12.10.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 361/50


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (UE) 2021/1798

tas-7 ta’ Ottubru 2021

li testendi l-mandat tad-Direttur Eżekuttiv tal-Europol

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra r-Regolament (UE) 2016/794 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Mejju 2016 dwar l-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Kooperazzjoni fl-Infurzar tal-Liġi (Europol) u li jissostitwixxi u jħassar id-Deċiżjonijiet tal-Kunsill 2009/371/ĠAI, 2009/934/ĠAI, 2009/935/ĠAI, 2009/936/ĠAI u 2009/968/ĠAI (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 54(3), sa (5) tiegħu,

Filwaqt li jaġixxi bħala l-awtorità mogħtija s-setgħa li taħtar id-Direttur Eżekuttiv tal-Europol,

Wara li kkunsidra l-proposta tal-Bord ta’ Amministrazzjoni tal-Europol tal-15 ta’ Marzu 2021,

Billi:

(1)

Is-Sa Catherine DE BOLLE nħatret Direttur Eżekuttiv tal-Europol b’Deċiżjoni tal-Kunsill tas-8 ta’ Marzu 2018 (2). Il-mandat tas-Sa Catherine DE BOLLE ser jiskadi fl-1 ta’ Mejju 2022.

(2)

Id-Direttur Eżekuttiv tal-Europol jinħatar għal perijodu ta’ erba’ snin, li jista’ jiġi estiż darba f’konformità mal-Artikolu 54(4) tar-Regolament (UE) 2016/794.

(3)

Id-deċiżjoni tal-Bord ta’ Amministrazzjoni tal-Europol tal-1 ta’ Mejju 2017 tistipula l-proċedura għall-estensjoni tal-mandat tad-Direttur Eżekuttiv tal-Europol.

(4)

Il-Bord ta’ Amministrazzjoni informa lill-Parlament Ewropew li kien ser jipproponi lill-Kunsill li l-mandat tas-Sa Catherine DE BOLLE jiġi estiż.

(5)

Il-Bord ta’ Amministrazzjoni ppropona lill-Kunsill li l-mandat tad-Direttur Eżekuttiv tal-Europol, is-Sa Catherine DE BOLLE, jiġi estiż.

(6)

Abbażi ta’ dik il-proposta, il-Kunsill jixtieq jestendi l-mandat tas-Sa Catherine DE BOLLE bħala Direttur Eżekuttiv tal-Europol,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-mandat tas-Sa Catherine DE BOLLE bħala Direttur Eżekuttiv tal-Europol huwa estiż mit-2 ta’ Mejju 2022 sal-1 ta’ Mejju 2026 fil-grad AD 16.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fil-Lussemburgu, is-7 ta’ Ottubru 2021.

Għall-Kunsill

Il-President

M. DIKAUČIČ


(1)   ĠU L 135, 24.5.2016, p. 53.

(2)   ĠU C 122, 9.4.2018, p. 1.