal dannu minn attivitajiet ta’ trasport marittimu internazzjonali<QUOT.END REF.START="QS0066" CODE="201D" ID="QE0066"/> [traduzzjoni mhux uffiċjali]. Ara r-Riżoluzzjoni OMI A. 982 (24), Linji Gwida Riveduti dwar l-Identifikazzjoni u n-Nomina ta’ Żoni Partikolarment Sensittivi, adottata fl-<DATE ISO="20051201">1 ta’ Diċembru 2005</DATE>.</P></NOTE>. Bla dubju, din iċ-ċirkustanza għandha tittieħed inkunsiderazzjoni fl-interpretazzjoni tal-Artikolu 220(6) tal-UNCLOS: hija ta’ rilevanza sabiex jiġi ddeterminat jekk it-tixrid jikkawżax theddida ta’ danni maġġuri fiċ-ċirkustanzi ta’ dan il-każ.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0106"><NO.P>106.</NO.P><TXT>Kif ġie rrilevat mill-Kummissjoni waqt is-seduta, theddida ta’ danni (maġġuri) astratta (jiġifieri, l-eżistenza ta’ tixrid viżibbli) tirriżulta, b’mod xi ftit jew wisq paradossali, f’theddida konkreta ta’ danni maġġuri fiċ-ċirkustanzi speċifiċi ta’ tixrid ta’ żejt f’żona li hija partikolarment vulnerabbli. Dan tant huwa l-każ li, f’tali ċirkustanzi, is-sempliċi eżistenza ta’ tixrid ta’ żejt bħal dak imsemmi fil-kawża prinċipali jista’ jiġi raġonevolment preżunt li jikkawżaw theddida ta’ danni maġġuri.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0107"><NO.P>107.</NO.P><TXT>Fi kliem ieħor: il-karatteristiċi ġeografiċi u ekoloġiċi speċifiċi u s-sensittività taż-żona tal-Baħar Baltiku ma jaffettwawx il-<HT TYPE="ITALIC">portata</HT> tal-ġurisprudenza tal-Istat kostali skont l-Artikolu 220(6) tal-UNCLOS sabiex jestendi dik ir-regola ta’ ġurisdizzjoni għal sitwazzjonijiet fejn ksur tar-regoli applikabbli ta’ Marpol 73/78 ma jikkawżawx theddida ta’ danni maġġuri. Dawn il-karatteristiċi għandhom piż fuq id-deċiżjoni li tistabbilixxi jekk t-theddida ta’ danni maġġuri teżistix.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0108"><NO.P>108.</NO.P><TXT>Abbażi ta’ dan, jiena tal-fehma li l-ħames, is-sitt, is-seba’, id-disa’ u l-għaxar mistoqsija preliminari għandhom jingħataw risposta fis-sens li Stat kostali jista’ jeżerċita l-ġurisdizzjoni ta’ infurzar stabbilita fl-Artikolu 220(6) tal-UNCLOS u l-Artikolu 7(2) tad-Direttiva 2005/35 f’ċirkustanzi fejn, minn naħa, dak l-Istat għandu evidenza ċara u oġġettiva li vapur barrani huwa s-sors ta’ tixrid li jikser ir-regoli u l-istandards internazzjonali applikabbli dwar it-tniġġis ikkawżat minn vapuri u, min-naħa l-oħra, li t-tixrid jista’, fiċ-ċirkustanzi partikolari ta’ dan il-każ, jiġi preżunt b’mod raġonevoli li jikkawżaw<?PAGE NO="20"?> theddida ta’ danni maġġuri għall-ambjent tal-baħar. Sabiex ikun iddeterminat jekk teżistix theddida ta’ danni maġġuri, għandha tingħata importanza partikolari lill-vulnerabbiltà taż-żona affettwata mit-tixrid, il-volum, il-post ġeografiku u l-firxa tiegħu, kif ukoll it-tul ta’ żmien tat-tixrid u l-kundizzjonijiet meteoroloġiċi prevalenti fiż-żona kkonċernata.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">D.</HT></HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Id-domanda 8: id-diskrezzjoni tal-Istati Membri skont l-Artikolu 7(2) tad-Direttiva 2005/35</HT></HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0109"><NO.P>109.</NO.P><TXT>Fl-aħħar nett, ser inħares fil-qosor lejn it-tmien domanda li kienet magħmula. Permezz ta’ din id-domanda, il-qorti tar-rinviju qiegħda essenzjalment tistaqsi kif l-Artikolu 1(2) tad-Direttiva 2005/35 għandu jinfluwenza l-interpretazzjoni tal-Artikolu 7(2) tad-Direttiva, li jirregola s-setgħa tal-Istat kostali biex jibda proċedimenti kontra vapur fi tranżitu. Dan għaliex l-Artikolu 1(2) jipprovdi li din id-direttiva ma tipprekludix lill-Istati Membri milli jieħdu miżuri iżjed iebsa kontra tniġġis ikkawżat minn vapuri sakemm dawn il-miżuri jkunu f’konformità mad-dritt internazzjonali.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0110"><NO.P>110.</NO.P><TXT>Minn naħa, ma hemm ebda indikazzjoni fid-Direttiva 2005/35 li l-possibbiltà li jiġu applikati regoli iktar iebsa biex jiġġieldu t-tniġġis ma tikkonċernax id-dispożizzjonijiet kollha ta’ din id-direttiva. Għalhekk, fil-prinċipju, il-possibbiltà li jiġu applikati regoli iktar iebsa tikkonċerna l-Artikolu 7(2) tad-Direttiva wkoll.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0111"><NO.P>111.</NO.P><TXT>Madankollu, min-naħa l-oħra, sakemm tali regoli jridu jkunu konformi mad-dritt internazzjonali, l-Istati Membri ma jistgħux jieħdu azzjoni kontra vapur barrani skont l-Artikolu 7(2) tad-Direttiva 2005/35, ħlief jekk tali azzjoni hija permessa taħt l-Artikolu 220(6) tal-UNCLOS. Din id-dispożizzjoni tiddefinixxi, bħala kwistjoni ta’ dritt internazzjonali, ir-regola ta’ ġurisdizzjoni li tippermetti lil Stat kostali biex jibda proċedimenti kontra vapur barrani. Fil-prattika, dan ifisser li l-Artikolu 220(6) tal-UNCLOS, moqri fid-dawl tad-dispożizzjonijiet rilevanti li jinsabu f’Marpol 73/78, jiddefinixxi limiti tad-diskrezzjoni ta’ Stat Membru li jieħu azzjoni kontra vapur fi tranżitu skont l-Artikolu 7(2) tad-Direttiva 2005/35<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0035"><P>Fil-fatt, jidhirli li l-possibbiltà li jiġu applikati regoli iktar iebsa msemmija fl-Artikolu 1(2) tad-Direttiva 2005/35 tikkonċerna, l-ewwel nett, is-sanzjonijiet li għandhom jiġu imposti f’każ ta’ ksur tal-istandards ta’ tniġġis stabbiliti f’Marpol 73/78. F’dan ir-rigward, il-premessa 5 tad-Direttiva 2005/35 tirreferi b’mod speċifiku għall-ħtieġa li jiġu armonizzati, b’mod partikolari, id-definizzjoni preċiża tal-ksur inkwistjoni, il-każijiet ta’ eżenzjoni u <HT TYPE="ITALIC">regoli minimi għal sanzjoni</HT>, u responsabbiltà u ġurisdizzjoni.</P></NOTE>. Fi kliem ieħor, il-marġni ta’ diskrezzjoni mogħti lill-Istati Membri bis-saħħa tad-Direttiva 2005/35, li jadottaw miżuri b’implikazzjonijiet iktar wiesgħa għall-ġlieda kontra t-tniġġis ikkawżat minn vapuri, huwa ristrett minn regoli internazzjonali applikabbli, li, bħala kwistjoni ta’ dritt tal-Unjoni, ma jistgħux jinqabżu.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0112"><NO.P>112.</NO.P><TXT>Madankollu, f’dan ir-rigward, huwa importanti li jiġi enfasizzat li, sakemm dawn il-limiti ma jinqabżux, meta jasserixxu l-ġurisdizzjoni tagħhom skont l-Artikolu 220(6) tal-UNCLOS u l-Artikolu 7(2) tad-Direttiva 2005/35, l-Istati Membri jistgħu jqisu l-karatteristiċi speċjali, u skont kif ikun il-każ, il-vulnerabbiltà, taż-żona fejn seħħ it-tixrid. Kif ġie spjegat hawn fuq, dawn il-karatteristiċi huma rilevanti sabiex jiġi stabbilit jekk ksur tar-regoli rilevanti ta’ Marpol 73/78 jikkawżawx (theddida ta’) danni maġġuri għall-interessi tal-Istat kostali inkwistjoni skont it-tifsira tal-Artikolu 220(6) tal-UNCLOS<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0036"><P>Huwa wkoll utli li wieħed jinnota li l-Artikolu 237(1) tal-UNCLOS jgħid speċifikament li d-dispożizzjonijiet tal-UNCLOS dwar il-protezzjoni u l-konservazzjoni tal-ambjent tal-baħar huma bla preġudizzju għall-obbligi speċifiċi assunti mill-Istati taħt il-konvenzjonijiet speċjali u l-ftehim konklużi preċedentement li jikkonċernaw il-protezzjoni u l-konservazzjoni tal-ambjent tal-baħar u ftehim li jistgħu jiġu konklużi skont il-prinċipji ġenerali stabbiliti fl-UNCLOS.</P></NOTE>. Fi kliem ieħor, anki fi ħdan il-limiti stabbiliti mir-regoli internazzjonali applikabbli, l-Istati Membri għandhom diskrezzjoni kunsiderevoli biex jevalwaw sa liema punt xieraq għandhom jibdew proċedimenti kontra vapur barrani fi tranżitu għall-finijiet ta’ protezzjoni adegwata u sabiex jiġi ppreservat l-ambjent tal-baħar f’dawk iċ-ċirkustanzi partikolari.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="21"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0113"><NO.P>113.</NO.P><TXT>Għaldaqstant, it-tmien domanda magħmula għandha tingħata risposta fis-sens li minkejja l-Artikolu 1(2) tad-Direttiva 2005/35, l-Istati Membri ma jistgħux jestendu l-ġurisdizzjoni ta’ infurzar tagħhom stabbilita fl-Artikolu 7(2) tad-Direttiva lil hinn minn dak li huwa permess taħt l-Artikolu 220(6) tal-UNCLOS.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">IV.</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Konklużjoni</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0114"><NO.P>114.</NO.P><TXT>Fid-dawl ta’ dak li ntqal iktar ’il fuq, nipproponi lill-Qorti tal-Ġustizzja tirrispondi għad-domandi preliminari magħmula mill-korkein oikeus (il-Qorti Suprema, il-Finlandja) kif ġej:</TXT><P>L-Artikolu 220(6) tal-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti dwar il-Liġi tal-Baħar konkluża fl-<DATE ISO="19821210">10 ta’ Diċembru 1982</DATE> f’Montego Bay (UNCLOS) u l-Artikolu 7(2) tad-Direttiva 2005/35/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill Ewropew tas-<DATE ISO="20050907">7 ta’ Settembru 2005</DATE> dwar tniġġis ikkawżat minn vapuri u dwar l-introduzzjoni ta’ penali, inklużi pieni kriminali, għal reati ta’ tniġġis, kif emendata bid-Direttiva 2009/123/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-<DATE ISO="20091021">21 ta’ Ottubru 2009</DATE>, għandhom jiġu interpretati fis-sens li, minn naħa, il-kunċett ta’ <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0067" REF.END="QE0067"/>kosta jew l-interessi relatati<QUOT.END REF.START="QS0067" CODE="201D" ID="QE0067"/> jinkludi l-interessi kollha tal-Istat kostali fil-baħar territorjali u fiż-ŻEE relatati mal-isfruttament tal-baħar u ma’ ambjent b’saħħtu u li, min-naħa l-oħra, il-kunċett ta’ <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0068" REF.END="QE0068"/>xi riżorsi tal-baħar territorjali jew taż-[ŻEE]<QUOT.END REF.START="QS0068" CODE="201D" ID="QE0068"/> jinkludi kemm riżorsi ħajjin — bħal speċi ta’ flora u fawna li jintużaw għan-nutrizzjoni minn speċi li jistgħu jiġu sfruttati — u riżorsi mhux ħajjin.</P><P>Stat kostali jista’ jeżerċita’ l-ġurisdizzjoni ta’ infurzar stabbilita fl-Artikolu 220(6) tal-UNCLOS u l-Artikolu 7(2) tad-Direttiva 2005/35 f’ċirkustanzi fejn, minn naħa, dak l-Istat kostali jkollu evidenza ċara u oġġettiva li vapur barrani huwa s-sors ta’ tixrid li jikser ir-regoli u l-istandards internazzjonali applikabbli dwar it-tniġġis ikkawżat minn vapuri u, min-naħa l-oħra, li t-tixrid jista’, fiċ-ċirkustanzi partikolari ta’ dan il-każ, jiġi preżunti b’mod raġonevoli li jikkawża theddida ta’ danni maġġuri għall-ambjent tal-baħar. Sabiex ikun iddeterminat jekk teżistix theddida ta’ danni maġġuri, għandha tingħata importanza partikolari lill-vulnerabbiltà taż-żona affettwata mit-tixrid, il-volum, il-post ġeografiku u l-firxa tiegħu, kif ukoll it-tul ta’ żmien tat-tixrid u l-kundizzjonijiet meteoroloġiċi prevalenti fiż-żona kkonċernata.</P><P>Minkejja l-Artikolu 1(2) tad-Direttiva 2005/35, l-Istati Membri ma jistgħux jestendu l-ġurisdizzjoni ta’ infurzar tagħhom stabbilita fl-Artikolu 7(2) tad-Direttiva lil hinn minn dak li huwa permess taħt l-Artikolu 220(6) tal-UNCLOS.</P></NP.ECR></GR.SEQ></CONTENTS.CONCLUSION></CONCLUSION>